BANKTA’TIFDILTAL-GVERNTA’MALTA  ġ KAP. 167.
KAPITOLU 167
ORDINANZA DWAR IL-BANK TA’ TIFDIL 
TAL-GVERN TA’ MALTA
 Biex tirregola d-depożitu bl-imgħax ta’ flejjes imqegħda fil-Bank ta’
Tifdil tal-Gvern ta’ Malta bil-garanzija tal-Gvern għall-ħlas lura tiegħu.
 (1 ta’ Settembru, 1961)*
Saret liġi bl-ORDINANZA XXV ta’ l-1961, kif emendata bl-Att I ta’ l-
1962; bl-Avviż Legali 4 ta’ l-1963; u bl-Atti: XXVIII ta’ l-1971, XXIX ta’
l-1979 u XVI ta’ l-1997.
Titolu fil-qosor. 
ta’ Tifdil tal-Gvern ta’ Malta.
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra -
"Bank ta’ Tifdil" tfisser il-Bank ta’ Tifdil tal-Gvern ta’ Malta
kostitwit u mwaqqaf skond l-artikolu 3 ta’ din l-Ordinanza;
"dħul tal-Bank ta’ Tifdil" ma tinkludix flus riċevuti b’depożitu; 
"Malta" għandha l-istess tifsir kif mogħti lilha bl-artikolu 124
tal-Kostituzzjoni ta’ Malta;
"preskritt" tfisser preskritt b’regolamenti skond din l-Ordinanza. 
Twaqqif tal-Bank 
ta’ Tifdil.
3. (1) Minn u wara l-bidu fis-seħħ ta’ din l-Ordinanza għandu
jkun hemm Bank ta’ Tifdil tal-Gvern ta’ Malta f’Malta u għal Malta
u, ma’ dan il-bidu fis-seħħ, il-Bank ta’ Tifdil tal-Gvern ta’ Malta u
l-uffiċċji kollha tiegħu li jkunu jeżistu fiż-żmien meta din l-
Ordinanza tiġi fis-seħħ għandhom jitqiesu li kienu kostitwiti u
mwaqqfa skond din l-Ordinanza.
(2) Id-depożiti kollha magħmula, u r-reġistrazzjonijiet kollha
magħmula fil-libretti tad-depożitanti, u l-flejjes kollha investiti
f’titoli li jkunu baqgħu mhux mibjugħa fil-bidu tas-seħħ ta’ din l-
Ordinanza, u kull xogħol ieħor magħmul fil-Bank ta’ Tifdil qabel
il-bidu fis-seħħ ta’ din l-Ordinanza għandhom, safejn jistgħu jkunu
konsistenti mad-disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza, jitqiesu li
jkunu depożiti u reġistrazzjonijiet magħmula, flejjes investiti u
xogħol magħmul fil-Bank ta’ Tifdil skond din l-Ordinanza.
Tmexxija u 
kontroll tal-Bank 
ta’ Tifdil.
4. Il-Bank ta’ Tifdil għandu jkun taħt it-tmexxija u l-kontroll
ta’ l-Accountant General, li jista’, bla ħsara għad-disposizzjonijiet
ta’ din l-Ordinanza u ta’ kull regolamenti magħmula bis-saħħa
tagħha, jieħu dawk il-passi li jkunu xierqa għall-inkoraġġiment ta’
ekonomija, għat-tmexxija kif imiss tal-Bank ta’ Tifdil, u xort’oħra
għat-titjib ta’ l-iskopijiet u l-finijiet ta’ din l-Ordinanza.
*Ara Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 398 ta’ l-1 ta’ Settembru, 1961.
 2      KAP. 167.ħ    BANKTA’TIFDILTAL-GVERNTA’MALTA 
Twaqqif u egħluq 
ta’ fergħat tal-Bank 
ta’ Tifdil. 
Emendat:
A.L. 4 ta’ l-1963.
5. L-Accountant General,  bl-approvazzjoni tal-Ministru
responsabbli għall-finanzi, jista’ jiftaħ fergħat tal-Bank ta’ Tifdil
f’kull post f’Malta u jista’, bl-istess approvazzjoni, jagħlaq kull
fergħa tal-Bank ta’ Tifdil u avviż dwar kull ftuħ jew egħluq bħal
dan għandu jiġi pubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern.
Depożiti u Ħlasijiet 
lura. 
6. (1) Id-depożiti tal-flus li jitħallsu fil-Bank ta’ Tifdil
għandhom jiġu riċevuti u mħallsa lura taħt dawk il-kondizzjonijiet
li jistgħu jiġu preskritti.
(2) Id-disposizzjonijiet ta’ l-Iskeda li tinsab ma’ din l-
Ordinanza għandhom jgħoddu għall-ftuħ ta’ kontijiet favur minuri
u għal żbanki minn dawk il-kontijiet.
Garanzija tal-
Gvern.
Emendat:
A.L. 4 ta’ l-1963.
7. Il-ħlas lura tal-flejjes kollha depożitati fil-Bank ta’ Tifdil
flimkien ma’ l-imgħax fuqhom ikun garantit mill-Gvern ta’ Malta u
għalhekk jekk f’xi żmien l-attiv tal-Bank ta’ Tifdil ma jkunx
biżżejjed biex iħallas it-talbiet leġittimi ta’ kull depożitant il-
Ministru responsabbli għall-finanzi għandu, b’warrant iffirmat
minnu u mingħajr il-ħtieġa ta’ xi approprjazzjoni ħlief din l-
Ordinanza, jara li dan in-nuqqas jitħallas mid-dħul ġenerali tal-
Gvern ta’ Malta.
Imgħax.
Emendat: 
XXIX. 1979.3.
8. (1) L-imgħax fuq depożiti għandu jitħallas fuq dawk l-
ammonti u b’dawk ir-rati fil-mija kull sena kif minn żmien għal
żmien jista’ jiġi preskritt.
(2) Ħlief kif jista’ jkun preskritt xort’oħra l-imgħax fuq
depożiti għandu jiġi kalkolat, sas-sena 1979, sal-31 ta’ Marzu u
għal darb’oħra mill-1 ta’ April sal-31 ta’ Diċembru ta’ dik is-sena,
u, għal kull sena ta’ wara, sal-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena u
għandu mbagħad jiġi magħdud ma’ u jsir parti minn kull kapital li
jibqa’ b’depożitu.
Salarji u spejjeż. 
Emendat:
A.L 4 ta’ l-1963.
9. (1) L-ispejjeż kollha magħmula għat-tmexxija ta’ l-
iskopijiet ta’ din l-Ordinanza għandhom jitħallsu mill-flejjes tal-
Bank ta’ Tifdil.
(2) Għall-finijiet tas-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu "spejjeż"
għandha tfisser il-prezz ta’ kull xogħol jew servizz magħmul minn
jew in konnessjoni mal-Bank ta’ Tifdil, magħduda dik is-somma
dwar spejjeż amministrattivi u spejjeż oħra overhead li jistgħu, bl-
approvazzjoni tal-Ministru responsabbli għall-finanzi, ikunu
raġonevolment assenjati għal dak ix-xogħol jew servizz.
Disponiment ta’ 
flejjes.
Emendat:
A.L. 4 ta’ l-1963;
XXVIII. 1971.2.
10. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza
flejjes fil-Bank ta’ Tifdil ma għandhomx jiġu wżati b’xi mod għall-
bżonnijiet tal-Gvern ta’ Malta iżda, ħlief safejn xi somom jistgħu
jiġu preskritti li jinżammu fl-idejn għall-finijiet ġenerali tal-Bank
ta’ Tifdil, għandhom jiġu depożitati fit-Teżor tal-Gvern ta’ Malta u
miżmuma f’kontijiet separati, u għandhom jiġu investiti mill-
Accountant General f’isem il-Bank ta’ Tifdil b’dak il-mod kif hu,
bl-approvazzjoni tal-Ministru responsabbli għall-finanzi, jidhirlu
xieraq, jew skond dawk id-direttivi li l-Ministru responsabbli għall-
finanzi jista’ jagħti.
(2) Kull somom ta’ flus li minn żmien għal żmien jistgħu
jinħtieġu għall-ħlas lura ta’ xi depożiti taħt l-awtorità ta’ din l-
BANKTA’TIFDILTAL-GVERNTA’MALTA  ġ KAP. 167.
Ordinanza, jew għall-ħlas ta’ imgħax fuqhom jew spejjeż
magħmula għat-tmexxija ta’ l-iskopijiet ta’ din l-Ordinanza, jistgħu
jinġabru mill-bejgħ ta’ kollha kemm huma jew ta’ parti minn dawn
it-titoli:
Iżda kull somom ta’ flus li jistgħu jinħtieġu għall-finijiet
fuq imsemmija jistgħu, sakemm ikunu jistgħu jinġabru mill-bejgħ
ta’ dawk it-titoli, bl-approvazzjoni tal-Ministru responsabbli għall-
finanzi, jiġu avanzati lill-Bank ta’ Tifdil mill-Accountant General -
(a) mid-dħul ġenerali tal-Gvern ta’ Malta, jew
(b) minn flejjes li l-Accountant General jista’ jikseb għal
hekk minn dawk l-għejjun l-oħra u salvi dawk il-
kondizzjonijiet li l-Ministru responsabbli għall-finanzi
jista’ japprova,
u dawk l-avanzi għandhom jieħdu l-imgħax b’dik ir-rata li tista’
tiġi stabbilita minn żmien għal żmien mill-Ministru responsabbli
għall-finanzi.
Kontijiet. 
Sostitwit:
I. 1962.69.
Emendat:
XXIX. 1979.3;
XVI. 1997.8.
Kap. 174. 
11. Prospett tad-dħul u nefqa tal-Bank ta’ Tifdil u tad-depożiti
riċevuti u mħallsa lura u imgħax akkreditat lid-depożitanti matul is-
sena li ttemm, sas-sena 1979, fil-31 ta’ Marzu u għal darb’oħra
matul id-disa’ xhur li jtemmu fil-31 ta’ Diċembru ta’ dik is-sena, u
wara matul is-sena li ttemm fil-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena
flimkien ma’ prospett ta’ l-attiv u l-passiv tal-Bank ta’ Tifdil
għandhom, kemm jista’ jkun malajr wara l-egħluq ta’ kull sena
finanzjarja u f’kull każ mhux aktar tard minn tliet xhur wara l-
egħluq ta’ dik is-sena, jiġu mibgħuta mill-Accountant General lill-
Awditur Ġenerali, u s-subartikolu (2) ta’ l-artikolu 65 ta’ l-Att
dwar l-Amministrazzjoni Finanzjarja u l-Verifika għandu jgħodd
għal dak il-prospett.
Surpluses u 
deficits.
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
XXIX. 1979.3.
12. (1) Jekk f’xi sena d-dħul tal-Bank ta’ Tifdil ma jkunx
biżżejjed biex jitħallas l-imgħax dovut lid-depożitanti u l-ispejjeż
kollha skond din l-Ordinanza, dak in-nuqqas għandu jitħallas mid-
dħul ġenerali tal-Gvern ta’ Malta.
(2) Jekk f’xi sena d-dħul tal-Bank ta’ Tifdil ikun iżjed minn
biżżejjed biex jitħallas l-imgħax dovut lid-depożitanti u l-ispejjeż
kollha skond din l-Ordinanza, il-Ministru responsabbli għall-
finanzi jista’ jordna t-trasferiment tas-surplus jew xi parti minnu
għad-dħul ġenerali tal-Gvern ta’ Malta:
Iżda ebda trasferiment bħal dan ma għandu jsir kemm-il
darba l-attiv tal-Bank ta’ Tifdil ma jkunx wara dan kollu jeċċedi l-
passiv b’mhux anqas minn ħmistax fil-mija tal-passiv favur id-
depożitanti.
(3) Jekk fil-31 ta’ Marzu ta’ kull sena sas-sena 1979, u għal
darb’oħra fil-31 ta’ Diċembru ta’ l-istess sena, u jekk fil-31 ta’
Diċembru f’kull sena li tiġi wara ta’ xi sena l-attiv tal-Bank ta’
Tifdil jeċċedi l-passiv b’iżjed minn ħmistax fil-mija tal-passiv
favur id-depożitanti, il-Ministru responsabbli għall-finanzi jista’
jordna li s-surplus ta’ ’l fuq minn ħmistax fil-mija jew xi parti
minnu jiġi trasferit għad-dħul ġenerali tal-Gvern ta’ Malta.
 4      KAP. 167.ħ    BANKTA’TIFDILTAL-GVERNTA’MALTA 
Setgħa li jagħmel 
regolamenti.
Emendat: 
A.L. 4. ta’ l-1963. 
13. (1) Il-Ministru responsabbli għall-finanzi jista’ jagħmel
regolamenti għat-tmexxija u regular tal-Bank ta’ Tifdil u mingħajr
ħsara għall-ġeneralità ta’ hawn fuq dawn ir-regolamenti jistgħu -
(a) jippreskrivu x-xorta ta’ depożiti li jistgħu jsiru u l-
limiti ta’ depożiti;
(b) jippreskrivu l-metodi ta’ kif isiru d-depożiti;
(ċ) jippreskrivu l-metodi ta’ kif jiġu żbankati d-depożiti u
l-imgħax;
(d) jippreskrivu ż-żminijiet li fihom il-kotba tad-depożiti
għandhom jiġu ritornati lill-Bank ta’ Tifdil mid-
depożitanti;
(e) jawtorizzaw lill-Accountant General  li jidħol
f’arranġament mal-Post Office Savings Bank tar-Renju
Unit tal Gran Brittanja u ta’ l-Irlanda ta’ Fuq jew ma’
Bank ta’ Tifdil tal-Gvern ta’ xi Dominju Britanniku,
Kolonja, Stat Protett jew Protettorat, jew xi territorju
amministrat mill-Gvern ta’ xi parti tad-dominji
Britanniċi taħt is-sistema ta’  trusteeship  tan-
Nazzjonijiet Magħquda, jew xi pajjiż stranġier, għat-
trasferiment ta’ kull somom li jkunu għak-kreditu ta’
depożitanti minn dawk il-Banek ta’ Tifdil għall-Bank
tal-Gvern ta’ Malta, u vice versa, u  jippreskrivu l-
kondizzjonijiet għal dawk it-trasferimenti;
(f) jipprovdu għal dawk il-ħwejjeġ li huma awtorizzati
b’din l-Ordinanza li jkunu preskritti;
(g) jippreskrivu pieni ta’ mhux iżjed minn mitt lira għall-
ksur ta’ xi regolament minnhom.
(2) Ir-regolamenti kollha magħmula skond din l-Ordinanza
għandhom jiġu pubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern u għandhom
jibdew fis-seħħ ma’ dik il-pubblikazzjoni jew f’dik id-data aktar
tard li tista’ tiġi msemmija f’dawk ir-regolamenti.
L-ismijiet tad-
depożitanti, eċċ., 
ma għandhomx 
jinkixfu.
14. (1) Ebda persuna, li tkun maħtura biex taqdi xi dmir in
konnessjoni mal-Bank ta’ Tifdil, ma għandha tikxef l-isem ta’
depożitant jew l-ammont li seta’ ġie żbankat jew depożitat minn
depożitant jekk ma jkunx meħtieġ li jagħmel hekk skond il-liġi.
(2) Kull min jikser id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu jkun
ħati ta’ reat u meta jinsab ħati jeħel multa ta’ mhux iżjed minn mitt
lira. 
Nuqqas ta’ 
responsabbiltà tal-
Gvern.
15. Meta jsir xi ħlas jew jiġi magħmul xi att mill-Accountant
General jew min xi persuna li taġixxi taħt awtorità tiegħu skond din
l-Ordinanza u skond ir-regolamenti li għal dak iż-żmien ikunu saru
bis-saħħa tagħha, il-Gvern, l-Accountant General u dik il-persuna
ma jkunux responsabbli dwar xi talba minn xi persuna dwar dak il-
ħlas jew att, iżda kull persuna tkun tista’ b’dana kollu tiġbor lura
kull somma dovuta lilha legalment mill-persuna li l-Accountant
General ikun ħallas l-istess somma:
Iżda ebda ħaġa f’dan l-artikolu ma għandha tiftiehem li
teżenta lil xi persuna mir-responsabbiltà għal danni jew telf
BANKTA’TIFDILTAL-GVERNTA’MALTA  ġ KAP. 167.
kaġunati lil xi persuna minħabba qerq mill-persuna l-ewwel
imsemmija dwar id-dmirijiet uffiċjali tagħha.
Emendata: 
XXVIII. 1971.3.
SKEDA 
(ARTIKOLU 6 (2))
 KONTIJIET MIFTUĦIN FAVUR MINURI
1. Kont ta’ tifdil fil-Bank ta’ Tifdil jista’ jinfetaħ favur
minuri jew minn dak il-minuri nnifsu, jekk ikun ta’ l-età ta’ seba’
snin jew iżjed, jew minn xi persuna oħra.
2. Meta l-kont ikun miftuħ mill-minuri nnifsu żbanki minn
dak il-kont għandhom, bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-
paragrafu 5 ta’ din l-Iskeda, jiġu regolati bid-disposizzjonijiet li
ġejjin ta’ dan il-paragrafu, jiġifieri:
(a) jekk il-minuri jkun ta’ l-età ta’ erbatax-il sena jew
iżjed jista’ jiżbanka kull somma li tkun għak-kreditu
tiegħu f’dak il-kont;
(b) jekk il-minuri jkun ta’ l-età ta’ anqas minn erbatax-il
sena, ma jistax jiżbanka xi somma ta’ iżjed minn
ħames liri kemm-il darba ma jkunx akkompanjat
minn-
(i) wieħed mill-ġenituri tiegħu, jew
(ii) it-tutur tiegħu, jew
(iii) persuna inkarigata mill-kura, kustodja jew
kontroll tiegħu.
3. Meta l-kont ikun miftuħ minn persuna li ma tkunx il-
minuri taħt il-kondizzjoni illi żbanki minn dak il-kont ma
għandhomx isiru mill-minuri, żbanki minn dak il-kont ma
għandhomx isiru ħlief mill-persuna legalment awtorizzata li titlob
dak l-iżbank f’isem dak il-minuri, iżda jekk il-kont ma jkunx
miftuħ taħt dik il-kondizzjoni kif intqal qabel għandhom jgħoddu
d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 2 ta’ din l-Iskeda.
4. Meta jsir żbank minn minuri skond id-disposizzjonijiet ta’
din l-Iskeda r-riċevuta tiegħu tkun riċevuta tajba għall-Accountant
General għas-somma murija fiha, iżda meta jkun meħtieġ b’dawn
id-disposizzjonijiet illi l-minuri għandu jkun akkompanjat minn xi
persuna oħra dik ir-riċevuta għandha tkun iffirmata wkoll mill-
persuna li takkompanja lill-minuri waqt dak l-iżbank.
5. Il-missier jew it-tutur ta’ minuri li favur tiegħu jkun infetaħ
kont fil-Bank ta’ Tifdil jista’ f’kull żmien javża lill-Accountant
General, bil-miktub, dwar l-oppożizzjoni tiegħu għal kull żbank
minn dak il-minuri minn dak il-kont, u f’dak il-każ id-
disposizzjonijiet ta’ din l-Iskeda li jawtorizzaw lil dak il-minuri li
jagħmel xi żbank għandhom jispiċċaw milli jkollhom seħħ dwar
dak il-minuri.
 6      KAP. 167.ħ    BANKTA’TIFDILTAL-GVERNTA’MALTA 
Kap. 16.
6. Ebda ħaġa f’din l-Iskeda ma għandha tolqot xi depożitu
magħmul favur minuri bis-saħħa ta’ ordni ta’ qorti, u kull depożitu
bħal dak għandu jiġi regolat mid-disposizzjonijiet tal-Kodiċi Ċivili
u mill-pattijiet ta’ l-ordni.
