SELFLOKALI(STOCKUTITOLIREĠISTRATI) ġ K AP. 161.    1
KAPITOLU 161
ORDINANZA DWAR SELF LOKALI 
(STOCK U TITOLI REĠISTRATI)
Biex tħassar u toħroġ mill-ġdid il-liġi li tiddikjara l-pattijiet u kondizzjonijiet applikabbli
għal self lokali awtorizzat li jinġabar mill-Gvern ta’ Malta u biex tagħmel provvediment dwar
hekk għall-ħolqien u ħruġ ta’ stock reġistrat b’żieda għall-ħruġ ta’ titoli fl-għamla ta’
obbligazzjonijiet.
4 ta’ Diċembru, 1959
 Saret liġi bl-ORDINANZA XVIII ta’ l-1959, kif emendata bl-Atti: X ta’ l-1963, XXVII ta’
l-1971, XXXIV ta’ l-1972, XVIII ta’ l-1991, XVI ta’ l-1997 u IV ta’ l-1999.
TAQSIM TA’ L-ORDINANZA
Artikoli 
Taqsima I.  Preliminari  l-3 
Taqsima II.  Setgħa biex Jinġabar Self  4-7 
Taqsima III. Stock Reġistrat  8-16 
Taqsima IV.  Obbligazzjonijiet  17-20
Taqsima V.  Ħlas ta’ Imgħax fuq Stock u Titoli  2l-24
Taqsima VI. Fond ta’ Ammortizzament  25-30 
Taqsima VII.  Bdil ta’ Self  3l-32 
Taqsima VIII.  Ħruġ ta’ Ċertifikati Duplikati u Tiġdid ta’ Stock u 
Titoli u Bdil u Konsolidazzjoni  33-39 
Taqsima IX.  Mixxellanji  40-44 
  2      KAP. 161. ħ       SELFLOKALI(STOCKUTITOLIREĠISTRATI)
 TAQSIMA I
 PRELIMINARI
Titolu fil-qosor.  1. It-titolu ta’ din l-Ordinanza hu Ordinanza dwar Self Lokali
(Stock u Titoli Reġistrati).
Tifsir.
Emendat:
XXXIV. 1972.2. 
2. F’din l-Ordinanza, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"Accountant General" tfisser l-Accountant General tal-Gvern ta’
Malta;
"detentur ta’ stock" tfisser persuna li jkollha stock reġistrat li
tkun imniżżla bħala s-sid tiegħu fir-reġistru;
"Malta" għandha l-istess tifsir kif mogħti lilha bl-artikolu 124
tal-Kostituzzjoni ta’ Malta;
"obbligazzjoni" tfisser kull obbligazzjoni maħruġa skond id-
disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza;
"ir-reġistru" tfisser ir-reġistru ta’ stock miżmum mill-Accountant
General għall-fini ta’ din l-Ordinanza;
"stock reġistrat" jew "stock" tfisser stock ta’ Malta maħruġ
skond id-disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza;
"titolu" tfisser kull obbligazzjoni maħruġa skond id-
disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza.
Skop. 3. Din l-Ordinanza tkun tgħodd biss għas-self miġbur
lokalment f’Malta.
TAQSIMA II 
SETGĦA BIEX JINĠABAR SELF
Ħruġ ta’ stock u 
obbligazzjonijiet 
reġistrati għall-fini 
biex jinġabar self 
awtorizzat.
Emendat: 
X. 1963.2; 
XXVII. 1971.2.
4. (1) Kull meta b’xi liġi tingħata awtorità  lill-Ministru
responsabbli għall-finanzi biex jiġbor xi somma ta’ flus permezz
ta’ self għal xi fini msemmi f’dik il-liġi jew kull meta jkun meħtieġ
jew konvenjenti li tinġabar xi somma ta’ flus għall-fini li jitħallas
mill-ġdid xi self miġbur mill-Gvern skond din l-Ordinanza jew xi
liġi oħra, l-Ministru responsabbli għall-finanzi jista’, minn żmien
għal żmien, jiġbor dik is-somma jew xi parti minnha skond id-
disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza b’kull wieħed mill-modi li
ġejjin:
(a) bil-ħolqien u ħruġ ta’ stock reġistrat;
(b) bil-ħruġ ta’ titoli fl-għamla ta’ obbligazzjonijiet.
(2) Kull ħruġ ta’ stock jew titoli reġistrati skond din l-
Ordinanza sabiex tinġabar xi somma ta’ flus speċifikata għandu
jitqies li jkun stock jew obbligazzjonijiet maħruġa dwar self separat
minkejja illi s-somma ta’ flus hekk miġbura tkun parti biss minn
somma ta’ flus awtorizzata minn xi liġi oħra biex tinġabar permezz
ta’ self.
SELFLOKALI(STOCKUTITOLIREĠISTRATI) ġ K AP. 161.    3
Is-self jiġi 
addebitat lid-dħul.
5. Il-kapitali u imgħax rappreżentati jew assigurati b’xi stock
jew titoli reġistrati maħruġa skond din l-Ordinanza qegħdin jiġu
hawnhekk addebitati lid-dħul ġenerali u lill-attiv tal-Gvern ta’
Malta u għandhom jiġu mħallsin minnhom.
Il-Ministru jordna 
l-mod tal-ġbir ta’ 
self u 
partikolaritajiet 
oħra.
Emendat:
X. 1963.2;
IV.1999.2.
6. (1) Il-Ministru responsabbli għall-finanzi għandu, dwar
kull self li għandu jinġabar skond din l-Ordinanza, jispeċifika
b’direttivi pubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern -
(a) is-somma ta’ flus li għandha tinġabar b’dak is-self; 
(b) il-mod jew modi tal-ġbir tas-self;
(ċ) ir-rata ta’ imgħax li għandha titħallas fuq is-self;
(d) id-dati ta’ kull sena li fihom jitħallas l-imgħax ta’ kull
sitt xhur fuq is-self;
(e) ir-rata, jekk ikun il-każ, li biha għandha ssir
approprjazzjoni kull sitt xhur mid-dħul ġenerali u mill-
attiv tal-Gvern ta’ Malta bħala kontribuzzjoni għall-
fond ta’ ammortizzament imwaqqaf għall-iskop li jifdi
dak is-self u ż-żmien li fih dawk il-kontribuzzjonijiet
għandhom jibdew;
(f) id-data ta’ fidwa ta’ l-istock u titoli reġistrati li
għandhom jinħarġu sabiex jinġabar dak is-self u, meta
applikabbli, il-metodu ta’ fidwa ta’ dak l-istock jew
titoli;
(g) jekk l-imgħax li għandu jitħallas fuq xi stock jew titoli
reġistrati maħruġa skond l-awtorità  ta’ din l-Ordinanza
għandux ikun eżenti mit-taxxi u imposti kollha jew
minn xi waħda minnhom li għandhom jitħallsu skond
xi liġi oħra fis-seħħ f’Malta.
 (2) Id-data ta’ fidwa ta’ kull stock jew titoli reġistrati ma tkunx
iżjed tard minn sittin sena mid-data tal-ħruġ ta’ dak l-istock jew
titoli.
 (3) Meta l-Ministru responsabbli għall-finanzi iqis meħtieġ li
jirriżerva għażla għall-fidwa ta’ xi stock jew titoli reġistrati f’xi
data qabel id-data ta’ fidwa speċifikata għal dak l-istock jew titoli
bid-direttivi skond is-subartikolu (1), għandu b’dawk id-direttivi
jispeċifika wkoll il-pattijiet u kondizzjonijiet li bihom dak l-istock
jew titoli jistgħu jiġu mifdija f’xi data qabel.
L-Accountant 
General jagħmel l-
arranġamenti 
meħtieġa.
Emendat: 
X. 1963.2.
7. Wara l-pubblikazzjoni skond l-artikolu 6 ta’ din l-
Ordinanza tad-direttivi tal-Ministru responsabbli għall-finanzi
dwar kull self li jinġabar skond din l-Ordinanza l-Accountant
General jista’, bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dawk id-direttivi
u ta’ dawk id-direttivi l-oħra li l-Ministru responsabbli għall-
finanzi jista’ jagħti għal hekk, jagħmel dawk l-arranġamenti kollha
li jistgħu jkunu meħtieġa biex jinġabar dak is-self bil-pattijiet l-
aktar vantaġġjużi li jistgħu jinkisbu.
  4      KAP. 161. ħ       SELFLOKALI(STOCKUTITOLIREĠISTRATI)
TAQSIMA III 
STOCK  REĠISTRAT
Reġistru ta’ l-
istock.
8. L-Accountant  General għandu jżomm reġistru dwar kull
ħruġ ta’ stock reġistrat skond din l-Ordinanza li fih dan l-istock
kollu u t-trasferimenti kollha ta’ u n-negozji kollha dwar dan l-
istock għandhom ikunu reġistrati u li fih għandhom jinżlu l-ħwejjeġ
u l-affarijiet kollha li b’din l-Ordinanza huma meħtieġa li jitniżżlu
fir-reġistru.
Responsabbiltà  tal-
Gvern dwar ħruġ 
ta’ stock reġistrat.
Emendat: 
X. 1963.2.
9. Il-Gvern ikun marbut li jħallas lill-persuna reġistrata għal
dak iż-żmien bħala d-detentur ta’ l-istock il-kapital rappreżentat
minn dak l-istock u l-imgħax dovut fuqu, skond id-disposizzjonijiet
ta’ din l-Ordinanza, bir-rata u fid-dati ordnati mill-Ministru
responsabbli għall-finanzi skond l-artikolu 6 ta’ din l-Ordinanza
jew skond għażla għal fidwa ta’ dak l-istock riżervat f’dawk id-
direttivi.
Detentur ta’ stock. 10. Għall-finijiet ta’ din l-Ordinanza, ebda persuna ma jkollha
dritt għal xi stock reġistrat kemm-il darba ma tkunx reġistrata bħala
detentriċi ta’ stock dwaru.
Reġistrazzjoni ta’ 
l-ewwel detenturi 
ta’ stock.
11. Ħadd ma jkun reġistrat bħala l-ewwel detentur ta’ stock ta’
xi stock reġistrat ħlief wara ħlas sħiħ tal-prezz ta’ xiri ta’ dak l-
istock. 
Ċertifikat ta’ stock. 12. Kull detentur ta’ stock ikollu dritt li jikseb mill-Accountant
General ċertifikat ta’ stock f’forma li tiġi preskritta u ebda
detentur, ħlief l-ewwel detentur, ta’ xi stock ma jkollu dritt jikseb
ċertifikat ta’ stock ħlief wara ħlas tad-dritt preskritt:
Iżda ċertifikat wieħed biss ta’ stock għandu jinħareġ dwar
kull tiżmim ta’ stock wieħed.
Trasferiment ta’ 
stock reġistrat. 
13. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (3) ta’
dan l-artikolu, it-titolu ta’ kull detentur ta’ stock għal xi stock
reġistrat ma għandux jitqies għall-finijiet ta’ din l-Ordinanza li
jkun ġie trasferit lil xi persuna oħra ħlief wara l-esekuzzjoni ta’ dak
l-att ta’ trasferiment li jista’ jiġi preskritt u wara r-reġistrazzjoni
taċ-ċessjonarju bħala d-detentur ta’ l-istock skond l-artikolu 14 ta’
din l-Ordinanza.
(2) L-imgħax li jkun dovut dwar xi stock reġistrat fid-data ta’
xi trasferiment ta’ dak l-istock iżda li ma jkunx ġie mħallas lid-
detentur ta’ l-istock għal dak iż-żmien, ma jitqiesx li għandu
jitħallas liċ-ċessjonarju ta’ dak l-istock kemm-il darba l-att ta’
trasferiment ma jipprovdix espressament għall-ħlas ta’ dak l-
imgħax liċ-ċessjonarju.
(3) Meta l-Accountant General ikun sodisfatt illi detentur ta’
stock ikun miet huwa jista’, bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-
paragrafu (b) ta’ l-artikolu 14 ta’ din l-Ordinanza, jara li l-istock
tad-detentur mejjet ta’ stock jiġi trasferit f’isem kull persuna li
tipprova għas-sodisfazzjon tiegħu li hija jkollha dritt skond il-liġi
għall-istock fil-mewt tad-detentur ta’ stock.
SELFLOKALI(STOCKUTITOLIREĠISTRATI) ġ K AP. 161.    5
Reġistrazzjoni ta’ 
trasferimenti ta’ 
stock.
14. Ħadd ma jiġi reġistrat bħala ċ-ċessjonarju ta’ xi stock
reġistrat għall-finijiet ta’ din l-Ordinanza kemm-il darba -
(a) fil-każ ta’ trasferiment skond is-subartikolu (1) ta’ l-
artikolu 13 ta’ din l-Ordinanza ma jkunx ikkunsenja
lill-Accountant General iċ-ċertifikat ta’ stock u l-att
ta’ trasferiment dwar dak l-istock u ma jkunx ħallas id-
dritt preskritt; jew
(b) fil-każ ta’ trasferiment skond is-subartikolu (3) ta’ l-
artikolu 13 ta’ din l-Ordinanza ma jkunx ikkunsenja
lill-Accountant General iċ-ċertifikat ta’ stock dwar l-
istock tad-detentur mejjet ta’ stock u ma jkunx ħallas
id-dritt preskritt.
Egħluq tar-
reġistru.
15. Ir-reġistru jkun magħluq għal żmien ta’ wieħed u għoxrin
ġurnata minnufih qabel kull data li fiha imgħax fuq dak l-istock
ikun dovut u ebda trasferiment ta’ dak l-istock ma jiġi reġistrat
matul dak iż-żmien.
Ir-reġistru jkun 
prova deċiżiva tal-
fatti mniżżla fih.
16. L-annotamenti fir-reġistru miżmum skond id-
disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza jkunu prova deċiżiva tal-fatti,
ħwejjeġ, partikolaritajiet u operazzjonijiet li dwarhom dawk l-
annotamenti jirriferixxu:
Iżda, minkejja d-disposizzjonijiet ta’ kull liġi oħra, kopja
ta’ kull annotament fir-reġistru awtentikata minn idejn l-
Accountant General li hija kopja vera ta’ l-annotament oriġinali
għandha tiġi aċċettata bħala prova f’kull proċediment ġudizzjarju u
għandha, sakemm ma jiġix pruvat il-kuntrarju, titqies bħala prova
tal-kontenut ta’ l-annotament fir-reġistru.
TAQSIMA IV 
OBBLIGAZZJONIJIET
Obbligazzjonijiet.
Emendat:
X. 1963.2.
 17. (1) L-obbligazzjonijiet għandhom jinħarġu sew bħala
obbligazzjonijiet reġistrati sew bħala obbligazzjonijiet li jitħallsu
lill-portatur.
(2) Kull obbligazzjoni għandha tkun iffirmata mill-Accountant
General għal u f’isem il-Gvern u għandha, meta tinħareġ, torbot
lill-Gvern li jħallas il-kapital u l-imgħax fuqu skond id-
disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza, bir-rata u fid-dati speċifikati
fid-direttivi mill-Ministru responsabbli għall-finanzi skond l-
artikolu 6 ta’ din l-Ordinanza jew bis-saħħa ta’ l-għażla ta’ fidwa
ta’ dik l-obbligazzjoni riżervata f’dawk id-direttivi.
(3) L-obbligazzjonijiet għandhom jinħarġu f’dik il-forma u
f’dawk id-denominazzjonijiet kif il-Ministru responsabbli għall-
finanzi jista’ jordna.
Kupuni ta’ imgħax.
kupuni għall-ħlas ta’ imgħax li jkun dovut bis-saħħa tagħhom:
  6      KAP. 161. ħ       SELFLOKALI(STOCKUTITOLIREĠISTRATI)
Iżda n-numru ta’ kupuni mwaħħla ma’ obbligazzjoni fid-
data tal-ħruġ tagħha lil xi persuna jista’ jkopri żmien anqas minn
dak tal-kors ta’ l-obbligazzjoni jekk, fil-fehma ta’ l-Accountant
General, ikun inkonvenjenti jew inespedjenti li jitwaħħlu ma’ l-
obbligazzjoni kupuni biżżejjed fin-numru biex ikopru ż-żmien
kollu tal-kors ta’ l-obbligazzjoni.
(2) Jekk in-numru ta’ kupuni mwaħħla ma’ xi obbligazzjoni
fid-data tal-ħruġ tagħha lil xi persuna ma jkunx biżżejjed biex
ikopri l-ħlas kollu ta’ imgħax dovut fuq dik l-obbligazzjoni wara
dik id-data, id-detentur ta’ dik l-obbligazzjoni jkollu dritt għat-
tiġdid tagħha f’dak iż-żmien u b’dak il-mod u f’dawk iċ-ċirkostanzi
li jistgħu jkunu preskritti.
Obbligazzjonijiet 
reġistrati.
19. (1) Kull obbligazzjoni reġistrata għandha, qabel ma tiġi
maħruġa, tiġi reġistrata mill-Accountant General f’reġistru li
għandu jinżamm għal dak l-iskop u l-isem u l-indirizz tad-detentur
ta’ kull obbligazzjoni reġistrata u t-trasferimenti kollha ta’
obbligazzjonijiet reġistrati għandhom jitniżżlu f’dak ir-reġistru.
(2) L-obbligazzjonijiet reġistrati jkunu trasferibbli b’att bil-
miktub f’dik il-forma u suġġetti għal dawk il-kondizzjonijiet li
jistgħu jkunu preskritti.
Obbligazzjonijiet 
f’isem il-portatur. 
20. (1) Kull obbligazzjoni li għandha titħallas lill-portatur
għandha, qabel ma tkun maħruġa, tiġi reġistrata mill-Accountant
General  f’reġistru li għandu jinżamm għal dak l-iskop.
(2) Flejjes ta’ fidwa u flejjes ta’ imgħax li jitħallsu fuq xi
obbligazzjoni f’isem il-portatur maħruġa skond id-disposizzjonijiet
ta’ din l-Ordinanza għandhom jitħallsu biss lil persuna li fiż-żmien
li dawk il-flejjes ikollhom jitħallsu tkun, jew li fiż-żmien meta
sottoskriviet għal jew akkwistat xort’oħra dik l-obbligazzjoni
kienet, ordinarjament residenti f’Malta.
(3) Kull obbligazzjoni u kupuni f’isem il-portatur, u d-dritt li
wieħed jirċievi l-kapital u l-imgħax rappreżentati bihom, ikunu
trasferibbli b’kunsenja.
TAQSIMA V
ĦLAS TA’ IMGĦAX FUQ STOCK U TITOLI
Approprjazzjoni 
ta’ dħul għal ħlas 
ta’ imgħax.
Emendat: 
X. 1963.2.
21. Sakemm xi imgħax għandu jitħallas skond din l-Ordinanza
dwar xi stock jew titoli, il-Ministru responsabbli għall-finanzi
għandu, f’kull sitt xhur li jispiċċaw bid-data li fiha l-imgħax fuq
dak l-istock jew titoli jkun dovut, japproprja mid-dħul ġenerali u
mill-attiv tal-Gvern ta’ Malta somma biżżejjed biex tagħmel tajjeb
għall-imgħax kollu li għandu jitħallas f’dik id-data u għandu
jawtorizza l-Accountant General li jħallas dak l-imgħax mis-
somma hekk approprjata.
Ħlas ta’ imgħax.
Emendat:
X. 1963.2.
22. (1) L-imgħax dovut fuq kull stock jew titoli reġistrati
għandu jitħallas kull sitt xhur fid-dati speċifikati bid-direttivi tal-
SELFLOKALI(STOCKUTITOLIREĠISTRATI) ġ K AP. 161.    7
Ministru responsabbli għall-finanzi skond l-artikolu 6 ta’ din l-
Ordinanza.
(2) Meta xi ammont ikollu jitħallas f’xi data bħala imgħax
dovut fuq xi stock jew titoli reġistrati, ebda imgħax fuq dak l-
ammont ma għandu, wara dik id-data, jitħallas jew ikollu jitħallas
mill-Gvern lil xi persuna f’ebda ċirkostanza.
Tmiem ta’ 
responsabbiltà  għal 
ħlas ta’ imgħax. 
23. Ħadd ma jkollu dritt jitlob imgħax fuq xi stock jew titoli
reġistrati dwar xi żmien li jkun skada wara d-data l-aktar kmieni li
fiha talba setgħet saret legalment għall-ħlas tal-kapital dovut fuq
dak l-istock jew titoli.
Ħlasijiet.
Emendat:
IV. 1999.3.
24. Il-ħlasijiet kollha ta’ imgħax u l-ħlasijiet kollha tal-kapital
dovut fuq xi stock jew titoli reġistrati għandhom isiru mill-
Accountant General mill-Fond Konsolidat mingħajr ħtieġa ta’
approprijazzjoni oħra ħlief dan l-Att.
TAQSIMA VI
 FOND TA’ AMMORTIZZAMENT
Approprjazzjoni 
ta’ dħul għal fond 
ta’ 
ammortizzament.
Emendat: 
X. 1963.2.
25. Egħluq iż-żmien speċifikat fid-direttivi tal-Ministru
responsabbli għall-finanzi skond l-artikolu 6 ta’ din l-Ordinanza
bħala ż-żmien li fih għandhom jibdew il-kontribuzzjonijiet għall-
fond ta’ ammortizzament għal xi self, il-Ministru responsabbli
għall-finanzi għandu japproprja mid-dħul ġenerali u attiv tal-Gvern
ta’ Malta somma stabbilita skond ir-rata speċifikata f’dawk id-
direttivi bħala l-kontribuzzjoni għall-fond ta’ ammortizzament
imwaqqaf għall-iskop ta’ fidwa ta’ dak is-self u wara għandu
jagħmel approprjazzjoni bħalha f’kull sitt xhur li jtemmu bid-data
speċifikata f’dawk id-direttivi għall-ħlas ta’ l-imgħax ta’ kull sitt
xhur fuq kull stock jew titoli maħruġa dwar dak is-self.
Fond ta’ 
ammortizzament 
separat għal kull 
self.
26. Fond ta’ ammortizzament separat għandu jitwaqqaf għal
kull self miġbur skond din l-Ordinanza.
Impieg tal-fond ta’ 
ammortizzament.
Emendat:
X. 1963.2.
Sostitwit: 
XXXIV. 1972.3.
27. (1) Il-flejjes kollha approprjati skond l-artikolu 25 ta’ din
l-Ordinanza bħala kontribuzzjonijiet għall-fond ta’
ammortizzament imwaqqaf għal xi self għandhom jitqiegħdu
b’imgħax jew jiġu mpjegati f’dak l-istock jew titoli jew f’dawk l-
impiegi jew klassijiet oħra ta’ impiegi, inklużi stock jew
obbligazzjonijiet reġistrati maħruġa skond id-disposizzjonijiet ta’
din l-Ordinanza, kif il-Ministru responsabbli għall-finanzi jista’
jordna minn żmien għal żmien.
(2) Id-dividendi, l-imgħaxijiet, il-bonus u l-profitti l-oħra ta’
kull impieg ta’ xi parti ta’ xi fond ta’ ammortizzament għandhom
jitqiegħdu b’imgħax jew jiġu mpjegati kif jiġi ordnat mill-Ministru
responsabbli għall-finanzi sabiex jifformaw parti minn dak il-fond
ta’ ammortizzament bl-istess mod bħal flejjes approprjati skond l-
artikolu 25 ta’ din l-Ordinanza bħala kontribuzzjonijiet għall-fond
ta’ ammortizzament.
  8      KAP. 161. ħ       SELFLOKALI(STOCKUTITOLIREĠISTRATI)
Tmiem ta’ 
kontribuzzjonijiet 
għal fond ta’ 
ammortizzament. 
Emendat: 
X. 1963.2;
XXXIV. 1972.4.
28. Minkejja kull ħaġa kuntrarja li hemm f’din l-Ordinanza,
jekk f’xi żmien l-Accountant General ikun sodisfatt illi l-fond ta’
ammortizzament ta’ xi self miġbur skond id-disposizzjonijiet ta’
din l-Ordinanza jkun biżżejjed b’kumuli oħra ta’ imgħax, iżda
mingħajr ħlasijiet oħra ta’ kontribuzzjonijiet, biex ikun possibbli li
s-self jiġi mifdi fiż-żmien stabbilit għall-fidwa tiegħu, għandu
jinforma lill-Ministru responsabbli għall-finanzi dwar hekk u l-
Ministru responsabbli għall-finanzi huwa hawnhekk awtorizzat
f’dak il-każ li jissospendi ħlasijiet oħra ta’ kontribuzzjonijiet ta’
kull sitt xhur għal dak il-fond ta’ ammortizzament:
Iżda, b’danakollu, il-kontribuzzjonijiet għal dak il-fond ta’
ammortizzament jerġgħu jibdew jekk l-Accountant General f’xi
żmien wara jinforma lill-Ministru responsabbli għall-finanzi illi hu
mhux iżjed sodisfatt illi l-fond ta’ ammortizzament b’kumuli oħra
ta’ imgħax ikun biżżejjed għall-fidwa ta’ dak is-self.
Spejjeż li 
għandhom jitħallsu 
mill-fond ta’ 
ammortizzament.
29. Għandhom jitħallsu mill-fond ta’ ammortizzament l-
ispejjeż kollha magħmula speċifikament fi, jew inċidentalment
għal, l-impieg u t-tmexxija ta’ dak il-fond u l-ħlas lura tas-self li
għalih dak il-fond kien imwaqqaf.
Nuqqas fil-fond ta’ 
ammortizzament 
ikun addebitat lid-
dħul.
Emendat:
IV. 1999.4.
30. Meta ma jkun imwaqqaf ebda fond ta’ ammortizzament jew
fil-każ li l-fond ta’ ammortizzament imwaqqaf għal xi self skond
din l-Ordinanza jinsab, fiż-żmien stabbilit għar-rifużjoni ta’ dak is-
self, li ma jkunx biżżejjed għal dik il-fidwa, is-self għandu jitħallas
lura w in-nuqqas għandu jagħmel tajjeb għalih id-dħul ġenerali u l-
attiv tal-Gvern ta’ Malta mingħajr ebda approprijazzjoni oħra ħlief
din l-Ordinanza.
TAQSIMA VII
 BDIL TA’ SELF
Setgħa tal-Ministru 
responsabbli għall-
finanzi li 
jawtorizza bdil ta’ 
self b’mod 
ġenerali.
Emendat:
X. 1963.2.
31. Il-Ministru responsabbli għall-finanzi ikollu u jista’ minn
żmien għal żmien jeżerċita s-setgħat u l-awtoritajiet li ġejjin jew
kull waħda minnhom:
(a) jista’ jiddikjara kull stock jew titoli maħruġa f’Malta
skond id-disposizzjonijiet ta’ din il-liġi jew xi liġi oħra
bħalha li jistgħu jinbidlu fi stock jew titoli oħra
reġistrati li jinħarġu skond id-disposizzjonijiet ta’ din
l-Ordinanza;
Ħolqien u ħruġ ta’ 
stock jew titoli 
meħtieġa għal bdil.
(b) jista’ jawtorizza l-ħolqien u l-ħruġ skond din l-
Ordinanza ta’ dak l-ammont ta’ stock jew titoli
reġistrati li jistgħu jkunu meħtieġa għall-bdil ta’ l-
istock jew titoli li dwarhom tkun saret dikjarazzjoni
skond il-paragrafu (a) ta’ dan l-artikolu;
Ħolqien u ħruġ ta’ 
stock u titoli sabiex 
jitħallsu l-ispejjeż 
ta’ bdil.
(ċ) jista’ jawtorizza l-ħolqien u l-ħruġ skond din l-
Ordinanza ta’ dak l-istock jew titoli reġistrati li jistgħu
jkunu meħtieġa sabiex jitħallsu xi spejjeż magħmula
fil-ħolqien u ħruġ ta’ stock jew titoli reġistrati skond
SELFLOKALI(STOCKUTITOLIREĠISTRATI) ġ K AP. 161.    9
dan l-artikolu;
Stock jew titoli 
ġodda jista 
jkollhom il-
privileġġi kollha 
ta’ stock jew titoli 
oriġinali.
(d) jista’ jiddikjara illi l-privileġġi, eżenzjonijiet u
immunitajiet kollha li bis-saħħa ta’ xi liġi fis-seħħ
f’Malta jkun hemm dwar xi stock jew titoli għandhom
jiswew għal stock jew titoli reġistrati maħruġa skond
din l-Ordinanza bi bdil għal dak l-istock jew titoli ta’
qabel.
Arranġamenti għal 
bdil.
32. Kull bdil awtorizzat skond l-artikolu 31 ta’ din l-Ordinanza
jista’ jsir jew b’arranġament mad-detenturi ta’ stock jew titoli
eżistenti, jew b’xiri tagħhom minn flejjes miġbura mill-bejgħ ta’
stock jew titoli, jew parti b’mod wieħed u parti b’mod ieħor.
TAQSIMA VIII
ĦRUĠ TA’ ĊERTIFIKATI DUPLIKATI U TIĠDID TA’ STOCK U 
TITOLI U BDIL U KONSOLIDAZZJONI
Ħruġ ta’ duplikati 
u tiġdid.
33. (1) L-Accountant General jista’ joħroġ ċertifikati
duplikati ta’ stock u titoli duplikati f’dawk iċ-ċirkostanzi li jistgħu
jkunu preskritti.
(2) L-Accountant General jista’ joħroġ tiġdid ta’ ċertifikati ta’
stock u titoli f’dawk iċ-ċirkostanzi li jistgħu jkunu preskritti.
Dritt ta’ l-
Accountant 
General li jġiegħel 
tiġdid ta’ titoli.
34. L-Accountant  General jista’, f’dawk iċ-ċirkostanzi li
jistgħu jkunu preskritti -
(a) joħroġ avviż lid-detentur ta’ kull titolu li jordnalu biex
japplika għal tiġdid ta’ dak it-titolu; u
(b) iżomm il-ħlas ta’ l-imgħax jew tal-kapital dovut dwar
dak it-titolu sakemm l-applikazzjoni għat-tiġdid tkun
saret u tkun ġiet deċiża.
Bdil ta’ stocku 
titoli reġistrati. 
35. Fuq l-applikazzjoni magħmula minn xi persuna li tgħid li
hija d-detentriċi ta’ xi stock jew titoli reġistrati maħruġa skond din
l-Ordinanza, l-Accountant General jista’, jekk ikun sodisfatt illi l-
applikant huwa d-detentur leġittimu ta’ dak l-istock jew titoli, u
wara ħlas tad-dritt preskritt, ibiddel stock għal titoli jew titoli għal
stock jew titoli ta’ xorta waħda ma’ titoli ta’ xort’oħra:
Iżda -
(a) l-istock u t-titoli kollha hekk mogħtija jew meħuda bi
bdil ikunu ġew maħruġa dwar l-istess self; u
(b) il-valur nominali ta’ l-istock jew titoli mogħtija mill-
Accountant General bi  bdil ikun l-istess bħal valur
nominali ta’ l-istock jew titoli meħuda minnu bi bdil.
Konsolidazzjoni u 
suddiviżjoni ta’ 
stock u titoli.
36. Bla ħsara għal dawk il-kondizzjonijiet li jistgħu jiġu
preskritti l-Accountant General jista’ -
(a) fuq l-applikazzjoni ta’ persuna li tgħid li hija jkollha
  10      KAP. 161. ħ       SELFLOKALI(STOCKUTITOLIREĠISTRATI)
dritt għal xi stock jew titoli, u
(b) meta jkun sodisfatt dwar il-ġustizzja tat-talba ta’ dak l-
applikant, u
(ċ) wara l-konsenja taċ-ċertifikat ta’ stock dwar dak l-
istock jew ta’ dawk it-titoli li għalihom tingħata
riċevuta bil-mod preskritt, u
(d) wara ħlas tad-dritt preskritt,
jikkonsolida jew jissuddividi dak l-istock jew titoli u joħroġ lill-
applikant ċertifikat ta’ stock wieħed jew iżjed ġodda jew titoli
wieħed jew iżjed ġodda kif jistgħu jkunu meħtieġa.
Garanzija ta’ 
indennizz.
37. Meta tiġi magħmula applikazzjoni lill-Accountant General
skond din l-Ordinanza għall-ħruġ ta’ ċertifikat duplikat ta’ stock
jew ta’ titolu duplikat jew għall-bdil, tiġdid, konsolidazzjoni jew
suddiviżjoni ta’ xi stock jew titoli, l-Accountant General jista’
jeħtieġ lill-applikant, bħala kondizzjoni preċedenti għall-għoti ta’
l-applikazzjoni, biex jagħmel rabta, f’dik il-għamla u suġġetta għal
dik il-garanzija li l-Accountant General jista’ jordna, billi jwiegħed
li jindennizza lill-Gvern mit-talbiet tal-persuni kollha bis-saħħa
taċ-ċertifikat oriġinali ta’ l-istock jew titolu jew ta’ l-istock jew
titolu hekk mibdul, imġedded, konsolidat jew suddiviż, skond il-
każ.
Ħelsien immedjat 
f’ċerti każijiet.
38. Fuq ħlas minn jew f’isem il-Gvern lid-detentur ta’
obbligazzjoni ta’ l-ammont imsemmi fiha fid-data jew wara d-data
meta jsir dovut jew fit-tiġdid ta’ obbligazzjoni skond l-artikolu 33
ta’ din l-Ordinanza, jew fil-bdil ta’ obbligazzjoni skond l-artikolu
35 ta’ din l-Ordinanza, jew fil-konsolidazzjoni jew suddiviżjoni ta’
obbligazzjoni skond l-artikolu 36 ta’ din l-Ordinanza, il-Gvern ikun
meħlus bl-istess mod u sa l-istess grad bħallikieku dik l-
obbligazzjoni kienet promissory note li titħallas lill-portatur.
Ħelsien f’każijiet 
oħra.
39. Ħlief kif provdut xort’oħra f’din l-Ordinanza r-
responsabbiltà  tal-Gvern għandha -
(a) dwar kull stock jew titolu reġistrat mifdi fid-data jew
wara d-data li fiha l-ħlas tal-kapitaI ikun dovut,
tispiċċa wara li jgħaddu sitt snin minn dik id-data;
(b) dwar kull titolu li minfloku jkun inħareġ duplikat
skond l-artikolu 33 ta’ din l-Ordinanza, tispiċċa wara li
jgħaddu sitt snin mill-ħruġ ta’ dak id-duplikat jew
mid-data ta’ l-aħħar ħlas ta’ imgħax fuq dak it-titolu,
liema data tkun l-aħħar;
(ċ) dwar titolu li għalih ikun inħareġ titolu mġedded
skond l-artikolu 33 ta’ din l-Ordinanza jew dwar stock
jew titoli li minflokhom ikunu nħarġu stock jew titoli
ġodda, wara bidla skond l-artikolu 35 ta’ din l-
Ordinanza jew wara konsolidazzjoni jew suddiviżjoni
skond l-artikolu 36 ta’ din l-Ordinanza, tispiċċa wara li
jgħaddu sitt snin mid-data tal-ħruġ tat-titolu mġedded
jew ta’ l-istock jew titoli ġodda, skond il-każ.
SELFLOKALI(STOCKUTITOLIREĠISTRATI) ġ K AP. 161.    11
TAQSIMA IX
MIXXELLANJI
Firma ta’ l-
Accountant 
General tista’ tiġi 
stampata fuq stock 
jew titoli.
40. Il-firma ta’ l-Accountant General tista’ tiġi stampata,
ittimbrata, inċiża, jew impressed b’xi proċess mekkaniku fuq kull
ċertifikat ta’ stock jew obbligazzjoni, u firma hekk stampata,
ittimbrata, inċiża jew impressed tkun tiswa daqslikieku kienet
imniżżla bil-vera kitba ta’ l-Accountant General.
Ħelsien mit-taxxa 
fuq dokumenti.
41. Id-dokumenti jew atti kollha magħmula jew użati skond id-
disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza għandhom ikunu f’dik l-
għamla kif jista’ jkun preskritt u, minkejja d-disposizzjonijiet ta’
kull Ordinanza oħra, ikunu ħielsa mit-taxxa fuq dokumenti.
Spezzjon ta’ 
reġistru u 
dokumenti.
Emendat:
XVI. 1997.8.
42. (1) Ħadd ma jkollu dritt jispezzjona, jew jirċievi tagħrif
miksub minn, xi stock jew titolu reġistrat fil-pussess tal-Gvern jew
xi reġistru, ktieb jew dokument ieħor magħmul jew miżmum minn
jew f’isem il-Gvern dwar stock jew titoli reġistrati, ħlief fuq ħlas
ta’ dak id-dritt u ħlief f’dawk iċ-ċirkostanzi u b’dawk il-pattijiet u
kondizzjonijiet li jistgħu jkunu preskritti.
(2) Ebda ħaġa f’dan l-artikolu ma għandha tgħodd għall-
Awditur Ġenerali jew għall-Kummissarju tat-Taxxi Interni.
Regolamenti.
Emendat: 
X. 1963.2.
43. (1) Il-Ministru responsabbli għall-finanzi jista’ jagħmel
regolamenti sabiex jagħti seħħ għad-disposizzjonijiet ta’ din l-
Ordinanza.
(2) B’mod partikolari u mingħajr ħsara għall-ġeneralità  tas-
setgħa msemmija qabel, dawn ir-regolamenti jistgħu jaħsbu għall-
ħwejjeġ kollha jew għal xi waħda minn dawn li ġejjin:
(a) il-mod li bih ħlas ta’ imgħax dwar stock jew titoli
għandu jsir u jiġi riċevut;
(b) il-ħruġ ta’ ċertifikati duplikati ta’ stock u ta’ titoli
duplikati;
(ċ) it-tiġdid ta’ ċertifikati ta’ stock u titoli;
(d) il-mod ta’ ħlas ta’ imgħax lil ko-detenturi ta’ stock jew
titoli;
(e) iċ-ċirkostanzi li fihom jista’ jsir tibdil fir-reġistru;
(f) il-ħlas ta’ kapital jew imgħax u t-trasferiment ta’ stock
u titoli fil-każ ta’ persuni legalment inkapaċi;
(g) kif jiddisponi minn imgħax mhux mħallas;
(h) il-kondizzjonijiet li bis-saħħa tagħhom stock jew titoli
jistgħu jiġu mibdula, konsolidati jew suddiviżi;
(i) id-drittijiet li għandhom jitħallsu dwar xi ħaġa li
għandha tinħareġ jew trid issir skond id-
disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza;
(j) il-ħwejjeġ kollha meħtieġa b’din l-Ordinanza li jiġu
preskritti u l-ħwejjeġ kollha inċidentali għal jew li
jkollhom x’jaqsmu mal-ħwejjeġ hawnhekk qabel
imsemmija.
  12      KAP. 161. ħ       SELFLOKALI(STOCKUTITOLIREĠISTRATI)
Ċerti artikoli ta’ 
din l-Ordinanza ma 
japplikawx. 
Miżjud:
XVIII. 1991.2.
Kap. 345.
44. Minkejja kull ħaġa oħra li tinsab f’din l-Ordinanza, id-
disposizzjonijiet li jirrigwardaw ir-reġistrazzjoni u l-ħruġ ta’
ċertifikati ta’ stock ma għandhomx japplikaw fil-każ ta’ kull hruġ
ta’ stock reġistrat u titoli tal-Gvern li jistgħu jiġu negozjati f’borża
rikonoxxuta skond l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji.
