PULIZIJA 
 KAPITOLU 164
ATT DWAR IL-PULIZIJA
Biex tirregola l-organizzazzjoni, id-dixxiplina u d-dmirijiet tal-Korp tal-Pulizija ta’ Malta.
10 ta’ Frar, 1961
 L-ORDINANZA II ta’ l-1961, kif emendata bl-Avviżi Legali: 46 ta’ l-1965, l48 ta’ l-1975; u
bl-Atti: VIII ta’ l-1982, XIII ta’ l-1983, u VIII u X ta’ l-1990; bl-Avviż Legali 43 ta’ l-1996; u
bl-Atti XIII u XXIII ta’ l-2002.
Arranġament ta’ l-Att
  Artikoli
Taqsima I
Ġenerali 1 - 2
Taqsima II 
  Il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta  
Titolu I Twaqqif 3 - 5
Titolu II Ħatriet u Kondizzjonijiet 6 - 23
Titolu III Assoċjazzjonijiet Professjonali 24 - 30
Titolu IV Dixxiplina  31 - 47
Titolu V Il-Bord dwar il-Pulizija 48 - 60
Taqsima III
Investigazzjonijiet u Prosekuzzjonijiet
Titolu I Dmirijiet ta’ l-Uffiċjali tal-Kustodja 61 - 65
Titolu II Kodiċijiet ta’ Prattika u Intervisti 66 - 67
Titolu III Marki tas-Swaba, Kampjuni u Identifikazzjonijiet 68 - 74
Titolu IV Protezzjoni ta’ Xhieda u Vittmi 75 - 90
Taqsima IV
Setgħat fu il-Proprjetà  Privata 91 - 95
Taqsima V
L-Użu tal-Forza 96 - 102
Taqsima VI
Akkademja tal-Pulizija 103 - 106
Taqsima VII
Regolamenti, Ordnijiet u Formoli 107 - 109
Taqsima VIII
Mixxellanji 110 - 120
Taqsima IX
Pensjonijiet 121 - 127
Skedi
L-Ewwel Skeda Ġurament tal-Kariga
It-Tieni Skeda Statut ta’ l-Assoċjazzjoni tal-Pulizija ta’ Malta
It-Tielet Skeda Reati kontra d-Dixxiplina
  2      KAP. 164. ħ         PULIZIJA
Ir-Raba’ Skeda Kodiċi ta’ Prattika għall-Interrogazzjonijiet
mill-Pulizija
Il-Ħames Skeda Regolamenti dwar il-Pensjonijiet tal-Pulizija
PULIZIJA 
 TAQSIMA I 
ĠENERALI
Titolu fil-qosor.
Sostitwit:
XIII. 2002.4.
1. It-titolu ta’ dan l-Att hu l-Att dwar il-Pulizija.
Tifsir.
Emendat: 
A.L. 46 ta’ l-1965.
Sostitwit:
XIII. 2002.4.
2. F'dan l-Att, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma tkunx titlob
xort'oħra -
"l-Akkademja" tfisser l-Akkademja tal-Pulizija mwaqqfa bl-
artikolu 103;
"Assoċjazzjoni tal-Pulizija ta’ Malta" tfisser l-assoċjazzjoni tal-
Pulizija msemmija b’dak l-isem u li tkun teżisti mal-bidu fis-seħħ
ta’ dan l-Att;
"fond" tfisser kull post, vettura, bastiment, inġenji ta’ l-ajru, opra
tal-baħar, inkluża stallazzjoni off shore, jew struttura temporanja
jew mobbli;
Kap. 9.
"kampjun mhux intimu" għandu jkollha l-istess tifsir mogħti
lilha bl-artikolu 350 tal-Kodiċi Kriminali;
"il-Korp" tfisser il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta;
"Kummissarju" tfisser il-Kummissarju tal-Pulizija;
"kunsens xieraq" għandu jkollha l-istess tifsir mogħti lilha bl-
artikolu 350 tal-Kodiċi Kriminali;
"membru tal-Korp" tfisser kull uffiċjal tal-Pulizija barra mill-
Kummisarju;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-Pulizija;
"preskritt" tfisser preskritt b’regolamenti magħmulin taht dan l-
Att;
"Pulizija" tfisser il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta;
"Taqsima Affarijiet Intemi" għandu jkollha l-istess tifsira mogħti
lilha bl-artikolu 55(1);
"xhud protett" tfisser persuna li jkun qed isirilha programm ta’
ħarsien ta’ xhud taħt l-artikolu 75(1);
"Uffiċjal Gazzettjat" tfisser kull uffiċjal tal-Pulizija tar-rank ta’
spettur jew fuqu;
"uffiċjal tal-Pulizija" tfisser kull persuna li tkun isservi fil-Korp,
u tinkludi l-Kummissarju.
TAQSIMA II
IL-KORP TAL-PULIZIJA TA’ MALTA
TITOLU I
TWAQQIF
Il-Korp tal-Pulizija 
ta’ Malta.
Sostitwit:
XIII. 2002.4.
3. Għandu jkompli jkun hemm Korp tal-Pulizija magħruf
bħala l-Korp tal-Pulizija ta’ Malta.
  4      KAP. 164. ħ         PULIZIJA
Għanijiet.
Sostitwit:
XIII. 2002.4.
4. L-objettivi prinċipali tal-Korp huma -
(a) li jżomm l-ordni u l-kwiet pubbliku, li ma jħallix isiru
reati, li jġib ’il quddiem u jwettaq it-tħaris tal-liġijiet,
bħala l-ewwel garanzija tad-drittijiet ta’ kull persuna
f’Malta, ukoll qabel ma tkun meħtieġa xi azzjoni
permezz tas-sistema ġudizzjarja għar-ripressjoni,
sanzjoni jew rimedju ta’ xi ksur;
(b) li jirrispondi minnufih għal kull talba għall-ħarsien u l-
intervent tal-liġi;
(ċ) li japplika l-liġi mingħajr ebda diskriminazzjoni
minħabba f’xi raġuni bħas-sess, ir-razza, il-kulur, il-
lingwa, ir-reliġjon, il-fehma politika jew xi fehma
oħra, l-oriġini nazzjonali jew soċjali, l-assoċjazzjoni
ma’ minoranza nazzjonali, il-proprjetà , it-twelid jew
kull status ieħor;
(d) li jġib ’il quddiem il-koeżistenza ordinata u paċifika
tal-persuni kollha f’Malta, filwaqt li jieħu ħsieb kif
dovut mħux biss tad-drittijiet dwar il-proprjetà  privata
imma wkoll dwar il-proprjetà  pubblika;
(e) li jfittex li jħares l-ambjent bħala parti mill-ġid
komuni;
(f) li jgħin, f’limiti raġonevoli, lil kull persuna li tkun qed
tfittex l-għajnuna ta’ pulizija jew xi uffiċjal pubbliku
ieħor ukoll jekk ir-responsabbiltà  biex fl-aħħar mill-
aħħar tiġi pprovduta dik l-għajnuna ma tkunx
tappartjeni lill-Korp;
(g) li jwettaq onestament u effettivament dawk id-
dmirijiet kollħa lilu assenjati b’dan l-Att jew b’xi liġi
oħra.
Il-Kummissarju u 
uffiċjali oħra.
Emendat:
A.L. 46 ta’ l-1965.
Sostitwit:
XIII. 2002.4.
5. (1) Ikun hemm Kummissarju tal-Pulizija li jinħatar mill-
Prim Ministru u jkollu l-kmand, id-direzzjoni, it-tmexxija u s-
sovrintendenza tal-Korp.
(2) Il-Kummissarju tal-Pulizija jkun mgħejjun minn dak l-
għadd ta’ Deputati Kummissarji, Assistenti Kummissarji u dawk l-
uffiċjali tal-pulizija l-oħra ta’ dawk ir-rankijiet li jistgħu minn
żmien għal żmien ikunu approvati mill-Prim Ministru.
(3) Il-Kummissarju għandu jirrappreżenta l-Korp fil-proċeduri
ġudizzjarji kollha.
(4) Kull att jew ħaġa li tista’ ssir, tiġi ordnata jew titwettaq
mill-Kummissarju tista’, bla ħsara għall-ordnijiet u d-direttivi tal-
Kummissarju, tintgħamel, tiġi ordnata jew titwettaq mid-Deputat
Kummissarju jew minn xi Assistent Kummissarju.
TITOLU II
ĦATRIET U KONDIZZJONIJIET
Ħatriet.
Sostitwit:
XIII. 2002.4.
6. Il-ħatra ta’ kull uffiċjal tal-pulizija għandha tkun suġġetta
għal dawk il-kondizzjonijiet, ħtiġiet u livelli li jistgħu jkunu
preskritti b’dan l-Att jew b’regolamenti jew ordnijiet magħmulin
taħt dan l-Att.
PULIZIJA 
Kuntistabbli ta’ 
riserva.
Sostitwit:
XIII. 2002.4.
7. (1) Il-Korp jista’ jingaġġa għadd ta’ kuntistabbli ta’
riserva, li jistgħu jitqiesu adatti li jagħmlu xi xogħol tal-pulizija.
(2) Kuntistabbli ta’ riserva jitħallas allowance għax-xogħol li
jagħmel.
(3) L-istess liġijiet, regoli u regolamenti bħalma japplikaw
għall-uffiċjali tal-pulizija regolari għandhom ikunu japplikaw
mutatis mutandis għall-kuntistabbli ta’ riserva li jkollhom jedd li
jingħaqdu ma’ kull assoċjazzjoni professjonali mwaqqfa taħt dan l-
Att.
Ubbidjenza.
Sostitwit:
XIII. 2002.4.
8. (1) Kull membru tal-Korp għandu, fl-esekuzzjoni ta’
dmirijietu, minnufih u mingħajr argumenti jobdi l-ordnijiet
leġittimi tal-Kummissarju jew tas-superjuri leġittimi l-oħra tiegħu.
(2) Ordni mogħtija lil xi membru tal-Korp mill-Kummissarju
jew minn xi superjur leġittimu ieħor tiegħu għandha titqies bħala
waħda leġittima, kemm-il darba din ma tkunx b’mod ċar kuntrarja
għal xi disposizzjoni espressa tal-liġi jew xi ordni tal-Qorti.
Attivitajiet 
inkompatibbli.
Emendat:
A.L. 148 ta’ l-
1975.
Sostitwit:
XIII. 2002.4.
9. Kull uffiċjal tal-pulizija għandu jiddedika ħinu kollu għas-
servizz tal-Korp u m’għandux jagħmel xi xogħol ieħor, kemm-il
darba ma jkunx inkiseb permess bil-quddiem u bil-miktub
mingħand il-Kummissarju.
Assenjament ta’ 
dmirijiet.
Emendat: 
A.L. 46 ta’ l-1965. 
Sostitwit:
XIII. 2002.4.
10. Kull membru tal-Korp jista’ jiġi stazzjonat f’dawk il-
postijiet li l-Kummissarju jista’ minn żmien għal żmien jordna:
Iżda l-Kummissarju m’għandux, mingħajr ġusta kawża,
jeħtieġ lil xi uffiċjal tal-pulizija li jkun stazzjonat għal perjodi
indefinittivi f’postijiet fejn, minħabba fid-distanza, dan jista’
jikkaġuna tbatija mhux dovuta għal dak il-membru tal-pulizija jew
għall-familja tiegħu.
Taħriġ.
Emendat: 
A.L. 46 ta’ l-1965.
Sostitwit:
XIII. 2002.4.
11. (1) Kull membru tal-Korp għandu jgħaddi minn dak it-
taħriġ u jagħmel dawk it-testijiet jew eżamijiet li l-Kummissarju
jista’ minn żmien għal żmien jistabbilixxi.
(2) Jistgħu jsiru testijiet tul perjodu ta’ żmien fuq bażi ta’ stima
sabiex tiġi evalwata l-effiċjenza u l-kapaċità  professjonali tal-
membri tal-Korp u dawn jistgħu jinkludu testijiet mediċi ta’ rutina
sabiex jiġi aċċertat kemm dawn ikunu adatti għal mal-Korp.
Status ta’ uffiċjal 
tal-pulizija.
Emendat: 
XIII. 1983.5.
Sostitwit:
XIII. 2002.4.
12. Kull uffiċjal tal-pulizija għandu jitqies li jkun uffiċjal tal-
pulizija f’kull waqt, kif suġġett għall-ħlas ta’ dak il-kumpens li
jista’ jkun dovut lilu taħt kull liġi jew regolament jew hekk kif il-
Kummissarju jista’ jistabbilixxi.
Skedi ta’ xogħol u 
benefiċċji. 
Sostitwit:
XIII. 2002.4.
13. (1) Il-Kummissarju għandu jassenja Assistent
Kummissarju biex jissorvelja d-distribuzzjoni tad-dmirijiet bix-
shift b’mod ġust u ekwu.
(2) L-Assistent Kummissarju hekk assenjat għandu jiżgura
wkoll li dawk id-dmirijiet li jattiraw xi benefiċċji jew
rimunerazzjoni addizzjonali għandhom jiġu mqassma b’mod ekwu.
  6      KAP. 164. ħ         PULIZIJA
Motivi ta’ lment.
Sostitwit:
XIII. 2002.4.
14. Uffiċjal tal-pulizija li jkollu għaliex jaħseb li ma jkunx
qiegħed jiġi ttrattat b’mod ġust skond id-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 13 jista’ japplika direttament jew permezz ta’
assoċjazzjoni professjonali stabbilita taħt dan l-Att, lill-Assistent
Kummissarju li ghandu jifformula rapport lill-Kummissarju sabiex
huwa jkun jista’ jiddeċiedi fuqu, kemm-il darba ma tinstabx
soluzzjoni fi żmien xahar.
Konsultazzjonijiet 
dwar trasferimenti.
Sostitwit:
XIII. 2002.4.
15. Il-Kummissarju għandu jikkonsulta ruħu ma’ l-ogħla
uffiċjal f’xi fergħa jew diviżjoni, meta jkun se jsir xi trasferiment
ta’ persunal.
Ġurament tal-
kariga.
Sostitwit:
XIII. 2002.4.
16. (1) Qabel ma jibda’ jaqdi dmirijietu meta jinħatar, kull
membru ġdid tal-Korp, jew li jkun imdaħħal mill-ġdid, għandu
jieħu l-ġurament tal-kariga li hemm fl-Ewwel Skeda.
(2) Il-ġurament jittieħed u jiġi ffirmat mill-uffiċjali kollha
quddiem persuna li jkollha s-setgħa kif imiss bil-liġi li tagħti
ġurament jew quddiem il-Kummissarju.
Riżenji.
Emendat: 
A.L. 46 ta’ l-1965.
Sostitwit:
XIII. 2002.4.
17. (1) Membru tal-Korp li jkun jixtieq jirriżenja jew jirtira
minn dmirijietu, għandu jagħti lill-Prim Ministru dak l-avviż bil-
quddiem, li ma jkunx jeċċedi t-tletin ġurnata, skond ma l-Prim
Ministru jista’ jkun jeħtieġ b’avviż fil-Gazzetta, dwar il-ħsieb li
jkollu li jirriżenja jew li jirtira minn dmirijietu, skond il-każ, u
jagħti raġunijiet għal dan.
(2) Il-Prim Ministru għandu jagħti permess lil kull membru tal-
Korp għar-riżenja jew l-irtirar tiegħu wara li jiskadi l-perjodu hekk
meħtieġ kemm-il darba dak il-membru -
(a) ma jkunx is-suġġett ta’ proċeduri dixxiplinari quddiem
il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku li ma jkunux
għadhom ġew deċiżi; jew
(b) ma jkunx akkużat b’reat ta’ konjizzjoni ta’ qorti ta’
ġurisdizzjoni kriminali; jew
(ċ) ma jkunx xort’oħra irrenda ruħu hekk li jista’ jiġi
mkeċċi jew imneħħi mill-Korp,
f’liema każijiet il-Prim Ministru jista’ jew jibqa’ ma jagħtix il-
permess tiegħu sakemm il-proċeduri, is-smigħ fil-qorti jew il-
proċeduri ta’ tkeċċija ma jkunux intemmew, jew inkella jagħti dak
il-permess taħt kondizzjonijiet speċifikati.
(3) Membru tal-Korp li ż-żmien ta’ l-avviż tiegħu jagħlaq
matul il-ġrajja jew periklu ta’ ġrajja ta’ ostilitajiet, disordni intern,
jew emerġenza gravi oħra ta’ kull xorta, jista’ jiġi miżmum u s-
servizz tiegħu mtawwal għal dak iż-żmien ieħor, ta’ mhux aktar
minn tnax-il xahar, skond ma l-Prim Ministru jista’ jordna.
Tneħħija mill-
kariga.
Emendat:
A.L. 46 ta’ l-1965.
Sostitwit:
XIII. 2002.4.
18. Il-Prim Ministru jkun jista’ fuq ir-rakkomandazzjoni tal-
Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku jneħħi mill-kariga tiegħu
f’kull żmien uffiċjal tal-pulizija li -
(a) ma jkunx ta indikazzjoni li jkun, jew li jkun waqaf
milli jkun, uffiċjal tal-pulizija effiċjenti;
(b) ma jkunx jista’ minħabba f’xi mard tal-moħħ jew tal-
PULIZIJA 
ġisem jaqdi d-dmirijiet tal-kariga tiegħu meta dak il-
mard x’aktarx li jkun permanenti; u
(ċ) tkun meqjusa, wara li jittieħed kont tal-kondizzjonijiet
tal-Korp, l-utilità  ta’ l-uffiċjal għall-Korp, u ċ-
ċirkostanzi kollha tal-każ, ma għandux fl-interess
pubbliku jibqa’ jservi aktar bħala membru tal-Korp.
Uniformijiet u 
proviżjonijiet oħra.
Emendat:
A.L. 46 ta’ l-1965;
VIII. 1990.3.
Sostitwit:
XIII. 2002.4.
19. (1) Meta uffiċjal tal-Pulizija jieqaf milli jkollu u jeżerċita
l-kariga tiegħu, huwa għandu minnufih jikkunsinna lura lil dik il-
persuna u f’dak il-ħin u post li l-Kummissarju jista’ jordna, l-armi,
il-munizzjon, il-kutramenti, l-uniformijiet u l-ħwejjeġ l-oħra u t-
tagħmir kollu li jkunu ġew mogħtija lilu għas-spejjeż tal-pubbliku u
li l-Kummissarju jordnalu li jagħti lura.
(2) Il-Kummissarju jista’ jordna lil kull persuna li jkollha l-
kustodja jew il-pussess ta’ xi wieħed mill-oġġetti msemmija fis-
subartikolu (1) li kien fil-pussess ta’ wieħed li kien uffiċjal tal-
pulizija, li tikkunsinna dawk l-oġġetti f’dak il-post u lil dik il-
persuna kif il-Kummissarju jista’ jistabbilixxi.
Reati.
Emendat:
A.L.46 ta’ l-1965.
Sostitwit:
XIII. 2002.4.
20. (1) Kull minn jirrofta jew xjentement jonqos milli jħares
ordni mogħti mill-Kummissarju taħt l-artikolu 19, ikun ħati ta’ reat
kriminali u jista’ jeħel, wara li jinstab ħati, priġunerija għal żmien
ta’ mhux iżjed minn tliet xhur, jew multa ta’ mhux iżjed minn mitt
lira.
(2) Kull min minħabba fi traskuraġni jonqos milli jreġġa’ lura
xi oġġett skond ma’ jiġi ordnat mill-Kummissarju taħt l-artikolu 19
jista’ jkollu jħallas bħala dejn ċivili lill-korp il-valur ta’ l-oġġett li
ma jkunx ġie hekk imreġġa’ lura.
Bord tal-Pulizija 
għan-Negozjar.
Sostitwit:
XIII. 2002.4.
21. (1) Ikun hemm Bord tal-Pulizija għan-Negozjar biex jiġu
kkunsidrati kwistjonijiet mqajjma min-naħa uffiċjali jew tal-
persunal, kif hawn isfel deskritti, dwar is-sigħat tax-xogħol, il-
pensjonijiet, il-vakanzi, il-paga u l-allowances, u kondizzjonijiet
oħra tas-servizz.
(2) Il-Bord tal-Pulizija għan-Negozjar għandu jkollha naħa
uffiċjali, naħa tal-persunal, u chairman indipendenti maħtur mill-
Prim Ministru.
(3) In-naħa uffiċjali għandha tkun rappreżentata mis-Segretarju
Permanenti fil-Ministeru responsabbli għall-Pulizija, is-Segretarju
Permanenti fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, is-Segretarju Permanenti
fil-Ministeru responsabbli għall-finanzi, u s-Segretarju Permanenti
fil-Ministeru responsabbli għar-relazzjonijiet industrijali.
(4) In-naħa tal-persunal għandha tkun magħmula minn erba’
membri magħmulin mill-Assoċjazzjoni tal-Pulizija ta’ Malta:
Iżda jekk ikun hemm iktar minn tali assoċjazzjoni waħda,
għaldaqstant l-għadd tal-membri għandu jkun maqsum skond is-
saħħa relattiva ta’ dawk l-assoċjazzjonijiet, kalkulata skond kemm
dawn ikollhom membri.
(5) Għandhom jitħallew jattendu għal-laqgħat tal-Bord il-
konsulenti għal naħa jew l-oħra.
  8      KAP. 164. ħ         PULIZIJA
Funzjonijiet tal-
Bord tal-Pulizija 
għan-Negozjar.
Sostitwit:
XIII. 2002.4.
22. (1) Il-Bord tal-Pulizija għan-Negozjar għandu jippreżenta
r-rapport tiegħu lill-Prim Ministru fuq kull kwistjoni li tqum skond
m’hemm provdut fl-artikolu 21(1).
(2) F’każ ta’ nuqqas ta’ qbil mar-rapport tal-Bord, in-naħa tal-
persunal tista’ titlob li l-kwistjoni tiġi riferita għall-arbitraġġ.
Arbitraġġ.
Sostitwit:
XIII. 2002.4.
23. (1) Meta ssir talba bħal dik, il-Prim Ministru għandu
jaħtar tliet arbitri indipendenti li għandhom jagħmlu rapport lill-
Prim Ministru dwar il-kwistjoni msemmija fl-artikolu 22(2) u dak
ir-rapport għandu jiġi ppreżentat mill-Prim Ministru lill-Kabinett
sabiex jiġi kkunsidrat minnu.
(2) F’kull każ previst f’dan l-artikolu, id-deċiżjoni tal-Kabinett
tkun waħda finali, sew jekk il-kwistjoni tiġi jew ma tiġix riferita
għall-arbitraġġ.
TITOLU III
ASSOĊJAZZJONIJIET PROFESSJONALI
Dritt ta’ 
assoċjazzjoni.
Sostitwit:
XIII. 2002.4.
24. (1) Gradi għoljin fil-Korp mill-grad ta’ spettur u iktar ’il
fuq jistgħu jwaqqfu assoċjazzjoni professjonali waħda skond ma
hemm provdut fis-subartikolu (2) u l-gradi l-oħra kollha jistgħu
wkoll iwaqqfu assoċjazzjoni waħda oħra bejniethom.
(2) Assoċjazzjoni professjonali tista’ ssir għall-avvanzament
tal-ġid u l-effiċjenza professjonali tal-membri ta’ dik l-
assoċjazzjoni, inklużi ħwejjeġ li għandhom x’jaqsmu mas-sigħat
tax-xogħol tagħhom, il-vakanzi, il-paga u l-allowances, il-
pensjonijiet u kondizzjonijiet oħra tas-servizz u regoli tad-
dixxiplina in ġenerali, u sabiex individwi jkunu jistgħu jiġu assistiti
fi proċedimenti dixxiplinari.
Sħubija volontarja.
Sostitwit:
XIII. 2002.4.
25. (1) Is-sħubija f’assoċjazzjoni hija volontarja.
(2) Ħadd ma jista’ jkun membru ta’ tali assoċjazzjoni jekk ma
jkunx membru tal-Korp.
(3) Minkejja dak li hemm fis-subartikolu (2), assoċjazzjoni
tista’ tqabbad impjegati jew konsulenti minn barra l-Korp.
Korpi 
indipendenti.
Emendat: 
A.L. 46 ta’ l-1965;
VIII. 1982.2.
Sostitwit:
XIII. 2002.4.
26. Kull assoċjazzjoni u kull kumitat jew bord relattiv
għandhom ikunu għal kollox indipendenti minn, u mhux assoċjati
ma’, xi korp li ma jkunx is-servizz tal-pulizija:
Iżda l-assoċjazzjoni tista’ tingħaqad ma’
organizzazzjonijiet internazzjonali simili ta’ korpijiet tal-pulizija,
jew tikkollabora ma’ xi assoċjazzjoni f’Malta li l-membri tagħha
jkunu membri rtirati tal-Korp.
Reġistrazzjoni. 
Emendat: 
A.L. 46 ta’ l-1965;
VIII. 1982.2.
Sostitwit:
XIII. 2002.4.
27. Assoċjazzjoni professjonali għandha tkun irreġistrata mal-
Kummissarju li ma jistax jiċħad tali reġistrazzjoni sakemm l-istatut
ta’ l-assoċjazzjoni ma jmurx kontra dan l-Att u l-assoċjazzjoni tkun
tirrappreżenta mhux inqas minn ħmistax fil-mija tal-Korp kollu,
jew ħamsin fil-mija u membru wieħed ieħor ta' xi waħda mill-
kategoriji elenkati fl-artikolu 24(1).
PULIZIJA 
Assoċjazzjoni tal-
Pulizija ta’ Malta. 
Sostitwit:
A.L. 46 ta’ l-1965;
XIII. 2002.4.
28. Sakemm ma titwaqqafx xi assoċjazzjoni oħra, l-
Assoċjazzjoni tal-Pulizija ta’ Malta għandha tkompli tkun stabbilita
skond l-Istatut li jidher fit-Tieni Skeda.
Sostituzzjoni ta’ l-
iskeda.
Sostitwit:
XIII. 2002.4.
29. (1) L-Assoċjazzjoni tal-Pulizija ta’ Malta tista’
tissostitwixxi l-istatut tagħha nnifisha minflok dak li jinsab fl-
Iskeda. L-istatut li jkun se jissostitwixxi dak li hemm fl-Iskeda
għandu jiġi ppreżentat lill-Kummissarju sabiex jiġi żgurat li jkun
wieħed konformi ma’ dan l-Att, f’liema każ huwa għandu japprova
l-istatut. Meta l-istatut ikun ġie hekk approvat mill-Kummissarju,
dan għandu jitqiegħed għall-votazzjoni tal-membri ta’ l-
assoċjazzjoni. Dik is-sostituzzjoni għandha tiġi determinata
b’maġġoranza tal-voti tal-membri kollha preżenti u votanti.
(2) Meta statut li jkun se jissostitwixxi dak li hemm fit-Tieni
Skeda jkun ġie approvat mill-Assoċjazzjoni tal-Pulizija ta’ Malta,
l-Istatut li hemm fit-Tieni Skeda għandu jitqies li jkun ġie hekk
sostitwit.
Ħidma konnessa 
ma’ assoċjazzjoni 
professjonali.
Miżjud:
XIII. 2002.4.
30. Il-Kummissarju jista’, b’mod kompatibbli mal-ħtiġiet tas-
servizz, jikkonsidra li xi ħidma magħmula minn uffiċjal tal-pulizija
u li jkollu x’jaqsam ma’ xi assoċjazzjoni professjonali jkun parti
minn dmirijietu.
TITOLU IV
DIXXIPLINA
Reati minn uffiċjali 
tal-pulizija fil-
kompetenza tal-
qrati.
Miżjud:
XIII. 2002.4.
31. (1) Kull uffiċjal tal-pulizija li -
(a) meta jkun jaf b’xi ammutinament jew sedizzjoni fost
il-Korp ma jagħmilx ħiltu kollha biex irażżan dak l-
ammutinament jew sedizzjoni; jew
(b) meta jkun jaf b’xi ammutinament jew sedizzjoni
maħsuba fost il-Korp ma jagħtix, mingħajr dewmien,
tagħrif dwar dan lill-uffiċjal superjuri tiegħu; jew
(ċ) meta jkun preżenti f’xi ġemgħat ta’ nies b’tendenza
għal irvell ma jagħmilx ħiltu kollha biex irażżan dawk
il-ġemgħat; jew
(d) jaħrab; jew
(e) jipperswadi, jipprokura, jassisti jew jittanta li
jipperswadi, jipprokura jew jassisti xi uffiċjal tal-
Pulizija biex jaħrab; jew
(f) meta jkun jaf li xi uffiċjal tal-pulizija jkun ħarab jew
ikollu l-ħsieb li jaħrab, ma jagħtix bla dewmien tagħrif
lill-uffiċjal superjuri tiegħu; jew
(g) isawwat lil, jew juża vjolenza kontra uffiċjal ieħor,
waqt li dan l-uffiċjal ikun qed jaqdi dmirijietu,
jkun ħati ta’ reat kriminali u jista’ jeħel, meta jinsab ħati,
priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn sentejn.
(2) Ebda uffiċjal tal-pulizija ma għandu jinsab ħati tar-reat ta’
ħrib kemm-il darba l-qorti ma tkunx sodisfatta li kien hemm il-
ħsieb min-naħa ta’ dak l-uffiċjal li ma jerġax lura fil-Korp.
  10      KAP. 164. ħ         PULIZIJA
Kap. 9.
(3) Għandha tkun tapplika l-piena kkontemplata fis-subartikolu
(1) kemm-il darba l-fatt ma jkunx jikkostitwixxi reat kriminali
aktar serju taħt il-Kodiċi Kriminali jew taħt xi liġi oħra, u f’liema
każ ikunu japplikaw dak il-Kodiċi jew dik il-liġi l-oħra.
Kaġunar ta’ 
disaffezzjoni.
Miżjud:
XIII. 2002.4.
32. Kull min -
(a) jikkaġuna jew jittanta li jikkaġuna, jew jagħmel att
maħsub biex jikkaġuna disordni jew diviżjoni fost l-
uffiċjali tal-pulizija; jew
(b) iħajjar jew jittanta li jħajjar jew jagħmel att maħsub
biex iħajjar uffiċjal tal-pulizija biex ma jagħtix is-
servizz tiegħu jew biex jikkommetti reat kontra d-
dixxiplina,
ikun ħati ta’ reat kriminali u jista’ jeħel, meta jinsab ħati,
priġunerija għal żmien ta’ mhux aktar minn sena.
Reati kontra d-
dixxiplina.
Miżjud:
XIII. 2002.4.
33. Membru tal-Korp li jikkommetti xi wieħed mir-reati li
jidhru fit-Tielet Skeda jkun ħati ta’ reat kontra d-dixxiplina.
Sħubija 
f’organizzazzjoni-
jiet.
Miżjud:
XIII. 2002.4.
34. Ikun reat kontra d-dixxiplina li uffiċjal tal-pulizija jkun
jew isir membru ta’ -
(a) xi trade union, jew ta’ xi korp jew assoċjazzjoni
magħquda ma’ xi trade union; jew
(b) xi korp ieħor jew assoċjazzjoni oħra li jkollhom fost l-
objettivi taghhom xi ħaġa msemmija fl-artikolu 21 u li
ma tkunx kostitwita u regolata konformement mad-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
Proċeduri b’mod 
ġenerali.
Miżjud:
XIII. 2002.4.
Emendat:
XXIII. 2002.26.
35. (1) Il-proċeduri dixxiplinari għandhom jiġu regolati skond
l-artikolu 110 tal-Kostituzzjoni.
(2) Meta jiġu delegati setgħat lill-Kummissarju biex huwa
jeserċita azzjoni dixxiplinarja skond id-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 110 tal-Kostituzzjoni, il-Kummissarju għandu, kemm-il
darba ma jiġix dikjarat xort’oħra fl-istrument ta’ delega, jsegwi l-
proċeduri u jkollu s-setgħat kif imsemmija fl-artikoli li ġejjin,
kemm-il darba l-Kummissarju ma jkunx iddikjara li dak il-każ ikun
wieħed li fih m’għandu jkun hemm ebda dewmien u f'’iema każ
għandhom ikunu japplikaw id-direttivi maħruġa taħt l-artikolu
40(2).
Proċeduri quddiem 
il-Kummissarju 
jew Uffiċjal 
Nominat.
Miżjud:
XIII. 2002.4.
36. (1) Il-Kummissarju jista’ jiġbor il-provi personalment jew
għandu jaħtar Uffiċjal Nominat biex jiġbor il-provi u
jirrakkomanda l-piena relattiva, jekk ikun hemm, għall-każ.
(2) Sew il-Kummissarju sew l-Uffiċjal Nominat li jkun ġie
maħtur kif hawn qabel imsemml, skond il-każ, ikollu s-setgħa u l-
awtorità  li jisma’ x-xiehda bil-ġurament, u mandat iffirmat mill-
Kummissarju jew mill-Uffiċjal Nominat, skond il-każ, ikun
ekwivalenti għal taħrika ta’ xhieda maħruġa biex tobbliga l-
attendenza ta’ xhieda jew biex tobbligahom jipproduċu dokumenti
jew esibiti oħra.
(3) Ħadd li jkun ġie mħarrek bħala xhud ma jkun obbligat li
PULIZIJA 
jwieġeb għal xi mistoqsija jew li jġib miegħu xi dokument jew xi
ħaġa oħra li bihom jista’ jinkrimina ruħu u kull tali persuna jkollha
l-jedd, dwar kull xiehda mogħtija minnha, għall-privileġġi kollha li
jkollu xhud li jkun qed jixhed fi proċeduri kriminali quddiem il-
Qorti tal-Maġistrati. Bl-istess mod, ix-xhud ikollu l-istess dmirijiet
daqslikieku jkun ġie mħarrek fi proċeduri kriminali quddiem il-
Qorti tal-Maġistrati.
(4) Kull min jixhed falz bil-ġurament quddiem il-Kummissarju
jew Uffiċjal Nominat li jkun ġie maħtur kif hawn qabel imsemmi,
ikun ħati ta’ reat kriminali u jista’ jeħel, meta jinsab ħati, żmien ta’
priġunerija ta’ mhux iżjed minn sentejn u interdizzjoni ġenerali.
Prosekuzzjoni u 
difiża.
Miżjud:
XIII. 2002.4.
37. Fil-proċedimenti li jsiru quddiem il-Kummissarju jew l-
Uffiċjal Nominat taħt l-artikolu 36 -
(a) ikun uffiċjal ta’ rank ogħla minn dak ta’ l-uffiċjal
akkużat li jiġi mqabbad jirrappreżenta lin-naħa tal-
prosekuzzjoni u biex iressaq il-provi li jsostnu l-
akkuża;
(b) l-uffiċjal akkużat jista’ jiddefendi lilu nnifsu, jew bl-
assistenza ta’ xi avukat, prokuratur legali jew xi
uffiċjal tal-pulizija ieħor li jagħżel hu nnifsu, jew
rappreżentant ta’ xi assoċjazzjoni tal-pulizija, kif
hemm imsemmi fit-Titolu III tat-Taqsima II ta’ dan l-
Att, li taghha huwa jkun membru.
Provi u regoli 
proċedurali.
Miżjud:
XIII. 2002.4.
38. (1) L-uffiċjal akkużat jista’ jsejjaħ ix-xhieda tiegħu u
jagħmel il-kontro-eżami ta’ xhieda li jinġiebu kontrih taħt l-istess
kondizzjonijiet li japplikaw għall-prosekuzzjoni u għal dan l-iskop
sew il-Kummissarju sew l-Uffiċjal Nominat, skond il-każ, ghandu
joħroġ it-taħrika għal dawk ix-xhieda.
(2) Qabel ma jagħti d-deċiżjoni tiegħu u l-piena, il-
Kummissarju għandu jisma’ s-sottomissjonijiet finali tal-
prosekuzzjoni u tad-difiża fuq il-mertu u fuq il-piena li tista’
tingħata, jekk ikun il-każ.
(3) Ir-regoli dwar ix-xhieda li jkunu japplikaw fil-Qorti tal-
Maġistrati bħala qorti ta' ġudikatura kriminali għandhom ikunu
japplikaw għal proċeduri taħt l-artikolu 36 u għandhom jittieħdu
noti sommarji dwar il-proċeduri mill-uffiċjal li jippresjedi, li
għandu jiffirmahom u jehmiżhom ma’ l-inkartament tal-każ.
(4) Id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2) għandhom ukoll
japplikaw għall-Uffiċjal Nominat qabel ma’ dan jippreżenta l-
fehma tiegħu lill-Kummissarju skond ma hemm provdut fl-artikolu
39.
Każijiet delegati.
Miżjud:
XIII. 2002.4.
39. L-Uffiċjal Nominat maħtur skond l-artikolu 36(1) għandu
dejjem jgħaddi lill-Kummissarju l-inkartament relattiv flimkien
mal-fehma tiegħu fuq il-merti tal-każ u fuq il-piena, jekk ikun il-
każ, li huwa jkun irrakkomanda u l-Kummissarju jista’ jadotta r-
rakkomandazzjoni jew jibdilha, sew billi jwaqqa’ l-każ u jillibera
lill-uffiċjal akkużat sew billi jnaqqas il-piena, jekk ikun hemm
waħda.
  12      KAP. 164. ħ         PULIZIJA
Regoli għall-
investigazzjonijiet.
Miżjud:
XIII. 2002.4.
40. (1) Il-Kummissarju jista’ johroġ direttivi li ma jkunux
inkonsistenti mad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att dwar il-proċeduri
li għandhom jiġu segwiti fis-smigħ preliminari dwar allegazzjoni
ta’ reat kontra d-dixxiplina.
(2) Minkejja kull disposizzjoni oħra ta’ dan l-Att, dawk id-
direttivi jistgħu jinkludu disposizzjonijiet dwar miżuri dixxiplinari
immedjati li jistgħu jittieħdu minn uffiċjali superjuri jew minn
uffiċjal tal-pulizija f’dawk il-każijiet li dwarhom ma jista’ jkun
hemm ebda dewmien.
Indipendenza ta’ 
azzjonijiet.
Miżjud:
XIII. 2002.4.
Kap. 9.
41. Kull proċediment dixxiplinari meħud kontra xi membru
tal-Korp għandu jkun mingħajr preġudizzju għal kull proċediment
li jista’ jittieħed kontrih taħt id-disposizzjonijiet tal-Kodiċi
Kriminali jew ta’ xi liġi oħra, u kull proċediment meħud taħt il-
Kodiċi Kriminali jew taħt xi liġi oħra għandu jkun mingħajr
preġudizzju għal kull proċediment dixxiplinari għall-istess fatt.
Pieni.
Miżjud:
XIII. 2002.4.
42. Il-pieni li jistgħu jingħataw fi proċedimenti quddiem il-
Kummissarju huma dawn li ġejjin:
(i) multa ta’ mhux iżjed minn sebat ijiem paga;
(ii) twaqqif tal-ġranet ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa,
għal mhux aktar minn sebat ijiem;
(iii) ċanfira iebsa;
(iv) ċanfira;
(v) twissija.
Pieni esklużi.
Miżjud:
XIII. 2002.4.
43. (1) Dawn il-pieni -
(i) tkeċċija; jew
(ii) talba għal riżenja, sew minnufih sew f’dik id-
data li tista’ tiġi speċifikata fid-deċiżjoni, bħala
alternattiva għat-tkeċċija; jew
(iii) tnaqqis fir-rank jew fl-anzjanità ; jew
(iv) differiment ta’ inkrement jew it-tnaqqis fir-rata
tal-paga tal-ħati,
għandhom ikunu biss rakkomandati mill-Kummissjoni dwar is-
Servizz Pubbliku skond l-artikolu 110 tal-Kostituzzjoni.
(2) Id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) ma jwaqqfux lill-
Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku milli tinfliġġi xi piena minn
dawk elenkati fl-artikolu 42.
Ħlas ta’ multi.
Miżjud:
XIII. 2002.4.
44. Kull multa li tingħata għal reati kontra d-dixxiplina
għandha tinġabar mill-paga dovuta lill-hati:
Iżda l-Kummissarju jista’, wara li jqis l-għadd ta’ persuni
dipendenti ta’ l-uffiċjal u ċirkostanzi simili oħra, jordna li l-multa
titħallas b’ammonti ta’ kull xahar li kull wieħed minnhom ma jkunx
jeċċedi b’daqs kemm ikun ekwivalenti għas-salarju ta’ ġurnata tal-
ħati jew inkella jista’ jagħti lill-ħati l-għażla li jħallas il-multa billi
jaħdem bla ħlas sigħat żejda ta' xogħol.
PULIZIJA 
Ħsara jew telf ta’ 
tagħmir.
Miżjud:
XIII. 2002.4.
45. Jekk uffiċjal tal-Pulizija jirhan, ibiegħ, jitlef bi traskuraġni,
ineħħi, jew volontarjament jew bi traskuraġni jagħmel ħsara lil xi
arma, munizzjon, kutramenti, uniformi jew ħaġa oħra mogħtija lilu,
jew xi proprjetà  mħollija taħt il-kura tiegħu, huwa jista’, b’żieda
għal jew minflok kull piena oħra, jiġi ordnat li jagħmel tajjeb għal,
sew in parti jew għal kollox, il-valur ta’ dik il-proprjetà  jew l-
ammont ta’ dak it-telf jew hsara, skond il-każ, u dak il-valur jew
dak l-ammont jista’ jinġabar billi jitnaqqas mill-paga tiegħu.
Preskrizzjoni għal 
proċedimenti 
interni.
Miżjud:
XIII. 2002.4.
46. Jistgħu jinbdew proċedimenti dixxiplinari quddiem il-
Kummissarju fi żmien tliet xhur mid-data meta jsir ir-reat kontra d-
dixxiplina.
Tħassir minn 
records personali.
Miżjud:
XIII. 2002.4.
47. Reat kontra d-dixxiplina ttrattat mill-Kummissarju
m’għandux jibqa’ jidher fuq ir-records personali ta’ dak l-uffiċjal
wara li jgħaddu sentejn sakemm ma jkunx instab ħati ta’ xi reat
ieħor matul dak iż-żmien.
TITOLU V
IL-BORD TAL-PULIZIJA
Twaqqif tal-Bord 
tal-Pulizija.
Miżjud:
XIII. 2002.4.
Emendat:
XXIII. 2002.26.
48. (1) Ikun hemm Bord tal-Pulizija li jkun magħmul minn
dawk il-membri, li ma jkunux iktar minn ħamsa u li wieħed
minnhom ikun Chairperson, skond ma jistgħu jkunu maħtura mill-
President ta’ Malta li jaġixxi fuq il-parir tal-Prim Ministru.
(2) Il-membri għandhom jibqgħu fil-kariga għal żmien sentejn
mill-1 ta’ Jannar tas-sena relattiva għall-ħatra tagħhom u jistgħu
jerġgħu jiġu maħtura mill-ġdid.
(3) Jekk jiġri li jkun hemm xi vakanza fil-Bord matul is-sena
minħabba f’xi mewt, riżenja, jew għal xi raġuni oħra, il-President
għandu, kemm jista’ jkun prattikament malajr, jaħtar lil xi persuna
oħra biex timla’ dik il-vakanza u min jiġi hekk maħtur għandu
jibqa’ f’dik il-kariga għall-bqija taż-żmien ta’ kariga tal-
predeċessur tieghu:
Iżda l-Bord u l-membri tiegħu għandhom jibqgħu
jiffunzjonaw minkejja kull tali vakanza.
(4) Ħadd m’għandu jkun ikkwalifikat li jinhatar, jew li jibqa’,
membru tal-Bord jekk ikun:
(a) uffiċjal pubbliku;
(b) membru, uffiċjal jew impjegat ta’ xi korp magħqud
imwaqqaf bil-liġi;
(ċ) membru tal-Kamra tad-Deputati jew membru jew
impjegat ta’ xi kunsill lokali.
(5) Membru tal-Bord jista’ jitnehha mill-kariga b’Riżoluzzjoni
tal-Kamra tad-Deputati minħabba f’inkapaċità  li jwettaq id-
dmirijiet tal-kariga li jkollu (kemm jekk minħabba f’nuqqas ta’
saħħa tal-moħħ jew tal-ġisem jew għal xi raġuni oħra) jew
minħabba f’imġieba ħażina.
  14      KAP. 164. ħ         PULIZIJA
Funzjonijiet tal-
Bord.
Miżjud:
XIII. 2002.4.
49. Il-Bord tal-Pulizija ghandu jkollu dawn il-funzjonijiet li
ġejjin:
(a) jinvestiga kemm jista’ jkun malajr u jirrapporta dwar
kull ħaġa li tolqot l-imġieba tal-Korp jew ta’ xi wieħed
mill-membri tiegħu sew b’inizjattiva tiegħu innifsu
kemm wara xi lment li jirċievi jew li jiġi riferit lilu
mill-Ministru;
(b) li jinvestiga u jirrapporta dwar kull ilment li jsirlu
minn xi uffiċjal kontra xi trattament li huwa jqis li
jkun ta’ preġudizzju għalih jew diskriminatorju
kontrih, jew jikkaġunalu tbatija żejda;
(ċ) li jissorvelja l-imġieba ta’ proċedimenti dixxiplinari
interni dwar il-pulizija u li jgħarraf lill-Ministru bir-
riżultanzi li jkollu; għall-fmijiet ta’ dan il-paragrafu
kull membru tal-Bord tal-Pulizija jista’ jattendi għal
kull seduta tal-proċedimenti dixxiplinari li l-
Kummissarju jagħmel fit-twettiq tas-setgħat lilu
delegati skond ma hemm imsemmi fl-artikolu 35(2);
(d) li jissorvelja r-relazzjonijiet bejn il-Korp u l-pubbliku
u b’mod partikolari l-amenitajiet tal-Korp miftuħa
għall-pubbliku kif ukoll jissorvelja u jżur dawk iċ-
ċellel fejn ikunu qed jinżammu jew jistgħu jinżammu
persuni u jaghmel rapport dwar dan lill-Ministru;
(e) li jissorvelja l-ħidma tat-Taqsima Affarijiet Interni tal-
Korp tal-Pulizija u li jirreferilha dak kollu li jqis li
jkun adatt;
(f) li jibgħat kull rapport meħtieġ skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu lill-Ministru u lill-
Kummissarju tal-Pulizija;
(g) li jippreżenta rapport tal-ħidma tiegħu ta’ kull sena
kalendarja lill-Ministru, lill-Kummissarju tal-Pulizija
u lill-Kumitat għall-Affarijiet Soċjali tal-Kamra tad-
Deputati;
(h) li jwettaq kull funzjoni oħra li tista’ tiġi lilu assenjata
permezz ta’ regolamenti, jew permezz ta’ xi
istruzzjonijiet speċifiċi bil-miktub mingħand il-
Ministru:
Iżda għall-finijiet ta’ l-eserċizzju tal-funzjonijiet hawn
qabel imsemmija l-Korp għandu jitqies li jinkludi kull persunal
ċivili li jaħdem mal-Korp.
Laqgħat tal-Bord.
Miżjud:
XIII. 2002.4.
50. (1) Il-Bord tal-Pulizija għandu jiltaqa’ mill-anqas darba
fix-xahar f’dak il-post li jista’ jiġi stabbilit għal dawk il-laqgħat.
(2) Il-quorum tal-laqgħat jkun ta’ nofs l-għadd ta’ membri
flimkien ma’ membru ieħor.
(3) Deċiżjoni tista’ biss tittieħed b’maġġoranza tal-voti tal-
membri preżenti u votanti, u ċ-Chairman ikollu vot deċiżiv fil-każ
ta’ voti ndaqs.
(4) Il-minuti għandhom jinżammu mis-Segretarju tal-Bord tal-
Pulizija, li huwa wkoll il-kustodju tad-dokumenti kollha rilevanti,
PULIZIJA 
li għandhom jinqraw u jiġu kkonfermati u ffirmati miċ-Chairman u
mis-Segretarju fi tmiem il-laqgħa.
(5) Il-Bord għandu xort’oħra jirregola l-proċedura tiegħu
nnifsu.
Dehra quddiem il-
Bord tal-Pulizija.
Miżjud:
XIII. 2002.4.
51. (1) Il-Kummissarju jew uffiċjal tal-pulizija jew xi
jmpjegat ċivili jistgħu jiġu mitlubin jidhru quddiem il-Bord tal-
Pulizija biex iwieġbu għall-mistoqsijiet li jsirulhom u biex
jipprovdu kull tagħrif li jista’ jkun rilevanti għal dak il-Bord fl-
esekuzzjoni ta’ dmirijietu.
(2) Il-kwerelant jista’ wkoll jintalab jattendi quddiem il-Bord
tal-Pulizija, u jagħti informazzjoni ulterjuri.
Delega ta’ 
funzjonijiet.
Miżjud:
XIII. 2002.4.
52. Il-Bord tal-Pulizija jista’, flimkien mat-Taqsima Affarijiet
Interni, jassenja lil xi wieħed mill-membri tiegħu d-dmir li jiġbor
informazzjoni u provi u dak il-membru għandu jagħmel ir-rapport
tiegħu lill-Bord.
Deċiżjonijiet.
Miżjud:
XIII. 2002.4.
53. (1) Fid-deċiżjonijiet li jagħmel, il-Bord jista’
jirrakkomanda tali azzjoni li jqis li tkun adatta.
(2) Meta jirriżulta li l-kwistjoni tista’ tinvolvi proċedimenti ta’
azzjoni kriminali, il-Bord tal-Pulizija għandu jirreferi r-riżultanzi
tiegħu lill-Avukat Ġenerali u l-Kummissarju tal-Pulizija.
Eċċezzjonijiet.
Miżjud:
XIII. 2002.4.
Kap. 12.
54. (1) Minkejja d-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan it-Titolu, il-
Bord tal-Pulizija jew xi ħadd mill-membri tiegħu la jkunu jistgħu
jispezzjonaw jew jitolbu l-produzzjoni ta’ xi dokument eżentat fi
ħdan it-tifsira ta’ l-artikolu 637(3) sa (6), iż-żewġ subartikoli
inklużi, tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Civili u lanqas
jeħtieġu lil xi uffiċjal tal-pulizija li jaghti xi informazzjoni li tkun
tinsab f’xi tali dokument.
(2) Lanqas ma jkunu jistgħu l-Bord tal-Pulizija jew xi ħadd
mill-membri tiegħu jitolbu li jinġieb xi dokument li jkollu x’jaqsam
ma’ xi investigazzjoni kriminali jew li jitolbu jew li jingħataw
tagħrif fuq xi investigazzjoni kriminali bħal dik.
Taqsima Affarijiet 
Interni.
Miżjud:
XIII. 2002.4.
55. (1) F'dan it-Titolu l-kliem "Taqsima Affarijiet Interni"
tfisser id-dipartiment intern fil-Korp tal-Pulizija, ikun x’ikun l-
isem li bih tkun magħrufa, u li tkun fdata bis-sorveljanza interna ta’
l-attivitajiet tal-Korp sabiex tiġi żgurata li tkun accountable.
(2) It-Taqsima Affarijiet Interni għandha titwaqqaf fil-Korp
sabiex tinvestiga kull ilment li jsir kontra l-uffiċjali tal-pulizija
mill-membri tal-pubbliku jew minn xi membru tal-Korp kontra l-
ieħor u biex jirċievi u jeżamina kull prova mill-pubbliku li twassal
għal rakkomandazzjoni li tingħata lil xi uffiċjal tal-pulizija għal
dak li għamel fil-qadi ta’ dmirijietu.
Regolamenti għall-
Bord.
Miżjud:
XIII. 2002.4.
56. Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti li ma jkunux
inkonsistenti mad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att sabiex jiġu
regolati kwistjonijiet ta’ proċedura quddiem il-Bord u sabiex dawn
ikunu jipprovdu għal dawk ir-rimedji jew miżuri li jistgħu jkunu
rakkomandati mill-Bord.
  16      KAP. 164. ħ         PULIZIJA
Rapporti mill-
Bord.
Miżjud:
XIII. 2002.4.
57. (1) Il-Bord tal-Pulizija għandu ta’ kull sena jippreżenta
rapport tal-ħidma tiegħu lill-Ministru, lill-Kumitat dwar l-Affarijiet
Soċjali tal-Kamra tad-Deputati u lill-Kummissarju.
(2) Il-Bord tal-Pulizija jista’ jippubblika sommarju tar-rapport
li jagħmel, fejn josserva diskrezzjoni kif imiss fejn l-interessi ta’
individwi privati jkunu hekk jeħtieġu, speċjalment billi ma jiżvelax
l-ismijiet jew l-identità  ta’ l-individwi.
Kap. 377.
(3) Il-membri tal-Bord għandhom ikunu marbutin bid-
disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar Segretezza Professjonali.
Astensjoni tal-
membri.
Miżjud:
XIII. 2002.4.
58. Membru tal-Bord tal-Pulizija għandu jastjeni milli
jipparteċipa fid-deliberazzjonijiet u d-deċiżjonijiet dwar kull
kwistjoni li l-Bord ikun qed jittratta u li fiha huwa jista’ jkollu
interess pekunjarju, professjonali jew personali ieħor, jew li fiha
jkun involut b’xi mod li jkun xi ħadd li jkun jiġi minnu b’parentela
jew bil-konsangwinità  sar-raba’ grad inkluż.
Assenza mhux 
ġustifikata.
Miżjud:
XIII. 2002.4.
59. Membru li jkun assenti għal erba’ laqgħat mingħajr raġuni
valida għandu jkun ikkunsidrat bħala li rriżenja mill-kariga tiegħu,
u s-Segretarju għandu jgħarraf lill-President skond hekk.
Reati.
Miżjud:
XIII. 2002.4.
60. (1) Ikun reat kontra d-dixxiplina li membru tal-Korp
xjentement jimpedixxi lil xi membru ieħor tal-Korp milli
effettivament jeżerċita d-dritt tiegħu li jagħmel jew isegwi xi lment
quddiem il-Bord tal-Pulizija jew li jippenalizza jew idejjaq
b’talbiet irraġonevoli u persistenti lil xi membru ieħor tal-Korp talli
jkun għamel jew segwa xi lment lill-Bord tal-Pulizija bil-għan li
jwassal lil dak il-membru tal-Korp li jiddesisti milli jilmenta lill-
Bord tal-Pulizija jew li jirtira xi lment li jkun sar lil dak il-Bord.
Kap. 9. (2) Għall-finijiet ta’ l-artikoli 100 u 101 tal-Kodiċi Kriminali,
il-Bord tal-Pulizija ghandu jitqies li hu "awtorità  kompetenti".
TAQSIMA III
INVESTIGAZZJONIJIET U PROSEKUZZJONIJIET
TITOLU I
DMIRIJIET TA’ L-UFFIĊJALI TAL-KUSTODJA
Dmirijiet ta’ l-
uffiċjali tal-
kustodja.
Miżjud:
XIII. 2002.4.
61. L-uffiċjal tal-kustodja jew uffiċjal li jkun qed iwettaq il-
funzjonijiet ta’ uffiċjal tal-kustodja skond il-liġi għandu -
(a) jeħles mill-kustodja persuna li tkun miżmuma mill-
pulizija jekk meta jiskadi perjodu ta’ tmienja u erbgħin
siegħa mill-arrest tagħha dik il-persuna ma tkunx
inġiebet quddiem qorti f’dak il-perjodu:
Iżda qabel ma jeħles lil dik il-persuna, l-uffiċjal
tal-kustodja jew dak l-uffiċjal li jkun qed iwettaq il-
funzjonijiet ta’ uffiċjal tal-kustodja, għandu jgħarraf
lill-uffiċjal investigatur u lil xi Maġistrat u d-deċiżjoni
finali għandha tkun dik tal-Maġistrat;
(b) jeħles lil xi persuna meta jiġi ordnat biex jagħmel hekk
mill-uffiċjal investigatur li kien arresta jew talab l-
arrest tagħha;
PULIZIJA 
(ċ) jiżgura li persuni miżmuma fl-għassa tiegħu jiġu
ttrattati skond il-liġi u skond kull kodiċi ta’ prattika li
jista’ jkun pubblikat;
(d) iżomm record ta’ kull ħaġa li għandha tiġi iskritta
b’riferenza għal persuna miżmuma taħt il-kustodja
tiegħu kif provdut f’dan l-Att jew f’kodiċi ta’ prattika
li jista’ jkun pubblikat;
(e) f’konsultazzjoni ma’ l-uffiċjal investigatur, jieħu ħsieb
kull bżonn mediku jew umanitarju ieħor tal-persuna
miżmuma u ma għandu f’ebda każ jieħu responsabbiltà
personali fejn tintalab jew tkun tidher li tkun meħtieġa
xi attenzjoni medika;
(f) ifittex li jiżgura li l-post fejn ikunu qed jinżammu l-
persuni taħtu jkun jikkonforma ma’ livelli ta’ iġjene u
kumdità  aċċettabbli, speċjalment jekk il-persuna
miżmuma tkun se torqod fih;
(g) ifittex li jiżgura li ma jkun hemm ebda periklu għall-
ħajja tal-persuna miżmuma taħt il-kustodja tiegħu,
ukoll jekk il-persuna miżmuma titħalla waħedha.
Trasferiment tal-
persuna miżmuma.
Miżjud:
XIII. 2002.4.
62. (1) Meta persuna miżmuma tiġi trasferita għal għassa
oħra, ir-responsabbiltà  ghall-benesseri ta’ dik il-persuna għandha
taqa’ fuq l-uffiċjal tal-kustodja l-ġdid li jassumi r-responsabbiltà .
(2) Il-Maġistrat li jagħmel inkjesta in genere dwar ir-reat li
dwaru tkun qegħda tinżamm persuna, jista’ f’kull waqt jordna li l-
persuna miżmuma tiġi trasferita lejn xi għassa oħra.
Reviżjoni ta’ 
żamma mill-
Pulizija.
Miżjud:
XIII. 2002.4.
63. (1) L-uffiċjal tal-kustodja għandu personalment jirrevedi
ma’ l-uffiċjal investigatur, meta l-persuna miżmuma tibqa’
tinżamm, sabiex jiġi deċiż jekk dan ikunx ġustifikat fiċ-ċirkostanzi.
(2) L-ewwel reviżjoni għandha ssir fl-ewwel tnax-il siegħa
mill-arrest u mbagħad perjodikament wara dan f’intervalli ta’ mhux
iżjed minn tnax-il siegħa kull wieħed. Għandu jinżamm record
dwar dan kollu u ta’ dak li jirriżuita minn kull reviżjoni.
Records dwar id-
detenzjoni ta’ 
persuna.
Miżjud:
XIII. 2002.4.
64. L-uffiċjal tal-kustodja għandu jżomm reġistru li fih iniżżel
dawk id-dettalji personali li jservu għall-identifikazzjoni ta’ kull
persuna miżmuma fl-għassa tal-pulizija fejn ikun hemm stazzjonat
l-uffiċjal kif ukoll kull informazzjoni oħra rilevanti dwar dik id-
detenzjoni ta’ persuna, inkluż:
(a) isem l-uffiċjal li jkun għamel l-arrest;
(b) id-data u l-ħin ta’ l-arrest;
(ċ) id-data u l-ħin meta l-persuna miżmuma tkun inġiebet
l-għassa;
(d) il-ħin ta’ l-interrogazzjoni u kemm damet;
(e) il-ħin u r-riżultat ta’ kull reviżjoni ta’ detenzjoni;
(f) il-ħin u x-xorta ta’ kull ħtieġa ta’ parir jew trattament
mediku u l-azzjoni li tittieħed għal dak l-għan;
(g) id-data u l-ħin ta’ kull trasferiment tal-persuna
miżmuma lejn xi għassa oħra flimkien ma’ fejn tkun
  18      KAP. 164. ħ         PULIZIJA
tinsab dik l-għassa;
(h) id-data u l-ħin meta l-persuna miżmuma tkun inħelset
u taħt liema awtorità  tkun inħelset;
(i) kull allegazzjoni li l-persuna miżmuma tkun qed tiġi
jew tkun ġiet ittrattata ħażin matul il-perijodu li tkun
qed tinżamm mill-Pulizija.
Perkwiżizzjoni ta’ 
persuni miżmuma.
Miżjud:
XIII. 2002.4.
65. (1) L-uffiċjal tal-kustodja għandu jżomm record bil-
miktub ta’ kull ħaġa li tkun fil-pussess tal-persuna arrestata u li
tkun se tinżamm fl-għassa tal-pulizija u ta’ kull ħaġa li tinqabad u
tinżamm skond xi disposizzjoni tal-liġi. Dak ir-record għandu
jifforma parti mir-record tal-kustodja tal-persuna miżmuma.
(2) L-uffiċjal tal-kustodja jista’ jaqbad kull ħaġa, inklużi lbies
jew affarijiet personali, li jkunu fuq il-persuna arrestata jekk ikollu
tassew għaliex jissuspetta li dik il-ħaġa tista’ tkun prova dwar xi
reat jew jekk jidhirlu li tista’ tintuża minn dik il-persuna biex -
(a) tikkaġuna danni fiżiċi lilha nnifisha jew lil ħaddieħor;
jew
(b) tagħmel ħsara lill-proprjetà ; jew
(ċ) tfixkel il-provi; jew
(d) tagħmilha iktar faċli għaliha li taħrab.
Kap. 9.
(3) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 355P sa 355U, it-tnejn
inklużi, tal-Kodiċi Kriminali għandhom ikunu japplikaw fil-każ ta’
xi qbid li jsir taħt dan l-artikolu.
TITOLU II
KODIĊIJIET TA’ PRATTIKA U INTERROGAZZJONIJIET
Kodiċijiet ta’ 
prattika.
Miżjud:
XIII. 2002.4.
66. (1) Il-Ministru jista’ b'regolamenti joħroġ kodiċijiet ta’
prattika f’dak li għandu x’jaqsam -
(a) ma’ l-eserċizzju minn uffiċjali tal-pulizija ta’ poteri
statutorji -
(i) li jfittxu fuq persuna mingħajr ma qabel
jarrestawh;
(ii) li jfittxu fuq vettura mingħajr ma jagħmlu arrest;
(b) id-detenzjoni, it-trattament, l-interrogazzjoni u l-
identifikazzjoni ta’ persuni minn uffiċjali tal-pulizija;
(ċ) it-tiftix li jista’ jsir ġo xi fond minn uffiċjali tal-
pulizija; u
(d) il-qbid ta’ proprjetà  li tinstab minn uffiċjali tal-pulizija
fuq xi persuna jew ġo xi fond.
(2) Il-Kodiċi ta’ Prattika għall-Interrogazzjoni ta’ Persuni
Arrestati li hemm fir-Raba’ Skeda għandu jitqies bħala Kodiċi ta’
Prattika maħruġ mill-Ministru taħt id-disposizzjonijict ta’ dan l-
artikolu u dan jista’ f’kull waqt jiġi emendat, imħassar jew sostitwit
skond il-każ.
(3) Uffiċjal tal-pulizija li jonqos milli jikkonforma ruħu ma’ xi
disposizzjoni ta’ kodiċi ta’ prattika maħruġ taħt dan l-artikolu jista’
PULIZIJA 
jkun suġġett għal proċedimenti dixxiplinari għal reat kontra d-
dixxiplina.
(4) Xi nuqqas min-naħa ta’ uffiċjal tal-pulizija li jħares xi
disposizzjoni ta’ tali kodiċi m’ghandux minnu nnifsu jwassal għal
proċedimenti kriminali jew ċivili kontra dak l-uffiċjal.
(5) F’kull proċediment kriminali u ċivili kull tali kodiċi għandu
jkun ammissibbli bi prova; u jekk il-qorti jew it-tribunal li jkun qed
imexxi l-proċedimenti jkun jidhrilhom li xi disposizzjoni ta’ tali
kodiċi tkun rilevanti għal xi kwistjoni li tqum fil-proċedimenti, dik
id-disposizzjoni għandha titqies għall-iskop li tiġi deċiża dik il-
kwistjoni.
Reġistrazzjoni 
awdjoviżiva ta’ 
interrogazzjonijiet.
Miżjud:
XIII. 2002.4.
67. Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti li jkunu jipprovdu
dwar kodiċi ta’ prattika għar-reġistrazzjoni ta’ l-awdjo fuq tape jew
għar-reġistrazzjoni viżiva fuq film ta’ kull interrogazzjoni ta’
persuna suspetta li tkun għamlet xi reat, skond ma’ jista' jiġi
speċifikat f’dawk ir-regolamenti.
TITOLU III
MARKI TAS-SWABA, KAMPJUNI U IDENTIFIKAZZJONIJIET
Teħid ta’ marki 
tas-swaba u ta’ 
kampjuni oħra.
Miżjud:
XIII. 2002.4.
68. L-uffiċjal investigatur bl-assistenza ta’ dawk in-nies
kompetenti kif ikun meħtieġ u bil-kunsens xieraq, jista’ jieħu -
(a) marki tas-swaba, marki tal-pala ta’ l-id jew marki oħra
tal-persuna arrestata;
(b) ritratti tal-persuna arrestata jew ta’ xi parti mhux
intima ta’ persuntha;
(ċ) kampjuni mhux intimi tal-persuna arrestata.
Għoti lura ta’ 
marki tas-swaba, 
eċċ.
Miżjud:
XIII. 2002.4.
69. Persuna tista’, fi żmien sena minn meta tiġi meħlusa
b’sentenza finali ta’ xi qorti, titlob li kull kampjun, marki tas-
swaba u dokument li jkunu ttieħdu mingħandha flimkien ma’ kull
reġistrazzjoni ta’ leħenha jew reġistrazzjonijiet bil-video tagħha,
jingħatawlha lura jew inkella jiġu meqruda quddiemha.
Talba għal treġġigħ 
lura ta’ marki tas-
swaba, eċċ.
Miżjud:
XIII. 2002.4.
70. (1) It-talba msemmija fl-artikolu 69 għandha ssir b’rikors
quddiem Maġistrat.
(2) Jekk it-talba tintlaqa’, il-Maġistrat għandu jiżgura li dawk
l-oġġetti jew jitreġġgħu lura jew inkella jiġu meqruda quddiem dik
il-persuna.
(3) Jekk dawk l-oġġetti jinħtieġu b’konnessjoni ma’ xi
investigazzjoni oħra, il-Maġistrat jista’ jordna li t-treġġigħ lura jew
il-qirda ta’ tali oġġetti jinżammu milli jsiru sakemm dawn ma
jkunux aktar meħtieġa għall-investigazzjoni l-oħra.
Talba mill-persuna 
arrestata.
Miżjud:
XIII. 2002.4.
71. Talba kif hemm provdut dwarha fl-artikolu 69 tista’ wkoll
issir minn persuna li tkun ġiet arrestata iżda li ma tkun saret ebda
akkuża kontriha. F’dak il-każ ir-rikors imsemmi fl-artikolu 70 jista’
jiġi biss permess wara li l-Pulizija jkunu ingħataw opportunità  li
jwieġbu għar-rikors li għandha tiġi notifikata lill-Pulizija għal dak
l-għan. Ir-rikors għandu jkun miċħud jekk dan jiġi oppost mill-
Pulizija u l-perjodu ta’ preskrizzjoni għall-eserċizzju ta’ l-azzjoni
  20      KAP. 164. ħ         PULIZIJA
kriminali għar-rigward tar-reat li dwaru jkun ġie arrestat ir-
rikorrent, ma jkunx skada.
X’isir minn 
kampjuni li ma 
jintalbux lura.
Miżjud:
XIII. 2002.4.
72. Meta l-persuna liberata jew il-persuna arrestata iżda mhux
akkużata, skond il-każ, tonqos milli taghmel rikors quddiem
Maġistrat kif hemm provdut dwar dan fl-artikoli 69 u 71, il-Pulizija
tista’ tittrasferixxi kull ħaġa msemmija f’dawk l-artikoli lill-
Akkademja tal-Pulizija mwaqqfa taħt dan l-Att jekk dawk l-oġġetti
jitqiesu mill-Pulizija li jkollhom xi valur didattiku jew
sperimentali.
Arkivji tal-Pulizija.
Miżjud:
XIII. 2002.4.
73. (1) Il-Pulizija tista’ żżomm, tipproċessa u tikklassifika
kull tagħrif rilevanti għall-għemil ta’ xi delitt f’Malta jew barra
minn Malta, liema tagħrif jista’ jiġi preservat b’kull sistema li tkun,
inkluż format elettroniku, bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ kull
liġi fuq il-ħarsien tad-data.
X’tagħrif jista’ 
jinżamm.
(2) Dak it-tagħrif jista’ jkollu x’jaqsam ma’ marki tas-swaba,
ritratti, qisien, kampjuni tad-demm, kampjuni intimi jew mhux
intimi, mudelli ta’ mġieba kriminali u metodoloġija fl-għemil ta’ xi
reat u dettalji simili bil-għan li l-ħatjin għad ikunu jistgħu jinqabdu.
Jedd li tqabbel. (3) Il-Pulizija tista’, għall-fini li tiġbor il-provi fl-
investigazzjoni ta’ xi reat kriminali, tqabbel kull tagħrif bħal dak
ma’ kull informazzjoni oħra li tista’ ssir taf biha.
Identifikazzjo-
nijiet.
Miżjud:
XIII. 2002.4.
74. (1) Meta uffiċjai investigatur ikun jixtieq jagħmel xi
parata ta’ l-identità  jew identifikazzjoni ta’ oġġetti, dawn
għandhom isiru minn Maġistrat li għandu jieħu dawk il-passi li
jkunu jiżguraw li ma jkun hemm ebda suġġeriment jew influwenza
esterna fuq il-persuna li tissejjaħ biex tagħraf lill-persuna jew l-
oġġett.
(2) Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti għall-għemil ta’
parata ta’ identifikazzjoni.
TITOLU IV
ĦARSIEN TA’ XHIEDA U TA’ VITTMI
Protezzjoni ta’ 
xhieda.
Miżjud:
XIII. 2002.4.
75. (1) Meta persuna tkun il-vittma ta’ delitt u tkun ser tinġieb
bħala xhud fi proċedimenti kriminali kontra xi awtur jew kompliċi
fid-delitt u dik il-persuna tkun imħassba dwar is-sigurezza tagħha,
il-Kummissarju jista’, bla ħsara għad-disposizzionijiet ta’ l-artikolu
76, jwaqqaf programm ta’ ħarsien ta’ xhieda, hawnhekk iżjed ’il
quddiem f’din it-Taqsima msejjaħ "il-programm".
(2) ld-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) għandhom ikunu
wkoll japplikaw għal persuna li tkun ipparteċipat fl-għemil ta’
delitt u li x-xiehda tagħha tkun meħtieġa b’mod indispensabbli
sabiex ikun jista’ jitmexxa kontra xi awtur jew kompliċi fid-delitt
meta dik il-persuna taqbel li tikkopera ma’ l-awtoritajiet pubbliċi
għall-fini ta’ dik il-prosekuzzjoni.
Jedd għall-
programm.
Miżjud:
XIII. 2002.4.
76. Persuna jista’ jkollha l-jedd tibbenefika taħt il-programm
jekk dik il-persuna -
(a) tkun vittma ta’ delitt; jew
(b) tkun ipparteċipat f’xi organizzazzjoni jew grupp ta’
PULIZIJA 
persuni li jkunu għamlu jew ikunu organizzati biex
jagħmlu xi delitt; jew
(ċ) tkun ipparteċipat fl-għemil ta’ reat li jista’ jkollu bħala
piena priġunerija għal żmien seba’ snin jew iżjed;
u, fejn ikun japplika l-paragrafu (b) jew (ċ), tiżvela lill-Pulizija tali
informazzjoni li l-Pulizija tqis biżżejjed bħala li x’aktarx tikseb,
f’każ li ssir prosekuzzjoni eventwali, is-sejbien ta’ ħtija ta’
parteċipanti oħra fid-delitt.
Kif ikun japplika l-
programm.
Miżjud:
XIII. 2002.4.
77. Dwar persuna li jkollha dritt li tiġi ammessa għall-
programm taħt l-artikolu 76(b) jew (ċ), il-programm għandu jkun
biss japplika jekk dik il-persuna tiddikjara li tkun se tixhed fil-
proċess ta’ xi parteċipant fid-delitt u kull benefiċċju li jingħata
jintilef jekk ix-xhud jirrifjuta li hekk jixhed.
Xiehda viva voce.
Miżjud:
XIII. 2002.4.
78. (1) Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ kull liġi oħra, meta l-
qorti tqis li jkun meħtieġ għall-ħarsien ta’ xi persuna ammessa
għall-programm, hija tista’ tippermetti lil dik il-persuna li tagħti x-
xiehda tagħha viva voce matul il-proċess filwaqt li tiġi fiżikament
separata mill-akkużat, jew permezz ta’ trasmissjoni televiżiva
kontemporanja.
(2) Il-Ministru, bi ftehim mal-Ministru responsabbli għall-
Ġustizzja, jista’ jagħmel regolamenti sabiex jipprovdi dwar il-
modalitajiet, kondizzjonijiet u regoli ta’ proċedura li għandhom
jiġu applikati meta persuna jkollha tagħti xiehda taħt id-
disposizzjonijiet tas-subartikolu (1).
Rakkomandazzjoni 
dwar l-
applikazzjoni.
Miżjud:
XIII. 2002.4.
79. Meta jkun qed jiddeċiedi jekk ghandux jirrakkomanda l-
ammissjoni ta’ xhud fil-programm taħt l-artikolu 76(b) jew (ċ), il-
Kummissarju għandu jqis jekk ix-xhud jipprovdix provi ta’ min
joqghod fuqhom u rilevanti ta’ xorta ċirkostanzjali, diretta jew
dokumentarja li jkunu jikkorroboraw il-verżjoni tiegħu.
Deċiżjoni ta’ l-
Avukat Ġenerali.
Miżjud:
XIII. 2002.4.
80. (1) Meta l-Kummissarju jkun tal-fehma li persuna tkun
tikkwalifika sabiex tiġi ammessa fil-programm, huwa għandu
jirrikorri bil-miktub għand l-Avukat Ġenerali fejn jitlob li dik il-
persuna tkun ammessa għall-programm u hemm jiddikjara x’ikunu
r-raġunijiet għat-talba tiegħu filwaqt li jannetti d-dokumenti kollha
li jkollu b’sostenn.
(2) L-Avukat Ġenerali għandu jiddeċiedi fuq kull talba bħal
dik skond il-ġudizzju personali tiegħu, u jekk tintlaqa’ t-talba, x-
xhud għandu jitqies li jkun xhud protett taħt il-programm. Id-
deċiżjoni ta’ l-Avukat Ġenerali ma tista’ b’ebda mod tiġi kontestata
quddiem xi qorti jew tribunal.
Sospensjoni ta’ 
proċedimenti 
kriminali.
Miżjud:
XIII. 2002.4.
81. Xhud protett li jkun ħa sehem fil-fatt li jikkostitwixxi delitt
li dwaru jkun hemm oħrajn li jkun qed jitmexxa kontrihom jew li
jkun se jitmexxa kontrihom, m’għandu jitmexxa xejn kontrih ghal
xi delitt li jkun joriġina mill-istess fatt qabel ma l-proċedimenti li
jkun xhud fihom, jew li jkun ser jissejjaħ bħala xhud fihom, ma
jkunux għaddew f’ġudikat.
Sospensjoni tal-
preskrizzjoni.
Miżjud:
XIII. 2002.4.
82. Iż-żmien tal-preskrizzjoni għall-azzjoni kriminali kontra x-
xhud protett li joriġina mill-fatt imsemmi fl-artikolu 81 għandu jiġi
sospiż minn meta l-Avukat Ġenerali jiddeċiedi li x-xhud għandu
  22      KAP. 164. ħ         PULIZIJA
jitqies bħala xhud protett, u għandu jkompli mill-ġurnata meta l-
aħħar proċedimenti li fihom huwa jkun xhud għall-finijiet tal-
programm jgħaddu f’ġudikat.
Protezzjoni taħt il-
programm.
Miżjud:
XIII. 2002.4.
83. Il-programm jista’ jipprovdi għal dik il-protezzjoni tal-
ħajja u l-proprjetà  ta’ xhud li jkun ammess fil-programm u l-ħajja
ta’ membri tal-familja tiegħu fil-linja axxendenti, dixxendenti jew
kollaterali, hekk kif il-Kummissarju jista’ jqis li jkun xieraq u jista’
jinkludi provvediment dwar il-ħlas ta’ allowance ta’ sussistenza
f’każijiet partikolari.
Qbil ma’ pajjiżi 
barranin.
Miżjud:
XIII. 2002.4.
84. Il-Ministru responsabbli għall-Pulizija jista’ jagħmel kull
ftehim ma’ gvernijiet barranin li jkun jipprovdi dwar l-għajnuna,
fuq bażi ta’ reċiproċità , fl-implimentazzjoni ta’ programmi ta’
ħarsien għax-xhieda. Għall-fini li jtejjeb il-ħarsien ta’ xhieda, kull
tali ftehim jista’ jipprovdi biex ikun hemm il-possibbiltà  tat-
trasferiment ta’ xhud protett lejn xi pajjiż ieħor jew li jiddaħħal
minn pajjiż ieħor xhud li jkun ġie ammess għal programm f’dak il-
pajjiż li jkun bħal dak imsemmi taħt l-artikolu 75.
Revoka ta’ l-istatus 
ta’ xhud protett.
Miżjud:
XIII. 2002.4.
85. (1) L-Avukat Ġenerali jista’ f’kull żmien, sew ex officio
sew wara li jsirlu rikors mill-Kummissarju, jirrevoka l-istatus li
persuna jkollha ta’ xhud protett taħt l-artikolu 76(a) jew (b) meta
jirriżulta li dik il-persuna ma tkunx miexja skond il-kondizzjonijiet
tal-programm jew li x-xiehda jew il-verżjoni tal-fatti tagħha, jew
iċ-ċirkostanzi li hija tindika bħala prova korroborattiva, jkunu
manifestament foloz.
(2) L-istatus ta’ xhud protett imsemmi fis-subartikolu (1) jista’
wkoll jiġi revokat kif provdut f’dak is-subartikolu meta l-persuna li
jkollha dak l-istatus tagħmel matul il-perjodu tal-programm, jew
tkun raġonevolment suspettata li tkun għamlet matul dak il-
perjodu, xi delitt ieħor li jġorr piena ta’ priġunerija għal iktar minn
tliet snin u li ma jkunx delitt ta’ xorta involontarja.
Revoka ta’ l-istatus 
għall-vittmi ta’ 
delitt.
Miżjud:
XIII. 2002.4.
Kap. 9.
86. L-Avukat Ġenerali jista’ wkoll jirrevoka l-istatus ta’ xhud
protett li persuna jkollha u li jkun ġie mogħti taħt l-artikolu 76(a)
meta jirriżulta li dik il-persuna ma tkunx qed tikkonforma ruħha
mal-kondizzjonijiet tal-programm meta hija tkun raġonevolment
suspettata li tkun għamlet xi wieħed mid-delitti msemmija fl-
artikoli 100 sa 105 tal-Kodiċi Kriminali, it-tnejn inklużi, jew mid-
delitti msemmija fl-artikoli 108 sa 110 ta’ l-istess Kodiċi, it-tnejn
inklużi, għar-rigward tal-fatt li dwaru jkun ġie mogħti dak l-istatus.
Talbiet lill-Avukat 
Ġenerali jew lil xi 
persuna ta’ 
awtorità .
Miżjud:
XIII. 2002.4.
87. Talba minn persuna biex titqies bħala xhud protett tista’
ssir lill-Avukat Ġenerali li għandu jiddeċiedi fuq it-talba skond kif
provdut fl-artikolu 80(2). L-Avukat Ġenerali ma jistax jinġieb
bħala xhud kontra l-persuna li titlob li tiġi ammessa għall-
programm jew biex iġġib prova li tkun għamlet talba bħal dik.
Kif japplikaw il-
benefiċċji.
Miżjud:
XIII. 2002.4.
88. Il-benefiċċji msemmija taħt dan l-Att jew taħt regolamenti
magħmulin taħtu m’għandhomx japplikaw għal xi persuna li
jirriżulta li tkun il-kap ta’ xi organizzazzjoni jew grupp kriminali,
jew l-istigatur jew benefiċjarju ewlieni tad-delitt.
PULIZIJA 
Estensjoni għal 
xhieda li ma jkunx 
parteċipanti fid-
delitt.
Miżjud:
XIII. 2002.4.
89. Programm ta’ ħarsien ta’ xhieda jista’ jiġi wkoll estiż għal
xhud f’kull proċediment kriminali dwar delitt kif hemm imsemmi
fl-artikolu 76 u li ma jkun ipparteċipa b’ebda mod f’dak id-delitt.
Smigħ ta’ xhieda 
vulnerabbli 
permezz ta’ 
konferenza viżiva 
kontemporanja.
Miżjud:
XIII. 2002.4.
90. (1) Minuri, vittma ta’ delitt kontra l-paċi u l-unur tal-
familji, u kontra l-morali, u kull xhud ieħor li fil-fehma tal-qorti
jkun jeħtieġ trattament jew ħarsien speċjali, jistgħu jiġu permessi li
jagħtu x-xiehda tagħhom viva voce waqt il-proċess permezz ta’
trasmissjoni televisiva kontemporanja.
(2) Il-Ministru, bi ftehim mal-Ministru responsabbli għall-
Ġustizzja, jista’ jagħmel regolamenti biex jistipula kull ma jkun
meħtieġ li jiġi preskritt għat-twaqqif ta’ trasmissjoni televisiva
kontemporanja waqt proċess skond ma’ hu provdut fis-subartikolu
(1) u biex jistipula dawk ir-regoli ta’ proċedura u dwar provi
bħalma jistgħu jkunu meħtieġa għal dak l-iskop kif ukoll sabiex tiġi
żgurata protezzjoni akbar ta’ sigurezza personali, sens ta’ modestja
u stabbilità  psikoloġika ta’ dawk ix-xhieda li jistgħu, minħabba
f’ċirkostanzi speċjali, jkunu jeħtieġu dak il-ħarsien.
TAQSIMA IV
SETGĦAT FUQ IL-PROPRJETÀ  PRIVATA
Limiti.
Miżjud:
XIII. 2002.4.
91. Uffiċjal tal-pulizija jista’ jintervjeni fit-tgawdija ta’
proprjetà  privata biss fil-limitu li tagħtih il-liġi.
Tifsir ta’ setgħat.
Miżjud:
XIII. 2002.4.
92. Salvi d-disposizzjonijiet speċjali ta’ kull liġi oħra li tkun
tippermetti li jsir indħil mill-Pulizija fit-tgawdija tal-proprjetà
privata, il-Pulizija għandu jkollha dawn is-setgħat li ġejjin biex
jintervjenu f’xi ħaġa f’dawn iċ-ċirkostanzi li ġejjin:
(a) is-setgħa li tneħħi u li żżomm xi ħaġa li tista’ tkun qed
tikser il-liġi, u -
(i) li ma tkunx tneħħiet mis-sid fiż-żmien mogħti
lilu f’intimazzjoni bil-miktub li tiġi lilu
notifikata u li tkun tordnalu jneħħi l-ħaġa; jew
(ii) s-sid tal-ħaġa ma jkunx jista’ jinsab; jew
(iii) li tkun tenħtieġ li tiġi mneħħija b’urġenza;
(b) is-setgħa li jitwaqqa’ xi bini jew struttura li tkun il-
kawża ta’ periklu imminenti għall-pubbliku.
Regolamenti.
Miżjud:
XIII. 2002.4.
93. Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti li jkunu jistipulaw
kondizzjonijiet b’żjieda ma’ dawk speċifikati fl-artikolu 92 għall-
eserċizzju tas-setgħat imsemmija f’dak l-artikolu u jista’ wkoll
jispeċifika l-pattijiet li taħthom kull ħaġa li titneħħa fl-eserċizzju
ta’ dawk is-setgħat għandha tkun rilaxxata lill-persuna li jkollha
jedd għall-kunsinna tagħha inkluż il-ħlas ta’ kull dejn u spejjeż li
jsiru għat-tneħħija ta’ dik il-ħaġa.
Eżenzjonijiet.
Miżjud:
XIII. 2002.4.
94. (1) Il-Korp ma jinżammx responsabbli għal danni jew telf
ta’ proprjetà  meta jkun jirriżulta li dwar dik il-proprjetà  l-Pulizija
tkun aġixxiet fl-esekuzzjoni leġittima ta’ xi liġi u li dik l-azzjoni
kienet raġonevolment ġustifikata fiċ-ċirkostanzi.
(2) Bl-istess mod, il-Korp ma jinżammx responsabbli għal
  24      KAP. 164. ħ         PULIZIJA
danni kaġunati minnu sabiex jippreserva l-ħajja jew biex
jipprevjeni dannu aktar gravi għall-proprjetà .
Teħid lura ta’ 
proprjetà .
Miżjud:
XIII. 2002.4.
95. Kull min tkun inqabdet mill-pussess tiegħu xi proprjetà
mill-Pulizija waqt li tkun għaddejja b’investigazzjoni jew għax
xort’oħra jkollu xi interess f’dik il-proprjetà , jista’ b’rikors jitlob
lil Maġistrat biex jirrilaxxa favur tiegħu l-proprjetà  li tkun hekk
maqbuda. Il-Maġistrat għandu jiddeċiedi dik it-talba wara li jkun
sama’ r-risposta tal-Pulizija.
TAQSIMA V
L-UŻU TAL-FORZA
Proporzjonalita .
Miżjud:
XIII. 2002.4.
96. L-uffiċjali tal-pulizija jistgħu jużaw dik il-forza moderata
u proporzjonata li tista’ tkun meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-
osservanza tal-liġijiet.
L-aħħar rimedju. 97. L-użu tal-forza huwa l-aħħar rimedju u għandu biss jintuża
għal daqstant żmien daqskemm ikun tassew meħtieġ meta jkun
evidenti li kull rimedju ieħor ma jkunx iservi.
Il-waqt rilevanti.
Miżjud:
XIII. 2002.4.
98. Jekk tqum il-kwistjoni f’xi Qorti jew tribunal dwar kemm
l-użu tal-forza jkun wieħed raġonevoli, ċ-ċirkostanzi prevalenti fil-
waqt meta tkun intużat il-forza għandhom ikunu l-kriterju biex tiġi
eżaminata dik ir-raġonevolezza.
Armi.
Miżjud:
XIII. 2002.4.
99. (1) F'ċirkostanzi eċċezzjonali l-Korp jista’, fl-esekuzzjoni
ta’ dmirijietu, juża armi tan-nar u armi jew materjal offensiv ieħor.
(2) Meta jkunu qed jiġu stmati l-eżistenza jew xort’oħra taċ-
ċirkostanzi eċċezzjonali msemmija fis-subartikolu (1), għandhom
jitqiesu l-kondizzjonijiet li jkunu jipprevalixxu fil-waqt meta l-użu
ta’ armi tan-nar, jew ta’ armi jew materjal ieħor isiru inevitabbli
sabiex tiġi ppreservata l-ħajja ta’ uffiċjal tal-pulizija jew ta’ l-
oħrajn, jew biex jitbiegħed xi periklu imminenti ta’ vjolenza
mifruxa.
Responsabbiltà .
Miżjud:
XIII. 2002.4.
100. Salv kull responsabbiltà  kriminali jew ċivili taħt xi liġi
oħra, jitqies bħala reat kontra d-dixxiplina li uffiċjal tal-pulizija
juża l-forza għal raġunijiet li ma jkunux dawk permessi bil-liġi u
biċ-ċirkostanzi tal-każ.
Regolamenti.
Miżjud:
XIII. 2002.4.
101. Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti dwar l-użu tal-forza
u ta’ l-armi tan-nar mill-Pulizija.
Riserva ġenerali.
Miżjud:
XIII. 2002.4.
102. Id-disposizzjonijiet ta’ din it-Taqsima għandhom ikunu
b’żieda ma’ kull poter ieħor mogħti b’xi liġi oħra.
TAQSIMA VI
L-AKKADEMJA TAL-PULIZIJA
Twaqqif ta’ l-
Akkademja tal-
Pulizija.
Miżjud:
XIII. 2002.4.
103. Qiegħed b’dan tiġi mwaqqfa l-Akkademja tal-Pulizija,
hawn iżjed ’il quddiem imsejjħa "l-Akkademja".
PULIZIJA 
Għanijiet.
Miżjud:
XIII. 2002.4.
104. L-għanijiet u l-objettivi ta’ l-Akkademja jkunu -
(a) it-taħriġ ta’ rekluti, uffiċjali kadetti u uffiċjali tal-
pulizija fis-servizz biex iwettqu r-rwol tagħhom fil-
Korp, b’kapċità , konoxxenza u kompetenza, integrità  u
imparzjalità , b'mod effettiv u effiċjenti;
(b) it-trawwim u t-tisħiħ tal-professjonaliżmu fl-
abbiltajiet tal-pulizija u f’kull twettiq operattiv bażiku,
u t-taħriġ ta’ l-uffiċjali fl-abbiltajiet maniġerjali
moderni;
(ċ) l-introduzzjoni ta’ uffiċjali fl-istudji ulterjuri li jkunu
jridu jagħmlu u li jkunu rilevanti għar-rwol tagħhom
fil-Korp, bħalma huma l-psikoloġija, ix-xjenzi
komportamentali, l-investigazzjoni xjentifika, il-
każistika lokali u barranija, id-dritt komparattiv, u l-
ilsna;
(d) il-koperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet ta’ ġustizzja
kriminali u istituzzjonijiet tat-taħriġ fit-taħriġ ta’
persunal li jaħdem fil-ġustizzja kriminali.
Il-Bord.
Miżjud:
XIII. 2002.4.
105. (1) L-Akkademja għandha titmexxa minn Bord magħmul
minn Chairman, mill-Kummissarju tal-Pulizija ex officio jew mir-
rappreżentant tiegħu, mill-President ta’ l-Assoċjazzjoni tal-Pulizija
jew mir-rappreżentant tiegħu, u mhux anqas minn ħames iżda mhux
aktar minn disa’ membri oħra li jintgħażlu minn fost persuni li
jkollhom konoxxenza jew esperjenza fl-affarijiet li jirrigwardaw
lill-pulizija u l-ġustizzja kriminali. Il-membri tal-Bord għandhom
jinħatru mill-Ministru responsabbli għall-pulizija. Il-Kmandant u
d-Direttur ta’ l-Istudji għandhom ikunu membri ex officio tal-Bord.
(2) Il-Bord għandu jkollu d-direzzjoni ġenerali ta’ l-
Akkademja u ta’ kull politika tagħha u għandu jkollu r-
responsabbiltà  li jistabbilixxi l-objettivi u l-miri u li jissorvelja l-
operazzjonijiet ta’ l-Akkademja.
(3) Iċ-Chairman ikun ir-rappreżentant ġudizzjarju ta’ l-
Akkademja.
Direttur u persunal.
Miżjud:
XIII. 2002.4.
106. (1) Ikun hemm Kmandant li jkun imexxi l-affarijiet
ordinarji ta’ kuljum ta’ l-Akkademja. Il-Kmandant jinħatar mill-
Ministru wara li jikkonsulta lill-Bord.
(2) Ikun hemm Direttur ta’ l-Istudji li jinħatar mill-Ministru
wara li jikkonsulta lill-Bord u li jkun responsabbli għall-kurrikulu
u għal kull aspett akkademiku tat-tmexxija ta’ l-Akkademja.
(3) Id-Direttur ikun responsabbli għat-twaqqif tal-korsijiet u l-
kurrikula ta’ l-Akkademja, u jista’ jqabbad letturi fuq suġġetti
speċifiċi.
(4) Id-Direttur ikun ukoll responsabbli biex jorganizza dawk is-
seminars, lectures u diskussjonijiet pubbliċi, li x’aktarx iġibu ’l
quddiem il-funzjonament aħjar tal-Korp u t-tixrid ta’ informazzjoni
korretta lill-pubbliku dwar is-sistema tal-ġustizzja.
  26      KAP. 164. ħ         PULIZIJA
TAQSIMA VII
REGOLAMENTI, ORDNIJIET U FORMOLI
Il-Ministru jista’ 
jagħmel 
regolamenti.
Miżjud:
XIII. 2002.4.
107. (1) Il-Ministru responsabbli għall-Pulizija jista’ jagħmel
regolamenti għall-aħjar twettiq tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u
għar-regolamentazzjoni ġenerali tal-Korp, u mingħajr preġudizzju
għall-ġeneralità  ta’ dak hawn qabel imsemmi, b’mod partikolari
dwar kull ħaġa li l-Kummissarju huwa awtorizzat li jirregola
permezz ta’ ordnijiet permanenti, u meta jsiru dawk ir-regolamenti,
dawn għandhom jipprevalixxu fuq kull ordni permanenti li l-
Kummissarju jagħmel jew ikun ser jagħmel.
(2) Id-disposizzjonijiet li hemm fl-Iskedi jistgħu jiġu mibdula
jew revokati b’regolamenti magħmulin mill-Ministru responsabbli
għall-Pulizija taħt dan l-artikolu.
Il-Kummissarju 
jista’ jagħmel 
ordnijiet 
permanenti.
Miżjud:
XIII. 2002.4.
108. Il-Kummissarju jista’, bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’
dan l-Att u ta’ regolamenti magħmulin mill-Ministru responsabbli
għall-Pulizija, minn żmien għal żmien jagħmel ordnijiet
permanenti għar-regolamentazzjoni ġenerali ta’ uffiċjali tal-
pulizija dwar il-vakanzi tagħhom, kondizzjonijiet ta’ servizz,
trasferimenti (inklużi spejjeż li jkollhom x’jaqsmu ma’ dan), taħriġ,
armi u kutramenti, ilbies u tagħmir, postijiet ta’ residenza,
klassifikar u dmirijiet, kif ukoll id-distribuzzjoni u l-ispezzjoni
tagħhom, u dawk l-ordnijiet li huwa jqis li jkunu spedjenti biex
jipprevjeni n-negliġenza u biex iġib ’il quddiem l-effiċjenza u d-
dixxiplina daparti ta’ l-uffiċjali tal-pulizija fit-twettiq ta’
dmirijiethom.
Formoli.
Miżjud:
XIII. 2002.4.
109. Il-Kummissarju għandu wkoll jipprovdi dwar kull formola
(jew proċedura) li tista’ tenħtieġ minn jew taħt dan l-Att.
TAQSIMA VIII
MIXXELLANJI
Lealtà  lejn il-Qorti.
Miżjud:
XIII. 2002.4.
110. (1) Uffiċjal prosekutur huwa uffċjal tal-Qorti u bħala tali
hu marbut li jġib ruħu spassjonatament u b’deċenza, u għandu juri
kull rispett dovut lejn il-Qorti.
(2) Uffiċjal prosekutur ma jistax jissottometti lill-Qorti, wkoll
jekk mhux bil-ġurament, xi fatt li jkun jaf li ma jkunx veru.
Prosekuzzjonijiet 
manifestament bla 
bażi.
Miżjud:
XIII. 2002.4.
111. Ikun reat kontra d-dixxiplina li uffiċjal tal-pulizija jakkuża
lil xi ħadd quddiem il-qrati b’reat li jkun manifestament bla bażi.
Id-disposizzjonijiet tat-Titolu IV tat-Taqsima II ta’ dan l-Att
għandhom japplikaw f’kull każ bħal dak.
Il-Pulizija u l-
medja.
Miżjud:
XIII. 2002.4.
112. (1) Ebda uffiċjal tal-pulizija m’għandu jagħti dettalji lill-
istampa jew lill-mezzi tax-xandir dwar l-identità  ta’ xi ħadd li jkun
arrestat fuq suspett raġonevoli li jkun għamel xi reat.
(2) Il-Pulizija m’għandhomx joħorġu lill-istampa, sew
direttament sew indirettament, xi informazzjoni dwar l-identità  tal-
persuna li tkun ser tiġi akkużata quddiem il-qrati jew b’xi
investigazzjoni li tkun tirrigwarda lil xi ħadd suspettat.
PULIZIJA 
Tagħrif fl-interess 
tas-sigurezza 
pubblika u tas-
sigurtà .
Miżjud:
XIII. 2002.4.
113. Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu preċedenti, il-
Pulizija tista’, f’kull interess tas-sigurezza u s-sigurtà  pubblika,
joħroġ ordnijiet dwar kull persuna li tkun qed tiġġerra’ barra fejn
jindika biżżejjed dettalji għall-identifikazzjoni ta’ dik il-persuna u
dwar il-mod ta’ komportament tagħha jew kif din iġġib ruħha.
Reati kontra d-
dixxiplina.
Miżjud:
XIII. 2002.4.
114. (1) Kull ksur ta’ l-artikolu 112 għandu jitqies bħala reat
kontra d-dixxiplina.
(2) L-użu ta’ data għal xi fini li ma jkunx dak permess mil-liġi
għandu, mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta’ kull liġi
oħra, jikkostitwixxi reat kontra d-dixxiplina.
Kordinazzjoni mal-
kunsilli lokali.
Miżjud:
XIII. 2002.4.
115. (1) L-uffiċjal tal-pulizija li jkun jieħu ħsieb ta’ xi
diviżjoni għandu jżomm laqgħat regolari f’intervalli adatti ma’
rappreżentanti tal-kunsill lokali ta’ kull lokalità  fid-diviżjoni tiegħu
biex jiddiskuti kull ħaġa li taqa’ taħt ir-responsabbiltà  tal-Pulizija.
(2) Għandhom jinżammu l-minuti ta’ dawk il-laqgħat u għandu
jkun sorveljat il-progress li jsir bejn laqgħa u oħra mis-
Suprintendent li jieħu ħsieb id-distrett u mill-Assistent
Kummissarju li jieħu ħsieb ir-reġjun.
Inkjesti li jsiru 
mill-Kummissarju.
Miżjud:
XIII. 2002.4.
116. (1) Il-Kummissarju jista’ jagħmel inkjesta dwar kull
kwistjoni li tolqot l-amministrazzjoni tal-Korp li huwa jkun
jikkonsidra li tkun gravi biżżejjed li tkun tenħtieġ investigazzjoni
bħal dik.
(2) Fl-għemil ta’ xi inkjesta bħal dik, il-Kummissarju għandu
jkollu l-istess poteri bħal dawk imsemmija fl-artikolu 36(2) u d-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 36(3) u (4) għandhom ukoll
japplikaw għall-proċedimenti ta’ l-inkjesta taħt dan l-artikolu.
(3) Inkjesta tkun mingħajr preġudizzju għal kull azzjoni li l-
Bord tal-Pulizija mwaqqaf taħt dan l-Att jista’ jieħu, u l-Bord tal-
Pulizija jista’ jerġa’ jittratta u jkompli bl-inkjesta jekk din tkun
taqa’ fil-kompetenza tiegħu.
Koperazzjoni 
internazzjonali.
Miżjud:
XIII. 2002.4.
117. Il-Pulizija tista’, direttament jew permezz ta’
organizzazzjonijiet tal-pulizija reġjonali jew internazzjonali,
tikkopera ma’ kull aġenzija statali li jkollha poteri u dmirijiet simili
f’xi pajjiż ieħor.
Annimali li 
jintużaw mill-
Korp.
Miżjud:
XIII. 2002.4.
118. (1) Il-Korp għandu jkompli jagħmel użu mill-annimali
fit-twettiq ta’ ċerti ħidmiet u waqt funzjonijiet ċerimonjali.
(2) Il-Kummissarju għandu jiżgura li dawn jiġu ttrattati bl-
aħjar mod possibbli u b’mod kompatibbli man-natura ta’ dawk l-
annimali, u li dawn ma jiġux assoġġettati għal xi trattament krudil.
(3) Kemm-il darba ma jingħatax parir xort’oħra minn kirurgu
veterinarju, annimal li ma jkunx iktar ta’ użu għall-Korp, għal
liema raġuni tkun, għandu preferibbilment jiġi mogħti lil xi persuna
jew korp li jkun jista’ jkompli jittratta l-annimal b’mod xieraq meta
jirtira. Il-Korp m’għandu jneħħi l-ħajja ta’ ebda annimal
sempliċement għaliex minnufih ma tkun instabet ebda persuna
adatta biex tieħu ħsieb dak l-annimal.
  28      KAP. 164. ħ         PULIZIJA
Disposizzjonijiet 
ġenerali.
Miżjud:
XIII. 2002.4.
119. (1) Meta taħt dan l-Att ikun imiss li xi ħaġa tiġi deċiża
minn Maġistrat, tali deċiżjoni għandha tingħata f’digriet li jkun
isemmi r-raġunijiet ta’ fatt u ta’ dritt li jimmotivawha.
(2) Meta taħt dan l-Att l-uffiċjal investigatur ikun meħtieġ li
jippreżenta rikors, huwa għandu jniżżel bħala premessi għal dik it-
talba dawk il-merti li huwa ġenwinament iħoss li jkunu veri u
raġonevoli, u l-Maġistrat jista’ f’kull każ jeħtieġ li l-applikazzjoni
tiġi kkonfermata bil-ġurament. F’każijiet urġenti, hekk kif il-
Maġistrat jista’ jaċċerta, it-talba tista’ ssir jew bil-facsimile jew bit-
telefon; iżda f’każ tat-telefon, dik it-talba għandha kemm jista’
jkun malajr titniżżel bil-miktub u tiġi ppreżentata lill-Maġistrat.
(3) F’każijiet urġenti, l-awtorizzazzjoni tal-Maġistrat tista’
wkoll titwassal permezz ta’ facsimile.
(4) Awtorizzazzjoni mogħtija minn Maġistrat għandha tiskadi
wara xahar, iżda tista’ tiġi mġedda għal xi raġuni valida għal
perjodi oħra ta’ xahar kull darba.
Uffiċjali tal-
pulizija fis-servizz.
Miżjud:
XIII. 2002.4.
120. Kull min fil-waqt tal-bidu fis-seħħ ta’ l-Ordinanza dwar il-
Pulizija ta’ Malta kien qed iservi bħala uffiċjal tal-Pulizija għandu
jitqies bħala li jkun ġie maħtur taħt dik l-Ordinanza kif din kienet
fis-seħħ qabel id-dħul fis-seħħ ta’ l-Att ta’ l-2002 li jemenda l-
Ordinanza dwar il-Pulizija ta’ Malta, u għandu jiġi kkunsidrat
bħala li jkun ħa l-ġurament tal-kariga kif imiss u kif inhu meħtieġ
b’dik il-liġi.
Miżjuda: 
X.1990.2. 
TAQSIMA IX
PENSJONIJIET 
Il-Ministru 
jagħmel 
regolamenti dwar 
pensjonijiet. 
Miżjud:
X. 1990.2.
Emendat:
XIII. 2002.5.
121. (1) Il-Ministru responsabbli għall-Pulizija, bi ftehim mal-
Ministru responsabbli għall-Finanzi, jista’ jagħmel u meta jagħmel,
ibiddel u jħassar regolamenti dwar l-għoti ta’ pensjonijiet lil
persuni li kienu fis-servizz tal-Korp tal-Pulizija jew lir-
rappreżentanti legali jew dipendenti tagħhom:
Iżda sakemm ma jiġux imbiddla jew imħassra bis-saħħa ta’
dawn ir-regolamenti, iseħħu r-regolamenti li hawn fil-Ħames
Skeda.
(2) Ir-regolamenti kollha li jsiru bis-saħħa ta’ dan l-artikolu
jista’ jkollhom effett retrospettiv sabiex jikkonferixxu benefiċċju
lil, jew ineħħu xi disabilità  li persuna jew klassi ta’ persuni jista’
jkollhom.
(3) Ebda regolament magħmul taħt dan l-artikolu ma għandu
jkollu effett kemm-il darba ma jkunx irċieva minn qabel l-
approvazzjoni tal-Kamra tad-Deputati mgħarrfa b’riżoluzzjoni.
(4) Kull pensjoni mogħtija taħt dan l-Att għandha tingħadd
skond id-disposizzjonijiet fis-seħħ f’dak il-jum li fih l-uffiċjal
jirtira.
PULIZIJA 
Il-pensjonijiet 
jitħallsu minn fuq 
ir-renti ta’ Malta.
Miżjud:
X. 1990.2.
Emendat:
XIII. 2002.4.
122. Dawk is-somom kollha illi minn żmien għal żmien jiġu
assenjati bhala pensjoni taħt dan l-Att għandhom jitqiegħdu għad-
debitu tal-Fond Konsolidat u għandhom jitħallsu minnu.
Ċirkostanzi li 
fihom il-pensjoni 
tista’ tingħata.
Miżjud:
X. 1990.2.
Emendat:
XIII. 2002.4.
123. Ebda pensjoni ma tingħata lil ebda uffiċjal tal-Pulizija ħlief
meta jirtira mill-Korp f’wieħed mill-każijiet li ġejjin -
(a) meta jew wara li jagħlaq l-età  ta’ ħamsa u ħamsin sena,
jew jekk ikun għalaq ħamsa u għoxrin sena servizz fil-
Korp;
(b) meta titneħħa l-kariga tiegħu;
(ċ) meta jiġi rtirat bil-fors ħalli jagħti lok issir aħjar l-
organizzazzjoni tal-Korp, biex b’hekk ikun hemm
effiċjenza u ekonomija akbar;
(d) fil-każ ta’ tmiem ta’ impieg fl-interess pubbliku kif
maħsub f’dan l-Att;
(e) fuq prova medika ta’ sodisfazzjon tal-Prim Ministru
illi dak l-uffiċjal tal-Pulizija mhux kapaċi minħabba
mard tal-moħħ jew tal-ġisem li jesegwixxi d-dmirijiet
tal-kariga tiegħu u li din il-marda aktarx hija
permanenti.
Irtir minħabba 
interess pubbliku.
Miżjud:
X. 1990.2.
Emendat:
XIII. 2002.4.
124. Meta servizz ta’ uffiċjal tal-Pulizija jiġi mitmum minħabba
f’dak li hemm imsemmi fl-artikolu 18(ċ) u pensjoni ma tkunx tista’
tingħata xort’oħra skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, dak l-
uffiċjal tal-Pulizija jista’ jingħata pensjoni li ma tkunx iżjed minn
dak l-ammont li għalih kien ikun eliġibbli kieku rtira mill-Korp fiċ-
ċirkostanzi msemmijin fl-artikou 123(e).
Maximum ta’ 
pensjoni li jista’ 
jingħata.
Miżjud:
X. 1990.2.
Emendat:
XIII. 2002.4.
125. (1) Il-pensjoni mogħtija lil uffiċjal tal-Pulizija taħt dan l-
Att ma tistax tkun iżjed minn żewġ terzi ta’ l-ogħla ħlas
pensjonabbli li f’kull żmien li jkun kien idaħħal matul is-servizz
tiegħu fil-Korp.
(2) Għall-finijiet tas-subartikolu ta’ qabel dan, ma jitteħidtx
qies ta’ pensjoni addizzjonali mogħtija lil uffiċjal minħabba li tkun
ġratlu ħsara fil-persuna; iżda, meta tingħata lil uffiċjal tal-Pulizija
din il-pensjoni addizzjonali, l-ammont li huwa jista’ jieħu ta’ din il-
pensjoni addizzjonali ma jistax jaqbeż is-sest ta’ l-ogħla ħlas
pensjonabbli tiegħu f’kull żmien li jkun matul is-servizz tiegħu fil-
Korp b’aktar milli bis-somma li biha l-pensjoni jew pensjonijiet
tiegħu, apparti minn dik il-pensjoni addizzjonali, ikun anqas minn
żewġ terzi ta’ dak l-ogħla ħlas pensjonabbli.
(3) Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima ta’ dan l-Att u r-
regolamenti magħmulin bis-saħha tiegħu:
"xahar" tfisser xahar skond il-kalendarju; 
"ħlas pensjonabbli" jidħlu fiha -
(i) is-salarju
(ii) l-allowance personali,
iżda ma jidħlux fih l-allowance għal xi servizz, l-allowance għat-
  30      KAP. 164. ħ         PULIZIJA
trattament, l-allowance għall-kera, il-valur tal-kera frank kif stmat
fis-sena, il-valur tar-razzjoni, ir-rimunerazzjoni extra, u kull dritt
imħallas mit-Teżor bħala salarju jew kull xorta ta’ ħlasijiet oħra;
"allowance personali" tfisser żieda speċjali mogħtija
personalment lid-detentur tal-kariga għal dak iż-żmien, iżda ma
tinkludix dik iż-żieda jekk tkun mogħtija bħala suġġetta għall-
kondizzjoni li ma tkunx pensjonabbli;
"uffiċjal tal-Pulizija" tfisser uffiċjal tal-Pulizija maħtur fil-Korp
fil jew wara l-15 ta’ Jannar, 1979;
"sena" tfisser sena skond il-kalendarju.
Il-pensjonijiet ma 
jistgħux jiġu 
ċeduti.
Miżjud:
X. 1990.2. 
Emendat:
XIII. 2002.4.
Kap. 12.
126. Ebda pensjoni mogħtija taħt dan l-Att ma tista’ tiġi ċeduta
jew ittrasferuta jew maqbuda, issekwestrata jew tkun suġġetta għal
atti ġudizzjarji minħabba jew dwar dejn jew jedd ieħor, ħlief sa fejn
igħoddu d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 381(3) tal-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.
Pensjoni tkun 
imnaqqsa f’ċerti 
ċirkostanzi. 
Miżjud:
X. 1990.2.
Emendat:
XIII. 2002.4.
127. (1) Uffiċjal tal-Pulizija li jirtira għal raġunijiet elenkati
fl-artikolu 123(e) li tkun ingħatatlu pensjoni taħt dan l-Att u li jkun
qed jirċievi -
(a) xi rimunerazzjoni dwar xi impieg, jew xi servizzi
mogħtija, jew xi kariga miżmuma; jew
(b) xi dħul li jkun ġej mill-eżerċizzju ta’ kummerċ,
negozju, professjoni jew vokazzjoni; jew
(ċ) xi dħul li jkun ġej minn xi pensjoni, allowance jew
ħlas ieħor dwar xi impieg, servizz jew kariga kif intqal
qabel, 
ikollu, sakemm jilħaq l-età  ta’ ħamsa u ħamsin sena, jew sal-ħamsa
u għoxrin anniversarju ta’ l-ewwel ħatra tiegħu fil-Korp, skond
liema jiġi l-ewwel, il-pensjoni tiegħu mnaqqsa bl-ammont li bih id-
dħul totali stabbilit skond id-disposizzjonijiet li ġejjin ta’ dan l-
artikolu jkun iżjed mis-salarju li f’dak iż-żmien jitħallas dwar il-
kariga miżmuma minn dak l-uffiċjal meta rtira, billi jitqiesu biss,
jekk dak is-salarju jkun b’żidiet inkrimentali, dawk iż-żidiet
korrispondenti li jkunu ttieħdu qabel dak l-irtir, jew, jekk dak il-
post ikun ġie abolit, dwar post analogu:
Iżda l-pensjoni fis-sena ma għandha f’ebda każ titnaqqas
għal anqas mis-somma ta’ ħamsin lira u jekk il-pensjoni jew
allowance oħra fis-sena ma tkunx iżjed mill-iżgħar somma li
għandha titħallas kif ingħad qabel ebda tnaqqis ma għandu jsir
minnha.
(2) Għall-finijiet tas-subartikolu (1), id-dħul totali għandu jiġi
stabbilit billi jingħaddu flimkien -
 (a) il-pensjoni li kienet tiġi riċevuta taħt dan l-Att, kieku
ma kienx għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, u
(b) kull rimunerazzjoni jew dħul kif imsemmi fis-
subartikolu (1)(a), (b) jew (ċ), jew dawk ir-
rimunerazzjoni u dħul flimkien, u
PULIZIJA 
billi jitnaqqsu minnhom is-somma ta’ ħamsin lira fis-sena.
(3) Kull tnaqqis fil-pensjoni taħt is-subartikolu (1) għandu jiġi
kalkolat fuq il-bażi tal-pensjoni, ir-rimunerazzjoni jew income
ieħor, u s-salarju, li għandhom jiġu riċevuti matul perijodu ta’ tnax-
il xahar li jispiċċa fil-31 ta’ Diċembru, iżda bla ħsara għal kull
aġġustament li jista’ jkun jew li jista’ jsir meħtieġ għal xi raġuni
tkun li tkun, u safejn ikun prattikabbli, għandu jsir mill-ħlasijiet ta’
kull xahar jew ħlasijiet oħra perjodiċi tal-pensjoni.
(4) Kull uffiċjal li għalih japplika s-subartikolu (1) għandu
mingħajr dewmien igħarraf lill-Accountant General u jżomm
mgħarraf f’kull żmien, biċ-ċirkostanzi kollha li jagħmlu l-imsemmi
subartikolu (1) applikabbli għalih u l-limiti safejn huma hekk
applikabbli, u b’kull tibdil fiċ-ċirkostanzi jew fl-imsemmija limiti,
u għandu jagħti lill-Accountant General, meta jkun mitlub it-
tagħrif kollu rilevanti; u jekk dak l-uffiċjal jonqos li jħares xi
wahda mid-disposizzjonijiet ta’ dan is-subartikolu, kull pensjoni li
għaliha huwa jista’ jkollu dritt tieqaf minnufih:
Iżda jekk tingħata raġuni tajba, il-pensjoni jew l-allowance
l-oħra tista’ terġa’ tingħata b’effett retroattiv jew mingħajru, mill-
Prim Ministru.
Miżjuda:
XIII. 2002.7.
L-EWWEL SKEDA
(Artikolu 16)
Ġurament tal-kariga ta’ Uffiċjali tal-Pulizija
" Jiena ................................. solennement naħlef/niddikjara li
nkun tassew fidili u leali lejn il-poplu u r-Repubblika ta’ Malta u l-
Kostituzzjoni tagħha u li naqdi fedelment l-imsemmija Repubblika
matul is-servizz tiegħi fil-Korp tal-Pulizija ta’ Malta; bħala
Uffiċjal tal-Pulizija, li noqgħod taħt kull Kodiċi, Att, Ordinanza,
ordni u regolament li għandu x’jaqsam mal-Korp li hemm fis-seħħ
jew li jistgħu minn żmien għal żmien ikunu fis-seħħ u li naqdi d-
dmirijiet kollha ta’ Uffiċjal tal-Pulizija skond il-liġi, mingħajr
biża’ jew favuri, ġibda jew mibegħda. (Hekk Alla jgħinni)".
Emendata:
A.L. 46 ta’ l-1965;
VIII. 1982.2;
A.L. 43 ta’ l-1996.
Sostitwita:
XIII. 2002.6.
IT-TIENI SKEDA
(Artikolu 28)
STATUT TA’ L-ASSOĊJAZZJONI TAL-PULIZIJA TA’ MALTA
ARTIKOLU 1
1.1 Qegħda b’dan titwaqqaf Assoċjazzjoni li tkun magħrufa
bħala l-Assoċjazzjoni tal-Pulizija ta’ Malta, hawnhekk iżjed ’il
quddiem imsejjħa "L-Assoċjazzjoni", taħt l-istatut preżenti, u li
tkun is-suċċessur preżenti fit-titolu għall-Assoċjazzjoni tal-Pulizija
ta’ Malta li twaqqfet bil-liġi taħt l-Ordinanza dwar il-Pulizija ta’
Malta.
  32      KAP. 164. ħ         PULIZIJA
1.2 Kull kelma jew frażi f’dan l-Istatut għandu jkollha l-istess
tifsir bħalma hu mogħti lilha fl-Att dwar il-Pulizija, kemm-il darba
r-rabta tal-kliem ma tkunx teħtieġ xort’oħra.
ARTIKOLU 2
Għanijiet u objettivi
2.1 L-għanijiet u l-objettivi ta’ l-Assoċjazzjoni jkunu dawk
imfissra fl-Att dwar il-Pulizija u, b’mod partikolari:
2.1.1 it-tħaris u t-titjib tal-kondizzjonijiet ta’ l-impjieg
tal-membri, u l-promozzjoni ta’ l-interessi
tagħhom, b’riferenza partikolari għall-
parteċipazzjoni ta’ l-assoċjazzjoni fil-Bord tal-
Pulizija għan-Negozjar, kif stabbilit taħt l-Att dwar
il-Pulizija jew kull bord ieħor relatat; ir-
rappreżentanza ta’ l-interessi tal-membri
f’diskussjonijiet man-naħa uffiċjali tal-Korp tal-
Pulizija;
2.1.2 li jogħla l-livell intellettwali, morali u
professjonali tal-membri;
2.1.3 it-trawwim u l-iżvilupp ta’ relazzjonijiet bejn
membri kollegi, u ex-membri tal-Korp tal-Pulizija
ta’ Malta;
2.1.4 it-titjib tal-benesseri tal-membri tal-Korp u tad-
dipendenti tagħhom, permezz ta’ dawk is-servizzi
li jkunu jistgħu jingħataw minn żmien għal żmien,
inklużi poloz ta’ l-assigurazzjoni kollettivi;
2.1.5 l-għoti ta’ pariri u għajnuna lil membri individwali
fl proċedimenti dixxiplinari;
2.1.6 it-twaqqif u l-amministrazzjoni ta’ fond jew fondi
bil-għan li jiġu pprovduti attivitajiet edukattivi, ta’
benesseri, kulturali u soċjali;
2.1.7 il-kiri, t-teħid b’kera, ix-xiri, jew xort’oħra l-
akkwist ta’ proprjetà  u/jew uffiċċji għall-finijiet ta’
l-Assoċjazzjoni;
2.1.8 li tkun proprjetarja u amministratriċi ta’ proprjetà  u
fondi, u fl-esekuzzjoni ta’ l-għanijiet u l-objettivi
tagħha, tista’ timpjega persunal u konsulenti, u li
tagħmel dak kollu li hu meħtieġ, anċillari, jew li
jwassal għall-kisba ta’ dawk l-għanijiet u objettivi.
ARTIKOLU 3
Sħubija
3.1 Is-sħubija għandha tkun volontarja u għandha tkun miftuħa
għall-Uffiċjali tal-Pulizija kollha.
3.2 Kull Uffiċjal tal-Pulizija għandu jitqies li huwa membru ta’
l-Assoċjazzjoni, bħalma kien fil-ġurnata li tiġi qabel id-data tal-
bidu fis-seħħ ta’ dan l-Istatut.
3.3 Kull Uffiċjal tal-Pulizija jista’ jagħżel li jirriżenja minn
membru ta’ l-Assoċjazzjoni wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan l-
PULIZIJA 
Istatut.
3.4 L-ishubija tintemm awtomatikament:
3.4.1 mal-mewt;
3.4.2 meta persuna ma tibqax membru fil-Korp;
3.4.3 fil-każ li xi membru ma jkunx ikkontribwixxa
għas-sħubija tiegħu għal erba’ darbiet wara xulxin;
3.4.4 meta persuna ttemm is-sħubija volontarjament.
3.5 Biex membru jerġa’ jiddaħħal mill-ġdid dan għandu jkun
ħallas l-arretrati kollha li jkun għadu ma ħallasx sa dakinhar li jkun
naqas li jħallas.
ARTIKOLU 4
Miżata
4.1 Il-miżata ta’ membru tkun dovuta u titħallas ta’ kull tliet
xhur bil-quddiem, bir-rata ta’ Lm5.
4.2 Ir-rati tal-miżata jkunu b’dik ir-rata li l-Konferenza
Ġenerali tistabbilixxi b’vot ta’ maġġoranza sempliċi.
4.3 Il-miżata għandha titħallas mill-membri hekk kif il-
Konferenza Ġenerali tista’ tistabbilixxi, imma mal-bidu fis-seħħ ta’
dan l-Istatut, lill-uffiċjal li jħallas is-salarju.
ARTIKOLU 5
5.1 L-uffiċċju ta’ l-Assoċjazzjoni jkun fil-Kwartieri Ġenerali
tal-Pulizija jew f’kull tali indirizz ieħor kif jiġi deċiż skond dan l-
Istatut.
5.2 Is-siġill għandu jkun jinkludi l-emblema ta’ l-
Assoċjazzjoni tal-Pulizija ta’ Malta.
ARTIKOLU 6
Drittijiet u Obbligi tal-membri
6.1 Il-membri kollha għandhom dritt jeleġġu u li jiġu eletti fl-
Assoċjazzjoni.
6.2 Membru jkun marbut b’dan l-Istatut u bid-deċiżjonijiet li
jintlaħqu skond il-proċess demokratiku intern.
6.3 Membru għandu jibqa’ jħallas il-miżata għas-sħubija
tiegħu skond ma tkun stabbilita minn żmien għal żmien mill-
Assoċjazzjoni.
ARTIKOLU 7
Sħubija barranija jew kuntatti
7.1 L-Assoċjazzjoni tista’ tibqa’ tkun membru tal-Kunsill
Ewropew ta’ Unions tal-Pulizija (C.E.S.P.) skond l-Istatut tagħha.
7.2 L-Assoċjazzjoni għandha tibqa’ żżomm dawk il-kuntatti
ma’ Assoċjazzjonijiet tal-Pulizija barranin biex iġġib ’il quddiem l-
ideali tagħha.
  34      KAP. 164. ħ         PULIZIJA
ARTIKOLU 8
Organi ta’ l-Assocjazzjoni
8.1 L-organi ta’ l-Assoċjazzjoni jkunu:
8.1.1 il-Konferenza Ġenerali;
8.1.2 il-Kumitat Eżekuttiv;
8.1.3 il-Bordijiet tal-Fergħat.
ARTIKOLU 9
Il-Konferenza Ġenerali
9.1 L-ogħla organu ta’ l-Assoċjazzjoni jkun il-Konferenza
Ġenerali li għandha teleġġi l-Kumitat Eżekuttiv, u li tkun il-korp
ewlieni li jifformola l-politika ta’ l-Assoċjazzjoni.
9.2.1 Ikun hemm Konferenza Ġenerali Annwali, li
għandha teżamina u tadotta r-Rapport Annwali tal-
Kumitat Eżekuttiv, u teżamina u tapprova l-
Kontijiet Annwali. F’Konferenzi Ġenerali
Annwali, darb’iva oħra le, għandhom isiru l-
elezzjonijiet imsemmija f’dan l-Istatut għall-
Kumitat Eżekuttiv.
9.2.2 L-ewwel Konferenza Ġenerali għandha titlaqqa’ fi
żmien tliet xhur mid-dħul fis-seħħ ta’ l-Att dwar il-
Pulizija, u għandha titlaqqa’ mill-Kummissarju
għall-approvazzjoni ta’ dan l-Istatut u għall-
elezzjoni tal-Kumitat Eżekuttiv u għal elezzjonijiet
oħra msemmija f’dan l-Istatut.
9.2.3 Il-Konferenza Annwali għandha ssir fix-xahar
kalendarju ta’ kull sena skond l-ewwel wieħed li
jiġi stabbilit taħt il-paragrafu ta’ qabel.
9.3 Il-Konferenza Ġenerali għandha tkun magħmula mill-
Kumitat Eżekuttiv, u sa żewġ rappreżentanti minn kull rank, ħlief
għall-Kummissarju u l-Viċi Kummissarju.
9.4 Iċ-Chairman għandu jippresjedi d-diskussjonijiet tal-
konferenza; meta ma jkunx hemm hu, is-Segretarju Ġenerali; meta
la jkun hemm wieħed lanqas l-ieħor, persuna li tinħatar mill-
Kumitat Eżekuttiv.
9.5 Il-konferenza għandha ssir fil-post, jum u ħin stabbiliti u
deċiżi mill-Kumitat Eżekuttiv.
9.6 L-aġenda għall-Konferenza Ġenerali għandha tiġi mħejjija
mill-Kumitat Eżekuttiv u għandha titqassam mill-anqas xahar bil-
quddiem qabel il-jum stabbilit. Kull deċiżjoni għandha tittieħed
b’maġġoranza sempliċi.
ARTIKOLU 10
IL-Kumitat Eżekuttiv
10.1 Il-Kumitat Eżekuttiv għandu jkun magħmul minn
Chairman, Segretarju Ġenerali, Teżorier u membru minn kull rank,
wara li jkunu ġew eletti waqt il-Konferenza Ġenerali.
PULIZIJA 
10.2 Ir-riżenji jistgħu jingħataw lis-Segretarju Ġenerali u kull
vakanza li tirriżulta minnhom għandha timtela’ bil-proċedura ta’
elezzjoni b’għażla sa l-elezzjonijiet li jkun imiss.
10.3 Il-Kumitat Eżekuttiv ikun responsabbli ghall-
amministrazzjoni kif imiss tal-flejjes kollha, biex iressaq rapporti u
osservazzjonijiet u jwettaq jew jagħmel arranġamenti għal
negozjati ma’ l-awtoritajiet kompetenti. Ir-rappreżentanza ġuridika
ta’ l-Assoċjazzjoni għandha tkun vestita fil-Kumitat Eżekuttiv.
10.4 Il-Kumitat Eżekuttiv jista’ jiddelega lil xi rappreżentant
wieħed jew aktar biex iwettqu kull tali dmir jew parti minnu.
10.5 Il-Kumitat Eżekuttiv għandu jimplimenta d-deċiżjonijiet
adottati fil-Konferenza Ġenerali.
10.6 Il-Kumitat Eżekuttiv għandu jiltaqa’ daqstant spiss
daqskemm iqis li jkun meħtieġ biex iwettaq in-negozju tiegħu
b’mod effiċjenti. Il-quorum ikun ta’ nofs l-għadd tal-membri u
wieħed aktar, jew wara nofs siegħa mill-ħin stabbilit, il-membri
preżenti.
10.7 Il-mozzjonijiet għal xi emenda jistgħu jiġu ppreżentati
mill-Kumitat Eżekuttiv jew jingħatawlu u għandhom jiġu
ppubblikati jew imwassla lill-membri kollha mill-anqas għaxart
ijiem qabel il-Konferenza Ġenerali.
ARTIKOLU 11
Bordijiet tal-Fergħat.
11.1 Ikun hemm Bordijiet tal-Fergħat li jkunu magħmulin mir-
rappreżentanti murija hawn aktar ’l isfel:
11.1.1 Għal kull unità /fergħa/rank kif stabbiliti mill-
Kummissarju minn żmien għal żmien.
11.1.2 Ħames rappreżentanti għall-kuntistabbli tal-
Pulizija rġiel, kuntistabbli tal-Pulizija mara waħda,
tliet Surġenti tal-Pulizija rġiel, Surġent tal-Pulizija
mara waħda, tliet Surġenti Maġġuri, ħames spetturi
rġiel, żewġ spetturi nisa, żewġ Suprintendenti,
Assistant Kummissarju wieħed, Viċi Kummissarju
wieħed u Kummissarju.
11.1.3 L-elezzjonijiet għall-Bordijiet tal-Fergfiat isiru ta’
kull sentejn u l-uffiċjal li jkollu l-ogħla kariga f’xi
unità  jew fergħa jew rank għandu jitqies bħala
returning officer u uffiċjal elettorali.
11.1.4 Kull membru jkollu d-dritt għal vot wieħed. Il-
votazzjoni għandha dejjem issir b’vot sigriet.
11.1.5 Is-Segretarju Ġenerali jkun l-awtorità  li johroġ writ
ta’ l-elezzjonijiet u jistabbilixxi l-post fejn ikunu
ser isiru l-elezzjonijiet.
11.1.6 Meta jkun hemm xi vakanza f’xi Bord tal-Fergħa,
għandu japplika l-metodu ta’ elezzjoni b’għażla.
11.1.7 Kull Bord tal-Fergħa għandu jibgħat delegati għall-
  36      KAP. 164. ħ         PULIZIJA
Konferenza Ġenerali kif jidher hawn taħt:
ARTIKOLU 12
Awdituri
12.1 It-teżorier ikun responsabbli għall-flejjes ta’ l-
Assoċjazzjoni. Il-ħlasijiet għandhom dejjem isiru permezz ta’ kont
korrenti (cheque), u għandhom jeħtieġu l-firma tat-Teżorier u ta’
uffiċjal ieħor tal-Kumitat Eżekuttiv li jkun speċifikatament maħtur.
12.2 L-awdituri jistgħu jinħatru matul Konferenza Ġenerali, u
m’għandhomx ikunu inqas minn tlieta fil-għadd u lanqas aktar
minn ħamsa. Jekk ma tkunx saret ħatra bħal dik, tkun l-
amministrazzjoni finanzjarja ċivili tal-Korp tal-Pulizija li tagħmel
il-verifika ta’ kull sena.
12.3 Ma tista’ ssir ebda ħatra ta’ persunal full-time minn barra l-
Assoċjazzjoni, kemm-il darba ma tkunx inkisbet l-approvazzjoni
bil-quddiem mill-Konferenza Ġenerali li għandha tkun mgħarrfa
bl-isem u l-kondizzjonijiet ta’ min ikun ser jiġi maħtur. F’każijiet
oħra, li jkunu għal żmien limitat jew għal ħidmiet speċifiċi, jkun il-
Kumitat Eżekuttiv li jiddeċiedi.
ARTIKOLU 13
Xoljiment
13.1 L-Assoċjazzjoni tista’ tiġi xjolta bil-kunsens ta’ ħamsa
minn sitta tal-membri, fil-Konferenza Ġenerali, jew wara li s-
sħubija tinżel għal inqas minn 15 fil-mija ta’ l-uffiċjali tar-rankijiet
kollha.
13.2 Fil-każ ta’ xoljiment, kull bilanċ favorevoli ta’ flejjes
għandu jiġi trasferit lill-Korp tal-Pulizija, bil-għan li jinżamm
sakemm biż-żmien għad tifforma ruħha Assoċjazzjoni oħra bil-
għan u l-objettivi simili għal dawk ta’ l-Assoċjazzjoni tal-Pulizija
ta’ Malta.
Emendata:
A.L. 148 ta’ l-
1975;
XIII. 2002.6.
IT-TIELET SKEDA
(Artikolu 33)
REATI KONTRA D-DIXXIPLINA
Kondotta ta’ telf 
ta’ riputazzjoni.
1. Kondotta ta’ telf ta’ riputazzjoni, jiġifieri jekk membru tal-
Korp -
(a) juża xi kliem, għemil jew ġesti li jinġurjaw, jinsultaw
Kuntistabbli Rġiel Ħamsa Kuntistabbli Nisa Tlieta
Surġenti Rġiel Ħamsa Surġenti Nisa Tlieta
Surġenti Maġġuri/
Reġimentali
Tnejn
Spetturi Rġiel Tnejn Spetturi Nisa Tnejn
Suprintendenti Tnejn Assistenti 
Kummissarji
Tnejn
Viċi Kummissarju Wieħed Kummissarju Wieħed
PULIZIJA 
jew imaqdru lill-President ta’ Malta jew lill-Gvern ta’
Malta jew lil xi persuna mpjegata jew li jkollha
x’taqsam ma’ l-amministrazzjoni tal-Gvern ta’ Malta;
jew
(b) jakkuża b’imġieba ħażina fl-amministrazzjoni tal-
Gvern lil xi persuna mpjegata fl-amministrazzjoni tal-
Gvern ta’ Malta; jew
(ċ) bi kliem jew xort’oħra juri tmaqdir tal-Kummissarju,
jew ta’ l-amministrazzjoni tal-Korp, jew juża xi kelma
jew frażi meqjusa jew li jkollha tendenza li ġġib lill-
Kummissarju jew lill-amministrazzjoni tal-Korp
f’mibegħda, disprezz jew ridikulaġni; jew
(d) jaġixxi jew joħroġ ordnijiet, jew iġiegħel jew ixewwex
lil xi ħadd biex jaġixxi, kontra xi ordnijiet jew direttivi
maħruġa minn żmien għal żmien mill-Kummissarju,
jew mill-Head  Quarters tal-Pulizija f’isem il-
Kummissarju; jew
(e) igħid jew jikteb xi ħaġa meqjusa jew li jkollha
tendenza li ġġib diżaffezzjoni fost xi membri tal-Korp
jew b’kull mod iħabrek jew iġiegħel, jew jittanta li
jħabrek jew li jġiegħel, jew li jagħmel jew li tiġi
magħmula, xi ħaġa hekk meqjusa jew li jkollha dik it-
tendenza; jew
(f) iħajjar, jew jittanta li jħajjar, jew jagħmel xi att,
meqjus jew li jkollu tendenza li jħajjar lil xi membru
tal-Korp li ma jagħtix is-servizzi tiegħu jew li jagħmel
xi ksur ta’ dixxiplina; jew
(g) jaġixxi b’mod diżordinat jew b’xi mod ta’ preġudizzju
għad-dixxiplina jew li raġonevolment aktarx iġib telf
ta’ riputazzjoni ta’ isem il-Korp jew tas-servizz tal-
Pulizija.
Kondotta 
insubordinata jew 
oppressiva.
2. Kondotta insubordinata jew oppressiva, jiġifieri, jekk
membru tal-Korp -
(a) ikun insubordinat bi kliem, att, jew imġieba; jew
(b) ikun ħati ta’ kondotta oppressiva jew tirannika lejn
wieħed inferjuri fir-rank; jew
(ċ) juża kliem oxxen, abużiv jew inġurjuż lil xi membru
tal-Korp; jew
(d) volontarjament jew bi traskuraġni jagħmel xi kwerela
jew dikjarazzjoni falza kontra xi membru tal-Korp;
jew
(e) jaħbat għal xi membru ieħor tal-Korp; meta dan ma
jikkostitwix ksur ta’ l-artikolu 31(1)(g) ta’ l-Att; jew
(f) b’mod mhux xieraq ma jmexxix xi rapport jew
allegazzjoni kontra xi membru tal-Korp. 
Disubbidjenza ta’ 
ordnijiet.
3. Disubbidjenza ta’ ordnijiet, jiġifieri, jekk membru tal-
Korp-
  38      KAP. 164. ħ         PULIZIJA
(a) jiddisubbidixxi jew mingħajr raġuni tajba u xierqa
jonqos jew jittraskura milli jeżegwixxi xi ordni
leġittimu, bil-miktub jew xort’oħra; jew
(b) jirrisjedi f’post mhux approvat mill-Kummissarju; jew
(ċ) mingħajr il-kunsens preventiv tal-Kummissarju jilqa’
persuna alloġġata f’dar jew kwartieri li jkunu provduti
lilu mill-Gvern, jew jissulloka xi parti minn dar jew
kwartieri bħal dawk; jew
(d) mingħajr l-approvazzjoni bil-miktub tal-Kummissarju
jirċievi persuna alloġġata f’dar li jirrisjedi fiha u li
dwarha huwa jirċievi allowance għall-kera, jew
jissulloka xi parti minn dar bħal dik; jew
(e) volontarjament jiċħad jew jittraskura milli jħallas xi
dejn leġittimu; jew
(f) imexxi jew ikollu x’jaqsam f’xi kummerċ jew negozju,
jew xort’oħra jonqos milli jagħti l-ħin kollu tiegħu
għas-servizz tal-Pulizija.
Traskuraġni ta’ 
xogħol.
4. Traskuraġni ta’ xogħol, jiġifieri, jekk membru tal-Korp - 
(a) jittraskura, jew mingħajr raġuni tajba u xierqa jonqos,
milli minnufih u b’diliġenza jattendi jew jesegwixxi xi
ħaġa li tkun dmir tiegħu bħala membru tal-Korp; jew
(b) jitgħażżen jew jitkellem fieragħ waqt li jkun fuq ix-
xogħol; jew
(ċ) jonqos milli jaħdem il-beat tiegħu skond ordnijiet jew
jitlaq mill-beat, lok, jew post ieħor tad-dmirijiet tiegħu
li għalih ikun ġie ordnat, mingħajr permess kif imiss
jew raġuni xierqa; jew
(d) b’negliġenza jew traskuraġni jħalli priġunier jaħrab;
jew 
(e) jonqos, meta jkun jaf fejn jinsab xi ħati, milli
jirrapporta l-istess, jew milli jagħmel sforz kif imiss
biex ikun jista’ jitressaq quddiem il-ġustizzja; jew
(f) jonqos milli jirrapporta xi ħaġa li jkun dmir tiegħu li
jirrapporta; jew
(g) jonqos milli jirrapporta xi ħaġa li huwa jkun jaf dwar
akkuża kriminali, jew jonqos milli jikxef xi provi li
huwa, jew xi persuna li huwa jkun jaf biha, jista’
jagħmel favur jew kontra xi priġunier jew persuna li
tkun taħt akkuża kriminali; jew
(h) jonqos milli jagħmel xi reġistrazzjoni meħtieġa f’xi
dokument jew ktieb uffiċjali; jew
(i) jittraskura, jew mingħajr raġuni tajba u xierqa jonqos,
milli jesegwixxi xi istruzzjonijiet ta’ tabib li jkun qed
jaġixxi f’isem il-Kummissarju jew it-Tabib Prinċipali
tal-Gvern, jew, waqt li jkun assenti mix-xogħol
minħabba mard, ikun ħati ta’ xi att jew kondotta
meqjusa li ddewwem ir-ritorn tiegħu għax-xogħol.
PULIZIJA 
Falżita jew 
tgħawwiġ tal-fatti.
5. Falżita jew tgħawwiġ ta’ fatti, jiġifieri, jekk membru tal-
Korp -
(a) xjentement jagħmel jew jiffirma xi dikjarazzjoni falza
f’xi dokument jew ktieb uffiċjali; jew
(b) volontarjament jew bi traskuraġni jagħmel xi
dikjarazzjoni falza, qarrieqa jew mhux eżatta; jew
(ċ) mingħajr raġuni tajba u xierqa jiddistruġġi jew jaqta’
minn xi dokument jew record uffiċjali, jew ibiddel jew
iħassar xi reġistrazzjoni li jkun hemm fih.
Ksur ta’ fiduċja.
(a) jikxef xi ħaġa li tkun dmir tiegħu li jżomm sigrieta;
jew 
(b) jgħarraf, direttament jew indirettament, lil xi persuna
li kontra tagħha jkun inħareġ jew ikun ser jinħareġ
mandat jew taħrika, ħlief jekk fl-esekuzzjoni leġittima
ta’ dak il-mandat jew notifika ta’ dik it-taħrika; jew
(ċ) mingħajr awtorità  xierqa jikkomunika lill-istampa
pubblika, jew lil xi persuna mhux awtorizzata, xi ħaġa
li jkollha x’taqsam, mal-Korp; jew
(d) mingħajr awtorità  xierqa juri lil xi persuna li ma tkunx
fil-Korp xi ktieb jew dokument miktub jew stampat li
jkun proprjetà  tal-Pulizija jew ta’ xi dipartiment tal-
Gvern; jew
(e) li ma jkunx il-Kummissarju jew delegat awtorizzat kif
imiss mill-Kummissarju, jew membru ta’ l-
Assoċjazzjoni tal-Pulizija ta’ Malta, jieħu sehem f’xi
attività  ta’ l-imsemmija Assoċjazzjoni tal-Pulizija ta’
Malta, bi ksur tad-disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza
jew jagħti parir jew influwenza, jew jittanta li jagħti
parir jew jinfluwenza, xi organu ta’ l-imsemmija
Assoċjazzjoni jew xi uffiċjal jew membru tagħha,
dwar xi attività  ta’ l-imsemmija Assoċjazzjoni tal-
Pulizija ta’ Malta; jew
(f) ma jastjenix minn kull attività  politika jew tħabrik jew
minn kull attività  li aktarx tfixkel il-qadi leali u
imparzjali tad-dmirijiet tiegħu, jew li aktarx tqajjem l-
impressjoni fost il-membri tal-pubbliku li tista’ hekk
tfixkel; jew
(g) jagħmel xi komunika anonima lill-Kummissarju jew lil
xi uffiċjal ieħor tal-Pulizija, jew lil xi dipartiment jew
uffiċjal tal-Gvern; jew
(h) iħabrek jew jittanta li jħabrek xi membru tal-
Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku jew ta’ xi korp
jew organu ieħor tal-Gvern, dwar xi ħaġa li għandha
x’taqsam mal-Korp; jew
(i) jiffirma jew jiċċirkola xi petizzjoni jew dikjarazzjoni
dwar xi ħaġa li għandha x’taqsam mal-Korp, ħlief kif
provdut b’din l-Ordinanza jew b’kull regolamenti jew
  40      KAP. 164. ħ         PULIZIJA
ordnijiet permanenti magħmula bis-saħħa tagħha.
Korruzzjoni. 7. Korruzzjoni, jiġifieri, jekk membru tal-Korp -
(a) jirċievi xi ħaġa għal korruzzjoni; jew
(b) jonqos milli jagħti kont ta’ jew milli jagħmel rapport
minnufih u eżatt ta’ xi flus jew proprjetà  li huwa jkun
irċieva fil-kariga uffiċjali tiegħu; jew
(ċ) direttament jew indirettament jitlob jew jirċievi xi
gratifikazzjoni, rigal, sottoskrizzjoni jew ċertifikat,
mingħajr il-kunsens tal-Kummissarju; jew
(d) iqiegħed lilu n-nifsu taħt obbligazzjoni pekunjarja
favur xi ħadd li jkollu ħanut tax-xorb, li jkun bejjiegħ
bl-imnut tal-birra, spirit-grocer, jew xi persuna li
jkollha liċenza mogħtija mill-Kummissarju jew li dwar
l-għoti jew it-tiġdid tagħha l-Pulizija jista’ jkollha
tirrapporta jew tagħti xiehda; jew
(e) juża b’mod mhux xieraq il-kwalifika u l-kariga tiegħu
bħala membru tal-Korp għal vantaġġ tiegħu privat; jew
(f) fil-kariga tiegħu bħala membru tal-Korp, jikteb,
jiffirma jew jagħti, mingħajr l-approvazzjoni tal-
Kummissarju, xi ċertifikat ta’ kondotta jew
rikmandazzjoni oħra bl-iskop li jikseb impieg għal xi
persuna jew li jsaħħaħ applikazzjoni ta’ kull xorta; jew
(g) mingħajr l-approvazzjoni tal-Kummissarju, isaħħaħ
applikazzjoni għall-għoti ta’ liċenza ta’ kull xorta; jew
(h) mingħajr raġuni tajba u xierqa jkun jew isir suġġett
għal tfixkil pekunjarju.
Eżerċizzju mhux 
leġittimu jew mhux 
mehtieġ ta’ 
awtorità .
8. Eżerċizzju mhux leġittimu jew mhux meħtieġ ta’ awtorità ,
jiġifieri, jekk membru tal-Korp mingħajr raġuni tajba u xierqa -
(a) jagħmel arrest; jew
(b) juża xi vjolenza kontra priġunier jew kull persuna oħra
li magħha jista’ jiġi f’kuntatt fil-qadi tax-xogħol
tiegħu; jew 
(ċ) ikun maledukat ma’ xi membru tal-pubbliku.
Simulazzjoni ta’ 
mard.
9. Simulazzjoni ta’ mard, jiġifieri, jekk membru tal-Korp
ifinġi jew jesaġera xi mard jew offiża bl-iskop li jiskarta x-xogħol.
Assenza bla 
permess. 
10. Assenza bla permess jew tard għax-xogħol, jiġifieri jekk
membru tal-Korp mingħajr skuża raġonevoli li jkun assenti minn,
jew tard għal, parata, qorti jew kull xogħol ieħor.
Nuqqas ta’ ndafa.  11. Nuqqas ta’ ndafa, jiġifieri, jekk membru tal-Korp waqt ix-
xogħol jew waqt il-frank bl-uniformi f’post pubbliku jkun b’leħja
mhux imqaxxra, jew liebes b’mod mhux xieraq, jew maħmuġ jew
traskurat fil-persuna, ilbies jew tagħmir tiegħu.
Ħsara fl-ilbies, eċċ. 12. Ħsara fl-ilbies jew oġġetti oħra provduti, jiġifieri, jekk
membru tal-Korp -
(a) volontarjament jew b’negliġenza jikkaġuna xi ħala,
PULIZIJA 
telf jew ħsara lil xi oġġett ta’ lbies jew tagħmir, jew lil
xi ktieb, dokument jew proprjetà  oħra tal-Pulizija jew
ta’ xi dipartiment tal-Gvern; jew
(b) jonqos milli jirrapporta xi telf jew ħsara kaġunata kif
intqal qabel ikun kif ikun.
Sokor. 
xogħol jew frank, ma jkunx kapaċi għax-xogħol minħabba x-xorb. 
Xorb waqt ix-
xogħol.
14. Xorb waqt ix-xogħol jew talb ta’ xorb, jiġifieri, jekk
membru tal-Korp -
(a) mingħajr il-kunsens ta’ l-uffiċjal superjuri tiegħu,
jixrob, jew jirċievi minn għand xi persuna oħra, xi
xorb li jsakkar waqt li jkun fuq ix-xogħol; jew
(b) jitlob, jew jittanta li jipperswadi xi persuna oħra li
tagħtih, jew li tixtri jew tikseb għalih, xi xorb li
jsakkar waqt li jkun fuq ix-xogħol.
Dħul f’postijiet 
b’liċenza. 
15. Dħul f’postijiet b’liċenza, jiġifieri, jekk mingħajr permess
membru tal-Korp jidħol -
(a) waqt li jkun fuq ix-xogħol f’xi post liċenzjat skond il-
liġijiet dwar l-għoti ta’ liċenzi għal xorb spirituż jew
f’xi post ieħor fejn spirti jkunu maħżuna jew
jitqassmu, meta l-preżenza tiegħu hemm hekk ma
tkunx meħtieġa fl-esekuzzjoni tad-dmir tiegħu; jew
(b) f’xi post bħal dawk bl-uniformi meta jkun frank.
Self ta’ flus, eċċ.
membru tal-Korp jislef flus lil xi superjur fir-rank jew jissellef flus
jew jaċċetta xi rigal mingħand xi inferjur fir-rank.
Kundanna 
kriminali.
17. Kundanna għal reat kriminali, jiġifieri, jekk membru tal-
Korp ikun instab ħati ta’ reat kriminali minn qorti.
Kompliċi f’reat.
tal-Korp jippermetti xi reat, jew xjentement jikkommetti att ta’
kompliċità  f’xi reat, kontra d-dixxiplina.
Kondotta ta’ 
preġudizzju għal 
bon ordni. 
19. Ksur ta’ l-ordni, jiġifieri, jekk membru tal-Korp iġib ruħu,
b’att jew omissjoni, b’xi mod ta’ preġudizzju għal bon ordni jew
dixxiplina, jew xort’oħra mhux xieraq għal membru tal-Korp, u
mhux provdut għalih band’oħra f’din l-Iskeda.
Tifisra.
kull persuna f’xi kustodja jew detenzjoni legali, kemm jekk
kundannata, kemm jekk tkun tistenna li tiġi proċessata, kemm jekk
miżmuma mill-Pulizija, kemm jekk miżmuma b’mandat jew ordni
leġittimu.
  42      KAP. 164. ħ         PULIZIJA
Miżjuda:
XIII. 2002.8.
IR-RABA’ SKEDA
(Artikolu 66)
Kodiċi ta’ Prattika għall-interrogazzjoni ta’ Persuni Arrestati
Regoli Ġenerali
Dan il-kodiċi ta’ Prattika għandu jkun aċċessibbli għal
konsultazzjoni fl-Għases tal-Pulizija kollha, u f’kull post fejn
normalment isiru intervisti sabiex il-membri kollha tal-Korp tal-
Pulizija, persuni arrestati, jew membri tal-pubbliku jkunu jistgħu
jaqrawh. Meta skond dan il-Kodiċi, persuna jkollha tingħata xi
informazzjoni, dik l-informażzjoni m’għandhiex tingħata meta dik
il-persuna ma tkunx kapaċi tifhimha, jew tkun qed iġġib ruħha
b’mod vjolenti, jew tkun teħtieġ kura medika urġenti; madankollu,
dik l-informazzjoni għandha tingħata kemm jista’ jkun malajr.
1. Skop ta’ l-interrogazzjoni
Qabel xejn, ftakar li l-għan ta’ l-interrogazzjoni hu biex
jiġi eżaminat jekk is-suspett raġonevoli f’min ikun qed jiġi
interrogat ikunx validu jew le, u jekk ikun validu, biex jiġbor il-
fatti u l-provi favur u kontra l-persuna interrogata għall-fini li dik
il-persuna titressaq quddiem Qorti tal-Ġustizzja, jekk ikun hemm
provi biżżejjed.
2. L-importanza ta’ l-Istqarrijiet
Billi l-istqarrija tal-persuna li tkun qed tiġi interrogata hija
ta’ importanza ewlenija bħala prova, hu importanti li ma jsir xejn
matul l-intervista li jista’, ukoll bl-inqas mod possibbli, jitfa’ dubju
fuq il-validità  ta’ l-istqarrija; u minħabba fl-importanza ta’ l-
istqarrija bħala prova, il-Qrati tagħna huma stretti u metikolużi fil-
kriterji li huma adottaw biex jiżguraw li dikjarazzjoni tkun saret
b’mod konformi ma’ l-artikolu 658 tal-Kodiċi Kriminali, jiġifieri li
l-istqarrija tkun ġiet magħmula "volontarjament u ma ġietx
imġiegħla jew meħuda b’theddid jew b’biża’, jew b’wegħdiet jew
bi twebbil ta’ vantaġġi".
3. Fejn tista’ ssir l-interrogazzjoni
Bħala regola, l-interrogazzjoni għandha ssir fil-Kwartieri
Ġenerali tal-Pulizija jew f’Għassa tal-Pulizija jew f’postijiet oħra
taħt il-kontroll tal-Pulizija, ħlief meta jkun hemm raġunijiet serji li
jkunu jindikaw li dan ikun ser jippreġudika serjament l-
investigazzjonijiet.
4. Twiddiba
Il-persuna li tkun qed tiġi interrogata għandha d-dritt li
tirrifjuta milli twieġeb għal xi mistoqsija li ssirlu.
Għal dawn ir-raġunijiet, qabel ma ssir l-interrogazzjoni ta’
persuna suspetta li tkun għamlet reat, għandha tinghata twissija jew
twiddiba f’din il-forma li ġejja:
"M’intix obbligat li titkellem sakemm ma tkunx tixtieq li
titkellem, imma dak li tgħid jista’ jinġieb bi prova.".
Meta tkun tapplika r-regola ta’ l-inferenza skond id-
disposizzjonijiet tal-Kodiċi Kriminali, it-twiddiba għandha tkun kif
PULIZIJA 
ġej:
"M’intix obbligat li titkellem sakemm ma tkunx tixtieq li
titkellem, imma dak li tgħid jista’ jinġieb bi prova; madankollu,
jekk ma tkun trid tgħid xejn jew tonqos milli ssemmi xi fatt, il-
Qorti jew il-ġudikant jistgħu jaslu għal regola ta’ inferenza li
tammonta għal prova korroborattiva, jekk matul il-proċess inti
tressaq xi difiża li tkun ibbażata fuq xi fatt li ma tkunx semmejt
matul l-interrogazzjoni.".
PROĊEDURI KIF ISSIR L-INTERROGAZZJONI
5. Identifikazzjoni ta’ l-Uffiċjali tal-Pulizija
Min ikun qed imexxi l-interrogazzjoni u kull persuna oħra
preżenti għandha tidentifika lilha nnifisha ma’ min ikun qed jiġi
interrogat.
6. Jitniżżel bil-miktub li tkun ingħatat it-twiddiba
Il-fatt li tingħata t-twiddiba msemmija fir-regola 4 għandu
jiġi reġistrat fl-istqarrija nnifisha, u min ikun qed jiġi interrogat
għandu jingħata l-opportunità  li jiffirma fi tmiem il-paragrafu fejn
dan jitniżżel.
7. Dettalji ta’ dak li jitniżżel
Meta, wara li tingħata t-twiddiba, min ikun qed jiġi
interrogat jiddeċiedi li jagħmel stqarrija, għandu jitniżżel dan li
ġej: il-post fejn tkun saret l-istqarrija, il-ħin li fih tkun inbdiet u
ntemmet l-interrogazzjoni, kull perjodu ta’ interruzzjoni, u l-
ismijiet ta’ kull min ikun preżenti matul l-interrogazzjoni.
L-uffiċjal investigatur għandu dejjem jgħarraf lil min ikun
suspettat qabel ma tittieħed xi stqarrija bil-miktub dwar ir-reat li
jkun qed jiġi investigat.
8. Proċedura għall-abbozzar ta’ Stqarrija
Kemm jista’ jkun, l-istqarrija għandu jkun fiha l-kliem
eżatti li jintużaw minn min ikun suspettat, mingħajr ebda użu ta’
vokabularju "uffiċjali". Meta ċ-ċirkostanzi jkunu hekk jindikaw,
min ikun suspettat għandu jitħalla jikteb l-istqarrija tiegħu nnifsu, u
dan il-fatt għandu jiġi mniżżel fl-istqarrija nnifisha. Il-persuna
suspettata għandha tiġi mistiedna tiffirma l-istqarrija. Madankollu,
"it-twiddiba" għandha dejjem titniżżel fil-bidu tad-dokument ukoll
meta min ikun qed jiġi interrogat ikun bi ħsiebu jikteb l-istqarrija
tiegħu nnifsu.
Tinsiex li ukoll jekk l-istqarrija ma tiġix iffirmata, din
xorta tista’ tinġieb bi prova; madankollu, r-raġuni li ġġib il-persuna
interrogata għaliex ma tkunx qed tiffirma l-istqarrija għandha
titniżżel.
Ebda spazju vojt ma għandu jitħalla fl-istqarrija ħlief it-
truf fuq kull naħa.
9. L-istqarrija għandha tinqara mis-suspettat kriminali
Meta tintemm il-kitba ta’ l-istqarrija minn uffiċjal tal-
pulizija, min ikun qed jagħmilha għandu jintalab jaqra kopja tagħha
u li jista’ jagħmel kull stqarrija ulterjuri li fiha jista’ jagħmel
  44      KAP. 164. ħ         PULIZIJA
korrezzjonijiet, tibdiliet jew żjidiet skond ma jixtieq. Jekk min ikun
ġie interrogat ma jkunx jista’ jew jirrifjuta jaqra l-istqarrija, l-
istqarrija għandha tinqara lill-persuna suspettata. Wara dan, il-
persuna suspettata għandha tintalab tiffirmaha fi tmiemha u
tinizjala kull paġna kif ukoll kull stqarrija ulterjuri li tiddeċiedi li
tagħmel.
10. Iffirmar ta’ l-Istqarrija mill-Pulizija
L-uffiċjal li jkun qed imexxi l-interrogazzjoni għandu
jiffirma l-istqarrija fi tmiemha, preferibilment taħt il-firma, jekk
ikun hemm, tal-persuna interrogata; l-uffiċjal, u kull min ikun
qiegħed jassistih għandu jiffirma dikjarazzjoni li tkun tgħid li l-
istqarrija tkun inqrat lill-persuna inkwistjoni li setgħet ukoll taqra
kopja tagħha.
11. X’għandu jitniżżel fir-Records ta’ Persuni Arrestati
Għandu jitniżżel kull intervall li jkun hemm matul l-
interrogazzjoni. Ir-records għandhom ukoll jindikaw kull ħin meta
l-persuna interrogata tingħata xi ikel jew xorb. Kull talba li ssir
mill-persuna arrestata matul l-interrogazzjoni għandha tiġi
reġistrata bil-miktub u dik it-talba għandha tifforma parti mir-
records tal-kustodja tad-detenut.
12. Regola kontra xi interrogazzjoni matul il-lejl
Persuna għandha biss tiġi interrogata matul il-lejl meta dan
ikun indispensabbli għall-investigazzjoni jew għax ikun jevita milli
jtawwal iż-żmien ta’ l-arrest. Għandu jgħaddi żmien biżżejjed bejn
interrogazzjoni u oħra biex dik il-persuna tkun tista’ tistrieħ. L-
interrogazzjoni m’għandhiex titkompla meta d-detenut ikun hekk
għajjien li l-fakultajiet ta’ rieda u fehim ikunu mittiefsa.
13. Żmien ta’ Mistrieħ
F’kull perjodu ta’ 24 siegħa, l-arrestat għandu jitħalla
jistrieħ għal perjodu kontinwu ta’ mill-anqas 8 sigħat, mhux
interrotti b’xi interrogazzjoni, vvjaġġar jew interruzzjoni kaġunata
mill-investigazzjoni. Bħala regola, dan il-perjodu għandu jkun
matul il-lejl. Dan il-perjodu ta’ mistrieħ ma għandux ikun interrott
jew pospost sakemm ma jkunx hemm raġunijiet validi li jkunu
jindikaw li jekk ma jkunx hemm interruzzjoni jew posponiment
bħal dawk x’aktarx:
(a) li jkun hemm riskju gravi ta’ ħsara lil persuni, jew
dannu lil proprjetà  jew telf sostanzjali;
(b) iż-żmien ta’ arrest jittawwal b’mod mhux meħtieġ;
(ċ) l-investigazzjoni tiġi serjament preġudikata.
Ebda xorb alkoholiku m’ghandu jingħata lill-persuni
arrestati, kemm-il darba dan ma jiġix preskritt minn tabib.
Għandhom isiru waqfiet fl-interrogazzjoni f’ħinijiet ta’ l-
ikel normali, u għandu jkun hemm ukoll waqfiet qsar għal xi
kolazzjon f’intervalli ta’ madwar sagħtejn, bla ħsara għad-
diskrezzjoni ta’ l-uffiċjal investigatur li jdewwem il-ħin għal
kolazzjon jekk ikollu tassew għaliex jaħseb li dan x’aktarx:
(a) ikun jinvolvi riskju ta’ ħsara għal persuni jew telf
PULIZIJA 
gravi ta’ proprjetà , jew dannu li jista’ jsir fiha;
(b) idewwem b’mod mhux meħtieġ il-ħelsien mill-
kustodja tal-persuna; jew
(ċ) xort’oħra jippreġudika r-riżultat ta’ l-investigazzjoni.
14. Qerq bil-kliem
L-użu ta’ xi qerq bil-kliem biex iwassal persuna tagħmel
stqarrija ma jkunx projbit (bħal "diġà  nafu kollox dwar il-każ;
sħabek diġà  stqarrew kollox").
15. Ħsieb speċjali għall-Minorenni
Għandu jingħata ħsieb speċjali meta jkunu qegħdin jiġu
interrogati persuni taħt is-16-il sena. Kemm jista’ jkun, u jekk dan
ma jkunx ta’ preġudizzju għall-investigazzjoni, dawn il-persuni
għandhom jiġu intervistati fil-preżenza ta’ xi wieħed mill-ġenituri,
jew it-tutur tagħhom, jew fil-preżenza ta’ xi persuna oħra, li ma
tkunx membru tal-Korp tal-Pulizija, li jkun ta’ l-istess sess bħall-
persuna interrogata, bħal min ikollu l-ħsieb u l-kustodja effettiva
tal-minorenni, jew ħaddiem soċjali.
Żgħażagħ u tfal li jkunu jattendu l-iskola jew xi istituzzjoni
edukattiva oħra m’għandhomx, kemm jista’ jkun, jiġu arrestati jew
interrogati l-iskola. Meta jkun daqstant meħtieġ li l-intervista ssir l-
iskola, dan għandu jsir fil-preżenza tal-kap ta’ l-iskola.
16. Oppressjoni
Kull forma ta’ mġieba li tista’ tkun tammonta għal
trattament inuman u degradanti, jew kull forma ta’ tortura fiżika
jew mentali, hi mhux biss projbita imma tammonta għal reat taħt l-
artikolu 139A tal-Kodiċi Kriminali. Għar-reat hemm piena ta’
massimu ta’ disa' (9) snin priġunerija.
Għaldaqstant għandhom jittieħdu l-passi kollha mhux biss
biex ma tiġrix dik l-imġieba, imma wkoll li ma ssir ebda azzjoni li
tista’ wkoll tagħti lok ghal allegazzjonijiet ta’ trattament ħażin.
Għalhekk,
(a) min ikun qed jiġi interrogat għandu dejjem u f’kull
waqt joqgħod bilqegħda, jekk ikun hekk jixtieq, matul
l-interrogazzjoni;
(b) huwa projbit kull kliem mhux xieraq, theddid, daħk ta’
disapprovazzjoni u mossi li jheddu;
(ċ) taħt ebda ċirkostanza ma għandha persuna li tkun
preżenti waqt l-interrogazzjoni, iżżomm jew turi xi
arma tan-nar jew xi arma oħra, ukoll jekk biss biċ-ċajt;
madankollu, id-detenut jista’ jintwera dawk l-armi tan-
nar jew armi li jkollhom x’jaqsmu ma’ l-
investigazzjoni, meta dan ikun meħtieġ;
(d) ħadd m’għandu, meta jkun qed jiġi interrogat, jiġi
marbut b’xi ħabel, katina jew tagħmir ieħor, imma
jista’ jiġi mmanettjat jekk dan ikun raġonevolment
ġustifikat għas-sigurezza tiegħu jew dik ta’ persuni
oħra jew sabiex jinżamm milli jaħrab.
  46      KAP. 164. ħ         PULIZIJA
L-uffiċjal investigatur għandu jiftakar li kull detenut
individwali jkollu ċ-ċirkostanzi partikolari tiegħu u għandu jieħu
ħsieb speċjali li dwar persuni partikolarment timidi jew debboli ma
jsir xejn li jitfa’ dubju fuq il-volontarjetà  ta’ l-istqarrija tagħhom.
17. L-interrogazzjoni ta’ Persuni Handikappati u Persuni oħra
(a) Jekk l-Uffiċjal tal-Pulizija jkun jidhirlu li persuna li
jkun bi ħsiebu jinterroga jkollha handikapp mentali li
jqajjem dubju dwar jekk il-persuna tistax tifhem il-
mistoqsijiet li jsirulu, jew li tirrendi lill-persuna
x’aktarx miftuħa għal suġġestjoni, l-uffiċjal għandu
juża attenzjoni partikolari fil-mistoqsijiet li jagħmel u
meta jkun qed jifli kemm għandu joqgħod fuq ir-
risposti. Kemm jista’ jkun, persuna mentalment
handikappata għandha tiġi interrogata biss fil-preżenza
ta’ ġenitur, jew it-tutur tagħha jew xi persuna oħra, li
ma tkunx membru tal-Korp tal-Pulizija, u li tkun ta’ l-
istess sess bħall-persuna li tkun qed tiġi interrogata,
bħal min ikollu l-kura u l-kustodja effettiva tal-
persuna handikappata jew xi ħaddiem soċjali;
(b) dokument li jkun jirrapporta interrogazzjoni ma’
persuna mentalment handikappata (wara li l-uffiċjal
investigatur ikun aċċerta ruħu li l-persuna interrogata
kienet kapaċi tagħmel l-istqarrija) għandu jiġi offrut
għall-firma mhux biss tal-persuna handikappata imma
wkoll lil ommu jew lil missieru jew lil xi persuna oħra
li tkun qed issieħbu u li tkun preżenti waqt l-
interrogazzjoni; għandu jittieħed ħsieb li jiġu verifikati
l-fatti kollha dikjarati u li meta jkun possibbli tinkiseb
korroborazzjoni;
(ċ) fil-każ ta’ persuni potenzjalment vulnerabbli, (bħal
persuni taħt l-influwenza ta’ mediċinali, alkohol,
mediċina, jew li jkunu fi stat ta’ xokk) għandhom
jittieħdu prekawzjonijiet sabiex jiġi żgurat li l-
istqarrija ssir minnhom meta jkunu kapaċi japprezzaw
is-sinifikat tal-mistoqsijiet u tweġibiet tagħhom, u li l-
istqarrija ma tkunx ir-riżultat ta’ xi influwenza mhux
dovuta mill-uffiċjal investigatur.
Il-Kummissarju għandu jagħmel regoli dwar l-
interrogazzjoni, meta jkollu għaliex jaħseb li persuna tkun jew
marida jew truxa. L-uffiċjali investigaturi m’għandhomx jgħaddu
għal interrogazzjoni mingħajr l-intervent u ċertifikazzjoni bil-
quddiem li tingħata minn tabib, dwar kemm ikun adatt li ssir l-
interrogazzjoni.
18. Stqarrijiet f’ilsna li ma jkunux il-Malti jew l-Ingliż
Ħadd ma għandu jiġi interrogat mingħajr interpretu jekk
dik il-persuna -
(a) ma tkunx tifhem l-ilsien Malti jew Ingliż; jew
(b) min ikun qed imexxi l-interrogazzjoni ma jkunx jifhem
l-ilsien mitkellem mill-persuna interrogata.
PULIZIJA 
Fil-każ ta’ persuna li tagħmel stqarrija f’ilsien li ma jkunx
il-Malti jew l-Ingliż:
(a) l-interpretu jew l-uffiċjal li jirċievi l-istqarrija għandu
jniżżel l-istqarrija bl-ilsien li ssir bih;
(b) għandha ssir traduzzjoni għall-Malti eventwalment u
din tintehmeż bħala esibit ma’ l-istqarrija oriġinali;
(ċ) tkun biss l-istqarrija oriġinali li tenħtieġ li tiġi offruta
lil min ikun għamel l-istqarrija.
19. Effett ta’ dan il-Kodiċi
In-nuqqas ta’ osservanza ta’ xi waħda mid-
disposizzjonijiet ta’ dan il-Kodiċi ma jinvalidax l-istqarrija li tkun
ittieħdet, kemm-il darba dak in-nuqqas ta’ osservanza ma jkunx
ixejjen l-volontarjetà  ta’ l-istqarrija. Madankollu, jistgħu jinbdew
proċedimenti dixxiplinari kontra persuni li ma josservawx id-
disposizzjonijiet ta’ dan il-Kodiċi.
20. Regoli ta’ Gwida
Finalment għandu jitfakkar li dawn ir-regoli ta’ tmexxija
qegħdin jiġu ċirkolati mhux biss biex jipprevjenu l-għemil ta’ xi
ħaġa li tkun projbita mill-Kostituzzjoni jew il-liġi ta’ Malta, imma
wkoll sabiex jiġu evitati allegazzjonijiet minn persuni arrestati ta’
xi trattament mhux kif imiss matul l-arrest tagħhom. Għaldaqstant,
l-osservanza ta’ dawn ir-regoli mhux biss ittejjeb ix-xbieha tal-
Korp tal-Pulizija f’għajnejn il-pubbliku, imma wkoll tiżgura inqas
problemi għall-Pulizija meta jiġu biex eventwalment iġibu prova
tal-validità  ta’ stqarrijiet li jsiru minn persuni arrestati.
Miżjuda: 
X. 1990.3.
Emendata:
XIII. 2002.6.
IL-ĦAMES SKEDA
 (Artikolu 121)
REGOLAMENTI TA’ L-1990 DWAR IL-PENSJONIJIET
 TAL-PULIZIJA
 Regolamenti Ġenerali
Titolu fil-qosor. 
1990 dwar il-Pensjonijiet tal-Pulizija.
Lil min u b’liema 
rati jingħataw il-
pensjonijiet.
2. Bla ħsara tad-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar il-Pulizija ta’
Malta iżjed ’il quddiem imsejjaħ l-Att, u ta’ dawn ir-Regolamenti,
lil kull uffiċjal tal-Pulizija li jkun ilu fil-Korp għal għaxar snin jew
iżjed, tista’ tingħata pensjoni bir-rata ta’ waħda minn erba’ mija u
ħamsin tal-ħlas tiegħu pensjonabbli għal kull xahar sħiħ ta’ servizz
pensjonabbli, suġġetta għal-limitazzjoni msemmija fl-artikolu 125
ta’ l-Att.
Is-servizz 
m’għandux ikun 
maqtugħ.
3. Is-servizz li għalih tista’ tingħata pensjoni ma għandux
ikun maqtugħ, ħlief fil-każijiet li fihom is-servizz ikun ġie maqtugħ
minħabba li tneħħiet il-kariga jew ġie sospiż għal xi żmien l-
impieg, u mhux minħabba imġieba ħażina jew irtir volontarju mill-
impieg:
  48      KAP. 164. ħ         PULIZIJA
Iżda, iż-żmien ta’ servizz qabel ma s-servizz ikun ġie
maqtugħ jista’ jiġi kkalkolat għall-pensjoni, flimkien maż-żmien
tas-servizz wara li dan ikun ġie maqtugħ:
(a) jekk iż-żmien kollu ta’ bejn is-servizz u ieħor l-uffiċjal
ikun għaddih f’impieg ieħor fis-servizz tar-
Repubblika; jew
(b) fil-każ meta dak l-uffiċjal tal-Pulizija, wara li jkun
irriżenja mill-Korp, ikun sussegwentement issejjaħ
lura fil-Korp bl-approvazzjoni tal-Prim Ministru
minħabba fl-esiġenzi tal-Korp, u dik is-sejħa lura tiġi
ċertifikata mill-Prim Ministru.
Salarji li jitqiesu 
għal kalkolu ta’ 
pensjoni.
4. (1) Għall-fini biex jiġi kalkolat l-ammont tal-pensjoni ta’
uffiċjal tal-Pulizija li kellu perijodu ta’ mhux anqas minn tliet snin
ta’ servizz pensjonabbli skond l-Att qabel l-irtir tiegħu -
(a) fil-każ ta’ uffiċjal tal-Pulizija li jkun żamm l-istess
kariga għal żmien ta’ tliet snin minnufih qabel id-data
ta’ l-irtir tiegħu, għandhom jitqiesu l-ħlasijiet
pensjonabbli annwali sħaħ li jkun imgawdi f’dik id-
data dwar dik il-kariga;
(b) fil-każ ta’ uffiċjal tal-Pulizija li f’xi żmien matul dak
il-perijodu ta’ tliet snin ikun ġie trasferit minn kariga
għal oħra, iżda li l-ħlasijiet pensjonabbli tiegħu ma
jkunux tbiddlu minħabba dak it-trasferiment jew
trasferimenti, ħlief bl-għoti ta’ xi żieda fl-iskala,
għandhom jitqiesu l-ħlasijiet pensjonabbli annwali
sħaħ li jkun igawdi fid-data ta’ l-irtir tiegħu dwar il-
kariga li kellu f’dak iż-żmien;
(ċ) f’każijiet oħra għandu jitqies it-terz tat-total tal-
ħlasijiet pensjonabbli li jkun igawdi l-uffiċjal tal-
Pulizija dwar is-servizzi tiegħu matul it-tliet snin tas-
servizz tiegħu minnufih qabel id-data ta’ l-irtir tiegħu:
Iżda -
(i) jekk dak it-terz ikun anqas mill-ogħla ħlasijiet
pensjonabbli annwali li hu jkun igawdi fid-data
ta’ xi trasferiment f’dak iż-żmien ta’ tliet snin
għandhom jitqiesu dawk il-ħlasijiet pensjonabbli
annwali; u
(ii) jekk dak it-terz ikun anqas mill-ħlasijiet
pensjonabbli annwali li hu kien igawdi fid-data
ta’ l-irtir tiegħu, kieku baqa, f’xi kariga li
minnha ġie trasferit f’xi żmien matul dak il-
perijodu ta’ tliet snin, u kien irċieva ż-żidiet
kollha fl-iskala li, fil-fehma tal-Prim Ministru
kienu jingħataw lilu għandħom jitqiesu l-
ħlasijiet pensjonabbli annwali li kien ikun hekk
igawdi.
(2) Għall-fini biex jiġu stabbiliti skond is-subregolament (1) il-
ħlasijiet pensjonabbli li uffiċjal tal-Pulizija kellu jew kien ikollu,
skond il-każ, huwa għandu jitqies -
PULIZIJA 
(a) li kien fis-servizz bil-hlasijiet pensjonabbli sħaħ matul
il-perijodu ta’ tliet snin minnufih qabel id-data ta’ l-
irtir tiegħu; u
(b) li kellu l-benefiċċju ta’ kull żieda minħabba reviżjoni
ta’ salarji fil-hlasijiet pensjonabbli ta’ kull kariga
tiegħu bħallikieku dik iż-żieda kellha titħallas matul
dak il-perijodu ta’ tliet snin.
(3) Għall-fini ta’ kalkolu ta’ l-ammont tal-pensjoni ta’ uffiċjal
tal-Pulizija li kellu perijodu ta’ anqas minn tliet snin servizz
pensjonabbli qabel l-irtir tiegħu -
(a) għandha titqies il-medja tal-ħlasijiet pensjonabbli
annwali li kellu matul dak il-perijodu;
(b) għandu jitqies li kien fis-servizz bil-ħlasijiet
pensjonabbli sħaħ matul dak il-perijodu;
(ċ) għandu jitqies li kellu l-benefiċċju ta’ kull żieda
minħabba reviżjoni ta’ salarji fil-ħlasijiet pensjonabbli
ta’ kull kariga tiegħu bħallikieku dik iż-żieda kellha
titħallas matul dak il-perijodu; u
(d) il-perijodi li fihom huwa ma kienx jattendi għax-
xogħol bil-leave mingħajr salarju, mogħti minħabba
raġunijiet ta’ ħtieġa pubblika bl-approvazzjoni tal-
President, u li fihom hu ma kienx ikkwalifika għal
pensjoni rigward servizz pubbliku ieħor.
(4) F’ebda ċirkostanzi ma għandhom il-ħlasijiet pensjonabbli li
għandhom jitqiesu jkunu iżjed mill-ħlasijiet pensjonabbli annwali
sħaħ li kellu l-uffiċjal tal-Pulizija fid-data ta’ l-irtir tiegħu dwar il-
kariga li jkollu dak iż-żmien.
(5) Fil-każ ta’ uffiċjal tal-Pulizija li għalih japplika r-
regolament 5(1)(d), id-data ta’ l-irtir tiegħu għandha -
(a) meta dak l-uffiċjal jilħaq l-età  ta’ l-irtir; jew
(b) meta dak l-uffiċjal kien ikun, li ma kenitx għat-
tkeċċija tiegħu, għalaq 25 sena servizz; jew
(ċ) meta dak l-uffiċjal imut,
qabel ma t-tkeċċija tiegħu tkun ġiet dikjarata nulla mill-awtorità
kompetenti, titqies li tkun id-data meta dak l-uffiċjal jilħaq l-età  ta’
l-irtir, jew id-data meta jkun għalaq 25 sena servizz, jew id-data
meta jmut, skond liema tiġi l-ewwel, u l-ħlasijiet pensjonabbli
tiegħu li għandhom jitqiesu għandhom ikunu dawk li hu kieku kien
qiegħed jirċievi f’dik id-data li kieku ma kienx hekk tkeċċa.
Kalkolu ta’ 
pensjonijiet.
5. (1) Għall-finijiet ta’ kalkolu ta’ l-ammont ta’ pensjoni ta’
uffiċjal tal-Pulizija, il-perijodi li ġejjin għandhom jitqiesu bħala
servizz pensjonabbli:
(a) il-perijodi li fihom huwa kien jattendi għax-xogħol; 
(b) il-perijodu li fih irċieva nofs salarju;
(ċ) il-perijodi li fihom huwa ma kienx jattendi għax-
xogħol bil-leave b’salarju sħiħ jew b’nofs salarju;
(d) il-perijodu wara t-tkeċċija mill-Korp, meta dik it-
  50      KAP. 164. ħ         PULIZIJA
tkeċċija tiġi sussegwentement dikjarata minn awtorità
kompetenti li kienet invalida, saż-żmien tat-tqegħid
tiegħu lura mill-ġdid, jew id-data meta dak l-uffiċjal
tal-Pulizija kien ikun għalaq 25 sena servizz, jew id-
data meta dak l-uffiċjal tal-Pulizija jkollu jirtira
minħabba fl-età , jew id-data meta dak l-uffiċjal imut,
skond liema tiġi l-ewwel.
U l-perijodi li fihom huwa kien nieqes bil-leave, minbarra
dawk imsemmijin hawn fuq, għandhom jitnaqqsu mis-servizz kollu
ta’ l-uffiċjal sabiex jintlaħaq il-perijodu ta’ servizz pensjonabbli
tiegħu.
(2) Għall-finijiet tas-subregolament (1)(d) ta’ dan ir-
regolament u għall-finijiet tar-regolament 4(5), il-kelma "tkeċċija"
għandha titqies li tinkludi "irtir obbligatorju għal raġuni ta’ interess
pubbliku" u l-kelma "tkeċċa" għandha tiftieħem bl-istess mod.
Servizz magħmul 
fil-kariga ta’ 
ħaddieħor.
6. Meta uffiċjal jaġixxi flok ħaddieħor f’kariga pensjonabbli
fil-Korp, iż-żmien ta’ dan is-servizz jista’ jingħadd bħala servizz
pensjonabbli taħt l-Att.
Basta li - 
(a) iż-żmien illi fih l-uffiċjal ikun aġixxa ma jkunx biċċa
mis-servizz pensjonabbli ta’ l-uffiċjal li qabel kien fil-
kariga, u m’għandux jiġi kkalkolat bħala biċċa mis-
servizz pensjonabbli ta’ dan l-uffiċjal taħt l-Att fil-
Korp;
(b) sewwa sew qabel dan iż-żmien ta’ servizz jew sewwa
sew warajh ikun hemm servizz fi kwalità  effettiva fil-
Korp.
Tneħħija ta’ kariga 
jew 
organizzazzjoni 
mill-ġdid ta’ 
kariga.
7. Jekk uffiċjal tal-Pulizija jirtira jew jitneħħa mill-Korp
minħabba t-tneħħija tal-kariga tiegħu, inkella sabiex jagħti lok li
jsir aħjar il-Korp biex b’hekk jista’ jkun hemm iżjed effiċjenza u
ekonomija, lil dan l-uffiċjal tista’ tingħata pensjoni:
Iżda, madankollu, jekk huwa jkun ilu fil-Korp għal anqas
miż-żmien ta’ għaxar snin, meħtieġ biex jikkwalifikah għal
pensjoni jista’ jiġi mogħti pensjoni kkalkolata skond ir-regolament
2 bħallikieku ma kien hemm ebda żmien ta’ kwalifika:
Iżda wkoll din il-pensjoni tingħata taħt il-kondizzjoni illi
hu jista’ jerġa jiġi msejjaħ għas-servizz fil-korp:
Iżda, barra minn dan, jekk dan l-uffiċjal tal-Pulizija ma
jkunx tajjeb għal impieg ieħor fil-Korp jew jekk ma jkunx hemm
raġuni ta’ tama, fil-fehma tal-Prim Ministru, illi fi żmien qasir
jista’ jerġa’ jiġi mpjegat, tista’ tiġi lilu mogħtija pensjoni mingħajr
il-kondizzjoni msemmija hawn fuq.
Rati ta’ Pensjoni 
meta karigi jiġu 
mneħħija.
8. Uffiċjal tal-Pulizija li l-kariga tiegħu tiġi mneħħija, tista’
tingħatalu żieda fil-pensjoni bir-rata ta’ waħda minn sittin tal-ħlas
tiegħu pensjonabbli fis-sena għal kull perijodu sħiħ ta’ tliet snin
servizz pensjonabbli:
Iżda -
PULIZIJA 
(a) iż-żieda m’għandha f’ebda każ taqbeż il-għaxra minn
sittin; u
(b) ebda żieda m’għandha ssir b’mod illi tikkwalifika
uffiċjal għal pensjoni ta’ valur fis-sena ogħla minn dak
li għalih huwa kien ikun ikkwalifikat b’tul ta’ servizz
meta jilħaq l-età  li fiha huwa jista’ jiġi mġiegħel li
jirtira, jew għal pensjoni ta’ valur fis-sena ogħla mill-
maximum stabbilit fl-artikolu 125 ta’ l-Att.
Uffiċjali li jirtiraw 
minħabba ħsara fil-
persuna.
9. (1) Meta uffiċjal tal-Pulizija tiġrilu ħsara permanenti fil-
persuna -
(a) fil-waqt li jkun qiegħed jagħmel ix-xogħol tiegħu, u 
(b) mingħajr ħtija tiegħu, u
(ċ) minħabba ħsara li tagħha tkun speċifikatament kaġun
ix-xorta tax-xogħol tiegħu,
u b’hekk l-irtir tiegħu mis-servizz isir meħtieġ jew ikollu jsir wisq
qabel iż-żmien li jmiss, jekk hu jkun ikkwalifikat għal pensjoni taħt
ir-regolament 2, lilu tingħata, b’żieda tal-pensjoni mogħtija lilu
taħt dan ir-regolament, pensjoni addizzjonali bir-rata tal-
proporzjoni tal-ħlas pensjonabbli li jkun qiegħed jieħu fid-data li
ġratlu l-ħsara u li tkun taqbel għall-każ tiegħu kif imfisser fit-
tabella ta’ hawn taħt:
Meta l-ħila sabiex jipprovdi għall-manteniment tiegħu
nnifsu -
tonqos kemm xejn ........................ minn sittin ħamsa; 
tonqos ......................................... minn sittin għaxra;
tonqos sewwa ............................ minn sittin ħmistax;
tispiċċa għal kollox ................... minn sittin għoxrin:
Iżda l-ammont tal-pensjoni addizzjonali jitnaqqas
sa dik is-somma li l-Prim Ministru jidhirlu xieraq
f’dawn il-każijiet li ġejjin:
(i) meta l-uffiċjal tal-Pulizija li tiġrilu l-ħsara jkun
baqa’ fis-servizz għal mhux anqas minn sena
wara li tkun ġratlu l-ħsara illi minħabba fiha
irtira mis-servizz;
(ii) meta uffiċjal tal-Pulizija li tiġrilu ħsara jkun,
fid-data li tiġrilu l-ħsara, jonqsu għaxar snin
għall-età  li fiha jista’ jkun imġiegħel jirtira; jew
(iii) meta l-ħsara li tkun ġratlu ma tkunx hija
waħedha l-kaġun ta’ l-irtir, iżda l-kaġun ta’ l-
irtir ikun ukoll minħabba l-età  jew mard mhux
ikkaġunat mill-ħsara:
Iżda wkoll, l-ammont kollu tal-pensjoni addizzjonali
m’għandux ikun iżjed mill-ammont stabbilit fl-artikolu 125(2).
Pensjonijiet lil 
uffiċjali b’servizz 
anqas minn għaxar 
snin.
(2) Meta uffiċjal tal-Pulizija li tiġrilu din il-ħsara ma jkunx
għamel żmien hekk twil fis-servizz li jikkwalifikah għal pensjoni
taħt ir-regolament 2 lil dan l-uffiċjal tkun tista’, b’dankollu,
  52      KAP. 164. ħ         PULIZIJA
tingħata pensjoni bir-rata ta’ waħda minn erba’ mija u ħamsin tal-
ħlas tiegħu pensjonabbli għal kull xahar sħiħ ta’ servizz
pensjonabbli flimkien ma’ dik iż-żieda ta’ pensjoni li tista’ tingħata
lilu taħt il-parti ta’ qabel ta’ dan ir-regolament li kieku kien
ikkwalifikat għal pensjoni.
Pensjoni lil nisa 
romol ta’ uffiċjali 
maqtula waqt is-
servizz.
10. (1) Meta uffiċjal tal-Pulizija mingħajr ħtija tiegħu jiġi
maqtul fil-waqt li jkun qed jaqdi dmiru jew imut minħabba xi ħsara
li b’mod speċifiku tkun ġejja mix-xorta tax-xogħol tiegħu jew jiġi
maqtul fil-waqt li jkun qed jaqdi dmiru, tista’ tingħata pensjoni lill-
armla li jħalli sakemm ma tiżżewwiġx ta’ mhux iżjed minn għaxra
fis-sittin tas-salarju pensjonabbli ta’ żewġha fil-jum li tiġrilu l-
ħsara: u tista’ tingħata pensjoni lil kull wild ta’ dak l-impjegat sa
ma dak il-wild jagħlaq it-tmintax-il sena, ta’ mhux iżjed mis-sitta
wieħed tar-rata li tingħata lill-armla, sakemm il-pensjonijiet
miġburin flimkien ta’ l-ulied ma jisbqux ir-rata li tistħoqq lill-
armla.
(2) Id-disposizzjonijiet ta’ qabel igħoddu wkoll għal-każ ta’
uffiċjal li, wara li jirtira bil-pensjoni taħt ir-regolament 9, imut bl-
effetti diretti u immedjati tal-ħsara li tkun ġratlu.
(3) Jekk mart l-uffiċjal tmut qablu, jew jekk ebda pensjoni ma
tiġi mogħtija lilha taħt dan l-artikolu, u huwa jħalli warajh ulied li
kienu jkunu intitolati għal pensjoni li kieku ġiet mogħtija pensjoni
lill-armla, jistgħu jingħataw lilhom pensjonijiet tad-doppju ta’ l-
ammont tal-pensjonijiet li għalihom fiċ-ċirkostanzi huma kienu
jkunu intitolati.
(4) Jekk il-mejjet ma jħallix warajh armla jew ulied iltiema
mill-omm, iżda jħalli ’l ommu li kienet tiddependi minnu għall-
manteniment, is-somma tal-pensjoni li setgħet tiġi mogħtija lill-
armla, li kieku kien hemm, tista’ tingħata lill-omm, iżda din il-
pensjoni tispiċċa, jekk hija tkun armla u terġa’ tiżżewweġ.
L-imġieba tajba 
hija meħtieġa.
11. (1) Il-pensjonijiet ikkalkolati bir-rati msemmijin hawn
fuq, jingħataw biss fil-każ ta’ servizz li jkun sar tassew bil-fedeltà
u b’mod meritevoli.
(2) Meta l-fedeltà  u bżulija ta’ l-uffiċjal ma jilħqux l-ewwel
grad ta’ mertu, il-kalkolu jista’ jsir b’rati anqas minn dawk
imsemmijin hawn fuq.
