SELFLOKALIGĦALL-IŻVILUPP ġKAP. 162.   1
KAPITOLU 162 
ORDINANZA DWAR SELF LOKALI
 GĦALL-IŻVILUPP 
Biex tawtorizza li somma ta’ erba’ miljun lira tiġi miġbura f’Malta
permezz ta’ self sabiex jiġu finanzjati xogħlijiet ta’ żvilupp.
 (4 ta’ Diċembru, 1959)*
Saret liġi bl-ORDINANZA XIX ta’ l-1959, kif emendata bl-Att XXXI
ta’ l-1961; bl-Avviż Legali 46 ta’ l-1965; bl-Att LVIII ta’ l-1974.
Titolu fil-qosor.
Lokali għall-Iżvilupp.
Setgħat għal ġbir 
ta’ self.
Emendat: 
XXXI. 1961.2; 
A.L. 46 ta’ l-1965;
LVIII. 1974.68.
Kap. 161.
2. Il-President ta’ Malta huwa hawnhekk awtorizzat li joħroġ
f’Malta skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Ordinanza dwar Self Lokali
(Stock u Titoli Reġistrati), stock jew titoli jew it-tnejn sa’ l-
ammont biżżejjed biex jipproduċi somma ta’ viċin kemm jista’ jkun
erba’ miljun lira u dawk is-somom l-oħra li jistgħu jkunu meħtieġa
biex jitħallsu l-ispejjeż ta’ kull ħruġ bħal dak.
Skop tas-self.
Emendat:
A.L. 46 ta’ l-1965;
LVIII. 1974.68. 
3. (1) Kull somma miġbura biex jitħallsu l-ispejjeż ta’ kull
ħruġ bħal dak għandha tiġi applikata biss għal dak l-iskop.
(2) Salv dak li ntqal qabel, il-flus li jissellfu taħt l-awtorità ta’
din l-Ordinanza għandhom ikunu approprjati u applikati għall-
iskopijiet speċifikati fil-Pjan ta’ l-Iżvilupp ta’ Malta għaż-żmien
mill-1 ta’ April 1959 sal-31 ta’ Marzu 1964 u f’kull modifika,
emenda jew estensjoni tagħthom kif jiġu approvati minn żmien
għal żmien mill-President ta’ Malta.
Bidu ta’ 
kontribuzzjoni 
għall-fond ta’ 
ammortizzament.
Kap. 161.
4. L-ewwel kontribuzzjoni għall-fond ta’ ammortizzament kif
kontemplat bid-disposizzjonijiet tal-paragrafu (e) tas-subartikolu
(1) ta’ l-artikolu 6 u ta’ l-artikolu 25 ta’ l-Ordinanza dwar Self
Lokali (Stock u Titoli Reġistrati), għandha ssir mhux aktar tard
minn tliet snin wara d-data li minnha l-imgħax fuq is-self
hawnhekk awtorizzat jibda jgħaddi.
*Ara Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 719 ta’ l-4 ta’ Diċembru, 1959.
