SOĊJETAJIETKUMMERĊJALIġ K AP. 168.    1
KAPITOLU 168
ORDINANZA DWAR SOĊJETAJIET KUMMERĊJALI*
 Biex tirregola s-soċjetajiet kummerċjali.
 (19 ta’ April, 1965)#
 Saret liġi bl-ORDINANZA X ta’ l-1962, u ġiet emendata bl-Avviż Legali 4 ta’ l-1963; bl-
Atti: 1 ta’ l-1965, XXI ta’ l-1966, XII ta’ l-1970; bl-Avviż Legali 148 ta’ l-1975; bl-Atti: XI
ta’ l-1977, XXVIII ta’ l-1979, IX ta’ l-1982, XIII ta’ l-1983; XXXIV ta’ l-1988, IV ta’ l-1991
u XXIV ta’ l-1995.
TAQSIM TA’ L-ORDINANZA
Artikoli 
Titolu fil-qosor  1 
Taqsima I.  Disposizzjonijiet Preliminari  2-3
Taqsima II.  Disposizzjonijiet Ġenerali  4-6
Taqsima III.  Soċjetà  f’Isem Kollettiv  7-50 
Taqsima IV.  Soċjetà  in Akkomandita 51-66
Taqsima V.  Soċjetà  Anonima jew Kumpannija ta’ Responsabbiltà  
Limitata  67-161 
Formazzjoni ta’ Kumpannija u Ħwejjeġ Inċidentali 
għaliha  67-81
Kapital Azzjonarju u Obbligazzjonijiet  82-110
Direzzjoni u Amministrazzjoni  111-146 
Kumpanniji Privati  147-149 
Xoljiment u Stralċ  150-161
Taqsima VI.  Tibdil u Għaqda ta’ Soċjetajiet  162-168
Taqsima VII.  Assoċjazzjoni in Parteċipazzjoni  169-176
Taqsima VIII.  Soċjetajiet imwaqqfa jew reġistrati barra minn Malta  177-190 
Disposizzjonijiet dwar it-twaqqif tal-post tan-negozju
f’Malta  177-187 
Prospetti  188-190 
Taqsima IX.  Ġenerali  191-195 
*Imħassra bl-Att XXV ta’ l-1995 (Kapitolu 386); iżda riprodotta għax ċerti disposizzjonijiet għadhom
applikabbli - ara Kapitolu 386.
#Ara l-artikolu 1 ta’ l-Ordinanza kif oriġinarjament promulgata, li parti minnu ġiet imħollija barra taħt
l-Att ta’ l-1980 dwar ir-Reviżjoni tal-Liġijiet Statutarji, u l-Avviż Legali Nru. 5 ta’ l-1965.
  2      KAP. 168. ħ          SOĊJETAJIETKUMMERĊJALI
SKEDI 
L-Ewwel Skeda  Taqsima I  Regolamenti għat-Tmexxija ta’ Kumpannija
b’Responsabbiltà  Limitata
Taqsima II  Regolamenti għat-Tmexxija ta’ Kumpannija
Privata
It-Tieni Skeda  Ħwejjeġ li Għandhom Jiġu Speċifikati fi Prospett u Rapporti li
Għandhom Jitniżżlu Fih
Taqsima I  Ħwejjeġ li għandhom jiġu speċifikati
Taqsima II Rapporti li għandhom jitniżżlu
It-Tielet Skeda  Taqsima I  Disposizzjonijiet Ġenerali dwar il-Karta tal-
Bilanċ u l-Kont tal-Qligħ u Telf
Taqsima II  Eċċezzjonijiet għal klassijiet Speċjali ta’
Kumpannija 
Taqsima III  Tifsir ta’ l-Iskeda
Ir-Raba’ Skeda  Kontenut u Formula tal-Prospett Annwali
SOĊJETAJIETKUMMERĊJALIġ K AP. 168.    3
Titolu fil-qosor. 
Emendat:
A.L. 4 ta’ l-1963: 
XI. 1977.2. 
l. Din l-Ordinanza tista’ tissejjaħ l-Ordinanza dwar
Soċjetajiet Kummerċjali.
TAQSIMA I 
DISPOSIZZJONI PRELIMINARI
Tifsir.
Emendat:
I. 1965.14;
A.L. 148 ta’ l-
1975;
XI. 1977.2;
IX. 1982.2;
XXIV.1995.362.
2. F’din l-Ordinanza, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
tfissirx xort’oħra, il-kliem li ġejjin għandhom it-tifsir mogħti
hawnhekk lilhom -
"azzjoni" tinkludi stock ħlief meta tkun espressa jew miftehma
distinzjoni bejn stock u azzjonijiet;
"direttur" tinkludi kull persuna li tokkupa l-kariga ta’ direttur
imsejħa f’isem ikun li jkun;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-kummerċ u
tinkludi, sal-limitu ta’ l-awtorità  mogħtija, kull persuna awtorizzata
mill-Ministru għal hekk għal xi wieħed mill-għanijiet ta’ din l-
Ordinanza;
"obbligazzjoni" tinkludi stock ta’ obbligazzjonijiet, bonds u
sigurtajiet oħra tal-kumpannija;
"prospett" tfisser kull prospett, avviż, ċirkolari, reklam, jew
stedina oħra, li toffri lill-pubbliku għal sottoskrizzjoni kull
azzjonijiet jew obbligazzjonijiet ta’ kumpannija;
"il-qorti" tfisser il-Qorti Ċivili, Prim’ Awla; 
"Reġistratur" tfisser ir-Reġistratur tas-Soċjetajiet;
"uffiċjal", dwar kumpannija, tinkludi direttur, manager jew
segretarju, iżda ma tinkludix uditur.
Liġi li tirregola s-
soċjetajiet 
kummerċjali.
3. Is-soċjetajiet kummerċjali għandhom ikunu regolati b’din
l-Ordinanza:
Iżda meta ma jkunx hemm maħsub f’din l-Ordinanza,
għandu jgħodd l-użu tal-kummerċ jew, fin-nuqqas ta’ dan l-użu, il-
liġi ċivili. 
TAQSIMA II
DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI
Formazzjoni ta’ 
soċjetà .
4. (1) Persuni mseħbin għall-eżerċizzju ta’ att wieħed jew
iżjed ta’ kummerċ jistgħu, billi josservaw il-ħtiġijiet ta’ din l-
Ordinanza, jagħmlu soċjetà  kummerċjali.
(2) Soċjetà  kummerċjali għandha personalità  legali distinta
minn dik tal-membri tagħha.
  4      KAP. 168. ħ          SOĊJETAJIETKUMMERĊJALI
Xorta ta’ 
soċjetajiet.
5. Soċjetà  kummerċjali tista’ tkun jew -
(a) soċjetà  f’isem kollettiv; jew
(b) soċjetà  in akkomandita; jew
(ċ) soċjetà  anonima jew kumpannija b’responsabbiltà
limitata.
Wiri ta’ 
partikolaritajiet 
dwar soċjetajiet 
f’ittri kummerċjali, 
eċċ. 
6. (1) Fl-ittri kummerċjali, katalogi tan-negozju u
ċirkolarijiet tan-negozju kollha, għandu jkun hemm b’ittri leġibbli
l-isem u l-uffiċċju reġistrat tas-soċjetà  u għandu jkun hemm ukoll,
dwar soċjetà  f’isem kollettiv jew soċjetà  in akkomandita, l-ismijiet
jew l-inizjalijiet u l-kunjomijiet tal-persuni li jkollhom ir-
rappreżentanza tagħha, u, dwar kumpannija b’responsabbiltà
limitata, l-ismijiet jew l-inizjalijiet u l-kunjomijiet tad-diretturi
individwali u, fil-każ ta’ direttur li jkun għaqda korporata, l-isem
ta’ l-għaqda korporata.
(2) Meta soċjetà  jkun qed isir l-istralċ tagħha, kull ittra
kummerċjali, fattura jew dokument ieħor maħruġ mis-soċjetà  jew
f’isimha jew mill-istralċjarju tagħha, jekk ikun dokument li fuqu
jew li fih jidher isem is-soċjetà , għandu jkollu dikjarazzjoni illi s-
soċjetà  jkun qed isir l-istralċ tagħha.
(3) Jekk soċjetà  tonqos li tħares xi waħda mill-ħtiġijiet ta’ dan
l-artikolu, kull persuna li jkollha l-amministrazzjoni jew ir-
rappreżentanza tas-soċjetà  u, dwar kumpannija b’responsabbiltà
limitata, kull uffiċjal tal-kumpannija, u meta jkun qed isir l-istralċ
ta’ soċjetà , kull stralċjarju, li jkun naqas, jista’ jeħel penali ta’
mhux iżjed minn ħamsin lira.
TAQSIMA III
SOĊJETÀ  F’ISEM KOLLETTIV
Tifsir. 7. Soċjetà  f’isem kollettiv taħdem taħt isem soċjali u għandha
l-obbligazzjonijiet tagħha garantiti bir-responsabbiltà  illimitata u in
solidum tas-soċji kollha:
Iżda ebda azzjoni ma tkun tista’ tittieħed kontra s-soċji
individwali jekk ma tkunx ġiet eskussa qabel il-proprjetà  tas-
soċjetà .
Ftehim sabiex 
jitħallas sehem 
mill-profitti.
8. Ftehim sabiex jitħallas sehem mill-profitti ta’ soċjetà  lil
persuna bħala kumpens totali jew parzjali għas-servizzi tagħha
m’għandux fih innifsu jagħmel lil dik il-persuna soċju.
Isem ta’ soċjetà . 9. L-ismijiet ta’ soċji biss jistgħu jagħmlu parti minn isem ta’
soċjetà :
Iżda isem ta’ persuna li ma tkunx baqgħet soċju jista’
jinżamm fl-isem ta’ soċjetà .
SOĊJETAJIETKUMMERĊJALIġ K AP. 168.    5
Penali għal min 
juża isem ta’ 
soċjetà  li jinkludi l-
isem ta’ persuna 
fittizja, eċċ.
10. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 9 ta’ din l-
Ordinanza -
(a) kull minn xjentement jagħmel użu minn isem ta’
soċjetà  li jinkludi l-isem ta’ persuna li ma tkunx soċju
jew l-isem ta’ persuna fittizja jew xjentement jagħmel
użu minn isem li juri b’mod falz l-eżistenza ta’ soċjetà ,
jista’ jeħel penali ta’ mhux iżjed minn ħames mitt lira;
(b) kull min jippermetti jew iħalli ismu jiġi wżat fl-isem
ta’ soċjetà  li ma jkollux sehem minnha, ikun, għal dak
il-fatt biss, miżmum responsabbli illimitatament u in
solidum mas-soċji, għall-obbligazzjonijiet kollha li
jkunu saru mis-soċjetà  taħt dak l-isem.
Kontribuzzjonijiet 
li jitqiesu 
magħmula fi 
proprjetà .
11. Oġġetti kontribwiti fis-soċjetà  jitqiesu li jkunu ġew
trasferiti fi proprjetà  assoluta, jekk ma jiġix pruvat il-kuntrarju:
Iżda, meta xi wieħed mis-soċji jikkontribwixxi biss is-
servizz tiegħu, il-kontribuzzjonijiet magħmula mis-soċji l-oħra
għandhom jitqiesu li kienu magħmula b’użufrutt.
Kontribuzzjoni ta’ 
dejn dovut lil 
soċju.
12. Meta soċju jkun ikkontribwixxa fis-soċjetà  dejn dovut lilu,
huwa ma jiġix meħlus qabel ma s-soċjetà  tikseb il-ħlas ta’ l-
ammont li għalih id-dejn kien kontribwit u, f’każ ta’ nuqqas ta’ ħlas
fid-data li fiha jkun dovut, ikun responsabbli, in solidum mad-
debitur, għal dak l-ammont bl-imgħax mid-data li fiha d-dejn
kontribwit ikun dovut.
Valutazzjoni ta’ 
kontribuzzjoni.
13. Meta l-valur ta’ oġġett kontribwit fis-soċjetà  ma jkunx ġie
stabbilit xort’oħra, il-valur korrenti tiegħu fid-data li fiha l-
konsenja tkun dovuta għandu jitqies li jkun il-valur reali.
Kif tiġi imwaqqfa 
soċjetà .
14. Soċjetà  f’isem kollettiv ma tkunx imwaqqfa validament
jekk ma jsirx att ta’ soċjetà  u ma jiġix maħruġ ċertifikat ta’
reġistrazzjoni skond din l-Ordinanza dwarha.
X’għandu jkun fih 
att ta’ soċjetà .
Emendat:
I. 1965.2.
15. L-att ta’ soċjetà  għandu juri:
(a) l-isem, il-kunjom u r-residenza ta’ kull wieħed mis-
soċji; 
(b) l-isem tas-soċjetà ;
(ċ) l-uffiċċju reġistrat f’Malta tas-soċjetà ;
(d) l-iskopijiet tas-soċjetà , jiġifieri, jekk l-iskopijiet
ikunux kummerċ ġenerali jew biss xi linja speċjali ta’
kummerċ, u, f’dan l-aħħar każ, ix-xorta ta’ kummerċ;
(e) il-kontribuzzjoni ta’ kull wieħed mis-soċji;
(f) iż-żmien stabbilit għad-dewmien tas-soċjetà .
Reġistrazzjoni ta’ 
atti ta’ soċjetà .
16. (1) L-att ta’ soċjetà  għandu jiġi konsenjat għal
reġistrazzjoni u pubblikazzjoni lir-Reġistratur li, wara li jkun
soddisfatt illi jkun iħares il-ħtiġijiet ta’ l-artikolu 15 ta’ din l-
Ordinanza u tas-subartikolu (2) ta’ dan l-artikolu, għandu
jirreġistrah.
(2) Meta l-att ta’ soċjetà  jkun att pubbliku jew kitba privata
tranżuntata fl-atti ta’ nutar pubbliku, kopja awtentika tiegħu
  6      KAP. 168. ħ          SOĊJETAJIETKUMMERĊJALI
għandha tiġi konsenjata minflok l-oriġinal.
(3) Il-konsenja fuq imsemmija għandha ssir minn xi wieħed
mis-soċji jew mill-aġent tiegħu awtorizzat.
Dmir tar-
Reġistratur u effetti 
tar-reġistrazzjoni. 
17. Malli jiġi reġistrat att ta’ soċjetà  r-Reġistratur għandu
jiċċertifika taħt il-firma tiegħu illi s-soċjetà  hija reġistrata, u s-
soċjetà  tiġi fis-seħħ u tkun tista’ tibda n-negozju taħt l-isem tas-
soċjetà  mid-data taċ-ċertifikat:
Iżda jekk ir-reġistrazzjoni ssir qabel id-data iffissata fl-att
ta’ soċjetà  għall-bidu fis-seħħ tas-soċjetà , iċ-ċertifikat għandu juri
dik id-data, u s-soċjetà  għandha tibda fis-seħħ u tkun tista’ tibda in-
negozju minn din l-aħħar data.
Meta ma jinħariġx 
ċertifikat ta’ 
reġistrazzjoni.
18. Kemm-il darba u sakemm ma jkunx inħareġ ċertifikat ta’
reġistrazzjoni dwar soċjetà  f’isem kollettiv jew sad-data murija
f’ċertifikat ta’ reġistrazzjoni bħala d-data li fiha soċjetà  f’isem
kollettiv tibda sseħħ -
(a) kull żewġ persuni jew iżjed li jkollhom negozju taħt
isem li juri b’mod falz l-eżistenza ta’ soċjetà  jkollhom,
kontra xulxin u limitatament għall-proprjetà  miksuba
minn dak in-negozju, dawk il-jeddijiet biss li huma
mogħtija mill-liġi lil komproprjetarji;
(b) kull obbligazzjoni li tkun saret favur it-terzi in bona
fede taħt isem li juri b’mod falz l-eżistenza ta’ soċjetà
għandha torbot in solidum lil dawk il-persuni li, kieku
ċertifikat bħal dak kien ġie maħruġ, kienu jkunu soċji
li jmexxu negozju taħt dak l-isem.
Tibdil fl-att ta’ 
soċjetà . 
19. (1) Kull tibdil dwar l-amministrazzjoni jew ir-
rappreżentanza ta’ soċjetà , ix-xoljiment ta’ soċjetà  qabel iż-żmien
stabbilit għad-dewmien tagħha, kull tkabbir ta’ dak iż-żmien li ma
jkunx espressament maħsub fl-att ta’ soċjetà  jew b’mod ġenerali
kull tibdil jew żieda għall-att ta’ soċjetà  għandu jsir bil-miktub u,
bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 21 ta’ din l-
Ordinanza, ma għandux ikollu seħħ jekk u sakemm id-dokument
relattiv jew, meta dan id-dokument ikun att pubbliku jew kitba
privata tranżuntata fl-atti ta’ nutar pubbliku, kopja awtentika tiegħu
tiġi konsenjata lir-Reġistratur għal reġistrazzjoni u pubblikazzjoni
u tkun reġistrata minnu.
(2) Meta soċju jispiċċa milli jkun soċju jew meta persuna li
isimha ma jidhirx fl-att ta’ soċjetà  jew f’xi tibdil jew żieda ta’ l-att
issir soċju ta’ soċjetà  diġà  eżistenti, avviż f’dak is-sens għandu, fi
żmien xahar, jiġi konsenjat lir-Reġistratur għal reġistrazzjoni u
pubblikazzjoni mis-soċju jew soċji li jkollhom l-amministrazzjoni
jew ir-rappreżentanza tas-soċjetà .
(3) F’każ ta’ nuqqas mit-tħaris ta’ xi waħda mid-
disposizzjonijiet tas-subartikolu (2) ta’ dan l-artikolu, is-soċju jew
soċji li jkollhom l-amministrazzjoni jew ir-rappreżentanza tas-
soċjetà  jkunu jistgħu jeħlu penali ta’ mhux iżjed minn żewġ liri
għal kull ġurnata li matulha n-nuqqas ikompli.
SOĊJETAJIETKUMMERĊJALIġ K AP. 168.    7
Meta t-tibdil ikun 
fl-isem ta’ soċjetà .
20. Meta t-tibdil għall-att ta’ soċjetà  jkun f’bidla ta’ l-isem tas-
soċjetà , ir-Reġistratur għandu jniżżel l-isem ġdid fir-reġistru
minflok l-isem ta’ qabel u għandu joħroġ ċertifikat ta’
reġistrazzjoni mibdul skond iċ-ċirkostanzi tal-każ.
Tnaqqis fil-
kontribuzzjonijiet 
ta’ soċju u 
xoljiment ta’ 
soċjetà  qabel iż-
żmien stabbilit 
għad-dewmien 
tagħha.
Emendat:
XI. 1977.2.
21. (1) Kull tnaqqis fil-kontribuzzjoni ta’ soċju, li ma tkunx
kontribuzzjoni li tikkonsisti f’servizzi personali, u x-xoljiment tas-
soċjetà  qabel iż-żmien stabbilit għad-dewmien tagħha ma
għandhomx jibdew iseħħu qabel tliet xhur mid-data ta’
pubblikazzjoni tad-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu (d) tas-
subartikolu (1) ta’ l-artikolu 192 ta’ din l-Ordinanza dwar id-
dokument li joħloq dak it-tnaqqis jew xoljiment.
(2) Kull kreditur tas-soċjetà  li d-dejn tagħha kien jeżisti qabel
ir-reġistrazzjoni tat-tnaqqis jew tax-xoljiment jista’ jopponi ruħu
għalihom, b’ċitazzjoni egħluq iż-żmien ta’ tliet xhur kif intqal
qabel u, jekk juri raġuni tajba l-għaliex m’għandhomx iseħħu, il-
qorti għandha jew tilqa’ l-oppożizzjoni jew tħalli t-tnaqqis tal-
kontribuzzjoni jew ix-xoljiment tas-soċjetà , skond il-każ, wara li
tingħata sigurtà  biżżejjed mis-soċjetà .
Jedd ta’ kredituri 
ta’ soċju li jopponu 
t-tkabbir tad-
dewmien tas-
soċjetà .
Emendat: 
XI. 1977.2.
22. Meta d-dewmien ta’ soċjetà  jiġi mkabbar għal iżjed miż-
żmien maħsub fl-att ta’ soċjetà , il-kreditur partikolari ta’ soċju
jista’ jopponi ruħu għal dak it-tkabbir b’ċitazzjoni preżentata fi
żmien tliet xhur mid-data tal-pubblikazzjoni tad-dikjarazzjoni
msemmija fil-paragrafu (d) tas-subartikolu (1) ta’ l-artikolu 192 ta’
din l-Ordinanza dwar id-dokument li joħloq dak it-tkabbir u, meta
juri raġuni tajba, il-qorti għandha tordna lis-soċjetà  li tillikwida l-
interess ta’ dak is-soċju fis-soċjetà  fi żmien tliet xhur mis-sentenza.
Dmirijiet tar-
Reġistratur tal-
Qrati. 
Emendat: 
XXIV.1995.362.
23. Ir-Reġistratur tal-Qrati għandu, bla dewmien, jara li kopja
ta’ kull ċitazzjoni preżentata skond l-artikoli 21 u 22 ta’ din l-
Ordinanza u ta’ kull deċiżjoni mogħtija dwarha tiġi notifikata lir-
Reġistratur għal reġistrazzjoni u pubblikazzjoni.
Kif jista’ jinbidel 
att ta’ soċjetà .
24. Sakemm ma jkunx maħsub xort’oħra fl-att ta’ soċjetà , kull
tibdil jew żieda għall-att jista’ jsir biss bil-kunsens unanimu tas-
soċji. 
Amministrazzjoni 
u rappreżentanza 
ta’ soċjetà .
25. Safejn l-att ta’ soċjetà  ma jipprovdix xort’oħra, l-
amministrazzjoni u r-rappreżentanza tas-soċjetà  għandha tkun
f’kull wieħed mis-soċji individwalment.
Kif tista’ tintrabat 
soċjetà .
26. (1) Soċjeta ma tistax tintrabat favur it-terzi ħlief minn
soċju li jkun jaġixxi taħt l-isem tas-soċjetà  u li jkollu r-
rappreżentanza tas-soċjetà  jew bis-saħħa ta’ l-att ta’ soċjetà  jew
bil-ħdim tal-liġi.
(2) Meta xi soċju bħal dak ikun aġixxa kif intqal qabel, is-
soċjetà  tkun marbuta wkoll jekk ma tikseb ebda benefiċċju.
Soċji ġodda. 
b’hekk responsabbli għall-obbligi kollha tas-soċjetà , ukoll jekk
ikunu saru qabel id-data li fiha jkun sar soċju.
(2) Kull ftehim kuntrarju ma jkun ta’ ebda effett dwar it-terzi. 
Tqassim ta’ 
profitti.
28. Soċjetà  ma għandhiex tqassam il-profitti qabel ma tagħmel
tajjeb għat-telf kollu.
  8      KAP. 168. ħ          SOĊJETAJIETKUMMERĊJALI
Kif jiġu mwettqa l-
jeddijiet ta’ 
kredituri ta’ soċju.
29. Il-kredituri partikolari ta’ soċju jistgħu jwettqu l-jeddijiet
tagħhom, waqt li s-soċjetà  tkun għadha sseħħ, fuq il-parti tal-
profitti dovuta lid-debitur tagħhom u, wara x-xoljiment tas-soċjetà ,
fuq dik il-parti ta’ l-attiv tas-soċjetà  li tkun tmiss lid-debitur
tagħhom meta s-soċjetà  tkun qed tiġi stralċjata.
Soċju ma jistax 
jikkompeti mas-
soċjetà .
30. (1) Soċju ma għandux, b’konkorrenza mas-soċjetà  u
mingħajr il-kunsens espress tas-soċji l-oħra, jagħmel negozju
għalih jew għal ħaddieħor jew ikun soċju b’responsabbiltà
illimitata f’soċjetà  oħra.
(2) Jekk soċju jikser id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) ta’
dan l-artikolu, is-soċjetà  tista’, b’għażla tagħha, jew tfittex għad-
danni u imgħax lil dan is-soċju jew titlob il-ħlas ta’ kull profitt
magħmul minnu bi ksur tal-projbizzjoni msemmija qabel.
(3) L-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija bis-subartikolu (2) ta’
dan l-artikolu jiġi preskritt fl-egħluq ta’ sena mid-data tal-
kontravvenzjoni.
Mewt ta’ soċju.  31. Bla ħsara għal kull disposizzjoni kuntrarja fl-att ta’ soċjetà ,
fil-każ ta’ mewt ta’ wieħed mis-soċji, is-soċji l-oħra għandhom
jillikwidaw l-interess tas-soċju l-mejjet fis-soċjetà  favur l-eredi
tiegħu, jekk dawn is-soċji l-oħra ma jagħżlux unanimament jew li
jxolju s-soċjetà  jew li jkomplu s-soċjetà  ma’ l-eredi, kemm-il
darba, f’dan l-aħħar każ, dawk l-eredi jaċċettaw.
Tkeċċija ta’ soċju. 32. (1) Soċju jista’ jitkeċċa mis-soċjetà  b’deċiżjoni tal-
maġġoranza tas-soċji l-oħra -
(a) jekk ma jkunx jista’ jagħmel il-kontribuzzjoni tiegħu
jew jonqos milli jagħmilha fi żmien raġonevoli wara li
jkun ġie hekk mitlub;
(b) jekk jikser serjament xi dmir bħala soċju;
(ċ) jekk jikser id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) ta’ l-
artikolu 30 ta’ din l-Ordinanza;
(d) jekk ikun interdett jew inabilitat;
(e) f’dawk il-każijiet l-oħra maħsuba fl-att ta’ soċjetà .
(2) Kull deċiżjoni meħuda kif intqal qabel għandha tiġi
komunikata bil-miktub lis-soċju mkeċċi u ma tibdiex isseħħ qabel
ma jgħaddu ħmistax-il ġurnata minn meta jirċievi dak it-tagħrif.
(3) Is-soċju mkeċċi jista’, b’ċitazzjoni preżentata fi żmien
ħmistax-il ġurnata minn meta jirċievi t-tagħrif imsemmi qabel,
jopponi ruħu għad-deċiżjoni u l-qorti tkun tista’ twaqqaf l-
esekuzzjoni ta’ dik id-deċiżjoni sakemm tingħata s-sentenza
minnha.
(4) Meta s-soċjetà  tikkonsisti f’żewġ soċji biss, it-tkeċċija ta’
soċju tista’ biss tiġi ordnata mill-qorti fuq kawża magħmula mis-
soċju l-ieħor.
Temm milli 
wieħed jibqa’ 
soċju.
33. Soċju jtemm milli jkun soċju jekk -
(a) jiġi dikjarat fallut;
(b) l-interess tiegħu fis-soċjetà  jkun ġie likwidat skond id-
SOĊJETAJIETKUMMERĊJALIġ K AP. 168.    9
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 22 ta’ din l-Ordinanza.
Jeddijiet ta’ 
persuna li ttemm 
milli tkun soċju.
34. (1) Soċju li jkun ġie mkeċċi jew li xort’oħra jkun temm
milli jkun soċju jkollu dritt li l-interess tiegħu fis-soċjeta jiġi
likwidat.
(2) Għandu jkun hemm magħdud fil-likwidazzjoni ta’ l-interess
ta’ soċju li jkun ġie mkeċċi jew li xort’oħra jkun temm milli jibqa’
soċju kull qligħ jew telf li jkun ġej min-negozju li jkun qiegħed
isir.
Xoljiment ta’ 
soċjetajiet f’isem 
kollettiv.
35. Ikun hemm xoljiment ta’ soċjetà  f’isem kollettiv -
(a) meta ż-żmien stabbilit għad-dewmien tagħha jiskadi;
(b) jekk l-iskop li għalih tkun ġiet imwaqqfa jkun intlaħaq
jew ma jkunx jista’ jintlaħaq;
(ċ) jekk is-soċji kollha hekk jiftehmu;
(d) jekk is-soċjetà  tiġi dikjarata falluta;
(e) jekk in-numru ta’ soċji jiġi ridott għal anqas minn
tnejn u jibqa’ hekk ridott għal iżjed minn sitt xhur;
(f) jekk, fil-fehma tal-qorti, ikun hemm raġunijiet gravi
biżżejjed biex jiġġustifikaw ix-xoljiment;
(g) f’dawk il-każijiet l-oħra li għalihom ikun maħsub fl-att
ta’ soċjetà .
Avviż ta’ 
xoljiment.
Emendat: 
XII. 1970.2;
XXIV.1995.362.
36. Wara x-xoljiment ta’ soċjetà , u f’ebda każ iktar minn
ħmistax-il ġurnata wara dak ix-xoljiment, is-soċji li jkollhom l-
amministrazzjoni jew ir-rappreżentanza tagħha għandhom
jikkonsenjaw lir-Reġistratur għal reġistrazzjoni u pubblikazzjoni
avviż tax-xoljiment:
Iżda, meta soċjetà  xxolji b’ordni tal-qorti, avviż tax-
xoljiment għandu jingħata kif intqal qabel mir-Reġistratur tal-
Qrati. 
Kif isir l-istralċ ta’ 
soċjetà  f’isem 
kollettiv.
37. (1) Meta l-mod li bih għandu jsir l-istralċ ta’ soċjetà  ma
jkunx maħsub fl-att ta’ soċjetà  jew ma jiġix stabbilit bi ftehim bejn
is-soċji, is-soċjetà  għandha tiġi stralċjata minn stralċjarju wieħed
jew iżjed.
(2) Jekk is-soċji ma jiftehmux dwar min għandu jinħatar bħala
stralċjarju, il-ħatra għandha ssir mill-qorti.
(3) L-istralċjarju għandu, egħluq għaxart ijiem wara l-ħatra
tiegħu, jikkonsenja lir-Reġistratur għal reġistrazzjoni u
pubblikazzjoni avviż tal-ħatra tiegħu.
Setgħa li jitneħħa 
stralċjarju.
38. Stralċjarju, sew jekk maħtur mis-soċji sew jekk mill-qorti,
jista’ jitneħħa mill-kariga kemm mis-soċji, jekk jaqblu, jew b’ordni
tal-qorti, fuq talba b’ċitazzjoni magħmula minn xi wieħed mis-
soċji, jekk il-qorti tkun sodisfatta li jkun hemm raġunijiet biżżejjed
li jiġġustifikaw it-tneħħija tiegħu.
Kumpens ta’ l-
istralċjarju.
39. Il-kumpens ta’ l-istralċjarju jista’ jiġi iffissat bi ftehim bejn
is-soċji u l-istralċjarju, u f’nuqqas ta’ ftehim jiġi iffissat mill-qorti.
  10      KAP. 168. ħ          SOĊJETAJIETKUMMERĊJALI
Spejjeż ta’ l-istralċ 
jitħallsu qabel 
drittijiet oħra.
40. In-nefqat kollha, ħlasijiet u spejjeż li jsiru kif jixraq fl-
istralċ, magħdud il-kumpens ta’ l-istralċjarju, għandhom jitħallsu
mill-attiv tas-soċjetà  qabel it-talbiet l-oħra kollha.
Penali. 41. F’nuqqas ta’ tħaris ta’ xi waħda mill-ħtiġijiet ta’ l-artikolu
36 u tas-subartikolu (3) ta’ artikolu 37 ta’ din l-Ordinanza, kull
soċju jew stralċjarju, skond il-każ, li jkun naqas, ikun jista’ jeħel
penali ta’ mhux iżjed minn żewġ liri għal kull ġurnata li fiha
jkompli n-nuqqas.
Setgħat sakemm 
isir provvediment 
għall-istralċ.
42. Sakemm isir provvediment għall-istralċ tas-soċjetà , jistgħu
jsiru biss dawk l-atti li jkunu ta’ amministrazzjoni ordinarja.
Dmirijiet ta’ soċji 
li jkollhom l-
amministrazzjoni.
43. Meta stralċjarju jiġi maħtur, is-soċji li jkollhom l-
amministrazzjoni tas-soċjetà  għandhom -
(a) jikkonsenjaw lill-istralċjarju l-attiv kollu u l-kotba u d-
dokumenti l-oħra kollha tas-soċjetà  u għandhom ilestu
l-kontijiet dwar l-amministrazzjoni tagħhom għal dak
iż-żmien minn meta jkunu saru l-kontijiet ta’ qabel; u
(b) flimkien ma’ l-istralċjarju, ilestu karta tal-bilanċ li turi
l-istat tas-soċjetà  fid-data tax-xoljiment.
Setgħat ta’ 
stralċjari. 
44. (1) L-istralċjarju għandu jirrappreżenta lis-soċjetà  u jkollu
setgħa li jagħmel dak kollu li jwassal u li jkun anċillari għall-istralċ
tan-negozju tas-soċjetà :
Iżda ma għandu jressaq ebda kwistjoni quddiem arbitraġġ
jew jittransiġi jekk ma jkunx hekk awtorizzat bil-miktub mis-soċji.
(2) L-istralċjarju ma jista’ jagħmel ebda operazzjoni
kummerċjali ġdida.
(3) Meta jkunu maħtura iżjed minn stralċjarju wieħed,
għandhom jaħdmu flimkien u jkunu responsabbli in solidum għal
kull ma jagħmlu, jekk ma jkunx maħsub xort’oħra mis-soċji.
L-istalċjarju ma 
għandux iqassam l-
attiv qabel ma 
iħallas id-djun.
45. (1) L-istralċjarju ma għandu jqassam ebda attiv tas-soċjetà
bejn is-soċji jekk ma jkunux tħallsu d-djun u l-passiv tas-soċjetà
jew ma tkunx twarrbet somma biżżejjed għall-ħlas tagħhom.
(2) Meta l-attiv tas-soċjetà  ma jkunx biżżejjed għall-passiv
tagħha, l-istralċjarju jista’ jitlob lis-soċji l-ħlas tal-kontribuzzjoni,
jekk ikun hemm, dovuta minnhom, indipendentement mid-data ta’
l-iskadenza tagħha, u, jekk ikun hemm bżonn, il-flejjes meħtieġa
għall-ħlas tal-passiv imsemmi qabel fil-proporzjon kif is-soċji
għandhom ibagħtu l-passiv tas-soċjetà .
Dmir ta’ stralċjarju 
li jagħti tagħrif, li 
jagħti rendikont u 
jlesti proġett ta’ 
tqassim.
46. (1) L-istralċjarju għandu, fuq talba ta’ xi wieħed mis-
soċji, jagħti tagħrif dwar l-istat u t-tmexxija tal-likwidazzjoni.
(2) Minnufih malli jsir l-istralċ tan-negozju tas-soċjetà , l-
istralċjarju għandu jagħti rendikont ta’ l-istralċ u ta’ l-irċevuti u l-
ħlasijiet tiegħu u jagħmel proġett ta’ tqassim.
Regoli li jgħoddu 
għat-tqassim ta’ l-
attiv.
47. Fit-tqassim ta’ l-attiv ta’ soċjetà  d-disposizzjonijiet li
ġejjin għandhom jgħoddu sakemm ma jkunx hemm disposizzjoni
dwar hekk fl-att ta’ soċjetà , jiġifieri:
SOĊJETAJIETKUMMERĊJALIġ K AP. 168.    11
(a) meta xi ħaġa tkun kontribwita b’użufrutt jew bi
tgawdija, għandha tingħata lura lis-soċju li
jikkontribwiha u soċjetà  tinżamm responsabbli għad-
danni jekk il-ħaġa tintilef jew titħassar minħabba xi
raġuni li tista’ tkun attribwita lil xi wieħed mis-soċji,
salv id-dritt tas-soċjetà  għar-radd lura tal-flejjes hekk
imħallsa kontra s-soċju li jkollu l-ħtija;
(b) l-attiv tas-soċjetà  għandu l-ewwel jiġi applikat għall-
ħlas lura tal-kontribuzzjonijiet u kull bilanċ għandu
jiġi mqassam bejn is-soċji fil-proporzjon skond l-
ishma tagħhom fil-profitti tas-soċjetà ;
(ċ) meta jkun ġie miftiehem li t-tqassim ta’ l-attiv għandu
jsir in natura, għandhom jgħoddu d-disposizzjonijiet li
jirregolaw il-qsim ta’ proprjetà  komuni.
Approvazzjoni tar-
rendikont u tal-
proġett ta’ tqassim.
48. (1) L-istralċjarju għandu b’att ġudizzjarju jinnotifika lil
kull wieħed mis-soċji b’kopja tar-rendikont u tal-proġett ta’
tqassim imsemmija fis-subartikolu (2) ta’ l-artikolu 46 ta’ din l-
Ordinanza.
(2) Ir-rendikont u l-proġett ta’ tqassim jitqiesu li jkunu ġew
approvati mis-soċji kollha jekk ma tiġix preżentata oppożizzjoni
għalihom b’ċitazzjoni minn xi wieħed mis-soċji egħluq xahrejn
min-notifika ta’ l-att ġudizzjarju msemmi fis-subartikolu (1) ta’
dan l-artikolu.
Tħassir ta’ isem ta’ 
soċjetà  mir-
reġistru. 
49. Meta jiġi approvat ir-rendikont, l-istralċjarju għandu
jikkonsenja lir-Reġistratur għal reġistrazzjoni avviż ta’ dik l-
approvazzjoni u r-Reġistratur għandu wara dan iħassar l-isem tas-
soċjetà  mir-reġistru.
Konservazzjoni ta’ 
kotba tal-kontijiet 
eċċ., wara 
xoljiment.
50. Il-kotba tal-kontijiet u d-dokumenti tas-soċjetà  għandhom
jinżammu mill-persuna magħżula għal hekk mill-maġġoranza tas-
soċji u għandhom jinżammu hekk għal żmien għaxar snin mid-data
li fiha isem is-soċjetà  jkun ġie mħassar mir-reġistru.
TAQSIMA IV 
SOĊJETÀ  IN AKKOMANDITA
Tifsir.
l-obbligi tagħha garantiti mir-responsabbiltà  illimitata u in solidum
ta’ soċju wieħed jew iżjed, imsejħa soċji solidali, u mir-
responsabbiltà , limitata għall-ammont, jekk ikun hemm, mhux
imħallas mill-kontribuzzjoni, ta’ soċju wieħed jew iżjed, imsejħa
soċji akkomandanti.
Safejn jgħoddu d-
disposizzjonijiet li 
jirregolaw 
soċjetajiet f’isem 
kollettiv.
52. Id-disposizzjonijiet li jirregolaw soċjetajiet f’isem kollettiv
għandhom jgħoddu għas-soċjetajiet in akkomandita ħlief fejn ma
jkunux jaqblu mad-disposizzjonijiet ta’ din it-Taqsima ta’ din l-
Ordinanza.
  12      KAP. 168. ħ          SOĊJETAJIETKUMMERĊJALI
Isem soċjali. 53. (l) L-isem ta’ soċju akkomandant ma jistax ikun imdaħħal
fl-isem soċjali ta’ soċjetà  in akkomandita.
(2) Jekk soċju akkomandant jippermetti jew iħalli li ismu jiġi
mdaħħal f’isem soċjali, huwa jkun marbut, dwar it-terzi,
illimitatament u in solidum mas-soċji solidali għall-obbligi kollha
tas-soċjetà .
Kontribuzzjoni ta’ 
soċju akkomandant 
ma għandhiex 
tinkludi servizzi 
personali.
54. Il-kontribuzzjoni ta’ soċju akkomandant ma għandhiex
tinkludi servizzi personali.
Kontenut ta’ att ta’ 
soċjetà .
55. L-att ta’ soċjetà , b’żieda għall-partikolaritajiet stabbiliti fl-
artikolu 15 ta’ din l-Ordinanza, għandu juri liema mis-soċji huma
soċji solidali u liema huma soċji akkomandanti, u fin-nuqqas is-
soċjetà  għandha tirrisolvi ruħha f’soċjetà  f’isem kollettiv.
Jeddijiet ta’ soċji 
solidali.
56. Is-soċji solidali jkollhom il-jeddijiet kollha u d-dmirijiet
kollha ta’ soċji f’soċjetà  f’isem kollettiv.
Amministrazzjoni 
u rappreżentanza.
57. L-amministrazzjoni u r-rappreżentanza tas-soċjetà  tista’
tkun fdata biss f’idejn wieħed jew iżjed mis-soċji solidali.
Ħatra ta’ soċji biex 
jamministraw u 
jirrappreżentaw 
soċjetà .
58. Kemm-il darba ma jkunx maħsub xort’oħra fl-att tas-
soċjetà , is-soċji solidali jkollhom il-jedd li jaħtru s-soċji li
għandhom jamministraw u jirrappreżentaw is-soċjetà  u li jneħħu
mill-kariga lis-soċji hekk maħtura.
Soċju 
akkomandant ma 
jistax jieħu parti 
fit-tmexxija ta’ 
soċjetajiet.
59. (1) Soċju akkomandant ma għandu jagħmel ebda att ta’
amministrazzjoni jew jagħmel operazzjoni ta’ negozju f’isem is-
soċjetà  ħlief bis-saħħa ta’ prokura mogħtija għal atti jew
operazzjonijiet speċifikati.
(2) Jekk soċju akkomandant jaġixxi bi ksur tal-projbizzjoni
msemmija, huwa jkun marbut, dwar it-terzi, illimitatament u in
solidum mas-soċji solidali għall-obbligi kollha tas-soċjetà  u jkun
jista’ wkoll jiġi mkeċċi mis-soċjetà  skond id-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 32 ta’ din l-Ordinanza.
Tagħrif tal-
kontijiet tas-sena 
lis-soċji 
akkomandanti.
60. Fit-tmiem ta’ kull sena finanzjarja l-karta tal-bilanċ u l-
kont tal-qligħ u telf tas-soċjetà  għandhom jiġu mgħarrfin lis-soċji
akkomandanti, li, biex jiżguraw il-korrettezza tagħhom, ikollhom
jedd li jaraw il-kotba tal-kontijiet u dokumenti oħra tas-soċjetà .
L-artikolu 30 ma 
jgħoddx għas-soċji 
akkomandanti.
61. Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 30 ta’ din l-Ordinanza ma
għandhomx jgħoddu għal soċju akkomandant.
Soċju 
akkomandant 
mhux marbut li 
jagħti lura qligħ li 
jirċievi in bona 
fede.
62. Soċju akkomandant ma għandu f’ebda każ ikun marbut li
jagħti lura l-qligħ li jkun irċieva in bona fede.
Ċessjoni ta’ 
interess minn soċju 
akkomandant.
63. Kemm-il darba l-att ta’ soċjetà  ma jaħsibx xort’oħra, soċju
akkomandant jista’ jċedi l-interess tiegħu fis-soċjetà :
Iżda, jekk il-kontribuzzjoni ta’ soċju akkomandant ma
tkunx imħallsa kollha, kull ċessjoni ta’ l-interess tiegħu fis-soċjetà
ma jkollhiex seħħ, dwar is-soċjetà , jekk ma tkunx saret bil-kunsens
SOĊJETAJIETKUMMERĊJALIġ K AP. 168.    13
tas-soċji kollha solidali.
Mewt ta’ soċju 
akkomandant.
64. Kemm-il darba l-att ta’ soċjetà  ma jaħsibx xort’oħra, fil-
każ ta’ mewt ta’ soċju akkomandant, is-soċjetà  tkompli mal-
werrieta tiegħu.
Xoljiment ta’ 
soċjetà  in 
akkomandita.
65. (1) Soċjetà  in akkomandita, barra milli tista’ tispiċċa
minħabba xi waħda mir-raġunijiet imsemmija fl-artikolu 35 ta’ din
l-Ordinanza, għandha xxolji jekk ma jibqa’ ebda soċju solidali jew
ebda soċju akkomandant, jekk, fi żmien sitt xhur, is-soċju li jkun
spiċċa milli jkun soċju ma jkunx ġie sostitwit.
(2) Meta ma jibqa’ ebda soċju solidali, is-soċji akkomandanti
jistgħu, għaż-żmien imsemmi ta’ sitt xhur, jaħtru wieħed minn
fosthom għall-esekuzzjoni ta’ atti ta’ amministrazzjoni ordinarja.
(3) Soċju akkomandant maħtur kif intqal qabel ma jkunx
suġġett għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2) ta’ l-artikolu 59
ta’ din l-Ordinanza.
Taqsim ta’ kapital 
f’azzjonijiet.
66. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ din it-
Taqsima ta’ din l-Ordinanza, il-kapital ta’ soċjetà  in akkomandita
jista’ jinqasam f’azzjonijiet.
(2) Id-disposizzjonijiet dwar azzjonijiet f’kumpannija ta’
responsabbilità  limitata għandhom jgħoddu għall-azzjonijiet
f’soċjetà  in akkomandita safejn ma jkunux inkonsistenti mad-
disposizzjonijiet li hemm qabel.
TAQSIMA V
SOCJETÀ  ANONIMA JEW KUMPANNIJA TA’ RESPONSABBILTÀ  
LIMITATA
 Formazzjoni ta’ Kumpannija u Ħwejjeġ Inċidentali għaliha
Tifsir.
limitata (hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa "kumpannija") tiġi
magħmula permezz ta’ kapital maqsum f’azzjonijiet u għandha r-
responsabbiltà  tal-membri tagħha limitata għall-ammont, jekk ikun
hemm, li ma jkunx tħallas mill-azzjonijiet rispettivament miżmuma
minnhom.
Kif tiġi mwaqqfa 
kumpannija. 
68. Kumpannija ma tkunx imwaqqfa validament jekk ma jsirx
memorandum ta’ l-assoċjazzjoni u ma jiġix maħruġ ċertifikat ta’
reġistrazzjoni skond din l-Ordinanza dwaru.
Kontenut tal-
memorandum.
Emendat: 
I . 1965.3.
69. Il-memorandum ta’ kull kumpannija għandu juri:
(a ) l-isem, il-kunjom u r-residenza ta’ kull wieħed mill-
firmatarji;
(b) l-isem tal-kumpannija;
(ċ) l-uffiċċju reġistrat f’Malta tal-kumpannija;
(d) l-iskopijiet tal-kumpannija;
  14      KAP. 168. ħ          SOĊJETAJIETKUMMERĊJALI
(e) l-ammont tal-kapital azzjonarju li għalih il-
kumpannija għandha l-ħsieb li tkun reġistrata, il-qsim
tiegħu f’azzjonijiet ta’ ammont stabbilit, in-numru ta’
azzjonijiet meħuda minn kull wieħed mill-firmatarji u
l-ammont imħallas dwar kull azzjoni;
(f) in-numru tad-diretturi u l-isem u l-kunjom ta’ l-ewwel
direttur jew diretturi, u fil-każ li xi direttur bħal dan
ikun għaqda korporata, l-isem ta’ l-għaqda korporata.
Isem tal-
kumpannija.
Emendat: 
XII. 1970.3.
Sostitwit:
XXXIV. 1988.55.
70. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu,
kumpannija tista’ tissejjaħ b’kull isem, iżda dak l-isem għandu
jkollu l-kelma "limited" bħala l-aħħar kelma.
(2) Kumpannija ma għandhiex tiġi reġistrata b’xi isem li:
(a ) ikun l-istess bħal isem ta’ kumpannija reġistrata oħra
jew li jkun tant jixxiebaħ li fil-fehma tar-Reġistratur
jista’ joħloq konfużjoni; jew
(b) ikun fil-fehma tar-Reġistratur offensiv jew altrimenti
sgradevoli; jew
(ċ) ikun ġie riservat għar-reġistrazzjoni ta’ kumpannija
oħra wara avviż bil-miktub lir-Reġistratur mogħti
mhux aktar kmieni minn tliet xhur qabel id-data tat-
tieni rikjesta:
Iżda r-Reġistratur għandu jinnotifika b’kull rifjut taħt dan l-
artikolu mingħajr dewmien lill-persuna li titlob ir-reġistrazzjoni.
Kap. 330.
(3) Kumpannija ma għandhiex tiġi reġistrata b’isem li jinkludi
l-kelma "nominee" kemm-il darba ma tkunx kumpannija li
tikkwalifika għar-reġistrazzjoni bħala kumpannija nominee taħt l-
Att dwar l-Awtorità  għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta.
(4) Persuna jew persuni li jikkumerċjaw jew imexxu negozju
jew attività  oħra -
(a ) taħt isem jew titolu li tiegħu il-kelma "limited" jew
taqsir jew imitazzjoni ta’ dik il-kelma, tkun l-aħħar
kelma u li ma tkunx l-isem ta’ kumpannija reġistrata
kif imiss taħt din l-Ordinanza; jew
Kap. 330. 
Kap. 331.
(b) taħt isem jew titolu li jkun fih il-kelma "nominee", jew
taqsir jew imitazzjoni ta’ dik il-kelma, u li ma tkunx l-
isem ta’ kumpannija li jkollha warrant, li jkun fis-seħħ
dak iż-żmien, maħruġ taħt l-Att dwar l-Awtorità  għas-
Servizzi Finanzjarji ta’ Malta, jew l-Att dwar it-Trusts,
li jawtorizza lil dik il-kumpannija taġixxi bħala
kumpannija nominee għall-finijiet ta’ dawk l-Atti;
teħel meta tinsab ħatja l-pieni ta’ mhux inqas minn mitt lira u mhux
iżjed minn ħames mitt lira u piena oħra li ma tkunx iżjed minn
għaxar liri għal kull ġurnata li fiha jitkompla r-reat.
Skopijiet ta’ 
kumpannija.
71. L-iskopijiet ta’ kumpannija għandhom ikunu mfissra ċari u
ma jistgħux ikunu ta’ kummerċ ġenerali.
Minimum ta’ 
kapital azzjonarju.
72. (1) Il-kapital azzjonarju ta’ kumpannija ma għandux ikun
anqas minn ħames mitt lira.
SOĊJETAJIETKUMMERĊJALIġ K AP. 168.    15
(2) Meta l-kapital azzjonarju jkun ħames mitt lira, għandu jiġi
sottoskritt għal kollox fil-memorandum, u meta jkun iżjed minn
dak l-ammont, għandu jiġi sottoskritt fil-memorandum minimum
ta’ ħames mitt lira.
(3) Mhux anqas minn għoxrin fil-mija mill-ammont nominali
ta’ kull azzjoni meħuda għandu jitħallas malli jiġi iffirmat il-
memorandum.
Statut ta’ 
assoċjazzjoni. 
73. (1) Jista’ jiġi reġistrat mal-memorandum statut ta’
assoċjazzjoni firmat mill-firmatarji tal-memorandum u li
jistabbilixxi regolamenti għall-kumpannija.
(2) Jekk l-istatut ma jkunx reġistrat, jew, jekk l-istatut ikun
reġistrat, safejn ma jeskludix jew ma jbiddilx ir-regolamenti li
hemm fl-Ewwel Skeda li tinsab ma’ din l-Ordinanza, dawn ir-
regolamenti jkunu r-regolamenti tal-kumpannija bl-istess mod u fl-
istess grad bħallikieku kienu fi statut reġistrat kif imiss.
Reġistrazzjoni ta’ 
memorandum u ta’ 
statut.
Emendat: 
XII. 1970.4.
74. (1) Il-memorandum u l-istatut, jekk ikun hemm,
għandhom jiġu konsenjati għar-reġistrazzjoni u pubblikazzjoni lir-
Reġistratur li, wara li jkun soddisfatt illi l-ħtiġijiet kollha ta’ l-
artikoli 68 sa 73 u tas-subartikolu (1) ta’ l-artikolu 122 ta’ din l-
Ordinanza jkunu ġew imħarsa, għandu jirreġistrahom.
(2) Meta l-memorandum jew l-istatut ikunu magħmula b’att
pubbliku jew b’kitba privata tranżuntata fl-atti ta’ nutar pubbliku,
kopja awtentika għandha tiġi konsenjata minflok l-oriġinal.
(3) Il-konsenja fuq imsemmija għandha ssir minn kull wieħed
mill-firmatarji tal-memorandum jew mill-aġent awtorizzat tiegħu. 
Dmir tar-
Reġistratur u effetti 
tar-reġistrazzjoni. 
75. Meta jiġi reġistrat il-memorandum u l-istatut, jekk ikun
hemm, ta’ kumpannija r-Reġistratur għandu jiċċertifika taħt il-
firma tiegħu illi l-kumpannija hija reġistrata, u l-kumpannija tibda
sseħħ u tkun tista’ tibda taħdem mid-data taċ-ċertifikat:
Iżda jekk ir-reġistrazzjoni tinkiseb qabel id-data stabbilita
fil-memorandum għall-bidu fis-seħħ tal-kumpannija, iċ-ċertifikat
għandu juri dik id-data, u l-kumpannija għandha tiġi fis-seħħ u tkun
tista’ tibda taħdem minn dik l-aħħar data.
Meta ma jinħariġx 
ċertifikat ta’ 
reġistrazzjoni.
76. Il-persuni kollha li jmexxu negozju f’isem ta’ kumpannija
li dwarha ċertifikat ta’ reġistrazzjoni ma jkunx inħareġ skond din l-
Ordinanza jew qabel id-data murija f’ċertifikat ta’ reġistrazzjoni
bħala d-data li fiha kumpannija tibda sseħħ ikunu personalment u in
solidum responsabbli għall-egħmil tagħhom mat-terzi li jkunu in
bona fede u jkollhom, kontra xulxin u limitatament għall-proprjetà
miksuba minn dak in-negozju, dawk id-drittijiet biss li huma
mogħtija b’liġi lil komproprjetarji.
Tibdil u żidiet fil-
memorandum u fl-
istatut.
Emendat:
I. 1965.4.
77. (1) Kumpannija tista’ b’riżoluzzjoni straordinarja tibdel
jew iżżid fil-memorandum u fl-istatut:
Iżda -
(i) meta t-tibdil jikkonsisti f’bidla ta’ l-uffiċċju
reġistrat f’Malta tal-kumpannija dak it-tibdil
jista’ jsir b’riżoluzzjoni tad-diretturi; u
  16      KAP. 168. ħ          SOĊJETAJIETKUMMERĊJALI
(ii) meta t-tibdil jikkonsisti fit-tibdil ta’ xi
azzjonijiet fi stock jew fit-tibdil mill-ġdid ta’
dak l-istock f’azzjonijiet, dak it-tibdil jista’ jsir
biss jekk l-azzjonijiet li għandhom jiġu mibdula
jkunu azzjonijiet imħallsa u jekk l-istock ikun
mibdul mill-ġdid f’azzjonijiet imħallsa, iżda,
jekk il-kumpannija tkun hekk awtorizzata fil-
memorandum jew fl-istatut tagħha, tista’
b’riżoluzzjoni ordinarja tibdel kull azzjonijiet
imħallsa fi stock u tibdel mill-ġdid dak l-istock
f’azzjonijiet imħallsa ta’ kull denominazzjoni.
(2) Ikun dmir tad-diretturi li jikkonsenjaw lir-Reġistratur għar-
reġistrazzjoni u pubblikazzjoni kopja ta’ kull riżoluzzjoni kif intqal
qabel, awtentikata skond l-artikolu 81 ta’ din l-Ordinanza, fi żmien
ħmistax-il ġurnata wara d-data tar-riżoluzzjoni.
(3) Kull tibdil jew żieda fil-memorandum jew fl-istatut ta’
kumpannija ma għandhux jibda jseħħ, jekk u sakemm ma jkunx
reġistrat kif maħsub fis-subartikolu (2) ta’ dan l-artikolu.
(4) F’każ ta’ nuqqas mit-tħaris tad-disposizzjonijiet tas-
subartikolu (2) ta’ dan l-artikolu, kull direttur tal-kumpannija li
jkun fin nuqqas jista’ jeħel penali ta’ mhux iżjed minn żewġ liri
għal kull ġurnata li fiha jkompli dan in-nuqqas.
Riduzzjoni tal-
kapital azzjonarju.
Emendat:
XI. 1977.2;
XXIV.1995.362. 
78. (1) B’dak kollu li jinsab fid-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu
li jaħbat sew sew qabel dan, meta t-tibdil ikun fir-riduzzjoni tal-
kapital azzjonarju u din ir-riduzzjoni timplika jew tnaqqis tar-
responsabbiltà  dwar kapital azzjonarju u mhux imħallas jew il-ħlas
lil xi membri ta’ xi kapital azzjonarju mħallas, dan it-tnaqqis ma
għandux jibda jseħħ sa tliet xhur mid-data tal-pubblikazzjoni tad-
dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu (d) tas-subartikolu (1) ta’ l-
artikolu 192 ta’ din l-Ordinanza dwar ir-riżoluzzjoni li tagħmel dak
it-tibdil:
Iżda jekk kreditur tal-kumpannija li d-dejn tagħha kien
jeżisti qabel ir-reġistrazzjoni tar-riduzzjoni jopponi ruħu għal hekk
b’ċitazzjoni preżentata matul iż-żmien ta’ tliet xhur kalkolat kif
intqal qabel juri raġuni tajba l-għaliex m’għandhiex isseħħ, il-qorti
għandha jew tilqa’ l-oppożizzjoni jew tħalli r-riduzzjoni wara li
tingħata sigurtà  biżżejjed.
(2) Ir-Reġistratur tal-Qrati għandu mingħajr dewmien jara li
kopja ta’ kull ċitazzjoni preżentata skond is-subartikolu (1) ta’ dan
l-artikolu u ta’ kull sentenza mogħtija dwarha tiġi notifikata lir-
Reġistratur għar-reġistrazzjoni u pubblikazzjoni.
Tibdil ta’ isem il-
kumpannija.
79. Meta kumpannija tbiddel isimha skond id-disposizzjonijiet
ta’ l-artikolu 77 ta’ din l-Ordinanza, ir-Reġistratur għandu jniżżel l-
isem ġdid fir-reġistru minflok l-isem ta’ qabel u għandu joħroġ
ċertifikat tar-reġistrazzjoni mibdul skond iċ-ċirkostanzi tal-każ.
SOĊJETAJIETKUMMERĊJALIġ K AP. 168.    17
Tibdil fil-
memorandum jew 
fl-istatut b’żieda 
fir-responsabbiltà  
ta’ kontribuzzjoni 
għal kapital 
azzjonarju ma 
għandux jorbot 
membri eżistenti 
mingħajr il-
kunsens tagħhom. 
80. B’dak kollu li jinsab fil-memorandum jew fl-istatut ta’
kumpannija, ebda membru ma jkun marbut b’xi tibdil magħmul fil-
memorandum jew fl-istatut wara d-data li fiha jkun sar membru
jekk u sakemm il-bidla teħtieġ li huwa jissottoskrivi għal numru
akbar ta’ azzjonijiet minn dak miżmum minnu fid-data li fiha jkun
sar it-tibdil, jew b’xi mod tkabbar ir-responsabbiltà  li jkollu f’dik
id-data li jikkontribwixxi għall-kapital azzjonarju jew li xort’oħra
jħallas flus lill-kumpannija:
Iżda dan l-artikolu ma għandux jgħodd f’ebda każ meta l-
membru jaqbel bil-miktub, sew qabel kemm wara li jkun sar it-
tibdil, li jkun marbut bih.
Awtentikazzjoni 
ta’ dokumenti. 
81. Dokument jew proċedura li teħtieġ awtentikazzjoni minn
kumpannija jistgħu jiġu iffirmati minn direttur, segretarju jew
uffiċjal ieħor awtorizzat tal-kumpannija.
Kapital Azzjonarju u Obbligazzjonijiet
Ħruġ ta’ 
applikazzjonijiet 
għal azzjonijiet jew 
obbligazzjonijiet 
ta’ kumpannija 
għandu jsir bi 
prospett.
Emendat:
I. 1965.5.
82. (1) Ebda formula ta’ applikazzjoni għal azzjonijiet jew
għal obbligazzjonijiet ta’ kumpannija ma tista’ tinħareġ kemm-il
darba l-kumpannija ma tkunx reġistrata u l-formula ma tkunx
maħruġa bi prospett li jħares il-ħtiġijiet ta’ l-artikolu li jaħbat sew
sew wara dan:
Iżda dan l-artikolu ma jgħoddx għal formula ta’
applikazzjoni maħruġa jew -
(a ) dwar stedina in bona fede lil persuna biex tidħol fi
ftehim ta’ sottoskrizzjoni dwar azzjonijiet jew
obbligazzjonijiet; jew
(b) dwar azzjonijiet jew obbligazzjonijiet li ma humiex
offerti għall-pubbliku.
(2) Il-ħruġ ta’ prospett jew ta’ formula ta’ applikazzjoni għal
azzjonijiet fi jew obbligazzjonijiet ta’ kumpannija lill-membri jew
detenturi ta’ obbligazzjonijiet eżistenti tal-kumpannija ma jitqiesx
li jkun offerta lill-pubbliku, sew jekk applikant ikollu jew jekk ma
jkollux dritt li jirrinunzja favur persuni oħra.
Datar ta’ prospett u 
ħwejjeġ meħtieġa 
li għandu jkun 
hemm fih.
83. (1) Kull prospett għandu jkollu d-data u għandu juri l-
ħwejjeġ imsemmija fit-Taqsima I tat-Tieni Skeda li tinsab ma’ din
l-Ordinanza u għandu juri r-rapporti msemmija fit-Taqsima II ta’
dik l-Iskeda.
(2) Kondizzjoni li teħtieġ jew li torbot applikant għal
azzjonijiet jew obbligazzjonijiet li jirrinunzja għat-tħaris ta’ xi
ħtieġa ta’ dan l-artikolu jew li turi li tolqtu b’avviż ta’ xi kuntratt,
dokument jew ħaġa mhix imsemmija speċifikatament fil-prospett
tkun nulla.
Penali.
Emendat:
I. 1965.6.
84. Kull persuna li tkun responsabbli għall-ħruġ, ċirkolazzjoni
jew distribuzzjoni ta’ prospett jew għall-ħruġ ta’ formula ta’
applikazzjoni għal azzjonijiet jew obbligazzjonijiet, bi ksur ta’ xi
waħda mid-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 82 jew tas-subartikolu
(1) ta’ l-artikolu 83 tkun tista’ teħel penali ta’ mhux iżjed minn
ħames mitt lira:
  18      KAP. 168. ħ          SOĊJETAJIETKUMMERĊJALI
Iżda direttur jew persuna oħra responsabbli għall-prospett
ma tinkorrix responsabbiltà  jekk -
(a ) dwar xi ħaġa mhux murija tipprova li ma kinitx taf
biha; jew
(b) tipprova illi l-kontravvenzjoni saret minħabba li
għamlet żball ta’ fatt onestament; jew
(ċ) il-kontravvenzjoni kienet dwar ħwejjeġ li, fil-fehma
tal-qorti, kienu mhux sostanzjali jew xort’oħra kienu
tali li, wara li jitqiesu ċ-ċirkostanzi kollha tal-każ,
imisshom raġonevolment jiġu skużati:
Iżda wkoll f’każ li ma tiġix imdaħħla fil-prospett
dikjarazzjoni dwar ħwejjeġ imsemmija fil-paragrafu 16 tat-Tieni
Skeda li tinsab ma’ din l-Ordinanza, ebda direttur jew persuna oħra
ma tinkorri xi responsabbiltà  dwar dan in-nuqqas jekk ma jiġix
pruvat illi kienet taf bil-ħwejjeġ li ma ġewx murija.
Prospett li jkollu 
dikjarazzjoni minn 
esperti.
85. (1) Prospett li jkollu dikjarazzjoni li turi li saret minn
espert ma għandux jiġi maħruġ jekk -
(a ) l-espert ma jkunx ta u jkun, qabel il-konsenja ta’ kopja
tal-prospett għar-reġistrazzjoni, irtira l-kunsens tiegħu
bil-miktub għall-ħruġ ta’ dak il-prospett; u
(b) ma tidhirx fil-prospett dikjarazzjoni li huwa jkun ta u
ma jkunx irtira l-kunsens tiegħu kif intqal qabel.
(2) Jekk xi prospett jinħareġ bi ksur tad-disposizzjonijiet ta’
dan l-artikolu, kull min xjentement ikun ħa parti fil-ħruġ tiegħu
jista’ jeħel penali ta’ mhux iżjed minn ħames mitt lira.
(3) F’dan l-artikolu l-kelma "espert" tinkludi inġinier, stimatur,
komputista u kull persuna oħra li l-professjoni tagħha tagħti
awtorità  għal dikjarazzjoni magħmula minnha.
Reġistrazzjoni ta’ 
prospett.
86. (1) Ebda prospett ma għandu jinħareġ jekk, fid-data tal-
pubblikazzjoni tiegħu jew qabel, ma tkunx ġiet konsenjata lir-
Reġistratur għar-reġistrazzjoni kopja tiegħu iffirmata minn kull
persuna msemmija fih bħala direttur tal-kumpannija, jew mill-aġent
tiegħu awtorizzat bil-miktub, u li jkollha mniżżel fuqha jew
mwaħħal magħha -
(a ) kull kunsens għall-ħruġ tal-prospett meħtieġ bl-aħħar
artikolu qabel dan minn xi ħadd bħala espert; u
(b) kopja ta’ kull kuntratt li bil-paragrafu 14 tat-Tieni
Skeda li tinsab ma’ din l-Ordinanza għandu jissemma
fil-prospett jew, fil-każ ta’ kuntratt mhux imniżżel bil-
miktub, memorandum li jagħti l-partikolaritajiet kollha
tiegħu.
(2) Jekk prospett jinħareġ bi ksur ta’ dan l-artikolu, kull min
xjentement ikun ħa parti fil-ħruġ tal-prospett jista’ jeħel penali ta’
mhux iżjed minn ħames liri għal kull ġurnata mid-data tal-ħruġ tal-
prospett sakemm tiġi konsenjata kopja tiegħu kif intqal qabel bid-
dokumenti meħtieġa mniżżla fuqha jew imwaħħla magħha.
SOĊJETAJIETKUMMERĊJALIġ K AP. 168.    19
Restrizzjoni dwar 
tibdil ta’ 
kondizzjonijiet 
imsemmija fil- 
prospett.
87. Il-kondizzjonijiet ta’ kuntratt imsemmi fil-prospett
m’għandhomx, qabel il-laqgħa obbligatorja, jitbiddlu ħlief suġġetti
għall-approvazzjoni ta’ l-istess laqgħa. 
Responsabbiltà 
ċivili għal 
dikjarazzjonijiet 
ħżiena fil-prospett.
88. (1) Il-persuni li jkunu responsabbli għall-ħruġ jew li jkunu
awtorizzaw il-ħruġ ta’ prospett ikunu responsabbli in solidum għal
kull dannu li jbagħti min ikun issottoskriva għal azzjonijiet jew
obbligazzjonijiet minħabba dak il-prospett, għar-raġuni ta’ xi
dikjarazzjoni mhux vera li jkun hemm fih:
Iżda persuna li tkun tat il-kunsens tagħha meħtieġ bl-
artikolu 85 ta’ din l-Ordinanza ma tkunx responsabbli bħala
persuna li tkun awtorizzat il-ħruġ ta’ prospett ħlief dwar xi
dikjarazzjoni mhux vera magħmula minnha bħala espert.
(2) Ħadd ma jkun responsabbli skond dan l-artikolu jekk - 
(a) jipprova li kellu raġunijiet biżżejjed li jemmen, u
sakemm ingħataw l-azzjonijiet jew l-obbligazzjonijiet
kien emmen, illi d-dikjarazzjoni kienet vera, jew
(b) jipprova, dwar dikjarazzjoni mhux vera magħmula
minn espert, li kellu raġunijiet biżżejjed li jemmen, u
sakemm ingħataw l-azzjonijiet jew l-obbligazzjonijiet
kien emmen, illi l-persuna li għamlet id-dikjarazzjoni
kienet kompetenti li tagħmilha, jew
(ċ) kif sar jaf bid-dikjarazzjoni mhux vera qabel ma jkun
sar ebda għoti bis-saħħa tal-prospett, ikun ta avviż
sewwa lill-pubbliku dwar li d-dikjarazzjoni ma kenitx
vera.
Dokument li jkollu 
offerta għal 
azzjonijiet jew 
obbligazzjonijiet 
għal bejgħ jitqies 
bħala prospett.
89. (1) Meta kumpannija tagħti jew tiftiehem li tagħti xi
azzjonijiet jew obbligazzjonijiet tal-kumpannija bl-iskop li dawk l-
azzjonijiet jew obbligazzjonijiet kollha jew x’uħud minnhom jiġu
offerti għal bejgħ lill-pubbliku, kull dokument li bih ssir l-offerta
għal bejgħ lill-pubbliku għandu għall-finijiet kollha jitqies li jkun
prospett u r-regoli kollha dwar prospett għandhom jgħoddu u
jseħħu għal hekk. 
(2) Għandu jitqies, sakemm ma jiġix pruvat il-kuntrarju, illi l-
għoti jew il-ftehim ta’ għoti kien magħmul bil-ħsieb li l-azzjonijiet
jew l-obbligazzjonijiet jiġu offerti għal bejgħ lill-pubbliku jekk
jidher -
(a) illi offerta għal bejgħ lill-pubbliku tkun saret fi żmien
sitt xhur wara l-għoti jew il-ftehim ta’ għoti; jew
(b) illi fid-data li fiha tkun saret l-offerta l-ammont kollu
li kellu jinġabar mill-kumpannija għall-azzjonijiet jew
obbligazzjonijiet ma kienx ġie hekk miġbur.
(3) L-artikolu 86 ta din l-Ordinanza kif applikat b’dan l-
artikolu għandu jkollu seħħ -
(a) bħallikieku jeħtieġ ukoll illi prospett ikollu mwaħħal
miegħu kopja ta’ kull kuntratt li bih l-azzjonijiet jew l-
obbligazzjonijiet imsemmija ingħataw jew ser
jingħataw jew, f’każ ta’ kuntratt mhux imniżżel bil-
  20      KAP. 168. ħ          SOĊJETAJIETKUMMERĊJALI
miktub, memorandum li jagħti l-partikolaritajiet kollha
dwar hekk; u
(b) bħallikieku l-persuni li jagħmlu l-offerta kienu persuni
msemmija fil-prospett bħala diretturi ta’ kumpannija. 
Tifsir ta’ 
disposizzjonijiet 
dwar prospett.
90. Għall-finijiet tad-disposizzjonijiet ta’ qabel -
(a ) dikjarazzjoni inkluża fi prospett għandha titqies li ma
tkunx vera jekk tkun qarrieqa fil-forma u l-kontest li
fih tkun inkluża; u
(b) dikjarazzjoni titqies li tkun inkluża fi prospett jekk
tkun qiegħda fih jew f’xi dokument li jkun jidher jew li
jkun b’riferenza inkorporat fih jew maħruġ miegħu.
Ebda għoti ta’ 
kapital azzjonarju 
jekk ħamsa u 
sebgħin fil-mija 
minnu ma jkunx 
sottoskritt.
91. (1) Ebda kapital azzjonarju ta’ kumpannija offert lill-
pubbliku għal sottoskrizzjoni ma għandu jingħata jekk ħamsa u
sebgħin fil-mija tal-kapital hekk offert ma jkunx ġie sottoskritt.
(2) Mhux anqas minn għaxra fil-mija ta’ l-ammont nominali ta’
kull azzjoni meħuda għandu jitħallas ma’ l-għoti.
Ebda għoti wara li 
jgħaddu tliet xhur 
mill-ħruġ tal-
prospett. 
92. Ebda għoti ta’ azzjonijiet jew obbligazzjonijiet ta’
kumpannija ma għandu jsir bis-saħħa ta’ prospett wara li jgħaddu
tliet xhur mill-ħruġ tal-prospett.
Żmien tal-ftuħ tal-
listi tas-
sottoskrizzjoni.
93. (1) Ebda għoti ta’ azzjonijiet jew obbligazzjonijiet ta’
kumpannija ma għandu jsir bis-saħħa ta’ prospett u ebda
proċedimenti ma għandhom jittieħdu fuq applikazzjonijiet
magħmula bis-saħħa ta’ prospett qabel mill-anqas il-bidu tat-tielet
ġurnata tax-xogħol jew dak iż-żmien aktar tard (jekk ikun hemm)
kif ikun imsemmi fil-prospett, wara l-pubblikazzjoni f’gazzetta li
toħroġ kuljum ta’ avviż li juri li prospett ikun ġie maħruġ.
(2) Il-bidu tat-tielet ġurnata tax-xogħol imsemmija jew dak iż-
żmien aktar tard kif intqal qabel huwa iżjed ’il quddiem f’din l-
Ordinanza imsejjaħ "iż-żmien tal-ftuħ tal-listi tas-sottoskrizzjoni".
(3) Fl-applikazzjoni ta’ dan l-artikolu għal prospett li joffri
azzjonijiet jew obbligazzjonijiet għal bejgħ, is-subartikoli ta’ qabel
dan għandhom ikollhom seħħ bis-sostituzzjoni ta’ riferenzi għal
bejgħ minflok riferenzi għal għoti.
Irtir ta’ 
applikazzjonijiet 
għal azzjonijiet jew 
obbligazzjonijiet.
94. Applikazzjoni għal azzjonijiet jew obbligazzjonijiet ta’
kumpannija li ssir bis-saħħa ta’ prospett ma tkunx tista’ tiġi rtirata
qabel ma tgħaddi t-tielet ġurnata tax-xogħol wara ż-żmien tal-ftuħ
tal-listi tas-sottoskrizzjoni, jew l-għoti, qabel ma tgħaddi t-tielet
ġurnata tax-xogħol imsemmija, minn xi persuna responsabbli skond
l-artikolu 88 ta’ din l-Ordinanza għall-prospett, ta’ avviż pubbliku
li jkollu effett skond dak l-artikolu li jneħħi r-responsabbiltà  tal-
persuna li tagħti l-avviż.
Prospett dwar għoti 
ta’ azzjonijiet.
95. (1) Kull meta kumpannija tagħmel xi għoti ta’ l-
azzjonijiet tagħha, il-kumpannija għandha, fi żmien xahar wara
hekk, tikkonsenja lir-Reġistratur għar-reġistrazzjoni -
(a ) prospett ta’ l-għoti, li juri l-ismijiet u l-indirizzi ta’
min ikunu ġew lilu assenjati u l-ammont imħallas fuq
SOĊJETAJIETKUMMERĊJALIġ K AP. 168.    21
kull azzjoni; u
(b) f’każ ta’ azzjonijiet mogħtija bħala mħallsa għal
kollox jew f’parti xort’oħra milli bi flus, kuntratt bil-
miktub jew dokument li jkollu l-partikolaritajiet tal-
kuntratt, li jagħti l-jedd għal dan l-għoti lill-persuna li
lilha tkun ġiet mogħtija azzjoni, flimkien ma’ kull
kuntratt ta’ bejgħ, jew għal servizzi jew kumpens ieħor
li dwarhom ikun sar l-għoti, u prospett li juri n-numru
u l-ammont nominali ta’ l-azzjonijiet hekk mogħtija,
safejn għandhom jiġu meqjusa bħala mħallsa, u l-
kumpens li għalih ikunu ġew mogħtija; u
(ċ) meta applikabbli, dikjarazzjoni illi l-ħtiġijiet ta’ l-
artikolu 91 ta’ din l-Ordinanza jkunu ġew imħarsa.
(2) F’każ ta’ nuqqas milli jiġi mħares dan l-artikolu, kull
uffiċjal tal-kumpannija li jkun fin-nuqqas ikun jista’ jeħel penali ta’
mhux iżjed minn żewġ liri għal kull ġurnata li fiha n-nuqqas
ikompli.
Kumpannija ma 
tistax iżżomm 
azzjonijiet tagħha 
stess.
96. (1) Kumpannija ma’ tista’ żżomm ebda azzjoni tagħha
stess. 
(2) Meta skond xi disposizzjoni msemmija fil-memorandum
jew fl-istatut ta’ kumpannija xi azzjoni tiġi konfiskata favur il-
kumpannija, kull azzjoni bħal dik, sakemm tiġi mogħtija jew
sakemm il-konfiska tiġi mħassra, ma jkollha ebda dritt għal vot.
Kumpannija ma 
tistax ikollha 
azzjonijiet 
f’kumpannija li 
tkun qed teżerċita 
kontroll fuqha l-
anqas tagħti 
għajnuna 
finanzjarja għax 
xiri jew 
sottoskrizzjoni ta’ 
azzjonijiet tagħha 
stess jew ta’ dik li 
tkun teżerċita 
kontroll fuqha.
Emendat: 
I. 1965.7.
97. (1) Kumpannija ma tkunx tista’ -
(a ) ikollha azzjonijiet f’kumpannija li tkun qed teżerċita
kontroll fuqha; jew
(b) tagħti, sew direttament sew indirettament, u sew jekk
permezz ta’ self, garanzija, l-għoti ta’ sigurtà  jew
xort’oħra, ebda għajnuna finanzjarja għall-fini ta’ jew
dwar ix-xiri jew sottoskrizzjoni magħmula jew li tkun
ser issir minn xi persuna għal xi azzjonijiet fil-
kumpannija jew, meta l-kumpannija tkun kumpannija
sussidjarja, fil-kumpannija li jkollha kontroll fuqha.
(2) Għall-finijiet ta’ din l-Ordinanza kumpannija għandha
titqies li tkun sussidjarja ta’ oħra (f’din l-Ordinanza msejħa l-
"kumpannija li jkollha kontroll fuq oħra") biss jekk -
(a ) dik il-kumpannija l-oħra jew -
(i) ikollha iżjed min-nofs il-valur nominali tal-
kapital azzjonarju maħruġ tagħha, eskluża xi
parti minnu li, la għal dak li għandu x’jaqsam
ma’ dividendi l-anqas għal dak li għandu
x’jaqsam ma’ kapital, iġib xi dritt li jieħu sehem
f’aktar minn ammont speċifikat fi tqassim; jew
(ii) ikollha dritt għal iżjed min-nofs il-forza ta’
votazzjoni; jew
(b) il-kumpannija msemmija l-ewwel tkun sussidjarja ta’
xi kumpannija li tkun sussidjarja ta’ dik l-oħra.
  22      KAP. 168. ħ          SOĊJETAJIETKUMMERĊJALI
Kondizzjonijiet 
għal ħlas ta’ 
kummissjonijiet, 
skonti, eċċ.
98. Kumpannija ma tkunx tista tħallas kummissjoni jew
tagħmel skont jew allowance lil xi ħadd b’kumpens talli
jissottoskrivi jew talli jiftiehem li jissottoskrivi, tant għal kollox
kemm taħt kondizzjoni, għal xi azzjonijiet fil-kumpannija, jew talli
jipprokura jew jiftiehem li jipprokura sottoskrizzjonijiet, tant għal
kollox kemm taħt kondizzjoni, għal xi azzjonijiet fil-kumpannija
jekk -
(a ) ma jkunx hemm awtorità  dwar hekk fil-memorandum
jew fl-istatut; u
(b) il-kummissjoni, skont jew allowance ikun iżjed minn
għaxra fil-mija tal-prezz li għalih jinħarġu l-azzjonijiet
jew l-ammont awtorizzat mill-memorandum jew mill-
istatut, liema jkun l-anqas; u
(ċ) fil-każ ta’ azzjonijiet offerti lill-pubbliku għal
sottoskrizzjoni, l-ammont jew ir-rata fil-mija tal-
kummissjoni, skont jew allowance kif ukoll in-numru
ta’ azzjonijiet li persuni jkunu ftehmu minħabba
f’hekk li jissottoskrivu għal kollox, ma jkunux jidhru
fil-prospett.
Kif jiġi applikat il-
premium irċevut 
mal-ħruġ ta’ 
azzjonijiet. 
99. (1) Meta kumpannija toħroġ azzjonijiet bi premium, tant
bi flus jew xort’oħra, somma daqs l-ammont jew il-valur totali tal-
premiums fuq dawk l-azzjonijiet għandha tiġi trasferita għal kont li
għandu jissejjaħ "il-kont tal-premium ta’ l-azzjonijiet", u d-
disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza dwar it-tnaqqis tal-kapital
azzjonarju ta’ kumpannija għandhom, ħlief kif hemm maħsub f’dan
l-artikolu, igħoddu bħallikieku l-kont tal-premium ta’ l-azzjoni
kien kapital azzjonarju mħallas tal-kumpannija.
 (2) Il-kont tal-premium ta’ l-azzjonijiet jista’, minkejja dak
kollu li hemm fis-subartikolu ta’ qabel dan, jiġi applikat mill-
kumpannija -
(a ) biex tħallas azzjonijiet tal-kumpannija mhux maħruġa
biex jinħarġu lil membri tal-kumpannija bħala bonus
shares imħallsa għal kollox; jew
(b) biex jitħassru l-ispejjeż preliminari tal-kumpannija jew
l-ispejjeż ta’ jew il-kummissjoni mħallsa jew l-iskont
mogħti fuq kull ħruġ ta’ azzjonijiet jew
obbligazzjonijiet tal-kumpannija; jew
(ċ) biex jiġi provdut għall-premium li jitħallas fuq fidwa
ta’ xi azzjoni privileġġata li tista’ tinfeda jew xi
obbligazzjonijiet tal-kumpannija.
Azzjonijiet 
privileġġati li 
jistgħu jiġu 
mifdija.
100. (1) Meta kumpannija, awtorizzata kif imiss bil-
memorandum jew bl-istatut tagħha, toħroġ azzjonijiet privileġġati
li jkunu, jew b’għażla tal-kumpannija jistgħu jkunu, mifdija -
(a ) ebda azzjonijiet bħal dawn ma għandhom jiġu mifdija
ħlief mill-profitti tal-kumpannija li kieku kienu jkunu
disponibbli għall-dividend jew mir-rikavat ta’ ħruġ
ġdid ta’ azzjonijiet magħmul għall-finijiet tal-fidwa;
(b) ebda azzjonijiet bħal dawn ma jiġu mifdija jekk ma
SOĊJETAJIETKUMMERĊJALIġ K AP. 168.    23
jkunux imħallsa għal kollox;
(ċ) il-premium, jekk ikun hemm, li għandu jitħallas mal-
fidwa għandu jkun ġie provdut mill-profitti tal-
kumpannija jew mill-kont tal-premium ta’ l-azzjonijiet
tal-kumpannija qabel ma jiġu mifdija l-azzjonijiet;
(d) meta xi azzjonijiet bħal dawn jiġu mifdija xort’oħra
milli bir-rikavat ta’ ħruġ ġdid, mill-profitti li kieku
kienu jkunu disponibbli bħala dividend, għandha tiġi
trasferita għal fond ta’ riżerva li għandu jissejjaħ "il-
fond tar-riżerva għall-fidwa tal-kapital", somma daqs
l-ammont nominali ta’ azzjonijiet mifdija, u d-
disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza dwar it-tnaqqis
tal-kapital azzjonarju ta’ kumpannija għandhom, ħlief
kif maħsub f’dan l-artikolu, japplikaw bħallikieku l-
fond tar-riżerva għall-fidwa tal-kapital kien kapital
azzjonarju mħallas tal-kumpannija.
(2) Il-fond tar-riżerva għall-fidwa tal-kapital jista’, b’dak kollu
li jingħad f’dan l-artikolu, jiġi applikat mill-kumpannija biex
tħallas azzjonijiet mhux maħruġa tal-kumpannija biex jinħarġu lil
membri tal-kumpannija bħala bonus shares imħallsa għal kollox.
Jeddijiet ta’ 
detenturi ta’ 
azzjonijiet ta’ 
klassijiet speċjali u 
tibdil tagħhom.
Emendat:
XXIV.1995.362.
101. (1) Jekk, f’każ ta’ kumpannija li jkollha l-kapital
azzjonarju maqsum fi klassijiet differenti ta’ azzjonijiet, ikun
hemm maħsub bil-memorandum jew bl-istatut li jawtorizza t-tibdil
tal-jeddijiet li jkollha xi klassi ta’ azzjonijiet fil-kumpannija, salv
il-kunsens ta’ xi proporzjon speċifikata tad-detenturi ta’ l-
azzjonijiet maħruġa ta’ dik il-klassi jew t-twettiq ta’ riżoluzzjoni
mgħoddija f’laqgħa separata tad-detenturi ta’ dawk l-azzjonijiet, u
bis-saħħa ta’ dak il-provvediment il-jeddijiet li jkollha xi klassi ta’
azzjonijiet bħal dik ikunu f’xi żmien mibdula, id-detenturi li
flimkien ikollhom mhux anqas minn ħmistax fil-mija ta’ l-
azzjonijiet maħruġa ta’ dik il-klassi, li jkunu persuni li ma qablux
jew li ma ivvotawx favur ir-riżoluzzjoni għat-tibdil, jistgħu
b’ċitazzjoni preżentata fi żmien wieħed u għoxrin ġurnata mill-
kunsens jew mir-riżoluzzjoni, jitolbu illi t-tibdil ma jkollux seħħ.
(2) Fuq xi talba bħal dik il-qorti, jekk tkun soddisfatta, wara li
tieħu kont taċ-ċirkostanzi kollha tal-każ, illi t-tibdil jippreġudika
b’mod mhux xieraq l-azzjonisti tal-klassi rappreżentata mill-attur,
għandha tiċħad it-tibdil.
(3) Ir-Reġistratur tal-Qrati għandu mingħajr dewmien jara li
kopja ta’ kull ċitazzjoni preżentata skond is-subartikolu (1) ta’ dan
l-artikolu u ta’ kull deċiżjoni mogħtija fuqha tiġi notifikata lir-
Reġistratur tas-Soċjetajiet għar-reġistrazzjoni.
(4) Is-subartikoli (2) u (4) ta’ l-artikolu 77 ta’ din l-Ordinanza
għandhom jgħoddu għal kull kunsens jew riżoluzzjoni mogħtija jew
meħuda skond is-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu.
Numerazzjoni ta’ 
azzjonijiet.
102. Kull azzjoni f’kumpannija għandha tkun distingwibbli bin-
numru tagħha xieraq:
Iżda, jekk f’xi żmien l-azzjonijiet maħruġa kollha
f’kumpannija, jew l-azzjonijiet maħruġa kollha tagħha ta’ klassi
  24      KAP. 168. ħ          SOĊJETAJIETKUMMERĊJALI
partikolari, ikunu mħallsa għal kollox u jirrankjaw pari passu għall-
finijiet kollha, ebda waħda minn dawk l-azzjonijiet ma jkollha
bżonn wara hekk li jkollha numru distingwibbli sakemm tibqa’
mħallsa għal kollox u tirrankja pari passu għall-finijiet kollha ma’
l-azzjonijiet kollha ta’ l-istess klassi li jkunu għal dak iż-żmien
maħruġa u mħallsa għal kollox.
Trasferiment ta’ 
azzjonijiet.
103. Kumpannija ma tkunx tista’ tirreġistra trasferiment ta’
azzjonijiet jew obbligazzjonijiet tal-kumpannija jekk ma jkunx
ingħata lill-kumpannija dokument regolari tat-trasferiment jew
kopja awtentika tiegħu:
Iżda ebda ħaġa f’dan l-artikolu ma għandha tippreġudika xi
setgħa tal-kumpannija li tirreġistra bħala azzjonista jew detentur ta’
obbligazzjonijiet lil xi ħadd li lilu d-dritt għal xi azzjonijiet jew
obbligazzjonijiet tal-kumpannija jkun ġie trasferit causa mortis.
Reġistrazzjoni ta’ 
trasferiment fuq 
talba ta’ min 
jittrasferixxi. 
104. Fuq talba ta’ min jittrasferixxi xi azzjoni jew obbligazzjoni
ta’ kumpannija, il-kumpannija għandha tniżżel fuq ir-reġistru
tagħha tal-membri jew ta’ l-obbligazzjonijiet, skond il-każ, l-isem
tal-persuna li jkun sar lilha t-trasferiment bl-istess mod u suġġett
għall-istess kondizzjonijiet bħallikieku t-talba għar-reġistrazzjoni
tkun saret minn min ikun sar lilu t-trasferiment.
Ħruġ ta’ ċertifikati.  105. (1) Kull kumpannija, fi żmien xahrejn wara l-għoti ta’ xi
azzjonijiet jew obbligazzjonijiet tagħha u fi żmien xahrejn wara d-
data li fiha t-trasferiment ta’ dawk l-azzjonijiet jew
obbligazzjonijiet ikun ġie preżentat lill-kumpannija, u fi żmien
xahar mid-data li fiha xi azzjonijiet jew obbligazzjonijiet bħal
dawk trasmessi causa mortis ikunu ġew reġistrati fl-isem tal-
persuna li jkollha dritt tkun reġistrata bħala d-detentriċi tagħhom,
għandha tikkonsenja ċ-ċertifikati ta’ l-azzjonijiet kollha, l-
obbligazzjonijiet u ċ-ċertifikati ta’ kull stock ta’ obbligazzjonijiet
mogħtija, trasferiti jew trasmessi causa mortis lill-persuni li
jkollhom jedd għalihom, jekk il-kondizzjonijiet tal-ħruġ ta’ l-
azzjonijiet jew obbligazzjonijiet ma jaħsbux xort’oħra.
(2) Il-kelma "trasferiment" għall-finijiet ta’ dan l-artikolu
tfisser trasferiment bollat kif imiss u xort’oħra validu, u ma
tinkludix dak it-trasferiment li l-kumpannija għal xi raġuni jkollha
dritt li tiċħad li tirreġistra u li ma tirreġistrax.
(3) F’każ ta’ nuqqas ta’ tħaris ta’ xi waħda mid-
disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, kull uffiċjal tal-kumpannija li
jkun naqas ikun jista’ jeħel penali ta’ mhux iżjed minn żewġ liri
għal kull ġurnata sakemm idum in-nuqqas.
Warrants dwar 
azzjonijiet.
106. (1) Kumpannija, jekk tkun hekk awtorizzata bil-
memorandum jew bl-istatut tagħha, tista’, dwar azzjonijiet imħallsa
għal kollox, toħroġ warrant, f’din l-Ordinanza imsejjħa "warrant
dwar azzjonijiet", li juri li l-portatur tal-warrant ikollu jedd għall-
azzjonijiet imsemmija fih u jista’ jaħseb, b’kupuni jew xort’oħra,
għall-ħlas tad-dividendi li jkun hemm ’il quddiem fuq azzjonijiet
inklużi fil-warrant.
(2) L-azzjonijiet imsemmija f’warrant dwar azzjonijiet jistgħu
jiġu trasferiti bil-konsenja tal-warrant.
SOĊJETAJIETKUMMERĊJALIġ K AP. 168.    25
Reġistru ta’ 
membri.
107. (1) Kull kumpannija għandha żżomm reġistru tal-membri
tagħha u tniżżel fih il-partikolaritajiet li ġejjin:
(a ) l-ismijiet u l-indirizzi tal-membri u dikjarazzjoni ta’ l-
azzjonijiet li jkollu kull membru li turi kull azzjoni
bin-numru tagħha, meta l-azzjoni jkollha numru, u ta’
l-ammont imħallas jew miftiehem li jiġi meqjus bħala
mħallas fuq l-azzjonijiet ta’ kull membru;
(b) id-data li fiha kull persuna tkun tniżżlet fir-reġistru
bħala membru; u
(ċ) id-data li fiha xi persuna ma tkunx baqgħet membru:
Iżda mal-ħruġ ta’ warrant dwar azzjonijiet il-kumpannija
għandha tħassar mir-reġistru tagħha tal-membri l-isem tal-membru
li allura jitniżżel fih bħala d-detentur ta’ l-azzjonijiet imsemmija
fil-warrant u tniżżel, minflok il-ħtiġijiet imsemmija, il-
partikolaritajiet li ġejjin:
(i) il-fatt tal-ħruġ tal-warrant;
(ii) dikjarazzjoni dwar l-azzjonijiet inklużi fil-
warrant, li turi kull azzjoni bin-numru tagħha,
meta l-azzjoni jkollha numru; u
(iii) id-data tal-ħruġ tal-warrant:
Iżda wkoll meta l-kumpannija tkun biddlet xi azzjonijiet
tagħha fi stock u tkun irreġistrat it-tibdil mar-Reġistratur kif hemm
maħsub fis-subartikolu (2) ta’ l-artikolu 77 ta’ din l-Ordinanza, ir-
reġistru għandu juri l-ammont ta’ l-istock miżmum minn kull
membru minflok l-ammont ta’ azzjonijiet u l-partikolaritajiet dwar
azzjonijiet imsemmija fil-paragrafu (a ) ta’ dan is-subartikolu.
(2) Ir-reġistru tal-membri għandu jinżamm fl-uffiċċju reġistrat
tal-kumpannija.
(3) F’nuqqas ta’ tħaris ta’ xi waħda mill-ħtiġijiet ta’ dan l-
artikolu, kull uffiċjal tal-kumpannija li jkun fin-nuqqas jista’ jeħel
penali ta’ mhux iżjed minn ħamsin lira.
Reġistru ta’ 
obbligazzjonijiet.
108. (1) Kull kumpannija għandha żżomm reġistru ta’
obbligazzjonijiet u tniżżel fih l-ismijiet u l-indirizzi tad-detenturi
reġistrati u l-partikolaritajiet ta’ l-obbligazzjonijiet miżmuma
minnhom rispettivament.
(2) Ir-reġistru ta’ l-obbligazzjonijiet għandu jinżamm fl-
uffiċċju reġistrat tal-kumpannija.
(3) F’nuqqas ta’ tħaris ta’ xi waħda mill-ħtiġijiet ta’ dan l-
artikolu, kull uffiċjal tal-kumpannija li jkun fin-nuqqas jista’ jeħel
penali ta’ mhux iżjed minn ħamsin lira.
Spezzjon ta’ 
reġistri.
Emendat: 
XIII. 1983.5.
109. Ħlief waqt li jkun magħluq kif imiss skond id-
disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza, u salvi dawk ir-restrizzjonijiet
xierqa li l-kumpannija f’laqgħa ġenerali tista’ tagħmel -
(a ) ir-reġistru tal-membri għandu jinżamm miftuħ għall-
ispezzjon ta’ kull membru mingħajr ħlas; u
(b) ir-reġistru ta’ l-obbligazzjonijiet għandu jinżamm
  26      KAP. 168. ħ          SOĊJETAJIETKUMMERĊJALI
miftuħ għall-ispezzjon tad-detenturi reġistrati ta’ kull
obbligazzjonijiet bħal dawk u ta’ kull membru tal-
kumpannija, mingħajr ħlas, u ta’ kull persuna oħra bi
ħlas ta’ dritt ta’ ħames ċenteżmi, jew dik is-somma
iżgħar li tista’ tiġi stabbilita mill-kumpannija, għal
kull spezzjon.
Setgħa li jingħalqu 
r-reġistri.
110. (1) Kumpannija tista’, wara li tagħti avviż f’gazzetta li
toħroġ kuljum, tagħlaq ir-reġistru tal-membri għal xi żmien jew
żminijiet ta’ mhux iżjed b’kollox minn tletin ġurnata f’kull sena.
(2) Ir-reġistru ta’ l-obbligazzjonijiet jista’ jiġi magħluq skond
id-disposizzjonijiet imsemmija fil-memorandum jew fl-istatut jew
fl-obbligazzjonijiet jew, fil-każ ta’ stock ta’ obbigazzjoni, fiċ-
ċertifikati ta’ l-istock, matul dak iż-żmien jew żminijiet, li ma
jkunux iżjed b’kollox minn tletin ġurnata f’xi sena waħda, kif jista’
jkun hemm speċifikat.
Direzzjoni u Amministrazzjoni
Laqgħa 
obbligatorja.
111. (1) Kull kumpannija għandha fi żmien ta’ mhux anqas
minn xahrejn u mhux iżjed minn tliet xhur mid-data li fiha l-
kumpannija jkollha dritt li tibda n-negozju, iżżomm laqgħa ġenerali
tal-membri tal-kumpannija, li għandha tissejjaħ "il-laqgħa
obbligatorja":
Iżda meta kumpannija tkun, egħluq dak iż-żmien ta’
xahrejn, ħarġet prospett li jistieden il-pubbliku biex jissottoskrivi
għall-azzjonijiet tagħha, il-laqgħa obbligatorja għandha tinżamm
mhux anqas minn xahar u mhux iżjed minn tliet xhur mid-data li
fiha xi għoti ta’ l-azzjonijiet tagħha jkun sar skond dak il-prospett.
(2) Id-diretturi għandhom, mill-anqas erbatax-il ġurnata qabel
il-ġurnata li fiha tiġi miżmuma l-laqgħa, jibgħatu rapport (f’din l-
Ordinanza msejjaħ "ir-rapport obbligatorju") lil kull membru tal-
kumpannija:
Iżda jekk ir-rapport obbligatorju jintbagħat aktar tard milli
hu meħtieġ b’dan is-subartikolu, għandu jitqies, minkejja dak il-
fatt, li kien mibgħut kif jixraq, jekk ikun hekk miftiehem mill-
membri kollha li jkollhom id-dritt li jmorru u jivvotaw fil-laqgħa.
(3) Ir-rapport obbligatorju għandu jkun awtentikat minn tnejn
mid-diretturi tal-kumpannija jew, jekk ikun hemm direttur wieħed
biss, minn dak id-direttur, u għandu juri:
(a ) in-numru totali ta’ l-azzjonijiet mogħtija, billi
jiddistingwi l-azzjonijiet mogħtija bħala mħallsa għal
kollox jew f’parti xort’oħra milli bi flus, u billi juri,
fil-każ ta’ azzjonijiet imħallsa f’parti, safejn huma
hekk imħallsa, u, f’kull każ, il-kumpens li għalih ikunu
ġew mogħtija;
(b) l-ammont kollu ta’ flus miġbur mill-kumpannija dwar
l-azzjonijiet kollha mogħtija, divrenzjati kif intqal
qabel;
(ċ) estratt tad-dħul tal-kumpannija u tal-ħlasijiet
magħmula minnha, sa data egħluq sebat ijiem qabel id-
SOĊJETAJIETKUMMERĊJALIġ K AP. 168.    27
data tar-rapport, li juri taħt kapi separati d-dħul tal-
kumpannija minn azzjonijiet u obbligazzjonijiet u
minn għejjun oħra, il-ħlasijiet magħmula minnha, u
partikolaritajiet dwar il-bilanċ li jibqa’, u kont jew
stima ta’ l-ispejjeż preliminari tal-kumpannija; u
(d) il-partikolaritajiet ta’ kull kuntratt li t-tibdil tiegħu
għandu jinġieb quddiem il-laqgħa għall-approvazzjoni
tagħha, flimkien mal-partikolaritajiet tat-tibdil jew
tibdil propost.
(4) Id-diretturi għandhom jaraw li kopja tar-rapport
obbligatorju, awtentikat kif meħtieġ b’dan l-artikolu, tiġi
konsenjata lir-Reġistratur għar-reġistrazzjoni minnufih wara li dan
jintbagħat lill-membri tal-kumpannija.
(5) Il-membri preżenti fil-laqgħa jkunu jistgħu jiddiskutu fuq
kull ħaġa li tinqala’ mir-rapport obbligatorju, sew jekk ikun ingħata
avviż qabel sew jekk le, iżda ebda riżoluzzjoni li dwarha ma jkunx
ingħata avviż skond l-istatut ma tista’ tiġi mgħoddija.
(6) Il-laqgħa tista’ taġġorna minn żmien għal żmien, u f’kull
laqgħa aġġornata kull riżoluzzjoni li dwarha jkun ingħata avviż
skond l-istatut, sew qabel sew wara l-laqgħa ta’ qabel, tista’ tiġi
mgħoddija u l-laqgħa aġġornata jkollha l-istess setgħat bħal laqgħa
oriġinali.
Tiżmim ta’ laqgħa 
ġenerali annwali.
112. Kull kumpannija għandha kull sena żżomm laqgħa ġenerali
bħala l-laqgħa ġenerali annwali tagħha b’żieda għal kull laqgħat
oħra f’dik is-sena, u għandha turi illi l-laqgħa hija dik annwali fl-
avviżi li bihom tissejjaħ; u m’għandhomx jgħaddu iżjed minn
ħmistax-il xahar bejn id-data ta’ laqgħa ġenerali annwali tal-
kumpannija u dik ta’ warajha:
Iżda meta kumpannija żżomm l-ewwel laqgħa ġenerali
annwali tagħha egħluq tmintax-il xahar mir-reġistrazzjoni tagħha
ma jkollhiex bżonn iżżommha fis-sena tar-reġistrazzjoni jew fis-
sena ta’ wara.
Penali.
112 ta’ din l-Ordinanza, kull uffiċjal tal-kumpannija li jkun fin-
nuqqas jista’ jeħel penali ta’ mhux iżjed minn ħamsin lira.
Sejħa ta’ laqgħa 
ġenerali 
straordinarja fuq 
talba.
114. (1) Id-diretturi ta’ kumpannija fuq talba ta’ membri tal-
kumpannija li jkollhom fid-data tal-konsenja tat-talba mhux anqas
milli minn għaxra waħda minn dak il-kapital imħallas tal-
kumpannija li fid-data tal-konsenja jagħti l-jedd għall-vot f’laqgħat
ġenerali tal-kumpannija, għandhom jipproċedu minnufih kif jixraq
biex isejħu laqgħa ġenerali straordinarja tal-kumpannija.
(2) It-talba għandha turi l-iskopijiet tal-laqgħa, u għandha tiġi
iffirmata minn min jitlob il-laqgħa u konsenjata fl-uffiċċju reġistrat
tal-kumpannija u tista’ tkun magħmula minn diversi dokumenti ta’
l-istess għamla kull wieħed iffirmat minn wieħed jew iżjed minn
min ikun qed jitlob il-laqgħa.
(3) Jekk id-diretturi fi żmien wieħed u għoxrin ġurnata mid-
data tal-konsenja tat-talba ma jipproċedux kif jixraq biex isejħu l-
  28      KAP. 168. ħ          SOĊJETAJIETKUMMERĊJALI
laqgħa, dawk li jkunu talbuha jistgħu huma stess isejħu laqgħa bl-
istess mod, kemm jista’ jkun, bħal meta laqgħat jiġu msejħa mid-
diretturi, iżda laqgħa hekk imsejħa ma għandhiex tinżamm wara li
jgħaddu tliet xhur mid-data tal-konsenja tat-talba.
(4) Kull nefqa raġonevoli li ssir minn dawk li jitolbu l-laqgħa
minħabba li d-diretturi jkunu naqsu milli jsejħu l-laqgħa kif imiss
għandha titħallas lura mill-kumpannija lil dawk li jkunu talbu l-
laqgħa, u kull somma hekk imħallsa għandha tinżamm mill-
kumpannija minn xi ammont dovut jew li għad ikun dovut mill-
kumpannija għal drittijiet jew kumpens ieħor għas-servizzi
tagħhom lil dawk id-diretturi li kienu naqsu.
Żmien li għandu 
jingħata dwar 
avviż biex jissejħu 
laqgħat.
115. Laqgħa ġenerali ta’ kumpannija għandha titqies li ma ġietx
imsejħa kif imiss jekk ma jingħatax avviż bil-miktub ta’ mill-anqas
erbatax-il ġurnata, u kull disposizzjoni fil-memorandum jew fl-
istatut tal-kumpannija għandha tiftiehem bħala tinħtieġ avviż bil-
miktub ta’ erbatax-il ġurnata safejn tipprovdi għal sejħa ta’ laqgħa
ta’ kumpannija (li ma tkunx laqgħa aġġornata) b’avviż aqsar:
Iżda laqgħa tal-kumpannija għandha, għalkemm tiġi msejħa
b’avviż aqsar, titqies li kienet imsejħa kif imiss jekk ikun hekk
miftiehem mill-membri kollha li jkollhom dritt imorru fil-laqgħa u
jivvotaw fiha.
Disposizzjonijiet 
ġenerali dwar 
laqgħat u voti. 
116. Id-disposizzjonijiet li ġejjin ikollhom seħħ safejn l-istatut
ta’ kumpannija ma jagħmilx disposizzjonijiet oħra dwar hekk:
(a ) avviż tal-laqgħa ta’ kumpannija għandu jiġi notifikat
lil kull membru tal-kumpannija bil-mod kif avviżi
għandhom jiġu notifikati skond l-Ewwel Skeda li
tinsab ma’ din l-Ordinanza;
(b) żewġ membri preżenti personalment ikunu quorum;
(ċ) kull membru magħżul mill-membri preżenti f’laqgħa
jista’ jkun chairman tagħha;
(d) kull membru jkollu vot wieħed dwar kull azzjoni jew
dwar kull għaxar liri ta’ stock li jkollu.
Setgħa tal-qorti 
biex tordna laqgħa.
117. Jekk għal xi raġuni ma jkunx prattikabbli li tissejjaħ laqgħa
ta’ kumpannija bil-mod li bih jistgħu jissejħu laqgħat tal-
kumpannija, jew li jitmexxew il-laqgħat ta’ dik il-kumpannija bil-
mod stabbilit bl-istatut jew b’din l-Ordinanza, il-qorti tista’, jew
minn rajha jew fuq talba ta’ xi wieħed mid-diretturi tal-kumpannija
jew ta’ xi membru tal-kumpannija li jkollu dritt jivvota fil-laqgħa,
tordna li laqgħa tal-kumpannija tissejjaħ, tinżamm u titmexxa b’dak
il-mod li l-qorti jidhrilha xieraq, u meta jingħata xi ordni bħal dan,
tista’ tagħti dawk id-direttivi anċillari jew konsegwenzjali kif
jidhrilha xieraq, inkluża d-direttiva illi membru wieħed tal-
kumpannija preżenti personalment jew bi prokura jitqies li
jikkostitwixxi laqgħa.
Prokuri. 
Emendat:
I. 1965.8.
118. (1) Kull membru li jkollu dritt imur f’laqgħa tal-
kumpannija jew f’laqgħa ta’ xi klassi ta’ membri tal-kumpannija u
li jivvota fiha jkollu dritt li jaħtar persuna oħra (tant membru kemm
le) bħala prokuratur tiegħu biex imur u jivvota minfloku, u
SOĊJETAJIETKUMMERĊJALIġ K AP. 168.    29
prokuratur hekk maħtur ikollu l-istess dritt tal-membru li jitkellem
fil-laqgħa u li jitlob votazzjoni.
(2) Il-ħatra ta’ prokuratur għandha tkun bil-miktub.
(3) F’kull avviż li jsejjaħ laqgħa ta’ kumpannija għandha tidher
f’post prominenti xieraq dikjarazzjoni illi membru li jkollu dritt
jattendi u jivvota jkollu dritt li jaħtar prokuratur u illi prokuratur
ma hemmx bżonn li jkun membru.
Dritt għal talba ta’ 
votazzjoni.
119. Kull disposizzjoni li tinsab f’memorandum jew fi statut ta’
kumpannija tkun nulla safejn ikollha effett jew -
(a ) li teskludi d-dritt li tintalab votazzjoni f’laqgħa
ġenerali fuq xi kwistjoni li ma tkunx l-elezzjoni taċ-
chairman tal-laqgħa jew l-aġġornament tal-laqgħa; jew
(b) li tagħmel ineffikaċi talba għal votazzjoni fuq xi
kwistjoni bħal din li tkun magħmula jew -
(i) minn mhux anqas minn ħames membri li
jkollhom id-dritt jivvotaw fil-laqgħa; jew
(ii) minn membru jew membri li jirrappreżentaw
mhux anqas minn minn għaxra wieħed tad-
drittijiet totali tal-voti tal-membri kollha li
jkollhom id-dritt li jivvotaw fil-laqgħa; jew
(iii) minn membru jew membri detenturi ta’
azzjonijiet fil-kumpannija li jagħtu dritt li
jivvotaw fil-laqgħa li jkunu azzjonijiet li fuqhom
somma globali tkun tħallset daqs mhux anqas
minn minn għaxra waħda tas-somma totali
mħallsa fuq l-azzjonijiet kollha li jagħtu dak id-
dritt.
Riżoluzzjonijiet 
straordinarji. 
120. Riżoluzzjoni tkun riżoluzzjoni straordinarja meta -
(a ) tkun ittieħdet f’laqgħa ġenerali li tagħha jkun ingħata
avviż kif imiss li juri l-ħsieb li ser tiġi proposta r-
riżoluzzjoni bħala riżoluzzjoni straordinarja; u
(b) tkun għaddiet min-numru ta’ membri li jkollhom dritt
li jmorru f’xi laqgħa bħal dik u jivvotaw fiha u li
jkollhom flimkien mhux anqas minn wieħed u ħamsin
fil-mija tal-valur nominali ta’ l-azzjonijiet li jagħtu
dak id-dritt jew dak il-perċentaġġ akbar li l-
memorandum jew l-istatut jista’ jippreskrivi.
Diretturi.
direttur wieħed jew iżjed, li jistgħu jeżerċitaw dawk is-setgħat
kollha tal-kumpannija li, b’din l-Ordinanza jew bil-memorandum
jew bl-istatut tal-kumpannija, ma jkunux meħtieġa li jiġu eżerċitati
mill-kumpannija f’laqgħa ġenerali.
(2) Kemm-il darba ma jkunx maħsub xort’oħra fil-
memorandum jew fl-istatut tal-kumpannija kull tnejn mid-diretturi,
jew, jekk ikun hemm direttur wieħed biss, dak id-direttur,
għandhom jirrappreżentaw lill-kumpannija.
  30      KAP. 168. ħ          SOĊJETAJIETKUMMERĊJALI
Restrizzjonijiet 
dwar ħatra ta’ 
direttur.
122. (1) Persuna ma tkunx tista’ tiġi maħtura direttur ta’
kumpannija bil-memorandum jekk, qabel ir-reġistrazzjoni tal-
memorandum, ma tkunx hija stess jew permezz ta’ l-aġent tagħha
awtorizzat bil-miktub -
(a )iffirmat u ikkonsenjat lir-Reġistratur għar-
reġistrazzjoni kunsens bil-miktub biex taġixxi bħala
direttur; u
(b) jew iffirmat il-memorandum għal numru ta’ azzjonijiet
mhux anqas mill-kwalifika tagħha, jekk ikun hemm,
jew iffirmat u ikkonsenjat lir-Reġistratur għar-
reġistrazzjoni rabta bil-miktub li tieħu mingħand il-
kumpannija u li tħallas azzjonijiet għall-kwalifika
tagħha, jekk ikun hemm.
(2) Mingħajr ħsara għar-restrizzjonijiet imsemmija qabel, meta
direttur, bil-memorandum jew bl-istatut ta’ kumpannija, ikun
meħtieġ li jkollu kwalifika partikolari ta’ azzjonijiet, u ma jkunx ġa
kwalifikat, huwa għandu jitlaq il-kariga tiegħu jekk ma jiksibx l-
kwalifika fi żmien xahrejn mill-ħatra tiegħu, jew f’dak iż-żmien
aqsar li jista’ jiġi iffissat mill-memorandum jew mill-istatut, jew
jekk f’xi żmien wara ma jibqgħax ikollu l-kwalifiki tiegħu; u ma
jkunx jista’ jerġa jiġi maħtur direttur tal-kumpannija qabel ma jkun
kiseb il-kwalifika tiegħu.
(3) Għall-finijiet ta’ kull disposizzjoni fil-memorandum jew fl-
istatut li teħtieġ direttur jew institur li jkollu kwalifika partikolari
ta’ azzjonijiet il-portatur ta’ warrant dwar azzjonijiet ma għandux
jitqies li jkun id-detentur ta’ l-azzjonijiet imsemmija fil-warrant.
Tneħħija ta’ 
diretturi.
123. (1) Kumpannija tista b’riżoluzzjoni ordinarja tneħħi
direttur qabel ma jagħlaq iż-żmien tiegħu ta’ kariga, minkejja kull
ħaġa fil-memorandum jew fl-istatut tagħha jew f’xi ftehim bejn is-
soċjetà  u bejnu.
(2) Malli jiġi riċevut avviż ta’ riżoluzzjoni maħsuba biex
tneħħi direttur skond dan l-artikolu l-kumpannija għandha minnufih
tibgħat kopja tiegħu lil dak id-direttur u d-direttur (sew jekk ikun
membru tal-kumpannija sew jekk le) ikollu dritt li jiġi mismugħ fuq
ir-riżoluzzjoni fil-laqgħa.
(3) Vaganza maħluqa bi tneħħija ta’ direttur skond dan l-
artikolu, jekk ma timtelix fil-laqgħa li fiha jkun tneħħa, tista’
timtela bħala vaganza każwali.
(4) Ebda ħaġa f’dan l-artikolu ma għandha tittieħed li tiċħad lil
persuna mneħħija bis-saħħa ta’ dan l-artikolu mill-kumpens jew
danni li għandhom jitħallsu lilha minħabba t-tmiem tal-ħatra tagħha
bħala direttur jew ta’ kull ħatra li tispiċċa ma’ dik bħala direttur
jew li tnaqqas minn xi setgħa biex jitneħħa direttur li jista’ jkun
hemm minbarra dan l-artikolu.
Vaganza każwali.  124. (1) Vaganza każwali tista’ timtela mid-direttur jew
diretturi li jkunu għadhom fil-kariga, u, bla ħsara għas-setgħat
imsemmija qabel tad-diretturi, tista’ timtela mill-kumpannija
f’laqgħa ġenerali.
(2) Persuna maħtura mid-diretturi biex timla vaganza każwali
SOĊJETAJIETKUMMERĊJALIġ K AP. 168.    31
għandha żżomm il-kariga sal-laqgħa ġenerali annwali ta’ wara u
tkun tista’ terġa’ tiġi eletta, iżda ma għandhux jittieħed kont tagħha
fl-irtir tad-diretturi li għandhom jirtiraw b’rotazzjoni f’dik il-
laqgħa.
(3) Persuna maħtura biex timla vaganza każwali mill-
kumpannija f’laqgħa ġenerali għandha titqies, biex jiġi iffissat iż-
żmien li fih hija jew xi direttur ieħor għandu jirtira, bħallikieku
kienet saret direttur fil-ġurnata li fiha l-persuna li minflokha tkun
ġiet maħtura kienet maħtura direttur l-aħħar.
Skwalifika għal 
ħatra bħala 
direttur.
Sostitwit: 
IV. 1991.2. 
125. Persuna ma tkunx kwalifikata li tinħatar jew ikollha l-
kariga ta’ direttur ta’ kumpannija jekk -
(a ) tkun interdetta jew inkapaċitata jew falluta mhux
meħlusa; jew
(b) tkun instabet ħatja ta’ xi wieħed mir-reati li
jirrigwardaw il-fiduċja pubblika jew serq jew frodi jew
ir-riċettazjoni ta’ proprjetà  miksuba b’serq jew bi frodi
li ssir xjentement.
Direttur ma jistax 
jagħmel 
konkorrenza mal-
kumpannija.
126. (1) Direttur ma jistax, b’konkorrenza mal-kumpannija u
mingħajr l-approvazzjoni tal-kumpannija mogħtija f’laqgħa
ġenerali, jinnegozja għalih innifsu jew għal ħaddieħor jew ikun
soċju b’responsabbiltà  illimitata f’kumpannija oħra.
(2) Meta direttur jikser il-projbizzjoni msemmija f’dan l-
artikolu, il-kumpannija tista’, b’għażla tagħha, jew tieħu passi
għad-danni u imgħax kontra tiegħu jew titlob il-ħlas ta’ kull profitti
magħmula minnu bi ksur ta’ dan l-artikolu.
Projbizzjoni ta’ 
self, eċċ., lid-
diretturi.
127. Kumpannija ma tistax -
(a ) tislef lil min ikun direttur tagħha jew direttur ta’
kumpannija li tkun tikkontrollha, jew tiggarantixxi jew
tipprovdi xi sigurtà  dwar self magħmul lil persuna bħal
din kif intqal qabel minn xi persuna oħra:
Iżda ebda ħaġa f’dan l-artikolu ma għandha
tgħodd sew -
(i) għal xi ħaġa magħmula, bl-approvazzjoni tal-
kumpannija mogħtija f’laqgħa ġenerali, biex
tipprovdi lil xi persuna bħal dik imsemmija
qabel b’fondi għal nefqa magħmula jew li
għandha ssir minnha għal skopijiet tal-
kumpannija jew biex dik il-persuna tkun tista’
taqdi d-dmirijiet tagħha sewwa bħala uffiċjal
tal-kumpannija; jew
(ii) fil-każ ta’ kumpannija li x-xogħol ordinarju
tagħha jinkludi t-tislif ta’ flus jew l-għoti ta’
garanzija dwar selfijiet magħmula minn persuni
oħra, għal kull ħaġa magħmula mill-kumpannija
fil-kors ordinarju ta’ dak ix-xogħol;
(b) tagħmel xi ħlas lil xi direttur tal-kumpannija bħal
kumpens għal telf tal-kariga, jew bħala ħlas għal jew
dwar l-irtir tiegħu mill-kariga, mingħajr ma l-
  32      KAP. 168. ħ          SOĊJETAJIETKUMMERĊJALI
partikolaritajiet dwar il-ħlas maħsub (inkluż l-ammont
ta’ dan il-ħlas) jiġu murija lill-membri tal-kumpannija
u mingħajr ma l-proposta tkun approvata mill-
kumpannija f’laqgħa ġenerali.
Dmir ta’ direttur li 
juri interess 
f’kuntratt mal-
kumpannija.
128. (1) Ikun dmir ta’ direttur ta’ kumpannija li jkun b’xi mod,
jew direttament jew indirettament, interessat f’kuntratt jew
f’kuntratt maħsub mal-kumpannija li jiddikjara x-xorta ta’ l-
interess tiegħu lid-diretturi l-oħra jew fil-laqgħa tad-diretturi li fiha
l-kwistjoni tad-dħul fil-kuntratt tkun l-ewwel ġiet ikkunsidrata,
jew, jekk id-direttur ma kienx fid-data ta’ dik il-laqgħa interessat
fil-kuntratt jew fil-kuntratt maħsub, fil-laqgħa ta’ wara tad-diretturi
li tinżamm wara li jkun sar hekk interessat.
(2) Kull direttur li jonqos milli jħares id-disposizzjonijiet ta’
dan l-artikolu jista’ jeħel penali ta’ mhux iżjed minn ħames mitt
lira.
Reżokont dwar 
tibdil fid-diretturi.
129. (1) Kull kumpannija għandha tibgħat lir-Reġistratur għar-
reġistrazzjoni u pubblikazzjoni reżokont dwar kull tibdil fid-
diretturi tagħha, li juri d-data tal-bidla, fi żmien erbatax-il ġurnata
minn dik il-bidla.
(2) F’nuqqas ta’ tħaris tas-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu,
kull uffiċjal tal-kumpannija li jkun fin-nuqqas jista’ jeħel penali ta’
mhux iżjed minn żewġ liri għal kull ġurnata li fiha jkompli n-
nuqqas.
Ir-responsabbiltà  
tad-diretturi tkun in 
solidum.
130. (1) Ir-responsabbiltà  tad-diretturi għad-danni għal xi ksur
ta’ dmir tkun in solidum:
Iżda meta dmir partikolari jkun ġie mogħti lill-wieħed jew
iżjed mid-diretturi, dak id-direttur jew diretturi biss ikunu
responsabbli għad-danni.
(2) Direttur ma jkunx responsabbli għall-atti tad-diretturi l-
oħra jekk jipprova jew -
(a ) li ma kienx jaf bil-ksur tad-dmir qabel jew waqt li jkun
qed isir il-ksur u li meta sar jaf bih wara li jkun sar
wera minnufih lid-diretturi l-oħra d-disapprovazzjoni
tiegħu bil-miktub; jew
(b) illi, meta kien jaf illi d-diretturi l-oħra kellhom ħsieb li
jikkommettu ksur ta’ dmir, ħa l-passi kollha xierqa
biex jevitah.
Disposizzjonijiet 
dwar 
responsabbiltà  ta’ 
uffiċjali u udituri.
131. Kull disposizzjoni, sew jekk tkun fil-memorandum jew fl-
istatut ta’ kumpannija jew f’xi kuntratt ma’ kumpannija jew xorta
oħra biex teżenta lil xi uffiċjal tal-kumpannija jew lil xi persuna
mpjegata mill-kumpannija bħala uditur, jew biex tindennizzah,
minn xi responsabbiltà  li bis-saħħa ta’ xi regola tal-liġi kienet
tolqot lilu minħabba negliġenza, nuqqas jew ksur ta’ dmir li għalih
jista’ jkun ħati quddiem il-kumpannija tkun bla effett:
Iżda kumpannija tista’, bis-saħħa ta’ xi disposizzjoni bħal
din kif intqal qabel, tindennizza lil dak l-uffiċjal jew uditur kontra
xi responsabbiltà  li jkun daħal fiha biex jiddefendi xi proċeduri li
SOĊJETAJIETKUMMERĊJALIġ K AP. 168.    33
fihom tingħata deċiżjoni favur tiegħu jew li dwarhom jiġi liberat.
Minuti tal-
proċeduri. 
132. (1) Kull kumpannija għandha tniżżel il-minuti tal-
proċeduri kollha tal-laqgħat ġenerali u tal-proċeduri kollha tal-
laqgħat tad-diretturi tagħha f’kotba miżmuma għal hekk.
(2) Kull minuta bħal dik jekk turi li tkun firmata miċ-chairman
tal-laqgħa li fiha saru l-proċeduri, jew miċ-chairman tal-laqgħa li
ssir sew sew wara, tkun prova tal-proċeduri.
(3) Il-kotba li jkollhom il-minuti ta’ proċeduri ta’ xi laqgħa
ġenerali ta’ kumpannija għandhom jinżammu fl-uffiċċju reġistrat
tal-kumpannija, u għandhom, waqt il-ħinijiet tax-xogħol (salvi
dawk ir-restrizzjonijiet xierqa li l-kumpannija tista’ tagħmel bl-
istatut tagħha jew f’laqgħa ġenerali) ikunu miftuħa għall-ispezzjon
ta’ kull membru mingħajr ħlas.
(4) Jekk kumpannija tonqos milli tħares il-ħtiġijiet tas-
subartikoli (1) u (3) ta’ dan l-artikolu, kull uffiċjal tal-kumpannija
li jkun fin-nuqqas jista’ jeħel penali ta’ mhux iżjed minn ħamsin
lira.
Tiżmim ta’ kotba 
tal-kontijiet. 
Kap. 13.
133. (1) Kumpannija titqies li qegħda tħares il-ħtiġijiet ta’ l-
artikoli mit-13 sat-18 tal-Kodiċi tal-Kummerċ jekk iżżomm kotba
xierqa tal-kontijiet dwar -
(a ) is-somom kollha ta’ flus miġbura u minfuqa mill-
kumpannija u l-ħwejjeġ li dwarhom isir id-dħul u l-
ispiża; 
(b) il-bejgħ u x-xiri kollu ta’ oġġetti mill-kumpannija;
(ċ) l-attiv u l-passiv tal-kumpannija.
(2) Għall-finijiet tas-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu, kotba
xierqa tal-kontijiet ma għandhomx jitqiesu li qed jinżammu dwar
il-ħwejjeġ imsemmija jekk ma jinżammux dawk il-kotba li jkunu
meħtieġa biex jagħtu idea tajba u xierqa ta’ l-istat tan-negozju tal-
kumpannija u biex jispjegaw l-operazzjonijiet tagħha.
(3) Il-kotba tal-kontijiet għandhom jinżammu fl-ufflċċju
reġistrat tal-kumpannija jew f’dak il-post l-ieħor li d-diretturi
jidhrilhom xieraq, u għandhom ikunu fil-ħinijiet kollha aċċessibbli
għall-ispezzjon mid-diretturi:
Iżda jekk kotba tal-kontijiet ikunu miżmuma f’post barra
minn Malta għandhom jiġu mibgħuta Malta, u miżmuma f’post
f’Malta, u jkunu fiż-żminijiet kollha aċċessibbli għall-ispezzjon
tad-diretturi dawk il-kontijiet u prospetti dwar ix-xogħol reġistrat
fil-kotba tal-kontijiet hekk miżmuma li juru b’akkuratezza xierqa l-
posizzjoni finanzjarja ta’ dak ix-xogħol f’intervalli ta’ mhux iżjed
minn sitt xhur u li bihom tkun tista’ tiġi preparata, skond din l-
Ordinanza, il-karta ta’ bilanċ tal-kumpannija u l-kont tal-qligħ u
telf tagħha.
Kont ta’ qligħ u 
telf u karta tal-
bilanċ.
134. (1) Id-diretturi ta’ kull kumpannija għandhom, mhux
aktar tard minn tmintax-il xahar wara r-reġistrazzjoni tagħha u
wara dan għall-anqas darba kull sena skond il-kalendarju, iqiegħdu
quddiem il-kumpannija f’laqgħa ġenerali kont tal-qligħ u telf għaż-
  34      KAP. 168. ħ          SOĊJETAJIETKUMMERĊJALI
żmien, fil-każ ta’ l-ewwel kont, mir-reġistrazzjoni tal-kumpannija,
u, f’kull każ ieħor, mill-kont ta’ qablu, magħmul sa data mhux
qabel id-data tal-laqgħa b’iżjed minn disa’ xhur.
(2) Id-diretturi għandhom jaraw illi ssir f’kull sena skond il-
kalendarju, u li titqiegħed quddiem il-kumpannija f’laqgħa
ġenerali, karta tal-bilanċ skond id-data li fiha jsir il-kont tal-qligħ u
telf.
Disposizzjonijiet 
ġenerali dwar il-
kontenut u l-forma 
tal-kontijiet. 
135. (1) Kull karta tal-bilanċ ta’ kumpannija għandha turi
sewwa u xieraq l-istat tan-negozju tal-kumpannija kif ikun fl-aħħar
tas-sena finanzjarja tagħha, u kull kont tal-qligħ u telf għandu juri
sewwa u xieraq il-qligħ u telf tal-kumpannija għas-sena finanzjarja.
(2) Mingħajr ħsara għall-ħtiġijiet ġenerali tas-subartikolu (1)
ta’ dan l-artikolu jew għal xi ħtiġijiet oħra ta’ din l-Ordinanza, u
salv kif espressament maħsub fit-Taqsima II tat-Tielet Skeda li
tinsab ma’ din l-Ordinanza, karta tal-bilanċ u kont tal-qligħ u telf
ta’ kumpannija għandhom iħarsu l-ħtiġijiet ta’ l-imsemmija Tielet
Skeda, sakemm jista’ jkun.
(3) Il-kontijiet li, bis-saħħa ta’ din l-Ordinanza, għandhom
jitqiegħdu quddiem kull kumpannija f’laqgħa ġenerali għandu
jkollhom partikolaritajiet li juru -
(a ) l-ammont ta’ kull self li matul iż-żmien li għalih il-
kontijiet jirriferixxu jkunu saru mill-kumpannija jew
minn xi persuna oħra taħt garanzija jew sigurtà
mogħtija mill-kumpannija lil xi direttur jew uffiċjal
tal-kumpannija, inkluż dak is-self li jkun ġie mħallas
lura matul l-istess żmien;
(b) l-ammont ta’ kull self magħmul bil-mod imsemmi
qabel lil xi direttur jew uffiċjal f’xi żmien qabel iż-
żmien imsemmi u li jkun pendenti meta jagħlaq dak iż-
żmien;
(ċ) l-ammont totali mħallas lid-diretturi jew lid-diretturi
ta’ qabel bħala kumpens tas-servizzi tagħhom, inklużi
d-drittijiet kollha, perċentaġġi, kumpens għal telf ta’
kariga, pensjonijiet, superannuation allowances jew
gratifikazzjonijiet jew ħlasijiet bħal dawn, jew salarji
oħra, imħallsa lilhom, jew li għandhom jirċievu huma,
mill-kumpannija jew minn xi kumpannija sussidjarja
tagħha.
Firmar ta’ karta tal-
bilanċ.
136. (1) Kull karta tal-bilanċ ta’ kumpannija għandha tkun
iffirmata f’isem il-bord minn tnejn mid-diretturi tal-kumpannija,
jew, jekk ikun hemm direttur wieħed biss, minn dak id-direttur.
(2) Il-kont tal-qligħ u telf għandu jiġi anness mal-karta tal-
bilanċ, u r-rapport ta’ l-udituri għandu jkun imwaħħal miegħu.
(3) Kull kontijiet hekk imqiegħda għandhom jiġu approvati
mill-bord ta’ diretturi qabel ma l-karta tal-bilanċ tiġi ffirmata
f’isimhom.
SOĊJETAJIETKUMMERĊJALIġ K AP. 168.    35
Ir-rapport tad-
diretturi għandu 
jiġi mwaħħal mal-
karta tal-bilanċ.
137. Għandu jkun hemm imwaħħal ma’ kull karta tal-bilanċ
imqiegħda quddiem kumpannija f’laqgħa ġenerali rapport mid-
diretturi dwar in-negozju tal-kumpannija, l-ammont, jekk ikun
hemm, li jirrikkmandaw li għandu jitħallas bħala dividend, u l-
ammont, jekk ikun hemm, li jidhrilhom li għandu jitqiegħed fir-
riżervi fis-sens tat-Tielet Skeda li tinsab ma’ din l-Ordinanza.
Spezzjon ta’ 
kontijiet.
138. Kull karta tal-bilanċ, inkluż kull dokument li għandu skond
il-liġi jkun anness, li għandha titqiegħed quddiem kumpannija
f’laqgħa ġenerali, flimkien mar-rapport ta’ l-udituri, għandha tkun
tista’ tiġi spezzjonata, fl-uffiċċju reġistrat tal-kumpannija, minn
kull membru jew detentur ta’ obbligazzjoni tal-kumpannija għal
mill-anqas għaxart ijiem minnufih qabel il-laqgħa li fiha għandha
titqiegħed quddiem il-kumpannija u sakemm tkun approvata mill-
kumpannija f’laqgħa ġenerali.
Penali. 
Kap. 13.
139. F’każ ta’ nuqqas ta’ tħaris ta’ xi waħda mill-ħtiġijiet ta’ l-
artikoli 13 sa 18 tal-Kodiċi tal-Kummerċ jew ta’ l-artikolu 133 ta’
din l-Ordinanza, skond il-każ, jew ta’ xi waħda mill-ħtiġijiet ta’ l-
artikoli 134 sa 138 ta’ din l-Ordinanza, kull min bħala direttur ta’
kumpannija jonqos li jieħu l-passi kollha xierqa biex jiżgura t-
tħaris mill-kumpannija tal-ħtiġijiet imsemmija jista’ jeħel, dwar
kull nuqqas, penali ta’ mhux iżjed minn mitejn lira:
Iżda tkun difiża jekk jipprova li kellu raġunijiet biżżejjed li
jemmen u li kien emmen li persuna kompetenti u fdata kienet
inkarigata biex tara illi l-ħtiġijiet imsemmija kienu mħarsa u kienet
f’posizzjoni li taqdi dak id-dmir.
Ħatra u kumpens 
ta’ udituri.
Emendat:
XXIV.1995.362.
140. (1) Kull kumpannija għandha f’kull laqgħa ġenerali
annwali taħtar uditur jew udituri biex jibqgħu fil-kariga mit-tmiem
ta’ dik il-laqgħa ġenerali annwali sat-tmiem ta’ dik ta’ wara.
 (2) Meta f’laqgħa ġenerali annwali ma jiġu maħtura ebda
udituri, il-vaganza għandha timtela mill-imħallef tal-Qorti Ċivili,
Prim’ Awla fuq talba magħmula minn xi wieħed mid-diretturi jew
minn xi membru tal-kumpannija, u udituri hekk maħtura għandhom
jibqgħu fil-kariga sat-tmiem tal-laqgħa ġenerali annwali ta’ wara.
(3) L-ewwel uditur jew udituri tal-kumpannija jistgħu jinħatru
mid-diretturi f’kull żmien qabel l-ewwel laqgħa ġenerali annwali, u
udituri hekk maħtura għandhom jibqgħu fil-kariga sat-tmiem ta’
dik il-laqgħa, jekk ma jkunux tneħħew qabel u oħrajn ikunu
maħtura minflokhom mill-kumpannija f’laqgħa ġenerali.
(4) Id-diretturi jistgħu jimlew kull vaganza każwali fil-kariga
ta’ uditur, iżda sakemm tkompli xi vaganza bħal dik l-uditur jew
udituri li jkunu baqgħu jew komplew fil-kariga, jekk ikun hemm,
jistgħu jaġixxu.
(5) Il-kumpens ta’ l-udituri ta’ kumpannija -
(a ) f’każ ta’ uditur maħtur mid-diretturi jew mill-imħallef
tal-Qorti Ċivili, Prim’ Awla, jista’ jiġi iffissat mid-
diretturi jew mill-imħallef, skond il-każ;
(b) bla ħsara għall-paragrafu ta’ qabel dan, jiġi iffissat
mill-kumpannija f’laqgħa ġenerali jew b’dak il-mod li
l-kumpannija f’laqgħa ġenerali tiddeċidi.
  36      KAP. 168. ħ          SOĊJETAJIETKUMMERĊJALI
Għall-finijiet ta’ dan is-subartikolu, kull somma imħallsa
mill-kumpannija dwar l-ispejjeż ta’ l-udituri għandha titqies li tkun
inkluża fil-kelma "kumpens".
Skwalifika għal 
ħatra bħala uditur.
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963;
I. 1965.9.
Sostitwit:
XXVIII. 1979.16.
Kap. 281.
141. (1) Persuna ma tkunx kwalifikata għall-ħatra bħala uditur
ta’ kumpannija kemm-il darba ma jkollhiex warrant biex taġixxi
bħala uditur maħruġ jew meqjus bħala maħruġ taħt l-Att dwar il-
Professjoni ta’ l-Accountancy, jew jekk ma tkunx soċjetà  ta’ udituri
reġistrati kif imiss taħt l-imsemmi Att u -
(a ) fil-każ ta’ individwu, tkun -
(i) uffiċjal jew impjegat tal-kumpannija; jew
(ii) soċju ma’ uffiċjal jew impjegat tal-kumpannija
jew fl-impieg tiegħu; jew
(iii) qarib bid-demm jew bi żwieġ f’linja diretta, jew,
sat-tielet grad, fil-linja kollaterali, ma’ xi
uffiċjal tal-kumpannija;
(b) fil-każ ta’ soċjetà  xi wieħed mis-soċji jkun individwu
li ma jkunx kwalifikat għall-ħatra bħala uditur tal-
kumpannija.
(2) Id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu
dwar il-ħatra ta’ uditur għandhom japplikaw ukoll dwar it-tiżmim
ta’ dik il-ħatra.
Rapport ta’ l-
uditur.
142. (1) L-udituri għandhom jagħmlu rapport lill-membri
dwar il-kontijiet eżaminati minnhom, u dwar kull karta tal-bilanċ u
kont tal-qligħ u telf imqiegħda quddiem il-kumpannija f’laqgħa
ġenerali waqt iż-żmien tal-kariga tagħhom, u r-rapport għandu
jkollu dikjarazzjonijiet dwar il-ħwejjeġ li ġejjin:
(a) jekk ikunux kisbu t-tagħrif u t-tifsir kollu li safejn
kienu jafu kien meħtieġ għall-finijiet tal-verifika
tagħhom;
(b) jekk, fil-feħma tagħhom, ikunux inżammu kotba
xierqa tal-kontijiet mill-kumpannija, safejn jidher
mill-eżami li jkunu għamlu ta’ dawk il-kotba, u jkunux
irċevew prospetti xierqa għall-finijiet tal-verifika
tagħhom minn uffiċċji mhux miżjura minnhom;
(ċ) jekk il-karta tal-bilanċ u l-kont tal-qligħ u telf tal-
kumpannija meqjusa fir-rapport jaqblux mal-kotba tal-
kontijiet u mal-prospetti;
(d) jekk, fil-fehma tagħhom u safejn jafu huma u skond it-
tifsir mogħti lilhom, il-kontijiet imsemmija jagħtux it-
tagħrif meħtieġ f’din l-Ordinanza bil-mod kif meħtieġ
u jagħtux idea tajba u xierqa, fil-każ tal-karta tal-
bilanċ, tan-negozju tal-kumpannija fit-tmiem tas-sena
finanzjarja tagħha, u, fil-każ tal-kont tal-qligħ u telf,
tal-qligħ jew tat-telf għas-sena finanzjarja tagħha.
(2) Ir-rapport ta’ l-udituri għandu jinqara quddiem il-
kumpannija f’laqgħa ġenerali.
SOĊJETAJIETKUMMERĊJALIġ K AP. 168.    37
Dritt li jara kotba u 
li jmur f’laqgħat 
ġenerali. 
143. (1) Kull uditur ta’ kumpannija jkollu dritt fiż-żminijiet
kollha jara l-kotba u l-kontijiet u l-vouchers tal-kumpannija u
jkollu dritt li jitlob lill-uffiċjali tal-kumpannija dak it-tagħrif u
tifsir li jidhirlu meħtieġ għall-qadi tad-dmirijiet ta’ l-udituri.
(2) L-udituri ta’ kumpannija jkollhom dritt li jmorru f’kull
laqgħa ġenerali tal-kumpannija u li jirċievu l-avviżi kollha ta’, u
komuniki oħra dwar kull laqgħa ġenerali li kull membru tal-
kumpannija jkollu dritt li jirċievi u li jinstemgħu f’kull laqgħa
ġenerali li fiha jkunu preżenti fuq kull parti tad-diskussjoni tal-
laqgħa li jkollha x’taqsam magħhom bħala udituri.
Prospett annwali.
tagħmel prospett fil-formula murija fir-Raba’ Skeda li tinsab ma’
din l-Ordinanza li juri l-ħwejjeġ fiha speċifikati kif kienu fl-
erbatax-il ġurnata wara d-data tal-laqgħa ġenerali annwali għal dik
is-sena:
Iżda -
(a) kumpannija ma għandhiex bżonn tagħmel prospett
skond dan is-subartikolu sew fis-sena tar-
reġistrazzjoni tagħha jew, jekk ma tkunx meħtieġa bl-
artikolu 112 ta’ din l-Ordinanza li żżomm laqgħa
ġenerali annwali matul is-sena ta’ wara, f’dik is-sena;
(b) meta kumpannija tkun biddlet xi azzjonijiet tagħha fi
stock u tkun irreġistrat il-bdil kif maħsub fis-
subartikolu (2) ta’ l-artikolu 77 ta’ din l-Ordinanza, il-
lista murija fil-paragrafu 3 tar-Raba’ Skeda għandha
tiddikjara l-ammont ta’ stock miżmum minn kull
wieħed mill-membri eżistenti minflok l-ammont ta’
azzjonijiet u l-partikolaritajiet dwar azzjonijiet
meħtieġa minn dak il-paragrafu;
(ċ) il-prospett jista’, f’kull sena, jekk il-prospett għal kull
waħda mis-sentejn li jaħbtu minnufih qabel ikun ta
bħal fid-data ta’ dak il-prospett il-partikolaritajiet
kollha meħtieġa mill-imsemmi paragrafu 3, jagħti biss
dawk l-partikolaritajiet meħtieġa b’dak il-paragrafu li
jirriferixxu għal persuni li ma jibqgħux jew li jsiru
membri sa mid-data ta’ l-aħħar prospett u għall-
azzjonijiet trasferiti sa minn dik id-data jew għal bdil
kif imqabbla ma’ dik id-data fl-ammont ta’ stock
miżmum minn membru.
(2) Il-prospett annwali, komplut kif imiss, għandu jkun iffirmat
minn mill-anqas direttur wieħed tal-kumpannija u mibgħut lir-
Reġistratur għal reġistrazzjoni egħluq tnejn u erbgħin ġurnata wara
l-laqgħa ġenerali annwali għal dik is-sena.
Dokumenti li 
għandu jkun hemm 
mal-prospett 
annwali.
Emendat:
IV. 1991.3.
145. Għandu jkun hemm mal-prospett annwali, li ma jkunx il-
prospett annwali ta’ kumpannija li l-oġġettivi tagħha huma limitati
għall-għanijiet biss ta’ proprjetà , tmexxija, amministrazzjoni jew
tħaddim ta’ vapuri u għal transazzjonijiet anċillari għal dan:
(a) kopja bil-miktub, awtentikata minn mill-anqas direttur
wieħed tal-kumpannija bħala kopja vera, ta’ kull karta
  38      KAP. 168. ħ          SOĊJETAJIETKUMMERĊJALI
tal-bilanċ imqegħda quddiem il-kumpannija f’laqgħa
ġenerali matul iż-żmien li għalih il-prospett jirriferixxi
(magħdud kull dokument meħtieġ bil-liġi li jkun
mehmuż mal-karta tal-bilanċ); u
(b) kopja, awtentikata kif intqal qabel, tar-rapport ta’ l-
udituri dwar, u tar-rapport tad-diretturi li jkun ma’,
kull karta tal-bilanċ bħal dik.
Penali.  146. F’każ ta’ nuqqas milli jiġu mħarsa d-disposizzjonijiet ta’ l-
artikoli 144 u 145 ta’ din l-Ordinanza, kull uffiċjal tal-kumpannija
li jkun fin-nuqqas ikun suġġett għal penali ta’ mhux iżjed minn
ħames liri għal kull ġurnata li matulha n-nuqqas ikompli.
Kumpanniji Privati
Tifsir.  147. (1) Kumpannija privata hija kumpannija li bil-
memorandum jew bl-istatut tagħha -
(a) tillimita d-dritt li tittrasferixxi l-azzjonijiet tagħha; u
(b) tillimita n-numru tal-membri tagħha għal ħamsin; u
(ċ) tipprojbixxi kull stedina lill-pubbliku biex
jissottoskrivi għal xi azzjonijiet jew obbligazzjonijiet
tal-kumpannija. 
(2) Meta żewġ persuni jew iżjed ikollhom azzjoni waħda jew
iżjed flimkien f’kumpannija, huma għandhom, għall-finijiet ta’ dan
l-artikolu, jitqiesu bħala membru wieħed.
Disposizzjonijiet li 
ma jgħoddux għal 
kumpanniji privati.
148. Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 106 u 111 u tas-
subartikoli (1) u (3) ta’ l-artikolu 122 ta’ din l-Ordinanza ma
jgħoddux għal kumpannija privata.
Ħelsien ta’ 
kumpanniji privati 
mill-ħtiġijiet ta’ l-
artikolu 145, eċċ. 
Emendat:
XXVIII. 1979.16
XXIV.1995.362.
149. (1) Kumpannija privata għandha tkun meħlusa mil-
ħtiġijiet imposti bl-artikolu 145 ta’ din l-Ordinanza jekk, iżda biss
jekk -
(a) il-kondizzjonijiet imsemmija fis-subartikolu li jaħbat
sew sew wara dan jiġu mħarsa fid-data tal-prospett u
jkunu ġew imħarsa fiż-żminijiet kollha sa mill-bidu
fis- seħħ ta’ din l-Ordinanza; u
(b) jiġi mibgħut mal-prospett ċertifikat iffirmat minn mill-
anqas direttur wieħed tal-kumpannija illi fl-aħjar
tagħrif u twemmin tiegħu dawk il-kondizzjonijiet
huma u kienu ġew imħarsa kif intqal qabel:
Iżda jekk f’xi żmien jiġi muri illi l-kondizzjonijiet
imsemmija jkunu f’dak iż-żmien ġew imħarsa fil-każ ta’
kumpannija privata, l-imħallef tal-Qorti Ċivili, Prim’ Awla jista’,
fuq talba tal-kumpannija u wara li jisma’ xi wieħed mid-diretturi
tal-kumpannija u lir-Reġistratur, jordna li, dwar kull rapport
annwali ta’ wara tal-kumpannija, ma jkunx meħtieġ li dawk il-
kondizzjonijiet ikunu ġew imħarsa qabel dak iż-żmien, u ċ-
ċertifikati mibgħuta ma’ dawk ir-rapporti għandhom f’dak il-każ
jirriferixxu biss għal perijodu sa minn dak iż-żmien.
(2) Il-kondizzjonijiet imsemmija huma:
SOĊJETAJIETKUMMERĊJALIġ K AP. 168.    39
(a) illi n-numru ta’ persuni li jkollhom obbligazzjonijiet
tal-kumpannija ma jkunx iżjed minn ħamsin; u
(b) illi ebda korp morali ma jkun id-detentur ta’, jew
ikollu xi interess fi, xi azzjonijiet jew obbligazzjonijiet
tal-kumpannija jew ikun direttur tal-kumpannija, u la
l-kumpannija l-anqas xi wieħed mid-diretturi ma jkun
parti fil jew ma jkun jaf b’arranġament li bih il-policy
tal-kumpannija tkun tista’ tiġi deċiża minn persuni li
ma jkunux diretturi, membri jew detenturi ta’
obbligazzjonijiet tagħha.
(3) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu -
(a) azzjonijiet miżmuma minn kumpannija privata oħra li
tkun hija nnifisha meħlusa skond dan l-artikolu ma
għandhomx jiskwalifikaw kumpannija milli tkun ukoll
meħlusa jekk, meħuda l-kumpanniji kollha li ġejjin
flimkien, jiġifieri -
(i) il-kumpannija li l-ħelsien tagħha jkun in
kwistjoni (hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa
"il-kumpannija relattiva");
(ii) kull kumpannija li jkollha azzjonijiet li
għalihom dan il-paragrafu għandu jgħodd biex
jiġi deċiż id-dritt tal-kumpannija relattiva li tkun
meħlusa kif intqal qabel; u
(iii) kull kumpannija oħra meħuda in konsiderazzjoni
għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu biex jiġi deċiż
id-dritt li tkun hekk meħlusa ta’ kull kumpannija
li jkollha xi azzjonijiet bħal dawk kif intqal
qabel,
in-numru totali ta’ persuni li jkollhom azzjonijiet
f’dawk il-kumpanniji ma jkunx iżjed minn ħamsin, il-
kumpanniji nnifishom ma jittiħedx kont tagħhom;
(b) kull interess tal-kumpannija nnifisha f’kull wieħed
mill-azzjonijiet jew obbligazzjonijiet tagħha ma
għandux jittieħed kont tiegħu;
(ċ) meta żewġ persuni jew iżjed ikollhom azzjoni waħda
jew iżjed fi jew obbligazzjoni waħda jew iżjed ta’
kumpannija flimkien, għandhom jitqiesu bħala
membru jew persuna waħda.
(4) Kumpannija li dwarha l-kondizzjonijiet imsemmija fis-
subartikolu (2) ta’ dan l-artikolu jkunu mħarsa u jkunu ġew imħarsa
fiż-żminijiet kollha sa mill-bidu fis-seħħ ta’ din l-Ordinanza jew sa
mill-għoti mill-imħallef tal-Qorti Ċivili, Prim’ Awla ta’ ordni
skond il-proviso tas-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu għandha
wkoll tkun meħlusa mid-disposizzjonijiet tal-paragrafu (a) ta’ l-
artikolu 127 u tal-paragrafi (ii) u (iii) tas-subartikolu (1) ta’ l-
artikolu 141 ta’ din l-Ordinanza.
  40      KAP. 168. ħ          SOĊJETAJIETKUMMERĊJALI
Xoljiment u Stralċ 
Xoljiment ta’ 
kumpanniji. 
150. Kumpannija xxolji -
(a) meta ż-żmien iffissat għad-dewmien tagħha jiskadi;
(b) jekk l-iskop li għalih tkun ġiet imwaqqfa jkun intlaħaq
jew ma jkunx jista’ jintlaħaq;
(ċ) jekk il-kapita1 azzjonarju tal-kumpannija jiġi ridott
taħt il-minimum obbligatorju;
(d) jekk in-numru tas-soċji jiġi ridott għal anqas minn
tnejn u jibqa’ hekk ridott għal iżjed minn sitt xhur;
(e) jekk il-kumpannija tiġi dikjarata falluta;
(f) jekk il-kumpannija tirriżolvi hekk b’riżoluzzjoni
straordinarja;
(g) jekk, fil-fehma tal-qorti, ikun hemm raġunijiet gravi
biżżejjed li jiġġustifikaw ix-xoljiment;
(h) f’dawk il-każijiet l-oħra li għalihom ikun maħsub fil-
memorandum jew fl-istatut.
Avviż ta’ xoljiment 
u sejħa għal laqgħa 
għall-ħatra ta’ 
stralċjarju. 
Emendat: 
XII. 1970.5;
XXIV.1995.362. 
151. (l) Meta kumpannija ixxolji, u fl-ebda każ iktar minn
ħmistax-il ġurnata wara dak ix-xoljiment, id-diretturi għandhom
jikkonsenjaw lir-Reġistratur għar-reġistrazzjoni u pubblikazzjoni
avviż tax-xoljiment:
Iżda meta kumpannija ixxolji b’ordni tal-qorti għandu
jingħata avviż tax-xoljiment kif intqal qabel mir-Reġistratur tal-
Qrati.
(2) Ħlief meta kumpannija xxolji b’riżoluzzjoni meħuda
f’laqgħa ġenerali u stralċjarju jkun maħtur f’dik il-laqgħa, id-
diretturi għandhom isejħu laqgħa ġenerali tal-kumpannija, li
għandha tinżamm mhux iżjed tard minn tletin ġurnata wara d-data
tax-xoljiment, biex jinħatar stralċjarju wieħed jew iżjed.
Ħatra, tneħħija u 
kumpens ta’ 
stralċjarju.
152. (1) L-istralċjarji għandhom jinħatru, u jistgħu jitneħħew
mill-kariga, b’riżoluzzjoni straordinarja meħuda f’laqgħa ġenerali
tal-kumpannija:
Iżda jekk riżoluzzjoni mressqa għall-ħatra ta’ persuna bħala
stralċjarju tonqos li tikseb il-maġġoranza meħtieġa, id-diretturi
għandhom, fi żmien għaxart ijiem milli tkun inżammet il-laqgħa,
jitolbu lill-qorti l-ħatra ta’ stralċjarju, u l-ħatra ssir mill-qorti:
Iżda wkoll stralċjarju, sew maħtur mill-kumpannija sew
mill-qorti, jista’ jitneħħa mill-kariga b’ordni tal-qorti fuq talba,
b’ċitazzjoni magħmula minn membri tal-kumpannija li jkollhom
b’kollox mhux anqas minn minn għaxra waħda tal-kapital
azzjonarju mħallas tal-kumpannija, jekk il-qorti jidhrilha li jkun
hemm raġunijiet biżżejjed li jiġġustifikaw it-tneħħija tiegħu.
(2) Il-kumpens ta’ l-istralċjarju jiġi iffissat mill-kumpannija
f’laqgħa ġenerali, iżda salv id-dritt ta’ l-istralċjarju li jitlob li jiġi
iffissat jew mibdul mill-qorti.
(3) In-nefqat, ħlasijiet u spejjeż li jsiru kif jixraq fl-istralċ,
SOĊJETAJIETKUMMERĊJALIġ K AP. 168.    41
inkluż il-kumpens ta’ l-istralċjarju, għandhom jitħallsu mill-attiv
tal-kumpannija qabel id-drittijiet l-oħra kollha.
Avviż ta’ ħatra ta’ 
stralċjarju.
153. L-istralċjarju għandu, fi żmien erbatax-il ġurnata wara l-
ħatra tiegħu, jikkonsenja lir-Reġistratur għar-reġistrazzjoni u
pubblikazzjoni avviż tal-ħatra tiegħu.
Penali.
151, 152 u 153 ta’ din l-Ordinanza, kull direttur jew stralcjarju,
skond il-każ, li jkun fin-nuqqas jeħel penali ta’ mhux iżjed minn
żewġ liri għal kull ġurnata li fiha jkompli in-nuqqas.
Setgħat tad-
diretturi u sejħa ta’ 
laqgħat ġenerali.
155. (1) Sakemm jiġi maħtur stralċjarju, id-diretturi jkollhom
setgħa li jagħmlu dawk l-atti biss li jkunu ta’ amministrazzjoni
ordinarja.
 (2) Mal-ħatra ta’ stralċjarju, is-setgħat kollha tad-diretturi
jieqfu. 
(3) Wara l-ħatra ta’ stralcjarju laqgħa ġenerali tal-kumpannija
tista’ tissejjaħ mill-istralċjarju jew stralċjarji fil-kariga, jew, jekk
il-kariga tkun vaganti, minn kull membru tal-kumpannija, bil-mod
maħsub f’din l-Ordinanza jew fl-istatut.
Applikabbiltà  ta’ l-
artikoli 43, 44 u 
tas-subartikolu (1) 
ta’ l-artikolu 45.
156. Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 43 u 44 u tas-subartikolu
(1) ta’ l-artikolu 45 ta’ din l-Ordinanza għandhom jgħoddu għall-
istralċ ta’ kumpannija bis-sostituzzjoni ta’ riferenzi għad-diretturi
minflok riferenzi għas-soċji li jkollhom l-amministrazzjoni tas-
soċjetà  msemmija fl-artikolu 43, u bis-sostituzzjoni ta’ riferenzi
għal riżoluzzjoni straordinarja meħuda mill-kumpannija f’laqgħa
ġenerali minflok riferenzi għal soċji msemmija fl-artikolu 44, u bis-
sostituzzjoni ta’ riferenzi għal membri minflok riferenzi għal soċji
li hemm fis-subartikolu (1) ta’ l-artikolu 45.
Sejħa għal ħlas ta’ 
kapital azzjonarju 
mhux imħallas.
157. (1) Meta l-attiv ta’ kumpannija ma jkunx biżżejjed biex
jitħallas il-passiv l-istralċjarju jista’ jagħmel sejħat lill-membri
kollha jew lil xi wħud minnhom għall-ħlas ta’ kull kapital
azzjonarju mhux imħallas tal-kumpannija li jidhirlu meħtieġ biex
jitħallas id-dejn u l-passiv tal-kumpannija, u n-nefqat, ħlasijiet u
spejjeż ta’ l-istralċ, u għall-aġġustament tad-drittijiet tal-membri
bejnithom; u meta jagħmel sejħa l-istralċjarju jista’ jieħu kont illi
xi wħud mill-membri jistgħu jonqsu f’parti jew għal kollox milli
jħallsu s-sejħa.
Kap. 12.
(2) L-istralċarju jista’, wara li juri lista awtentikata minnu ta’ l-
ismijiet tal-membri li għandhom iħallsu xi sejħa u ta’ l-ammonti li
għandhom jagħtu kull wieħed minnhom, jitlob lill-qorti l-
esekuzzjoni ta’ kull sejħiet bħal dawn b’kull mezz imsemmi fil-
paragrafi (a), (b) u (d) ta’ l-artikolu 273 tal-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.
(3) Meta ssir sejħa skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu,
il-persuna li jkollha tagħti xi somma għandha tħallas l-imgħax
fuqha mill-ġurnata iffissata għall-ħlas saż-żmien tal-ħlas effettiv
bir-rata ta’ sitta fil-mija fis-sena.
  42      KAP. 168. ħ          SOĊJETAJIETKUMMERĊJALI
Dmirijiet ta’ 
stralċjarju meta l-
istralċ idum iżjed 
minn sena.
158. (1) Fil-każ li l-istralċ idum iżjed minn sena, l-istralċjarju
għandu jsejjaħ laqgħa ġenerali tal-kumpannija fit-tmiem ta’ l-
ewwel sena mill-bidu ta’ l-istralċ, u ta’ kull sena li tiġi wara, u
għandu jqiegħed quddiem il-laqgħa rendikont ta’ kull ma jkun
għamel u tat-tmexxija ta’ l-istralċ matul is-sena ta’ qabel.
(2) Jekk l-istralċjarju jonqos milli jħares id-disposizzjonijiet
ta’ dan l-artikolu, jeħel penali ta’ mhux iżjed minn għaxar liri dwar
kull nuqqas.
Dmirijiet ta’ 
stralċjarju meta l-
istralċ jitlesta għal 
kollox.
159. (1) Malli n-negozju tal-kumpannija jiġi stralċjat l-
istralċjarju għandu jagħmel rendikont ta’ l-istralċ u ta’ l-irċevuti u
ħlasijiet tiegħu u għandu jagħmel proġett ta’ tqassim li juri l-
ammont dovut dwar kull azzjoni mill-attiv tal-kumpannija.
(2) L-istralċjarju għandu jara illi r-rendikont jiġi verifikat minn
uditur jew udituri maħtura mill-kumpannija f’laqgħa ġenerali, u
għandu, kif ir-rendikont ikun verifikat, isejjaħ laqgħa ġenerali tal-
kumpannija biex iqiegħed quddiemha r-rendikont, il-proġett ta’
tqassim u r-rapport ta’ l-udituri u biex jagħti kull tifsir fuqu.
(3) Fi żmien ġimgħa wara l-laqgħa l-istralċarju għandu jibgħat
lir-Reġistratur għar-reġistrazzjoni kopja tar-rendikont u tal-proġett
ta’ tqassim iffirmata minnu, flimkien mar-rapport ta’ l-udituri, u
għandu jagħtih rapport tal-laqgħa u tad-data tagħha:
Iżda, jekk ma jkunx hemm quorum fil-laqgħa, l-istralċjarju
għandu, minflok ir-rapport hawn imsemmi qabel, jagħti rapport illi
l-laqgħa ġiet imsejħa kif imiss u illi ma kienx hemm quorum fiha.
(4) Jekk l-istralċjarju jonqos milli jħares il-ħtiġijiet tas-
subartikolu (3) ta’ dan l-artikolu, jeħel penali ta’ mhux iżjed minn
ħames liri għal kull ġurnata li fiha jitkompla n-nuqqas.
Approvazzjoni tar-
rendikont u proġett 
ta’ tqassim.
160. Ir-rendikont u l-proġett ta’ tqassim magħmula u verifikati
skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu li jaħbat sew sew qabel dan
għandhom jitqiesu li kienu approvati mill-membri kollha tal-
kumpannija jekk ma ssirx opposizzjoni għal hekk, b’ċitazzjoni,
minn xi membru tal-kumpannija, fi żmien tliet xhur mid-data li fiha
kopja tagħhom tkun ġiet konsenjata lir-Reġistratur kif maħsub fis-
subartikolu (3) ta’ l-aħħar artikolu li jaħbat qabel dan.
Isem tal-
kumpannija 
għandu jitħassar 
mir-reġistru.
161. (1) Meta jiġu approvati r-rendikont u l-proġett ta’ tqassim
l-istralċjarju għandu jikkonsenja lir-Reġistratur għar-reġistrazzjoni
avviż ta’ dik l-approvazzjoni u r-Reġistratur għandu wara dan
iħassar l-isem tal-kumpannija mir-reġistru.
(2) L-istralċjarju għandu, flimkien ma’ l-avviż imsemmi,
jikkonsenja l-kotba u d-dokumenti l-oħra tal-kumpannija lir-
Reġistratur, li għandu jżommhom għal żmien għaxar snin mid-data
li fiha l-isem tal-kumpannija jkun ġie mħassar mir-reġistru.
SOĊJETAJIETKUMMERĊJALIġ K AP. 168.    43
TAQSIMA VI
TIBDIL U GĦAQDA TA’ SOĊJETAJIET
Tibdil ta’ 
soċjetajiet.
162. (1) Soċjetà  tista’, billi tħares il-ħtiġijiet stabbiliti għall-
formazzjoni tax-xorta ta’ soċjetà  li fiha tkun ser tiġi mibdula, tiġi
mibdula f’soċjetà  ta’ dik ix-xorta.
(2) Meta s-soċjetà  li tkun ser tinbidel tkun jew f’isem kollettiv
jew in akkomandita l-bidla tista’ ssir biss bil-kunsens tas-soċji
kollha: 
Iżda meta soċju akkomandant wieħed jew iżjed li jkollu
b’kollox mhux iżjed minn kull erbgħa waħda mill-kontribuzzjoni
totali tas-soċji akkomandanti, jew minn għaxra waħda tal-kapital
azzjonarju tas-soċjetà , ma jkunx ta l-kunsens tiegħu, is-soċjetà
jkollha jedd, għall-finijiet tal-bdil, li tillikkwida u tagħti lura lis-
soċju kuntrarju l-interess tiegħu fis-soċjetà  jew li tifdi l-azzjonijiet
miżmuma minnu b’dawk il-kondizzjonijiet li jiġu miftehma jew kif
il-qorti, fuq talba jew tas-soċjetà  jew tas-soċju akkomandant,
jidhrilha xieraq li tordna.
(3) Meta s-soċjetà  li tkun ser tinbidel tkun kumpannija, it-tibdil
jista’ jsir biss jekk ikun ġie approvat b’riżoluzzjoni straordinarja
meħuda f’laqgħa ġenerali tal-kumpannija; u l-kumpannija jkollha
dritt għall-iskopijiet tal-bdil, li tifdi l-azzjonijiet miżmuma mill-
membri kuntrarji b’dawk il-kondizzjonijiet li jiġu miftehma jew li
l-qorti, fuq talba jew tal-kumpannija jew tal-membri kuntrarji,
jidhrilha xieraq li tordna.
Għaqda ta’ 
soċjetajiet. 
163. Id-disposizzjonijiet tas-subartikoli (2) u (3) ta’ l-artikolu
162 ta’ din l-Ordinanza għandhom jgħoddu għall-għaqda ta’ xi
żewġ soċjetajiet jew iżjed, sew jekk din l-għaqda ssir bil-
formazzjoni ta’ soċjetà  ġdida jew b’fużjoni ta’ soċjetà  waħda jew
iżjed f’soċjetà  oħra eżistenti, bis-sostituzzjoni ta’ riferenzi għal
għaqda minflok riferenzi għal bdil.
Reġistrazzjoni tal-
bdil jew għaqda ta’ 
soċjetajiet.
164. (1) Ir-riżoluzzjoni li tapprova l-bdil jew l-għaqda ta’
soċjetajiet flimkien mad-dokumenti li jagħtu effett għar-
riżoluzzjoni, jew kopja awtentika tagħhom, għandhom jiġu
konsenjati għar-reġistrazzjoni u pubblikazzjoni lir-Reġistratur li,
meta jkun soddisfatt illi l-ħtiġijiet ta’ l-artikolu 162 jew l-artikolu
163 ta’ din l-Ordinanza, skond il-każ, ikunu ġew imħarsa, għandu
jirreġistraha.
(2) Il-konsenja msemmija qabel għandha ssir minn xi wieħed
mis-soċji jew diretturi tas-soċjetà  ġdida jew tas-soċjetà  li ser
tkompli sseħħ, skond il-każ.
Meta s-soċjetà  
tieqaf milli teżisti 
wara bdil jew 
għaqda.
Sostitwit:
I. 1965.10.
165. Mal-bdil jew l-għaqda ta’ soċjetà  waħda jew iżjed li jkun
sar effettiv jew permezz ta’ l-iskadenza tal-perijodu msemmi fl-
artikolu 167 jew, meta ssir oppożizzjoni skond dak l-artikolu,
b’deċiżjoni tal-qorti, ir-Reġistratur għandu, meta soċjetà  tieqaf
milli teżisti, iħassar l-isem tas-soċjetà  mir-reġistru u, meta ċ-
ċirkostanzi hekk jitolbu joħroġ ċertifikat ta’ reġistrazzjoni mibdul
biex jissodisfa ċ-ċirkostanzi tal-każ; u meta bdil jew għaqda li tkun
ġiet reġistrata skond dan l-artikolu ssir mhux effettiva b’deċiżjoni
  44      KAP. 168. ħ          SOĊJETAJIETKUMMERĊJALI
tal-qorti skond l-artikolu 167, ir-Reġistratur għandu jemenda r-
reġistrazzjoni skond hekk.
Soċji 
b’responsabbiltà  
illimitata jibqgħu 
marbuta jekk il-
kredituri ma 
jagħtux kunsens 
għall-bdil.
166. Il-bdil ta’ soċjetà  ma jeħlisx lis-soċji li jkollhom
responsabbiltà  illimitata mir-responsbbiltà  għall-obbligi tas-soċjetà
meħuda qabel ir-reġistrazzjoni tal-bdil jekk ma jiġix pruvat illi l-
kredituri tas-soċjetà  jkunu taw il-kunsens tagħhom għall-bdil.
Drittijiet ta’ 
kredituri li jopponu 
bdil jew għaqda.
Emendat: 
XI. 1977.2.
167. (1) Il-bdil jew l-għaqda ta’ żewġ soċjetajiet jew iżjed ma
tibdiex isseħħ qabel tliet xhur mid-data tal-pubblikazzjoni tad-
dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu (ċ) tas-subartikolu (1) ta’ l-
artikolu 192 ta’ din l-Ordinanza dwar l-att li jeffettwa dak il-bdil
jew għaqda.
(2) Matul iż-żmien imsemmi qabel ta’ tliet xhur kull kreditur
tas-soċjetà  li d-dejn tagħha kien qabel ir-reġistrazzjoni tal-bdil jew
għaqda jista’ b’ċitazzjoni jopponi ruħu għall-bdil jew għaqda, u,
jekk juri raġuni tajba il-għaliex m’għandhiex iseħħ, il-qorti
għandha jew tilqa’ l-oppożizzjoni jew tħalli li jsir il-bdil jew
għaqda wara li tingħata sigurtà  biżżejjed.
Soċjetà  li tkompli 
jew soċjetà  ġdida 
tidħol flok is-
soċjetà  li tieqaf 
milli teżisti.
168. Soċjetà  li ser tkompli jew, meta minħabba għaqda tiġi
formata soċjetà  ġdida, is-soċjetà  l-ġdida tidħol fid-drittijiet u fir-
responsabbiltajiet kollha tas-soċjetà  jew soċjetajiet li jieqfu milli
jeżistu.
TAQSIMA VII
 ASSOĊJAZZJONI IN PARTEĊIPAZZJONI
Tifsir. 169. Assoċjazzjoni in parteċipazzjoni hija kuntratt li bih
persuna iċċedi lil persuna oħra, għal kumpens kontribwit minn din
l-aħħar persuna, sehem mill-qligħ u telf ta’ negozju jew ta’
operazzjoni kummerċjali waħda jew iżjed.
Kunsens ta’ l-
assoċjati meħtieġ 
biex jidħlu 
assoċjati oħra.
170. Salv kull ftehim kuntrarju, l-assoċjant ma jistax ikollu
assoċjati oħra fl-istess negozju jew operazzjonijiet mingħajr il-
kunsens ta’ l-assoċjati tiegħu.
Relazzjonijiet tal-
partijiet mat-terzi u 
bejniethom.
171. (1) Dwar it-terzi l-proprjetà  ta’, jew drittijiet oħra fuq, xi
ħaġa kontribwita minn assoċjat għandha tibqa’ ta’ l-assoċjant.
(2) Fir-relazzjonijiet tal-partijiet bejniethom, salv kull ftehim
illi ħaġa kontribwita għandha tiġi mogħtija lura in natura, l-
assoċjat, kif tispiċċa l-assoċjazzjoni, ikollu dritt għar-radd lura tal-
valur tal-kontribuzzjoni tiegħu.
L-assoċjant biss 
jikseb drittijiet u 
jassumi obbligi.
172. It-terzi għandhom jiksbu d-drittijiet u jidħlu fl-obbligi
kontra u favur l-assoċjant biss.
Drittijiet ta’ l-
assoċjant u ta’ 
assoċjati.
173. L-amministrazzjoni tan-negozju jew ta’ l-operazzjonijiet li
dwarhom l-assoċjazzjoni kienet formata għandha tkun biss f’idejn
l-assoċjant:
SOĊJETAJIETKUMMERĊJALIġ K AP. 168.    45
Iżda l-assoċjat jista’, meta jkun hekk miftiehem u safejn
miftiehem, jissorvelja dak in-negozju jew operazzjonijiet:
Iżda wkoll l-assoċjat għandu, fil-każijiet kollha, id-dritt
għal rendikont ta’ kull operazzjoni li tkun seħħet u, meta l-
assoċjazzjoni tkompli għal iżjed minn sena, għal rendikont annwali
ta’ l-amministrazzjoni tan-negozju jew operazzjonijiet li dwarhom
tkun ġiet formata l-assoċjazzjoni.
Responsabbiltà  ta’ 
assoċjat.
174. Jekk ma jkunx miftiehem xort’oħra, l-assoċjat għandu jbati
t-telf fl-istess proporzjon li huwa jieħu mill-qligħ, u r-
responsabbiltà  tiegħu tkun limitata għal kontribuzzjoni tiegħu.
Ftehim permess 
bejn il-partijiet. 
175. Salvi d-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli ta’ qabel,
assoċjazzjoni in parteċipazzjoni tista’ tiġi formata b’dak il-mod,
f’dawk il-proporzjonijiet ta’ interess u b’dawk il-kondizzjonijiet
miftehma mill-partijiet.
Ebda formalitajiet 
ma huma meħtieġa 
għal assoċjazzjoni 
in parteċipazzjoni.
176. Ma jinħtieġ ebda dokument bil-miktub għal assoċjazzjoni
in parteċipazzjoni u dawn l-assoċjazzjonijiet ma humiex suġġetti
għall-formalitajiet stabbiliti dwar soċjetajiet.
TAQSIMA VIII
SOĊJETAJIET IMWAQQFA JEW REĠISTRATI BARRA MINN MALTA
Disposizzjonijiet dwar it-twaqqif tal-post tan-negozju f’Malta
Applikazzjoni ta’ l-
artikoli 178 sa 182.
177. Il-ħames artikoli li jaħbtu sew sew wara dan għandhom
jgħoddu għall-kumpanniji kollha reġistrati jew inkorporati barra
minn Malta (hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa "kumpanniji ta’
barra minn Malta") li, wara l-bidu fis-seħħ ta’ din l-Ordinanza,
iwaqqfu post tan-negozju f’Malta jew li kienu, qabel il-bidu fis-
seħħ ta’ din l-Ordinanza, waqqfu post tan-negozju f’Malta u
jkomplu jkollhom post tan-negozju f’Malta fil-bidu fis-seħħ ta’ din
l-Ordinanza.
Dokumenti eċċ., li 
għandhom jiġu 
konsenjati minn 
kumpanniji ta’ 
barra minn Malta li 
jmexxu negozju 
f’Malta.
178. (1) Kumpanniji ta’ barra minn Malta li, wara l-bidu fis-
seħħ ta’ din l-Ordinanza, iwaqqfu post tan-negozju f’Malta
għandhom, egħluq xahar mit-twaqqif tal-post tan-negozju,
jikkonsenjaw lir-Reġistratur għal reġistrazzjoni u pubblikazzjoni -
(a) kopja awtentika taċ-charter, statuti jew memorandum u
artikoli tal-kumpannija jew dokument ieħor li
jikkostitwixxi jew li jfisser il-kostituzzjoni tal-
kumpannija, u, jekk id-dokument ma jkunx miktub bl-
ilsien Ingliż jew Malti, traduzzjoni awtentikata tiegħu
f’xi waħda minn dawn l-ilsna;
(b) lista tad-diretturi u s-segretarju, jekk ikun hemm, tal-
kumpannija flimkien mal-partikolaritajiet li ġejjin,
jiġifieri:
(i) fil-każ ta’ individwu, ismu u kunjomu, l-indirizz
tar-residenza tas-soltu tiegħu, in-nazzjonalità
  46      KAP. 168. ħ          SOĊJETAJIETKUMMERĊJALI
tiegħu u l-okkupazzjoni ta’ xogħol tiegħu, jekk
ikollu, jew, jekk ma jkollu ebda okkupazzjoni
ta’ xogħol, partikolaritajiet ta’ kull post ta’
direttur li jista’ jkollu; u
(ii) fil-każ ta’ għaqda korporata, l-isem reġistrat jew
korporat tagħha u l-uffiċċju reġistrat jew
prinċipali; 
(ċ) l-ismijiet u l-indirizzi ta’ xi persuna waħda jew iżjed
residenti f’Malta awtorizzati li jirrappreżentaw lill-
kumpannija f’Malta.
(2) Kumpanniji ta’ barra minn Malta li kienu, qabel il-bidu fis-
seħħ ta’ din l-Ordinanza, waqqfu post tan-negozju f’Malta u
jkomplu jkollhom post tan-negozju mwaqqaf f’Malta fil-bidu fis-
seħħ ta’ din l-Ordinanza għandhom jikkonsenjaw lir-Reġistratur
għal reġistrazzjoni u pubblikazzjoni d-dokumenti u l-
partikolartijiet speċifikati skond il-paragrafi (a), (b) u (ċ) tas-
subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu egħluq tliet xhur mill-bidu fis-
seħħ ta’ din l-Ordinanza.
Prospett li għandu 
jiġi konsenjat minn 
kumpannija ta’ 
barra minn Malta 
meta dokumenti 
eċċ., jitbiddlu.
179. Jekk isir xi tibdil fi -
(a) iċ-charter, statuti jew memorandum u artikoli ta’
kumpannija ta’ barra minn Malta jew xi dokument bħal
dan kif intqal qabel; jew
(b) id-diretturi jew segretarju ta’ kumpannija ta’ barra
minn Malta jew il-partikolaritajiet li hemm fil-lista
tad-diretturi u segretarju; jew
(ċ) l-ismijiet jew l-indirizzi tal-persuni awtorizzati li
jirrappreżentaw kumpannija ta’ barra minn Malta
f’Malta, 
il-kumpannija għandha, egħluq xahar minn xi tibdil bħal dan,
tikkonsenja lir-Reġistratur għal reġistrazzjoni u pubblikazzjoni
prospett li jkun fih il-partikolaritajiet tat-tibdil, iffirmat minn
direttur, segretarju jew uffiċjal ieħor awtorizzat tal-kumpannija.
Kontijiet ta’ 
kumpannija ta’ 
barra minn Malta.
Sostitwit:
I. 1965.11.
180. (1) Kull kumpannija ta’ barra minn Malta għandha, kull
sena skond il-kalendarju, tagħmel u tikkonsenja lir-Reġistratur
għar-reġistrazzjoni karta tal-bilanċ u kont tal-qligħ u telf f’dik il-
forma, u li jkun fihom dawk il-partikolaritajiet u li jinkludu dawk
id-dokumenti li, skond id-disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza, id-
diretturi kienu, kieku l-kumpannija kienet kumpannija reġistrata
skond din l-Ordinanza, ikunu meħtieġa li jagħmlu u jqegħdu
quddiem il-kumpannija f’laqgħa ġenerali:
Iżda r-Reġistratur jista’ jaċċetta għar-reġistrazzjoni karta
tal-bilanċ u kont tal-qligħ u telf preparati fil-forma meħtieġa skond
il-liġi tal-post tar-reġistrazzjoni jew inkorporazzjoni tal-
kumpannija jekk, fil-fehma tiegħu, dawk il-kontijiet jagħtu
sostanzjalment l-istess tagħrif bħal, jew tagħrif aktar minn, dak
meħtieġ li jingħata fil-kontijiet imsemmija fl-artikolu 135 ta’ din l-
Ordinanza.
(2) Għalkemm il-karta tal-bilanċ u l-kont tal-qligħ u telf
preparati fil-forma meħtieġa skond il-liġi tal-post tar-reġistrazzjoni
SOĊJETAJIETKUMMERĊJALIġ K AP. 168.    47
jew inkorporazzjoni tal-kumpannija ma jagħtux sostanzjalment
daqstant tagħrif kif meħtieġ fil-kontijiet imsemmija fl-artikolu 135
ta’ din l-Ordinanza, ir-Reġistratur jista’, fid-diskrezzjoni assoluta
tiegħu, b’danakollu jiftiehem li jaċċetta dawk il-kontijiet għar-
reġistrazzjoni skond is-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu; iżda f’dak
il-każ, suġġett kif provdut bis-subartikolu (4) ta’ dan l-artikolu, il-
kumpannija għandha wkoll tikkonsenja lir-Reġistratur għar-
reġistrazzjoni -
(a) kont tal-qligħ u telf magħmul kemm jista’ jkun fil-
forma u li jkollu l-partikolaritajiet meħtieġa bl-artikolu
135 ta’ din l-Ordinanza u li jagħti idea tajba u xierqa
tal-qligħ u telf, matul il-perijodu li għalih jirreferixxi,
fuq ix-xogħol tal-kumpannija f’Malta bħallikieku dak
ix-xogħol ikun ġie magħmul minn kumpannija
separata formata f’Malta skond din l-Ordinanza;
(b) dikjarazzjoni, skond kif fit-temm tal-perijodu li għalih
il-kont tal-qligħ u telf imsemmi fil-paragrafu (a) ta’
dan is-subartikolu jirreferixxi, li turi l-attiv tal-
kumpannija li jkun qiegħed lokalment f’Malta
klassifikat divrenzjat u valutat skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 135 u t-Taqsima I tat-
Tielet Skeda li tinsab ma’ din l-Ordinanza, u x-xorta u
l-ammont ta’ l-addebitar speċifiku fuq dak l-attiv; u
(ċ) rapport dwar il-kont u d-dikjarazzjoni msemmija fil-
paragrafi ta’ qabel ta’ dan is-subartikolu minn uditur
kwalifikat skond l-artikolu 141 ta’ din l-Ordinanza li
jgħid li fil-fehma tiegħu u fl-aħjar tagħrif tiegħu l-
kontijiet u d-dikjarazzjonijiet huma skond il-kotba u r-
records tal-kumpannija u jagħtu t-tagħrif meħtieġ
b’din l-Ordinanza bil-mod fiha meħtieġ u jagħtu idea
tajba u xierqa tal-ħwejjeġ fihom imsemmija:
Iżda dan is-subartikolu ma japplikax għal kumpannija li
f’xi żmien għamlet f’Malta xi stedina lill-pubbliku biex jikseb xi
azzjonijiet jew obbligazzjonijiet tagħha jew biex jiddepożita flus
magħha.
(3) Fil-kont ta’ qligħ u telf imsemmi fil-paragrafu (a) tas-
subartikolu (2) ta’ dan l-artikolu, il-kumpannija jkollha dritt li
tagħmel dak it-tqassim u li żżid dawk in-noti u tifsiriet li jkunu, fil-
fehma tagħha, meħtieġa jew mixtieqa sabiex jagħtu idea tajba u
xierqa dwar il-qligħ u telf tax-xogħlijiet tagħha f’Malta u għal dan
l-iskop tista’ taddebita rata raġonevoli ta’ imgħax fuq il-kapital
impjegat f’Malta.
(4) Għalkemm ir-Reġistratur jaqbel li jaċċetta karta tal-bilanċ u
kont tal-qligħ u telf skond is-subartikolu (2) ta’ dan l-artikolu jista’
jirrinunzja għat-tħaris tal-paragrafi (a), (b) u (ċ) ta’ dak is-
subartikolu jew ta’ xi wieħed minn dawk il-paragrafi jekk ikun
sodisfatt li t-tħaris tagħhom ikun imprattikabbli wara li jittieħed
kont tax-xorta tax-xogħlijiet tal-kumpannija f’Malta.
(5) Jekk xi dokument bħal dak kif imsemmi fis-subartikoli ta’
qabel dan ma jkunx miktub bil-lingwa Maltija jew Ingliża għandu
jiġi mwaħħal miegħu traduzzjoni awtentikata tiegħu f’xi waħda
  48      KAP. 168. ħ          SOĊJETAJIETKUMMERĊJALI
minn dawk il-lingwi.
Obbligi oħra ta’ 
kumpannija ta’ 
barra minn Malta.
181. Kull kumpannija ta’ barra minn Malta għandha -
(a) f’kull prospett li jistieden sottoskrizzjonijiet għall-
azzjonijiet jew obbligazzjonijiet tagħha f’Malta
tiddikjara l-pajjiz li fiha l-kumpannija tkun reġistrata
jew inkorporata; u
(b) tara li l-isem tal-kumpannija u tal-pajjiż li fih il-
kumpannija tkun reġistrata jew inkorporata jiġi
dikjarat b’ittri leġibbli fl-ittri kollha tan-negozju,
katalogi tan-negozju u ċirkolari tan-negozju tal-
kumpannija.
Penalitajiet.  182. Jekk kumpannija ta’ barra minn Malta tonqos milli tħares
xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ din it-Taqsima ta’ din
l-Ordinanza, kull uffiċjal jew aġent tal-kumpannija li jkun fin-
nuqqas jeħel penali ta’ mhux iżjed minn ħamsin lira, jew, fil-każ ta’
reat permanenti, ħames liri għal kull ġurnata li matulha n-nuqqas
ikompli.
Applikazzjoni ta’ l-
artikoli 184 sa 187.
183. L-erba’ artikoli li jaħbtu sew sew wara dan għandhom
jgħoddu għas-soċjetajiet kollha, li ma jkunux kumpanniji,
kostitwiti barra minn Malta u li jkollhom personalità  legali distinta
minn dik tal-membri tagħhom (hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa
"soċjetajiet ta’ barra minn Malta") li, wara l-bidu fis-seħħ ta’ din l-
Ordinanza, iwaqqfu post tan-negozju f’Malta jew li kienu, qabel il-
bidu fis-seħħ ta’ din l-Ordinanza, waqqfu post tan-negozju f’Malta
u jkomplu jkollhom post tan-negozju f’Malta fil-bidu fis-seħħ ta’
din l-Ordinanza.
Dokumenti li 
għandhom jiġu 
konsenjati minn 
soċjetajiet ta’ barra 
minn Malta li 
jmexxu negozju 
f’Malta.
184. (1) Is-soċjetajiet ta’ barra minn Malta li, wara l-bidu fis-
seħħ ta’ din l-Ordinanza, iwaqqfu post tan-negozju f’Malta,
għandhom, egħluq xahar mit-twaqqif tal-post tan-negozju,
jikkonsenjaw lir-Reġistratur għal reġistrazzjoni u pubblikazzjoni -
(a) kopja awtentika tad-dokument li jikkostitwixxi jew
ifisser il-kostituzzjoni tas-soċjetà , u, jekk id-dokument
ma jkunx miktub bl-ilsien Ingliż jew Malti, traduzzjoni
awtentikata tiegħu f’xi waħda minn dawn l-ilsna;
(b) lista tal-persuni li tkun mogħtija lilhom l-
amministrazzjoni jew ir-rappreżentanza tas-soċjetà , u,
dwar kull persuna bħal dik, isimha u kunjomha, l-
indirizz tar-residenza tas-soltu tagħha, in-nazzjonalità
tagħha u l-okkupazzjoni ta’ xogħol tagħha, jekk
ikollha;
(ċ) l-ismijiet u l-indirizzi ta’ xi persuna waħda jew iżjed
residenti f’Malta awtorizzata li tirrappreżenta s-soċjetà
f’Malta.
(2) Is-soċjetajiet ta’ barra minn Malta li kienu, qabel il-bidu
fis-seħħ ta’ din l-Ordinanza, waqqfu post tan-negozju f’Malta u
jkomplu jkollhom post tan-negozju mwaqqaf f’Malta fil-bidu fis-
seħħ ta’ din l-Ordinanza għandhom jikkonsenjaw lir-Reġistratur
għal reġistrazzjoni u pubblikazzjoni d-dokumenti u l-
partikolaritajiet speċifikati skond il-paragrafi (a), (b) u (ċ) tas-
SOĊJETAJIETKUMMERĊJALIġ K AP. 168.    49
subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu, egħluq tliet xhur mill-bidu fis-
seħħ ta’ din l-Ordinanza.
Prospett li għandu 
jiġi konsenjat minn 
soċjetajiet ta’ barra 
minn Malta meta 
dokumenti, eċċ., 
jitbiddlu.
185. Jekk isir xi tibdil fi -
(a) id-dokument li jikkostitwixxi jew ifisser il-
kostituzzjoni ta’ soċjetà  ta’ barra minn Malta; jew
(b) il-persuni li jkollhom l-amministrazzjoni jew ir-
rappreżentanza ta’ soċjetà  ta’ barra minn Malta jew il-
partikolaritajiet li hemm fil-lista ta’ dawk il-persuni;
jew
(ċ) l-ismijiet jew l-indirizzi tal-persuni awtorizzati li
jirrappreżentaw soċjetà  ta’ barra minn Malta f’Malta,
is-soċjetà  għandha, egħluq xahar minn xi tibdil bħal dan,
tikkonsenja lir-Reġistratur għal reġistrazzjoni u pubblikazzjoni
prospett li jkun fih il-partikolaritajiet tat-tibdil iffirmat minn
persuna li jkollha r-rappreżentanza tas-soċjetà .
Obbligi oħra ta’ 
soċjetajiet ta’ barra 
minn Malta.
186. Kull soċjetà  ta’ barra minn Malta għandha tara li l-isem
tas-soċjetà  u tal-pajjiż li fih is-soċjetà  tkun kostitwita jiġi dikjarat
b’ittri leġibbli fl-ittri kollha tan-negozju, katalogi tan-negozju u
ċirkolari tan-negozju tas-soċjetà .
 Penalitajiet. 
waħda mid-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ din it-Taqsima ta’ din l-
Ordinanza, il-persuni kollha li jmexxu n-negozju fl-isem tas-
soċjetà  jkunu personalment u in solidum responsabbli għan-
negozju tagħhom ma’ terzi persuni li jaġixxu in bona fede.
Prospetti 
Datar tal-prospett u 
partikolaritajiet li 
għandu jkollu fih.
188. (1) Ħadd ma jkun  jista’ joħroġ, jiċċirkola  jew iqassam
f’Malta xi prospett li joffri għal azzjonijiet ta’ sottoskrizzjoni fi jew
obbligazzjonijiet ta’ kumpannija reġistrata jew inkorporata jew li
tkun ser tiġi reġistrata jew inkorporata barra minn Malta, sew jekk
il-kumpannija tkun waqqfet sew jekk le, jew meta tkun kostitwita
tkun ser twaqqaf jew le, post tan-negozju f’Malta kemm-il darba l-
prospett ma jkunx datat u -
(a) ma jkollux fih partikolaritajiet dwar il-ħwejjeġ li
ġejjin: 
(i) id-dokument li jikkostitwixxi jew ifisser il-
kostituzzjoni tal-kumpannija;
(ii) il-liġijiet, jew disposizzjonijiet li jkollhom saħħa
ta’ liġi, li bihom jew bis-saħħa tagħhom ir-
reġistrazzjoni jew inkorporazzjoni tal-
kumpannija kienet seħħet;
(iii) indirizz f’Malta fejn l-imsemmi dokument,
liġijiet jew disposizzjonijiet, jew kopji tagħhom,
u, jekk l-istess ma jkunux bl-ilsien Ingliż jew
Malti, traduzzjoni awtentikata tagħhom f’xi
waħda minn dawn l-ilsna, jistgħu jiġu
spezzjonati;
(iv) id-data li fiha u l-pajjiż li fih il-kumpannija
  50      KAP. 168. ħ          SOĊJETAJIETKUMMERĊJALI
kienet reġistrata jew inkorporata;
(v) jekk il-kumpannija tkunx waqqfet post tan-
negozju f’Malta, u, jekk hekk, l-indirizz ta’ l-
uffiċċju prinċipali f’Malta;
(b) bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, ma
jiddikjarax il-ħwejjeġ speċifikati fit-Taqsima I tat-
Tieni Skeda li tinsab ma’ din l-Ordinanza u ma jurix
ir-rapporti speċifikati fit-Taqsima II ta’ dik l-Iskeda:
Iżda d-disposizzjonijiet tas-sub-paragrafi (i), (ii) u (iii) tal-
paragrafu (a) ta’ dan is-subartikolu ma għandhomx jgħoddu fil-każ
ta’ prospett maħruġ iżjed minn sentejn wara d-data li fiha l-
kumpannija jkollha dritt tibda n-negozju, u, fl-applikazzjoni tat-
Taqsima I tat-Tieni Skeda għall-finijiet ta’ dan is-subartikolu, il-
paragrafu 2 tagħha jkollu seħħ bis-sostituzzjoni, għar-riferenza
għall-artikoli, ta’ riferenza għall-kostituzzjoni tal-kumpannija.
(2) Kull kondizzjoni li teħtieġ jew torbot applikant għal
azzjonijiet jew obbligazzjonijiet li jirrinunzja għat-tħaris ta’ xi
htieġa imposta bis-saħħa tal-paragrafu (a) jew (b) tas-subartikolu
ta’ qabel dan, jew li turi li tolqtu b’avviż ta’ xi kuntratt, dokument
jew ħaġa mhux imsemmija b’mod speċifiku fil-prospett, tkun
invalida.
(3) Ħadd ma jkun jista’ joħroġ lil xi persuna f’Malta formula
ta’ applikazzjoni għal azzjonijiet fi jew obbligazzjonijiet ta’ dik il-
kumpannija jew kumpannija maħsuba kif imsemmija fis-
subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu kemm-il darba l-formula ma tkunx
maħruġa ma’ prospett li jħares din it-Taqsima ta’ din l-Ordinanza u
l-ħruġ tagħha f’Malta jikser id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 189
ta’ din l-Ordinanza:
Iżda dan is-subartikolu ma jgħoddx jekk jiġi muri illi l-
formula ta’ applikazzjoni kienet ġiet maħruġa dwar stedina in bona
fede lil persuna biex tagħmel ftehim ta’ rabta dwar l-azzjonijiet jew
l-obbligazzjonijiet.
(4) Fil-każ ta’ nuqqas ta’ tħaris jew ksur ta’ xi waħda mill-
htiġijiet imposti bil-paragrafi (a) u (b) tas-subartikolu (1) ta’ dan l-
artikolu, direttur jew persuna oħra responsabbli għall-prospett ma
jkollu ebda responsabbiltà  minħabba n-nuqqas ta’ tħaris jew ksur
jekk ikunu ġew imħarsa l-kondizzjonijiet li taħthom direttur jew
persuna oħra responsabbli għall-prospett ikun eżenti mir-
responsabbiltà  bl-artikolu 84 ta’ din l-Ordinanza.
(5) Dan l-artikolu ma jgħoddx għall-ħruġ lil membri eżistenti
jew detenturi ta’ obbligazzjonijiet ta’ kumpannija ta’ prospett jew
formula ta’ applikazzjoni dwar azzjonijiet fil jew obbligazzjonijiet
tal-kumpannija, sew jekk applikant għal azzjonijiet jew
obbligazzjonijiet ikollu jew ma jkollux dritt li jirrinunzja favur
persuni oħra, iżda, salv dak li ntqal qabel, dan l-artikolu għandu
jgħodd għal prospett jew formula ta’ applikazzjoni sew jekk
maħruġ fil jew b’riferenza għall-formazzjoni ta’ kumpannija jew
sussegwentement.
(6) Kull persuna li tkun xjentement responsabbli għall-ħruġ,
ċirkolazzjoni jew tqassim ta’ prospett, jew għall-ħruġ ta’ formula
SOĊJETAJIETKUMMERĊJALIġ K AP. 168.    51
ta’ applikazzjoni għal azzjonijiet jew obbligazzjonijiet, bi ksur ta’
xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu teħel multa ta’
mhux iżjed minn ħames mitt lira.
Applikazzjoni ta’ l-
artikoli 85, 86 u 88.
189. L-artikoli 85, 86 u 88 ta’ din l-Ordinanza għandhom
jestendu għal kull prospett maħruġ, ċirkolat jew imqassam f’Malta
li joffri għal azzjonijiet b’sottoskrizzjoni fi jew obbligazzjonijiet
ta’ kumpannija reġistrata jew inkorporata jew li tkun ser tiġi
reġistrata jew inkorporata barra minn Malta, sew jekk il-
kumpannija kienet jew ma kinitx waqqfet jew meta tkun formata
twaqqaf jew ma twaqqafx, post tan-negozju f’Malta.
Tifsir tad-
disposizzjonijiet 
dwar prospetti.
190. (1) Meta xi dokument li bih xi azzjonijiet fi jew
obbligazzjonijiet ta’ kumpannija reġistrata jew inkorporata barra
minn Malta jkunu offerti għal bejgħ lill-pubbliku kien, kieku l-
kumpannija interessata kienet kumpannija reġistrata skond din l-
Ordinanza, ikun meqjus bis-saħħa ta’ l-artikolu 89 ta’ din l-
Ordinanza li jkun prospett, dak id-dokument għandu jitqies li jkun
prospett għall-finijiet ta’ din it-Taqsima ta’ din l-Ordinanza.
(2) Offerta ta’ azzjonijiet jew obbligazzjonijiet għal
sottoskrizzjoni jew bejgħ lil xi persuna li n-negozju tagħha
ordinarju jkun li tixtri jew tbiegħ azzjonijiet jew obbligazzjonijiet,
sew bħala prinċipal sew bħala aġent, ma għandhiex titqies li tkun
offerta lill-pubbliku għall-finijiet ta’ din it-Taqsima ta’ din l-
Ordinanza.
TAQSIMA IX
 ĠENERALI 
Setgħa tal-Prim 
Ministru li jaħtar 
Reġistratur.
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963. 
191. Il-Prim Ministru għandu jaħtar persuna li tkun Reġistratur
tas-Soċjetajiet u jista’ jaħtar persuni biex jgħinu lil dan ir-
Reġistratur, billi jagħti lil kull persuna bħal din is-setgħat kollha
jew xi setgħa tar-Reġistratur skond din l-Ordinanza.
Dmirijiet 
addizzjonali ta’ 
Reġistratur.
Emendat:
I. 1965.2;
XII. 1970.6.
Sostitwit:
IV. 1991.4.
Emendat:
XXIV.1995.362.
192. (1) B’żieda għad-dmirijiet l-oħra preskritti b’din l-
Ordinanza, ikun dmir tar-Reġistratur -
(a) li jiżgura t-tħaris ta’ kull disposizzjoni ta’ din l-
Ordinanza li teħtieġ li att isir jew jonqos milli jsir taħt
penali;
(b) li jagħmel proċeduri għall-ġbir ta’ kull penali skond
din l-Ordinanza fil-Qorti Ċivili, Prim’ Awla;
(ċ) li jżomm u jirreġistra kull dokument li jkun meħtieġ li
jiġi konsenjat jew mogħti jew notifikat lilu għal
reġistrazzjoni skond xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’
din l-Ordinanza;
(d) meta skond xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ din l-
Ordinanza -
 (i) xi dokument ikun meħtieġ li jiġi konsenjat jew
mogħti jew notifikat lilu għal pubblikazzjoni;
  52      KAP. 168. ħ          SOĊJETAJIETKUMMERĊJALI
jew
(ii)xi ċertifikat ikun maħruġ minnu wara r-
reġistrazzjoni jew bdil ta’ isem jew tibdil jew
amalgamazzjoni ta’ soċjetà , jew l-isem ta’
soċjetà  jkun tħassar mir-reġistru,
li jara mingħajr dewmien li dikjarazzjoni tkun
pubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern li turi d-data li fiha
r-reġistrazzjoni, konsenja jew notifika tkun saret, jew
li fiha l-isem tas-soċjetà  kien imħassar mir-reġistru, u
x-xorta ġenerali tad-dokument jew ċertifikat, u li
tagħti dawk il-partikolaritajiet li jkunu meħtieġa li
jiddistingwu s-soċjetà  li għaliha d-dikjarazzjoni
tirreferixxi.
(2) Meta r-Reġistratur jagħti avviż bil-miktub lil xi persuna li
dik il-persuna saret suġġetta għal penali taħt din l-Ordinanza, u fih
jispeċifika x-xorta tal-ksur tal-liġi u jindika ammont dovut bħala
penali għal dak il-ksur, il-persuna li lilha jkun ingħata l-avviż
għandha titqies, mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet tas-
subartikoli li ġejjin ta’ dan l-artikolu, li weħlet penali taħt din l-
Ordinanza u l-ammont indikat kif intqal qabel bħala dovut bħala
penali għandu jitqies li jkun il-penali dovut taħt din l-Ordinanza
għall-ksur tal-liġi speċifikat fl-avviż.
Kap. 12.
(3) Avviż bħal dak imsemmi fis-subartikolu (2) ta’ dan l-
artikolu għandu, meta tiġi notifikata kopja tiegħu permezz ta’ att
ġudizzjarju lill-persuna indikata fl-avviż, jikkostitwixxi titolu
esekuttiv għall-effetti u finijiet kollha tat-Titolu VII tat-Taqsima I
tat-Tieni Ktieb tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili
sakemm dik il-persuna ma tibdiex proċedimenti quddiem il-Qorti
Ċivili, Prim’ Awla fi żmien tletin jum minn meta tkun saritilha n-
notifika sabiex toġġezzjona għall-penali hekk stabbilita.
Proċedimenti 
speċjali fil-qorti.
(4) Meta persuna tkun tixtieq tibda proċedimenti li bihom
toġġezzjona għal penali msemmija fis-subartikolu (2) ta’ dan l-
artikolu, dawk il-proċedimenti għandhom jibdew permezz ta’ rikors
li jsir kontra r-Reġistratur.
(5) Ir-rikors għandu, taħt piena ta’ nullità , jkun fih b’mod ċar u
ħaġa b’ħaġa x-xorta ta’ l-ilment, il-fatti li minnhom joħroġ l-
ilment, ir-raġunijiet għaliex dak l-ilment għandu jintlaqa’, u t-talba
li l-piena mhijiex dovuta skond il-liġi jew li hi dovuta skond il-liġi
f’ammont inqas.
(6) Il-qorti ma għandhiex tannulla jew tnaqqas piena kif
imsemmi qabel ħlief jekk dik il-piena ma tistax skond il-liġi
tingħata fiċ-ċirkostanzi tal-każ, jew ma tistax skond il-liġi tiġi
stabbilita f’dak l-ammont li jkun ġie hekk stabbilit mir-Reġistratur.
(7) Ir-rikorrent għandu jannetti mar-rikors dawk id-dokumenti
kollha li jsaħħu t-talba tiegħu u li huwa jkollu setgħa li jipproduċi,
u għandu jindika fir-rikors tiegħu l-ismijiet tax-xhieda kollha li
jkollu ħsieb li jipproduċi filwaqt li jiddikjara, dwar kull wieħed
minnhom, xi prova jkun irid jagħmel permezz tagħhom.
(8) Il-qorti għandha, mingħajr dewmien, tiffissa r-rikors għas-
smigħ kemm jista’ jkun malajr, f’data li f’ebda każ ma għandha
SOĊJETAJIETKUMMERĊJALIġ K AP. 168.    53
tkun iktar tard minn tletin jum mid-data tal-preżentata tar-rikors.
(9) Ir-rikors, u l-avviż tad-data appuntata għas-smigħ,
għandhom jiġu notifikati lir-Reġistratur mingħajr dewmien, u l-
imsemmi Reġistratur għandu jippreżenta r-risposta tiegħu fi żmien
ħmistax-il jum mid-data tan-notifika tar-rikors.
(10) Ir-Reġistratur għandu, fir-risposta tiegħu, jiddikjara b’mod
ċar u ħaġa b’ħaġa jekk ikunx jaqbel mal-fatti indikati fir-rikors, u r-
raġunijiet għaliex ikun qiegħed joġġezzjona għat-talba; barra minn
hekk huwa għandu wkoll jiddikjara fir-risposta tiegħu l-ismijiet
tax-xhieda li jsaħħu r-raġunijiet tiegħu u jannetti mar-risposta d-
dokumenti kollha li jkunu jsaħħu dan.
(11) Fil-jum appuntat għas-smigħ tar-rikors, il-qorti għandha
tikkunsidra dawk il-materji kollha ta’ fatt u ta’ liġi li joħorġu biss
mir-rikors, mir-risposta jew mid-dokumenti preżentati, minn kull
wieħed mill-partijiet, jew mix-xhieda indikati minn kull wieħed
mill-partijiet fir-rikors jew fir-risposta, skond il-każ, jew mis-
sottomissjoni orali ta’ kull wieħed mill-partijiet.
(12) Il-qorti tisma’ l-każ dwar ir-rikors u twasslu għal
konklużjoni fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol mid-data appuntata
għall-ewwel smigħ tar-rikors, u ma jingħata ebda differiment ħlief
jew bil-kunsens taż-żewġ partijiet, jew għal raġuni eċċezzjonali li
tiġi verbalizzata mill-qorti, u dik id-data tad-differiment ma
għandhiex tkun iktar tard minn dik li tkun hekk ġustifikata minn
dik ir-raġuni.
Kap. 12. 
(13) Ħlief għad-disposizzjonijiet ta’ qabel dan ta’ l-artikolu, id-
disposizzjonijiet tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili
dwar il-proċedimenti li jsiru fil-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili
għandhom japplikaw dwar kull rikors bħal dak.
Kap. 12. 
(14) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2) ta’ l-
artikolu 256 tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili, it-
titolu esekuttiv imsemmi fis-subartikolu (3) ta’ dan l-artikolu ma
għandux ikun esegwibbli qabel ma jiskadu tletin jum minn notifika
ta’ l-att ġudizzjarju msemmi f’dak l-artikolu.
(15) Id-deċiżjoni tal-qorti dwar rikors imsemmi fis-subartikolu
(4) ta’ dan l-artikolu, li tkun tikkonferma l-għoti ta’ piena stabbilita
mir-Reġistratur jew li tkun tnaqqas xi piena bħal dik, għandha
titqies, meta ssir res judicata, li tkun deċiżjoni tal-qorti li tkun qed
tordna l-ħlas mir-rikorrent tal-piena kif din tkun ġiet konfermata
jew imnaqqsa.
(16) Appell minn deċiżjoni tal-Qorti Ċivili, Prim’ Awla dwar
rikors imsemmi fis-subartikolu (4) ta’ dan l-artikolu, għandu jsir
permezz ta’ rikors li għandu jiġi preżentat fi żmien sitt ijiem tax-
xogħol mid-data tad-deċiżjoni; l-appellat għandu fi żmien sitt ijiem
tax-xogħol min-notifika tar-rikors jippreżenta risposta għar-rikors.
Setgħat tar-
Reġistratur biex 
jinvestiga negozju 
ta’ soċjetà .
Emendat:
XI. 1977.2.
193. (1) Għall-finijiet tal-paragrafu (a) tas-subartikolu (1) ta’
l-artikolu 192 ta’ din l-Ordinanza r-Reġistratur jista’ jinvestiga n-
negozju ta’ kull soċjetà  u jitlob kull tagħrif u l-produzzjoni ta’ kull
dokument minn kull soċju jew minn kull uffiċjal jew uditur ta’
kumpannija.
  54      KAP. 168. ħ          SOĊJETAJIETKUMMERĊJALI
(2) Kull ħaġa li jsir jaf biha r-Reġistratur, jew kull persuna
oħra minħabba l-kariga tagħha, bis-saħħa tad-disposizzjonijiet ta’
dan l-artikolu għandha titqies bħala sigrieta u konfidenzjali, ħlief
fejn meħtieġ biex jiġu esegwiti d-disposizzjonijiet ta’ din l-
Ordinanza.
(3) Jekk xi soċju jew xi uffiċjal jew uditur ta’ kumpannija ma
jħallix jew ifixkel lir-Reġistratur, jew lil xi uffiċjal ieħor awtorizzat
minnu bil-miktub, fil-qadi tad-dmirijiet tiegħu jew jirrifjuta milli
jħares xi talba magħmula skond id-disposizzjonijiet tas-subartikolu
(1) ta’ dan l-artikolu jew, fil-ħarsien ta’ dik it-talba, jagħti apposta
jew bi traskuraġni kbira xi tagħrif falz, ir-Reġistratur jista’
jiċċertifika taħt il-firma tiegħu t-tfixkil jew ir-rifut jew it-tagħrif
falz lill-qorti, u l-qorti tista’ wara dan teżamina l-każ u tittratta lil
min ikun hekk naqas bl-istess mod bħallikieku kien ħati ta’
disprezz lejn il-qorti.
Spezzjon eċċ., ta’ 
dokumenti 
miżmuma mir-
Reġistratur.
194. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2) ta’ l-
artikolu 193 ta’ din l-Ordinanza, kull persuna tista’- 
(a) tispezzjona d-dokumenti miżmuma mir-Reġistratur;
(b) titlob ċertifikat tar-reġistrazzjoni ta’ kull soċjetà  jew
kopja jew estratt ta’ kull dokument ieħor, li jiġi
awtentikat mir-Reġistratur:
Iżda dwar dokumenti konsenjati lir-Reġistratur bi prospett
bis-saħħa tal-paragrafu (b) tas-subartikolu (1) ta’ l-artikolu 86 u
tal-paragrafu (a) tas-subartikolu (3) ta’ l-artikolu 89 ta’ din l-
Ordinanza, id-drittijiet mogħtija b’dan l-artikolu jistgħu jiġu
eżerċitati biss matul l-erbatax-il ġurnata li jibdew mid-data tal-
pubblikazzjoni ta’ l-avviż preskritt bl-artikolu 93 ta’ din l-
Ordinanza.
Setgħa tal-Ministru 
li jagħmel 
regolamenti. 
Sostitiwit: 
I. 1965.13. 
Emendat: 
XII. 1970.7.
195. (1) Il-Ministru jista’ minn żmien għal żmien jagħmel
regolamenti -
(a) dwar drittijiet li għandhom jinġabru u jitħallsu
relattivament għar-reġistrazzjoni, pubblikazzjoni,
spezzjon jew ħruġ ta’ dokumenti, ċertifikati, kopji jew
estratti, meħtieġa jew permessi skond din l-Ordinanza;
(b) dwar il-formuli li għandhom jiġu użati għall-fini ta’
din l-Ordinanza;
(ċ) li jippreskrivu kull ħaġa li tista’ tiġi preskritta; u
(d) b’mod ġenerali għal kull ħaġ‘oħra inċidentali jew
supplementari għal xi ħaġa qabel imsemmija.
(2) Meta dwar xi wieħed mis-servizzi jew atti oħra li għandhom
isiru mir-Reġistratur xi dritt ikun preskritt taħt is-subartikolu (1) ta’
dan l-artikolu, ir-Reġistratur jista’ jirrifjuta li jagħmel dak is-
servizz jew att ieħor sakemm jitħallas id-dritt xieraq; u kull att,
avviż, prospett jew dokument ieħor konsenjat, mogħti jew mibgħut
lir-Reġistratur taħt din l-Ordinanza għandu, jekk dritt ikun preskritt
kif intqal qabel dwar ir-reġistrazzjoni jew il-pubblikazzjoni tiegħu,
jitqies li ma kienx konsenjat, mogħti jew mibgħut kif meħtieġ b’din
l-Ordinanza sakemm jitħallas id-dritt xieraq.
SOĊJETAJIETKUMMERĊJALIġ K AP. 168.    55
  56      KAP. 168. ħ          SOĊJETAJIETKUMMERĊJALI
L-EWWEL SKEDA 
(ARTIKOLU 73)
TAQSIMA I
REGOLAMENTI GĦAT-TMEXXIJA TA’ KUMPANNIJA B’RESPONSABBILTÀ  
LIMITATA 
Il-Kapital Azzjonarju u Bdil ta’ Drittijiet
1. Mingħajr ħsara għal xi drittijiet speċjali mogħtija qabel lid-detenturi ta’ xi
azzjonijiet jew klassi ta’ azzjonijiet eżistenti, kull azzjoni fil-kumpannija tista’
toħroġ b’dawk id-drittijiet privileġġati, posposti jew bi drittijiet oħrajn speċjali jew
b’dawk il-limitazzjonijiet, kemm dwar dividend, votazzjoni, radd lura tal-kapital
kemm xort’oħra kif il-kumpannija tiddeċidi minn żmien għal żmien b’riżoluzzjoni
ordinarja.
2. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 100 ta’ l-Ordinanza dwar
Soċjetajiet Kummerċjali (hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa "l-Ordinanza"), l-
azzjonijiet privileġġati jistgħu, bl-approvazzjoni ta’ riżoluzzjoni ordinarja, jinħarġu
bil-pattijiet li għandhom, jew li b’għażla tal-kumpannija jistgħu, jiġu mifdija b’dawk
il-pattijiet u b’dak il-mod kif il-kumpannija qabel il-ħruġ ta’ l-azzjonijiet tista’
tiddeċidi b’riżoluzzjoni straordinarja.
3. Jekk f’xi żmien il-kapital azzjonarju jkun maqsum fi klassijiet differenti ta’
azzjonijiet, id-drittijiet li jkollha xi klassi (jekk ma jkunx maħsub xort’oħra bil-
pattijiet ta’ ħruġ ta’ l-azzjonijiet ta’ dik il-klassi) jistgħu, sew jekk il-kumpannija
tkun qed tiġi stralċjata sew jekk le, jiġu mibdula bil-kunsens bil-miktub tad-detenturi
ta’ minn erbgħa tlieta ta’ l-azzjonijiet maħruġa ta’ dik il-klassi, jew bl-approvazzjoni
ta’ riżoluzzjoni straordinarja mgħoddija f’laqgħa ġenerali separata tad-detenturi ta’
l-azzjonijiet ta’ dik il-klassi. Id-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti dwar
laqgħat ġenerali għandhom jgħoddu għal kull laqgħa ġenerali separata bħal din.
4. Il-kumpannija tista’ tuża s-setgħa li tħallas kummissjonijiet jew tagħmel
skontijiet jew allowances sakemm tħares il-ħtiġiet ta’ l-artikolu 98 ta’ l-Ordinanza.
Din il-kummissjoni tista’ titħallas bi flus jew bl-għoti ta’ azzjonijiet imħallsa għal
kollox jew f’parti jew parti b’mod u parti b’mod ieħor.
5. Kull min ikollu ismu imniżżel bħala membru fir-reġistru tal-membri jkollu
dritt mingħajr ħlas li jirċievi ċertifikat wieħed għall-azzjonijiet kollha tiegħu jew
diversi ċertifikati kull wieħed għal azzjoni waħda jew iżjed wara ħlas ta’ 12ċ5 għal
kull ċertifikat wara l-ewwel wieħed jew dik is-somma l-oħra iċken li d-diretturi
jistgħu minn żmien għal żmien jiddeċidu. Jekk ċertifikat ta’ azzjoni jkun imħassar,
mitluf jew meqrud, jista’ jsir wieħed ġdid floku bi ħlas ta’ dritt ta’ 12ċ5 jew ta’ dik
is-somma anqas u b’dawk il-kondizzjonijiet (jekk ikun hemm) dwar il-prova u l-
indennizz u l-ħlas ta’ spejjeż li jsiru mill-kumpannija għall-eżami tal-provi kif id-
diretturi jidhrilhom xieraq.
Sejħiet dwar Azzjonijiet
6. Id-diretturi jistgħu minn żmien għal żmien jagħmlu sejħiet lill-membri dwar
SKEDI Emendata:XIII. 1983.4. 
SOĊJETAJIETKUMMERĊJALIġ K AP. 168.    57
xi flejjes mhux imħallsa fuq l-azzjonijiet tagħhom (kemm akkont tal-valur nominali
ta’ l-azzjonijiet kemm bħala premium) u li bil-kondizzjonijiet ta’ għoti tagħhom
m’għandhomx jitħallsu fi żminijiet stabbiliti, iżda ebda sejħa ma għandha tkun iżjed
minn minn erbgħa waħda tal-valur nominali ta’ l-azzjoni jew titħallas fi żmien anqas
minn xahar mid-data stabbilita għall-ħlas ta’ l-aħħar sejħa ta’ qabel, u kull membru
għandu (salv li jirċievi mill-anqas avviż ta’ erbatax-il ġurnata li juri ż-żmien jew
żminijiet u l-post ta’ ħlas) iħallas lill-kumpannija, fil-ħin jew ħinijiet u post hekk
imsemmija, l-ammont imsejjaħ dwar l-azzjonijiet tiegħu. Sejħa tista’ tiġi mħassra
jew posposta kif jiddeċidu d-diretturi.
7. Id-detenturi flimkien ta’ azzjoni jkunu responsabbli in solidum li jħallsu s-
sejħiet kollha dwarha.
8. Jekk somma msejħa dwar azzjoni ma tkunx imħallsa qabel jew fid-data
stabbilita għall-ħlas tagħha, il-persuna li minnha tkun dovuta s-somma għandha
tħallas l-imgħax fuqha mill-ġurnata stabbilita għall-ħlas tagħha saż-żmien tal-ħlas
effettiv b’dik ir-rata ta’ mhux iżjed minn 6 fil-mija fis-sena kif id-diretturi jiddeċidu,
iżda d-diretturi jkunu jistgħu jirrinunzjaw għall-ħlas ta’ dak l-imgħax kemm kollu
jew f’parti.
9. Kull somma li bil-pattijiet ta’ ħruġ ta’ azzjoni għandha titħallas fl-għoti ta’
l-azzjoni jew f’xi data stabbilita, sew akkont tal-valur nominali ta’ l-azzjoni sew
bħala premium, għandha għall-finijiet ta’ dawn ir-regolamenti titqies li tkun sejħa
magħmula kif imiss u li titħallas fid-data li fiha, skond il-pattijiet ta’ ħruġ, l-istess
għandha titħallas, u f’każ ta’ nuqqas ta’ ħlas, id-disposizzjonijiet kollha relattivi ta’
dawn ir-regolamenti dwar ħlas ta’ imgħax u spejjeż, konfiska jew ħaġa oħra
għandhom jgħoddu bħallikieku dik is-somma kellha titħallas bis-saħħa ta’ sejħa
magħmula u notifikata kif imiss.
10. Id-diretturi jistgħu, fil-ħruġ ta’ azzjonijiet, jiddivrenzjaw bejn id-detenturi
dwar l-ammont ta’ sejħiet li għandhom jitħallsu u ż-żminijiet ta’ ħlas.
11. Id-diretturi jistgħu, jekk jidhrilhom xieraq, jirċievu mingħand kull membru
li jkun irid javvanza l-istess, is-somom kollha jew parti minnhom mhux imsejħa u
mhux imħallsa fuq xi azzjonijiet miżmuma minnu, u fuq is-somom kollha jew parti
minnhom hekk avvanzati jistgħu (sakemm l-istess, li kieku ma kienx għal dak l-
avvanz, kien ikollhom jitħallsu) iħallsu imgħax b’dik ir-rata ta’ mhux iżjed minn 6
fil-mija fis-sena, kif jista’ jiġi miftiehem bejn id-diretturi u l-membru li jħallas dik
is-somma bil-quddiem.
Trasferiment u Trasmissjoni ta’ Azzjonijiet
12. L-att ta’ trasferiment ta’ kull azzjoni għandu jiġi esegwit minn jew f’isem
min jittrasferixxi u min jiġi lilu trasferit u min jittrasferixxi għandu jitqies li jibqa’
detentur ta’ l-azzjoni sakemm isem ta’ min jiġi lilu trasferit jitniżżel fir-reġistru tal-
membri dwar dik l-azzjoni.
13. Salvi dawk il-limitazzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti li jistgħu jgħoddu,
kull membru jista’ jittrasferixxi l-azzjonijiet tiegħu kollha jew parti minnhom
b’dokument bil-miktub f’xi forma tas-soltu jew ordinarja jew b’kull forma oħra li
japprovaw id-diretturi.
14. Id-diretturi jistgħu jirrifjutaw li jirreġistraw it-trasferiment ta’ azzjoni (li ma
tkunx azzjoni mħallsa għal kollox) favur persuna li ma tkunx approvata minnhom.
15. Id-diretturi jistgħu jirrifjutaw ukoll li jirrikonoxxu xi dokument ta’
trasferiment jekk -
(a) id-dokument ta’ trasferiment ma jkollux miegħu ċ-ċertifikat ta’ l-
  58      KAP. 168. ħ          SOĊJETAJIETKUMMERĊJALI
azzjonijiet li għalihom jirriferixxi, u dik il-prova l-oħra li d-diretturi
jistgħu jitolbu raġonevolment biex turi d-dritt ta’ min jittrasferixxi li
jagħmel it-trasferiment; u
(b) id-dokument ta’ trasferiment ma jkunx dwar klassi waħda biss ta’
azzjoni. 
16. Jekk id-diretturi jirrifjutaw li jirreġistraw trasferiment huma għandhom fi
żmien xahrejn wara d-data li fiha t-trasferiment ikun ġie preżentat lill-kumpannija
jibagħtu lil min ikun sar it-trasferiment avviż taċ-ċaħda.
17. Ir-reġistrazzjoni ta’ trasferiment tista’ tiġi sospiża f’dawk iż-zminijiet u għal
dawk il-perijodi li d-diretturi jistgħu jiddeċidu minn żmien għal żmien, iżda dejjem
illi dik ir-reġistrazzjoni ma tkunx sospiża għal iżjed minn tletin ġurnata f’kull sena.
18. Kull persuna li jkollha dritt għal azzjoni minħabba l-mewt ta’ membru tista’,
wara li tiġi prodotta dik il-prova dwar hekk li tista’ minn żmien għal żmien tkun
meħtieġa kif imiss mid-diretturi u salv kif maħsub iżjed ’il quddiem, tagħżel jew li
tkun reġistrata hija stess bħala detentur ta’ l-azzjoni jew li jkollha xi persuna
nominata minnha reġistrata bħala l-persuna li lilha ġiet trasferita l-azzjoni, iżda d-
diretturi, f’każ wieħed u l-ieħor, għandu jkollhom l-istess dritt li jirrifjutaw jew li
jissospendu r-reġistrazzjoni bħal ma kien ikollhom fil-każ ta’ trasferiment ta’ l-
azzjoni minn dak il-membru qabel il-mewt tiegħu.
19. Jekk il-persuna li ssir hekk intitolata tagħżel li tkun reġistrata hija stess,
għandha tikkonsenja jew tibgħat lill-kumpannija avviż bil-miktub iffirmat minnha
fejn tgħid li hija tagħżel hekk. Jekk tagħżel li jkollha persuna oħra reġistrata hija
għandha tipprova l-għażla tagħha billi tagħmel favur dik il-persuna trasferiment ta’
l-azzjoni. Il-limitazzjonijiet, restrizzjonijiet u d-disposizzjonijiet kollha ta’ dawn ir-
regolamenti dwar id-dritt ta’ trasferiment u r-reġistrazzjoni ta’ trasferimenti ta’
azzjonijiet għandhom jgħoddu għal kull avviż jew trasferiment bħal dan kif intqal
qabel bħallikieku l-mewt tal-membru ma kinitx ġrat u l-avviż jew it-trasferiment
kien iffirmat minn dak il-membru.
20. Persuna li jkollha dritt għal azzjoni minħabba l-mewt tad-detentur ikollha
dritt għall-istess dividendi u vantaġġi oħra li għalihom kien ikollha dritt kieku kienet
id-detentur ta’ l-azzjoni reġistrat, ħlief li ma jkollhiex, qabel ma tkun reġistrata
bħala membru dwar l-azzjoni, dritt dwarha li teżerċita xi dritt mogħti bil-kariga ta’
membru dwar laqgħat tal-kumpannija:
Iżda dejjem id-diretturi jistgħu f’kull żmien jagħtu avviż li jeħtieġu xi persuna
bħal dik li tagħżel jew li tkun reġistrata hija stess jew li tittrasferixxi l-azzjoni, u
jekk l-avviż ma jiġix imħares egħluq disgħin ġurnata d-diretturi jistgħu wara dan
iżommu l-ħlas tad-dividendi, bonuses jew flejjes l-oħra kollha li jitħallsu dwar l-
azzjoni sakemm il-ħtiġijiet ta’ l-avviż ma jkunux ġew imħarsa.
21. Dwar azzjoni miżmuma flimkien minn diversi persuni l-isem ta’ wieħed biss
minn dawk il-persuni għandu jitniżżel fir-reġistru tal-membri. Dik il-persuna
għandha tiġi maħtura mid-detenturi flimkien u għandha għall-finijiet kollha titqies,
quddiem il-kumpannija, li tkun id-detentur reġistrat ta’ l-azzjoni hekk miżmuma.
Konfiska ta’ Azzjonijiet
22. Jekk membru jonqos li jħallas xi sejħa jew rata ta’ sejħa fil-ġurnata
stabbilita għall-ħlas tagħha, id-diretturi jistgħu, f’kull żmien wara matul dak iż-
żmien sakemm parti minn dik is-sejħa jew rata tibqa’ mhux imħallsa, jeħtieġu ħlas
ta’ tant mis-sejħa jew rata li ma tkunx imħallsa, flimkien ma’ kull imgħax li jista’
jkun inġema’, permezz ta’ avviż li għandu jsemmi wkoll ġurnata oħra (mhux qabel
SOĊJETAJIETKUMMERĊJALIġ K AP. 168.    59
ma jgħaddu erbatax-il ġurnata mid-data tan-notifika ta’ l-avviż) li fiha jew qabilha
għandu jsir il-ħlas meħtieġ bl-avviż, u għandu juri li f’każ ta’ nuqqas ta’ ħlas, fiż-
żmien stabbilit jew qabel, l-azzjonijiet li dwarhom is-sejħa tkun saret ikunu jistgħu
jiġu konfiskati.
23. Jekk il-ħtiġijiet ta’ xi avviż bħal dak imsemmi qabel ma jiġux imħarsa, kull
azzjoni li dwarha l-avviż ikun ingħata tista’, f’kull żmien wara, qabel ma jkun sar il-
ħlas meħtieġ bl-avviż, tiġi konfiskata b’riżoluzzjoni tad-diretturi f’dak is-sens.
24. Azzjoni konfiskata tista’ tinbiegħ jew xort’oħra tingħata b’dawk il-pattijiet
u b’dak il-mod kif id-diretturi jidhrilhom xieraq, u l-kumpannija tista’ tirċievi l-
kumpens, jekk ikun hemm, mogħti għall-azzjoni fuq xi bejgħ jew għoti tagħha u
tista’ tesegwixxi trasferiment ta’ l-azzjoni favur il-persuna li lilha tkun ġiet
mibjugħa jew mogħtija l-azzjoni, li tkun wara dan reġistrata bħala detentur ta’ l-
azzjoni. F’kull żmien qabel il-bejgħ jew għoti l-konfiska tista’ tiġi mħassra b’dawk
il-pattijiet kif id-diretturi jidhrilhom xieraq.
25. Persuna li l-azzjonijiet tagħha jkunu ġew konfiskati ma tibqax membru dwar
l-azzjonijiet konfiskati, iżda għandha, b’danakollu, tibqa’ responsabbli li tħallas lill-
kumpannija l-flejjes kollha li, fid-data tal-konfiska, kellhom jitħallsu minnha lill-
kumpannija dwar l-azzjonijiet; iżda r-responsabbiltà  tagħha għandha tispiċċa jekk u
meta l-kumpannija tkun irċiviet il-ħlas kollu ta’ dawk il-flejjes kollha dwar l-
azzjonijiet.
Tibdil ta’ Azzjonijiet fi Stock
26. Il-kumpannija tista’ b’riżoluzzjoni ordinarja tibdel kull azzjoni mħallsa fi
stock, u terġa tibdel kull stock f’azzjonijiet imħallsa ta’ kull xorta.
27. Id-detenturi ta’ stock jistgħu jittrasferixxu l-istess jew xi parti minnu, bl-
istess mod u suġġett għall-istess regolamenti, kif u suġġett għal liema l-azzjonijiet li
minnhom l-istock ikun inħoloq setgħu qabel it-tibdil ġew trasferiti, jew kemm jista
jkun hekk skond ma ċ-ċirkostanzi jippermettu; u d-diretturi jistgħu minn żmien għal
żmien jiffissaw l-anqas ammont ta’ stock trasferibbli iżda b’mod li dak il-minimum
ma għandux ikun iżjed mill-ammont nominali ta’ l-azzjonijiet li minnhom l-istock
ikun inħoloq.
28. Id-detenturi ta’ stock ikollhom, skond l-ammont ta’ stock miżmum
minnhom, l-istess drittijiet, privileġġi u vantaġġi dwar dividendi, votazzjoni
f’laqgħat tal-kumpannija u ħwejjeġ oħra bħallikieku kellhom l-azzjonijiet li
minnhom l-istock ikun inħoloq, iżda ebda privileġġ jew vantaġġ bħal dan (ħlief it-
teħid ta’ sehem mid-dividendi u qligħ tal-kumpannija u mill-attiv waqt l-istralċ) ma
għandu jingħata minn xi ammont ta’ stock li, kieku eżistenti f’azzjonijiet, ma kienx
jagħti dak il-privileġġ jew vantaġġ.
29. Dawk ir-regolamenti tal-kumpannija li jkunu jgħoddu għall-azzjonijiet
imħallsa għandhom jgħoddu għal stock, u l-kliem "azzjoni" u "detentur ta’ azzjoni"
li jinsabu fihom għandhom jinkludu "stock" u "detentur ta’ stock".
Laqgħat Ġenerali
30. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-Ordinanza l-laqgħa ġenerali annwali
għandha ssir f’dak iż-żmien u post li d-diretturi jistabbilixxu.
31. Il-laqgħat ġenerali kollha ħlief il-laqgħat ġenerali annwali għandhom
jissejħu laqgħat ġenerali straordinarji.
32. Id-diretturi jistgħu, kull meta jidhrilhom xieraq, isejħu laqgħa ġenerali
  60      KAP. 168. ħ          SOĊJETAJIETKUMMERĊJALI
straordinarja, u laqgħat ġenerali straordinarji għandhom jissejħu wkoll fuq dik it-
talba, jew, f’nuqqas, jistgħu jissejħu minn dawk li jkunu hekk talbu, kif maħsub bl-
artikolu 114 ta’ l-Ordinanza. Jekk f’xi żmien ma jkunx hemm f’Malta diretturi
biżżejjed li jkunu jistgħu jiffurmaw quorum, kull direttur jew kull żewġ membri tal-
kumpannija jistgħu isejħu laqgħa ġenerali straordinarja bl-istess mod, kemm jista’
jkun, bħal dak li bih laqgħat jistgħu jissejħu mid-diretturi.
Avviż ta’ Laqgħat Ġenerali
33. Laqgħa ġenerali tal-kumpannija għandha tissejjaħ b’avviż bil-miktub ta’
mill-anqas erbatax-il ġurnata. L-avviż ma jinkludix il-ġurnata li fiha jiġi notifikat
jew li jitqies li jkun notifikat u l-ġurnata li għaliha jingħata, u għandu jsemmi l-post,
il-ġurnata u l-ħin tal-laqgħa u, f’każ ta’ kwistjoni speċjali, ix-xorta ġenerali ta’ dik
il-kwistjoni, u għandu jingħata, b’mod iżjed ’il quddiem imsemmi jew b’dak il-mod
ieħor, jekk ikun hemm, kif jista’ jiġi stabbilit mill-kumpannija f’laqgħa ġenerali, lil
dawk il-persuni li jkollhom, skond ir-regolamenti tal-kumpannija, dritt li jirċievu
avviżi bħal dawk mill-kumpannija:
Iżda laqgħa tal-kumpannija għandha, għalkemm tiġi msejħa b’avviż aqsar minn
dak imsemmi f’dan ir-regolament, titqies li tkun ġiet imsejħa kif imiss jekk jiġi hekk
miftiehem mill-membri kollha li jkollhom dritt li jattendu u jivvotaw fil-laqgħa.
34. In-nuqqas aċċidentali li jingħata avviż ta’ laqgħa lil, jew jekk ma jiġix
irċevut l-avviż ta’ laqgħa minn, xi persuna li għandha dritt li tirċievi avviż ma
għandux jinvalida l-proċeduri ta’ dik il-laqgħa.
Proċeduri f’Laqgħat Ġenerali
35. Il-kwistjonijiet kollha li jsiru f’laqgħa ġenerali straordinarja għandhom
jitqiesu speċjali, kif ukoll kull ma jsir f’laqgħa ġenerali annwali, ħlief id-
dikjarazzjoni ta’ dividend, l-eżami tal-kontijiet, tal-karti tal-bilanċ u tar-rapporti tad-
diretturi u ta’ l-udituri, l-elezzjoni ta’ diretturi minflok dawk li jkunu ser jirtiraw u l-
ħatra ta’ l-udituri u l-iffissar tal-kumpens tagħhom.
36. Ebda ħaġa ma għandha ssir f’laqgħa ġenerali jekk ma jkunx hemm preżenti
quorum ta’ membri fil-ħin meta l-laqgħa tibda; salv kif hawn maħsub xorta oħra,
għaxra fil-mija tal-membri preżenti personalment jew bi prokura, b’dan li ma jkunx
hemm anqas minn żewġ membri preżenti personalment, ikun quorum.
37. Jekk fi żmien nofs siegħa mill-ħin iffissat għal-laqgħa ma jkunx hemm
quorum, il-laqgħa, jekk tkun imsejħa fuq talba ta’ membri, għandha tinħall; f’kull
każ ieħor tibqa’ aġġornata għall-istess ġurnata fil-ġimgħa ta’ wara, fl-istess ħin u
post jew għal kull ġurnata oħra u f’kull ħin u post ieħor li d-diretturi jiddeċidu, u
jekk fil-laqgħa aġġornata ma jkunx hemm quorum egħluq nofs siegħa mill-ħin
stabbilit għall-laqgħa il-membri preżenti jkunu quorum.
38. Iċ-chairman, jekk ikun hemm, tal-bord tad-diretturi għandu jippresjedi bħala
chairman f’kull laqgħa ġenerali tal-kumpannija, jew jekk ma jkunx hemm dak iċ-
chairman, jew jekk ma jkunx preżenti egħluq ħmistax-il minuta wara l-ħin stabbilit
biex tinżamm il-laqgħa jew ma jkunx irid jaġixxi, id-diretturi preżenti għandhom
jagħżlu wieħed minnhom biex ikun chairman tal-laqgħa.
39. Jekk f’xi laqgħa ebda direttur ma jkun irid jaġixxi ta’ chairman jew jekk
ebda direttur ma jkun preżenti egħluq ħmistax-il minuta wara l-ħin stabbilit biex
tinżamm il-laqgħa, il-membri preżenti għandhom jagħżlu wieħed minnhom stess
biex ikun chairman tal-laqgħa.
40. Iċ-chairman jista’, bil-kunsens ta’ kull laqgħa li jkun fiha quorum (u għandu
SOĊJETAJIETKUMMERĊJALIġ K AP. 168.    61
jekk ikun hekk ordnat mill-laqgħa), jaġġorna l-laqgħa minn żmien għal żmien u
minn post għal post, iżda ebda kwistjoni ma għandha tiġi diskussa f’xi laqgħa
aġġornata ħlief dawk il-kwistjonijiet li ma jkunux ġew mitmuma fil-laqgħa li minnha
jkun sar l-aġġornament. Meta laqgħa tiġi aġġornata għal tletin ġurnata jew iżjed,
avviż tal-laqgħa aġġornata għandu jingħata bħal fil-każ ta’ laqgħa oriġinali. Salv kif
intqal qabel ma jkunx meħtieġ li jingħata avviż ta’ aġġornament jew tal-kwistjonijiet
li ser jiġu diskussi f’laqgħa aġġornata.
41. F’kull laqgħa ġenerali riżoluzzjoni mqegħda għall-voti tal-laqgħa għandha
tinqata’ b’wiri ta’ l-idejn jekk ma tiġix mitluba votazzjoni (qabel jew mad-
dikjarazzjoni tar-riżultat tal-wiri ta’ idejn) -
(a) miċ-chairman; jew
(b) minn mill-anqas tliet membri preżenti personalment jew bi prokura; jew 
(ċ) minn xi membru jew membri preżenti personalment jew bi prokura u li
jirrappreżentaw mhux anqas minn minn għaxra wieħed tad-drittijiet
kollha tal-voti tal-membri kollha li jkollhom id-dritt li jivvotaw fil-
laqgħa; jew
(d) minn membru jew membri li jkollhom azzjonijiet fil-kumpannija li
jagħtu dritt għal vot fil-laqgħa li jkunu azzjonijiet li fuqhom tkun
tħallset somma flimkien daqs mhux anqas minn minn għaxra waħda tas-
somma kollha mħallsa fuq l-azzjonijiet kollha li jagħtu dak id-dritt.
 Jekk ma tintalabx votazzjoni b’dan il-mod dikjarazzjoni miċ-chairman illi
riżoluzzjoni tkun b’wiri ta’ idejn għaddiet jew għaddiet unanimament, jew
b’maġġoranza partikolari, jew ma għaddietx u reġistrazzjoni f’dak is-sens fil-ktieb
tal-minuti tal-proċeduri tal-kumpannija jkunu prova konklużiva tal-fatt mingħajr il-
prova tan-numru jew il-proporzjon tal-voti reġistrati favur jew kontra dik ir-
riżoluzzjoni:
Iżda meta riżoluzzjoni teħtieġ maġġoranza partikolari fil-valur, ir-riżoluzzjoni ma
għandhiex titqies li tkun għaddiet b’wiri ta’ idejn bil-maġġoranza meħtieġa jekk ma
jkunx hemm preżenti f’dik il-laqgħa, sew personalment kemm bi prokura, numru ta’
membri li jkollhom flimkien il-maġġoranza meħtieġa kif intqal qabel.
It-talba biex issir votazzjoni tista’ tiġi rtirata.
42. Ħlief kif hemm maħsub fir-regolament 44, jekk tintalab votazzjoni kif imiss
din għandha ssir b’dak il-mod kif jordna ċ-chairman u r-riżultat tal-votazzjoni
għandu jitqies li jkun ir-riżoluzzjoni tal-laqgħa li fiha l-votazzjoni tkun ġiet mitluba.
43. F’każ li l-voti jkunu ndaqs, sew b’wiri ta’ idejn sew b’votazzjoni, iċ-
chairman tal-laqgħa li fiha jsir il-wiri ta’ idejn jew li fiha tintalab il-votazzjoni,
ikollu dritt għal vot ieħor jew vot deċiżiv.
44. Votazzjoni mitluba dwar elezzjoni ta’ chairman jew dwar kwistjoni ta’
aġġornament għandha ssir minnufih. Votazzjoni mitluba dwar kull kwistjoni oħra
għandha tittieħed f’dak il-ħin li ċ-chairman tal-laqgħa jordna, u kull kwistjoni ħlief
dik li għaliha tkun intalbet votazzjoni tista’ titkompla sakemm issir il-votazzjoni.
Voti ta’ Membri
45. Bla ħsara ta’ kull drittijiet jew limitazzjonijiet li għal dak iż-żmien ikollha xi
klassi jew klassijiet ta’ azzjonijiet, fuq wiri ta’ idejn kull membru preżenti
personalment għandu jkollu vot wieħed, u f’votazzjoni kull membru jkollu vot
wieħed għal kull azzjoni li jkollu. F’votazzjoni l-voti jistgħu jingħataw sew
personalment sew bi prokuratur.
  62      KAP. 168. ħ          SOĊJETAJIETKUMMERĊJALI
46. Ebda membru ma jkollu dritt li jivvota f’xi 1aqgħa ġenerali jekk is-sejħiet
kollha jew somom oħra li f’dak iż-żmien ikunu dovuti minnu dwar azzjonijiet fil-
kumpannija ma jkunux tħallsu.
47. Ma tista’ ssir ebda oġġezzjoni għall-kwalifika ta’ xi votant ħlief fil-laqgħa
jew fil-laqgħa aġġornata li fiha l-vot oġġezzjonat jingħata jew jiġi mressaq, u kull
vot li ma jkunx miċħud f’dik il-laqgħa jkun jiswa għall-finijiet kollha. Kull
oġġezzjoni bħal din li ssir fil-ħin xieraq għandha tinġieb quddiem iċ-chairman tal-
laqgħa, u d-deċiżjoni tiegħu tkun finali u konklużiva.
48. Id-dokument li jaħtar prokuratur u l-prokura jew awtorità  oħra, jekk ikun
hemm, li bis-saħħa tagħha tkun iffirmata jew kopja awtentikata minn nutar ta’ dik il-
prokura jew awtorità  għandha tiġi depożitata fl-uffiċċju reġistrat tal-kumpannija jew
f’dak il-post l-ieħor f’Malta kif imsemmi għal dak l-iskop fl-avviż li jsejjaħ il-
laqgħa, mhux anqas minn erbgħa u għoxrin siegħa qabel il-ħin li fih tkun ser
tinżamm il-laqgħa jew il-laqgħa aġġornata, li fiha l-persuna msemmija fid-dokument
tkun sejra tivvota, jew, f’każ ta’ votazzjoni, mhux anqas minn erbgħa u għoxrin
siegħa qabel il-ħin stabbilit għat-teħid tal-votazzjoni, u f’nuqqas id-dokument ta’
prokura ma għandux jitqies bħala validu.
49. Dokument li jaħtar prokuratur għandu jkun fil-formula li ġejja jew f’formula
kemm jista’ jkun bħalha kemm iċ-ċirkostanzi jippermettu:
Limited
"Jiena/Aħna ........................., ta’......................noqgħod/u .....................bħala
membru/i tal-kumpannija fuq imsemmija, naħtar/naħtru b’din lil.....................
ta..................... , jew f’nuqqas tiegħu lil .......................................... ta’
..................... bħala prokuratur tiegħi/tagħna biex jivvota għalija/għalina f’ismi/
f’isimna fil-laqgħa ġenerali tal-kumpannija (annwali jew straordinarja, skond il-każ)
li għandha tinżamm fil......................19 , u f’kull aġġornament tagħha.
Iffirmat illum 19
  Din il-formula għandha tintuża favur* ir-riżoluzzjoni. Kemm-il darba ma
kontrajkunx ordnat xort’oħra, il-prokuratur jivvota kif jidhirlu xieraq".
* Ħassar dak li mhux mixtieq.
50. Id-dokument li jaħtar prokuratur għandu jitqies li jagħti awtorità  li jitlob
votazzjoni jew li jissieħeb f’talba għal votazzjoni.
Diretturi 
51. Il-kumpens tad-diretturi għandu minn żmien għal żmien jiġi iffisat mill-
kumpannija f’laqgħa ġenerali. Dan il-kumpens għandu jitqies li jinġema’ minn
ġurnata għal oħra. Id-diretturi jistgħu wkoll jitħallsu ta’ l-ispejjeż kollha tat-trasport,
tal-lukanda u ta’ l-ispejjeż l-oħra li jsiru kif jixraq minnhom biex imorru għal u
jerġgħu lura mill-laqgħat tad-diretturi jew ta’ xi kumitat tad-diretturi jew laqgħat
ġenerali tal-kumpannija jew dwar negozju tal-kumpannija.
52. Il-kwalifika ta’ diretturi dwar tiżmim ta’ azzjonijiet tista’ tiġi stabbilita mill-
kumpannija f’laqgħa ġenerali u jekk u sakemm ma tkunx hekk stabbilita ebda
kwalifika ma tkun meħtieġa.
SOĊJETAJIETKUMMERĊJALIġ K AP. 168.    63
Setgħat ta’ Self
53. Id-diretturi jistgħu jeżerċitaw is-setgħat kollha tal-kumpannija biex tissellef
flus, u biex tipoteka jew taddebita n-negozju, proprjetà  u kapital tagħha mhux
imsejjaħ, jew parti minnu, u li toħroġ obbligazzjonijiet, stock ta’ obbligazzjonijiet u
sigurtajiet oħra tant bla riżerva kemm bħala garanzija għal xi dejn, responsabbiltà
jew obbligu tal-kumpannija jew ta’ xi terzi:
Iżda l-ammont ta’ flejjes meħudin b’self jew garantiti mid-diretturi kif intqal
qabel li f’xi żmien ikun għadu dovut (ħlief self temporanju miksub mill-bankiera tal-
kumpannija fil-kors ordinarju tan-negozju) ma għandux f’xi żmien, mingħajr l-
awtorizzazzjoni minn qabel tal-kumpannija f’laqgħa ġenerali, ikun iżjed mill-
ammont nominali tal-kapital azzjonarju tal-kumpannija maħruġ f’dak iż-żmien, iżda
b’danakollu ebda persuna li tislef jew persuna oħra li jkollha x’taqsam mal-
kumpannija ma jkollha interess li tara jew tistaqsi jekk dan il-limitu jkunx imħares.
Ebda dejn magħmul jew sigurtà  mogħtija b’eċċess għal dan il-limitu ma għandu jkun
invalidu jew ineffettiv ħlief fil-każ ta’ avviż espress lill-persuna li tislef jew li
tirċievi s-sigurtà  fiż-żmien meta jkun sar id-dejn jew tkun ingħatat is-sigurtà  illi l-
limitu hawnhekk impost kien jew kien b’dak il-mod eċċedut.
Setgħat u Dmirijiet tad-Diretturi
54. Id-diretturi għandhom jeżerċitaw is-setgħat tagħhom bla ħsara ta’ kull
wieħed minn dawn ir-regolamenti, tad-disposizzjonijiet ta’ l-Ordinanza u ta’ dawk
ir-regolamenti, li ma jkunux inkonsistenti mar-regolamenti jew disposizzjonijiet
imsemmija qabel, kif jiġu stabbiliti mill-kumpannija f’laqgħa ġenerali; iżda ebda
regolament magħmul mill-kumpannija f’laqgħa ġenerali ma għandu iħassar xi att ta’
qabel tad-diretturi li kien ikun validu kieku dak ir-regolament ma kienx magħmul.
55. Id-diretturi jkollhom setgħa li jaħtru lil xi persuna bħala prokuratur tal-
kumpannija għal dawk il-finijiet u b’dawk is-setgħat, awtoritajiet u diskrezzjonijiet
(li ma jkunux iżjed minn dawk mogħtija lil jew li jistgħu jiġu eżerċitati mid-diretturi
skond dawn ir-regolamenti) u għal dak iż-żmien u suġġetti għal dawk il-
kondizzjonijiet li jidhrilhom xierqa, u dawk il-prokuri jista’ jkollhom dawk id-
disposizzjonijiet għall-protezzjoni u konvenjenza ta’ persuni li jkollhom x’jaqsmu
ma’ dak il-prokuratur kif id-diretturi jidhrilhom xieraq, u jistgħu wkoll jawtorizzaw
lil xi prokuratur bħal dan li jiddelega s-setgħat, l-awtoritajiet u d-diskrezzjonijiet
kollha jew parti minn dawk li huwa jkollu.
56. Direttur ma għandux jivvota f’laqgħa tad-diretturi dwar xi kuntratt jew
ftehim li fih ikun interessat, u jekk jagħmel hekk il-vot tiegħu ma għandux jingħadd,
u huwa anqas ma għandu jingħadd mal-quorum preżenti fil-laqgħa, iżda ebda waħda
minn dawn il-projbizzjonijiet ma għandha tgħodd għal- 
(a) xi ftehim biex tingħata lil xi direttur xi sigurtà  jew indennità  dwar flus
mislufa minnu jew obbligi assunti minnu għall-ġid tal-kumpannija; jew 
(b) xi ftehim biex tingħata mill-kumpannija xi sigurtà  lil terzi dwar dejn
jew obbligu tal-kumpannija li dwaru d-direttur stess ikun assuma r-
responsabbiltà  totali jew f’parti taħt garanzija jew indennizz  jew bid-
depożitu ta’ sigurtà ; jew
(ċ) xi kuntratt minn direttur biex jissottoskrivi  jew jieħu azzjonijiet  jew
obbligazzjonijiet tal-kumpannija; jew
(d) xi kuntratt jew arranġament ma’ xi kumpannija oħra li fiha huwa jkun
interessat biss bħala uffiċjal tal-kumpannija  jew bħala detentur ta’
azzjonijiet, jew sigurtajiet oħra,
  64      KAP. 168. ħ          SOĊJETAJIETKUMMERĊJALI
u dawn il-projbizzjonijiet jistgħu f’kull żmien jiġu sospiżi jew illaxkati sa kull grad,
u sew b’mod ġenerali sew dwar xi kuntratt, ftehim jew transazzjoni partikolari, mill-
kumpannija f’laqgħa ġenerali.
57. Id-diretturi għandhom iniżżlu minuti fil-kotba li jkun hemm għal hekk-
(a) tal-ħatriet kollha ta’ uffiċjali magħmula mid-diretturi;
(b) ta’ l-ismijiet tad-diretturi preżenti f’kull laqgħa tad-diretturi u ta’ kull
kumitat tad-diretturi;
(ċ) tar-riżoluzzjonijiet u proċeduri kollha fil-laqgħat kollha tal-kumpannija,
u tad-diretturi, u tal-kumitati ta’ diretturi.
58. Id-diretturi f’isem il-kumpannija jistgħu jħallsu gratifikazzjoni jew pensjoni
jew allowance fl-irtir tiegħu lil kull direttur li kellu xi kariga oħra b’salarju jew
kariga ta’ profitt mal-kumpannija jew lill-armla jew dipendenti tiegħu u jistgħu
jagħmlu kontribuzzjonijiet f’xi fond u jħallsu premiums għax-xiri jew għoti ta’ xi
gratifikazzjoni, pensjoni jew allowance bħal dik.
Rotazzjoni ta’ Diretturi
59. Fl-ewwel laqgħa ġenerali annwali tal-kumpannija d-diretturi kollha
għandhom jirtiraw mill-kariga, u fil-laqgħa ġenerali annwali f’kull sena ta’ wara terz
mid-diretturi li f’dak iż-żmien ikunu fil-kariga jew, jekk in-numru tagħhom ma
jkunx tlieta jew multiplu ta’ tlieta, in-numru l-aktar viċin għal terz, għandu jirtira
mill-kariga.
60. Id-diretturi li għandhom jirtiraw f’kull sena jkunu dawk li jkun ilhom l-iżjed
fil-kariga mill-aħħar elezzjoni tagħhom, iżda bejn persuni li jkunu saru diretturi fl-
istess ġurnata (sakemm ma jaqblux xort’oħra bejniethom) min għandu jirtira
minnhom ikun deċiż bix-xorti.
61. Direttur li jkun ser jirtira jista’ jerġa’ jiġi elett.
62. Il-kumpannija fil-laqgħa li fiha direttur jirtira bil-mod imsemmi qabel tista’
timla l-kariga vakanti billi teleġġi persuna għal dik il-kariga.
63. Ebda persuna ħlief direttur li jirtira fil-laqgħa ma tkun, jekk ma tkunx
rikmandata mid-diretturi, tista’ tiġi eletta għall-kariga ta’ direttur f’xi laqgħa
ġenerali jekk mhux anqas minn tlieta u mhux iżjed minn erbatax-il ġurnata qabel id-
data iffissata għall-laqgħa ma jkunx tħalla avviż bil-miktub fl-uffiċċju reġistrat tal-
kumpannija, iffirmat minn membru kwalifikat kif imiss biex ikun preżenti u jivvota
fil-laqgħa li għaliha dak l-avviż jingħata, tal-ħsieb tiegħu li jipproponi lil dik il-
persuna għall-elezzjoni, kif ukoll avviż bil-miktub iffirmat minn dik il-persuna tar-
rieda tagħha li tiġi eletta.
Proċeduri tad-Diretturi
64. Id-diretturi jistgħu jiltaqgħu flimkien għat-tmexxija tax-xogħol, jaġġornaw
u jirregolaw il-laqgħat tagħhom xort’oħra, kif jidhrilhom xieraq. Il-kwistjonijiet li
jinqalgħu f’xi laqgħa jiġu deċiżi b’maġġoranza ta’ voti. F’każ li l-voti jkunu ndaqs,
iċ-chairman ikollu vot ieħor jew vot deċiżiv. Direttur jista’, u s-segretarju fuq talba
ta’ direttur għandu, f’kull żmien isejjaħ laqgħa tad-diretturi. Ma jkunx meħtieġ li
jingħata avviż ta’ laqgħa ta’ diretturi lil xi direttur li f’dak iż-żmien ikun nieqes
minn Malta.
65. Il-quorum meħtieġ għat-tmexxija tax-xogħol tad-diretturi jista’ jiġi iffissat
mid-diretturi, u jekk ma jiġix hekk iffissat ikun ta’ tnejn.
SOĊJETAJIETKUMMERĊJALIġ K AP. 168.    65
66. Id-diretturi li jkunu baqgħu fil-kariga jistgħu jaġixxu għalkemm ikun hemm
xi vaganza fil-korp tagħhom, iżda, jekk u sakemm in-numru tagħhom ikun ridott taħt
in-numru stabbilit jew skond ir-regolamenti tal-kumpannija bħala l-quorum ta’
diretturi meħtieġ, id-diretturi jew direttur li jkun baqa’ fil-kariga jista’ jaġixxi biex
iżid in-numru ta’ diretturi għal dak in-numru, jew biex isejjaħ laqgħa ġenerali tal-
kumpannija, iżda għal ebda skop ieħor.
67. Id-diretturi jistgħu jeleġġu chairman tal-laqgħat tagħhom u jiffissaw iż-
żmien li matulu għandu jibqa’ fil-kariga; iżda jekk ma jinħatar ebda chairman bħal
dan, jew jekk f’xi laqgħa iċ-chairman ma jkunx preżenti egħluq ħames minuti wara l-
ħin iffissat biex tinżamm l-istess laqgħa, id-diretturi preżenti jistgħu jagħżlu wieħed
minnhom bħala chairman tal-laqgħa.
68. Id-diretturi jistgħu jiddelegaw kull waħda mis-setgħat tagħhom lil kumitati
li jikkonsistu f’dak il-membru jew membri tal-korp tagħhom kif jidrilhom xieraq.
Kull kumitat hekk magħmul għandu fl-eserċizzju tas-setgħat hekk mogħtija joqgħod
għal kull regolamenti li d-diretturi jistgħu jimponu fuqu, u salvi dawk ir-
regolamenti, għandu jirregola l-proċeduri tiegħu bl-istess mod bħallikieku l-laqgħat
tiegħu kienu laqgħat tad-diretturi.
69. Riżoluzzjoni bil-miktub, iffirmata mid-diretturi kollha li dak iż-żmien
ikollhom dritt jirċievu avviż ta’ laqgħa tad-diretturi, tkun tiswa u tkun effettiva
bħallikieku kienet għaddiet f’laqgħa tad-diretturi msejħa u miżmuma kif jixraq.
Institur 
70. Id-diretturi jistgħu minn żmien għal żmien jaħtru wieħed jew iżjed minn
fosthom għall-kariga ta’ institur għal dak iż-żmien u b’dawk il-pattijiet kif
jidhrilhom xieraq, u, salvi l-pattijiet ta’ xi ftehim li jsir f’xi każ partikolari, jistgħu
jħassru dik il-ħatra. Direttur hekk maħtur ma għandux, waqt li jkollu dik il-kariga,
jkun suġġett li jirtira meta jkun imissu jew jittieħed kont tiegħu biex tiġi stabbilita ir-
rotazzjoni ta’ rtir ta’ diretturi, iżda l-ħatra tiegħu tispiċċa awtomatikament jekk għal
xi raġuni ma jibqax direttur.
71. Institur jirċievi dak il-kumpens li d-diretturi, salva l-approvazzjoni tal-
kumpannija f’laqgħa ġenerali, minn żmien għal żmien jiddeċidu.
72. Id-diretturi jistgħu jassenjaw lil institur u jagħtuh kull waħda mis-setgħat li
jkollhom huma b’dawk il-pattijiet u kondizzjonijiet u b’dawk il-limitazzjonijiet li
jista’ jidhrilhom xieraq, u sew flimkien kemm b’esklużjoni tas-setgħat tagħhom stess
u jistgħu minn żmien għal żmien iħassru, jirtiraw, ibiddlu jew ivarjaw dawk is-
setgħat kollha jew xi waħda minnhom.
Segretarju 
73. Id-diretturi jistgħu jaħtru segretarju għal dak iż-żmien, b’dak il-kumpens u
b’dawk il-kondizzjonijiet li jidhrilhom xieraq, u kull segretarju hekk maħtur jista’
jitneħħa minnhom:
Iżda ebda persuna ma tista’ tinħatar jew iżżomm kariga bħala segretarju jekk tkun
id-direttur uniku tal-kumpannija.
Dividendi u Riżerva
74. Il-kumpannija f’laqgħa ġenerali tista’ tiddikjara dividendi, iżda ebda
dividend ma għandu jkun iżjed mill-ammont rikmandat mid-diretturi.
75. Id-diretturi jistgħu minn żmien għal żmien iħallsu lill-membri dawk id-
  66      KAP. 168. ħ          SOĊJETAJIETKUMMERĊJALI
dividendi provviżorji li jidher lid-diretturi li jkunu ġustifikati bil-qligħ tal-
kumpannija.
76. Ebda dividend ma għandu jitħallas xort’oħra jekk mhux mill-qligħ.
77. Id-diretturi jistgħu, qabel ma jirrikmandaw xi dividend, iwarrbu mill-qligħ
tal-kumpannija dawk is-somom li jidhrilhom xierqa bħala riżerva jew riżervi li
għandhom, fid-diskrezzjoni tad-diretturi, jiġu applikati għal xi skop li għalih il-qligħ
tal-kumpannija jista’ jiġi applikat sewwa, u sakemm issir dik l-applikazzjoni jistgħu,
bl-istess diskrezzjoni, jew jiġu impjegati fin-negozju tal-kumpannija jew jiġu
mħaddmin f’dawk in-negozji (li ma jkunux azzjonijiet tal-kumpannija) kif id-
diretturi minn żmien għal żmien jidhrilhom xieraq. Id-diretturi jistgħu wkoll
mingħajr ma jqiegħdu l-istess f’riżerva jfaddlu xi qligħ li jidhrilhom aħjar li ma
jqassmux.
78. Bla ħsara għad-drittijiet ta’ persuni, jekk ikun hemm, intitolati għal
azzjonijiet bi drittijiet speċjali dwar dividendi, id-dividendi kollha għandhom jiġu
dikjarati u mħallsa skond l-ammonti mħallsa jew kreditati bħala mħallsa dwar l-
azzjonijiet li għalihom dividend jitħallas, iżda ebda ammont imħallas jew kreditat
bħala imħallas fuq azzjoni bil-quddiem ta’ sejħiet ma jiġi kunsidrat għall-fini ta’ dan
ir-regolament bħala mħallas fuq l-azzjoni. Id-dividendi kollha jiġu maqsuma u
mħallsa proporzjonatament għall-ammonti mħallsa jew kreditati bħala mħallsa fuq l-
azzjonijiet waqt kull sehem jew ishma taż-żmien li dwaru d-dividend jitħallas; iżda
jekk xi azzjoni toħroġ fuq pattijiet li jipprovdu illi jkollha dritt għal xi dividend minn
xi data partikolari dik l-azzjoni għandu jkollha hekk dritt għal dividend.
79. Id-diretturi jistgħu jnaqqsu minn kull  dividend li għandu jitħallas lil xi
membru s-somom ta’ flus kollha (jekk ikun hemm) li għandhom dak iż-żmien
jitħallsu minnu lill-kumpannija akkont tas-sejħiet jew xort’oħra dwar l-azzjonijiet
tal-kumpannija.
80. Ebda dividend ma jgħaddi bl-imgħax kontra l-kumpannija. 
Kontijiet
81. Id-diretturi għandhom minn żmien għal ieħor jiddeċidu jekk u sa liema grad
u f’liema ħinijiet u postijiet u taħt liema kondizzjonijiet jew regolamenti l-kontijiet u
l-kotba tal-kumpannija jew xi wieħed minnhom ikun miftuħ għall-ispezzjon ta’
membri li ma jkunux diretturi, u ebda membru (li ma jkunx direttur) ma jkollu xi
dritt li jispezzjona xi kont jew ktieb jew dokument tal-kumpannija ħlief kif mogħti
b’liġi jew awtorizzat mid-diretturi jew mill-kumpannija f’laqgħa ġenerali.
Kapitalizzazzjoni ta’ Qligħ
82. Il-kumpannija f’laqgħa ġenerali tista’ fuq rikmandazzjoni tad-diretturi
tgħaddi riżoluzzjoni illi jkun mixtieq li tikkapitalizza xi parti mill-ammont li għal
dak iż-żmien ikun imniżżel bħala kreditu ta’ xi kont tar-riżerva tal-kumpannija jew
bħala kreditu tal-kont tal-qligħ u telf jew xort’oħra disponibbli għat-tqassim, u li
għalhekk dik is-somma tiġi liberata għat-tqassim bejn il-membri li kien ikollhom
dritt għaliha kieku tiġi mqassma permezz ta’ dividend u fl-istess proporzjonijiet bil-
kondizzjoni illi l-istess ma tiġix imħallsa bi flus iżda jew tiġi applikata fil-ħlas jew
favur il-ħlas ta’ xi ammonti li għal dak iż-żmien ikunu mhux imħallsa fuq xi
azzjonijiet li jkollhom dawk il-membri rispettivament jew li jħallsu għal kollox
azzjonijiet jew obbligazzjonijiet mhux maħruġa tal-kumpannija li għandhom
jingħataw lil u jitqassmu kreditati bħala mħallsa għal kollox bejn dawk il-membri
fil-proporzjon imsemmi qabel, jew parti mod u parti ieħor, u d-diretturi għandhom
SOĊJETAJIETKUMMERĊJALIġ K AP. 168.    67
jagħtu seħħ lil dik ir-riżoluzzjoni:
Iżda kont ta’ share premium u fond tar-riżerva tal-fidwa ta’ kapital jista’, għall-
finijiet ta’ dan ir-regolament, jiġi applikat biss fil-ħlas ta’ azzjonijiet mhux maħruġa
li għandhom jinħarġu lill-membri tal-kumpannija bħala bonus shares imħallsa għal
kollox:
Iżda wkoll id-diretturi jistgħu meta jagħtu seħħ lil dik ir-riżoluzzjoni jipprovdu
hekk bi ħlas ta’ flus jew xort’oħra kif jidhrilhom xieraq għal każ ta’ azzjonijiet jew
obbligazzjonijiet li jkunu ser jiġu mqassma fi frazzjonijiet.
Avviż
83. Avviż jista’ jingħata mill-kumpannija lil kull membru tant personalment
kemm billi jintbagħat lilu bil-posta jew fl-indirizz tiegħu reġistrat, jew (jekk ma
jkollux indirizz reġistrat f’Malta) fl-indirizz, jekk ikollu, f’Malta mogħti minnu lill-
kumpannija għall-għoti ta’ avviż lilu. Meta avviż jintbagħat bil-posta, għandha
titqies li tkun saret notifika ta’ l-avviż billi ittra li jkun fiha l-avviż tiġi indirizzata
sewwa, il-pustaġġ ikun imħallas qabel u mpustata, u li tkun saret fil-każ ta’ avviż ta’
laqgħa meta jgħaddu erbgħa u għoxrin siegħa minn mindu l-ittra li jkollha dak l-
avviż tkun ġiet impustata, u f’kull każ ieħor fil-ħin li l-ittra tiġi konsenjata fil-kors
ordinarju tal-posta.
84. Avviż ta’ kull laqgħa ġenerali għandu jingħata bil-mod hawn qabel
awtorrizat lil -
(a) kull membru reġistrat ħlief dawk il-membri li (billi ma jkollhomx
indirizz reġistrat f’Malta) ma jkunux taw lill-kumpannija indirizz
f’Malta għall-għoti lilhom ta’ avviż; u
(b) l-uditur tal-kumpannija għal dak iż-żmien.
Ebda persuna oħra ma jkollha dritt li tirċievi avviżi ta’ laqgħa ġenerali. 
Indennizz 
85. Kull direttur, institur, aġent, uditur jew segretarju u b’mod ġenerali kull
uffiċjal ieħor għal dak iż-żmien tal-kumpannija jkun indennizzat mill-attiv tal-
kumpannija kontra kull responsabbiltà  meħuda minnu fid-difiża ta’ xi proċeduri li
fihom tingħata deċiżjoni favur tiegħu jew li fihom ikun ġie liberat.
TAQSIMA II
REGOLAMENTI GĦAT-TMEXXIJA TA’ KUMPANNIJA PRIVATA
1. Ir-regolamenti li hemm fit-Taqsima I ta’ din l-Iskeda (ħlief ir-regolament
14) għandhom jgħoddu.
2. Il-kumpannija hija kumpannija privata u għalhekk -
(a) id-dritt ta’ trasferiment ta’ azzjonijiet huwa limitat bil-mod iżjed ’il
quddiem stabbilit;
(b) in-numru ta’ membri tal-kumpannija huwa limitat għal ħamsin:
Iżda meta żewġ persuni jew iżjed ikollhom flimkien azzjoni waħda
jew iżjed fil-kumpannija għandhom għall-fini ta’ dan ir-regolament
  68      KAP. 168. ħ          SOĊJETAJIETKUMMERĊJALI
jitqiesu bħala membru wieħed;
(ċ) kull invit lill-pubbliku biex jissottoskrivi għal xi azzjonijiet jew
obbligazzjonijiet tal-kumpannija huwa projbit;
(d) il-kumpannija ma jkollhiex setgħa li toħroġ share warrants f’isem il-
portatur.
3. Id-diretturi jistgħu, fid-diskrezzjoni assoluta tagħhom u mingħajr ma jagħtu
ebda raġuni dwar hekk, jiċħdu li jirreġistraw xi trasferiment ta’ xi azzjoni, sew jekk
tkun imħallsa għal kollox sew jekk le.
4. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-Ordinanza, riżoluzzjoni bil-miktub
iffirmata mill-membri kollha li jkollhom għal dak iż-żmien dritt li jirċievu avviż ta’
laqgħat ġenerali u li jkunu preżenti u jivvotaw fihom tkun valida u effettiva
bħallikieku l-istess kienet għaddiet f’laqgħa ġenerali tal-kumpannija msejħa u
miżmuma kif imiss.
5. Id-diretturi jistgħu f’kull żmien jeħtieġu lil kull persuna li isimha jkun
imniżżel fir-reġistru tal-membri tal-kumpannija biex tagħtihom kull tagħrif,
konfermat (jekk id-diretturi hekk jeħtieġu) b’affidavit, li jistgħu jqiesu meħtieġ
sabiex jiddeċidu sew jekk il-kumpannija tissoddisfax il-kondizzjonijiet imsemija fis-
subartikolu (2) ta’ l-artikolu 149 ta’ l-Ordinanza sew jekk le.
IT-TIENI SKEDA 
(ARTIKOLI 83, 84, 86, 188)
ĦWEJJEĠ LI GĦANDHOM JIĠU SPEĊIFIKATI FI PROSPETT U RAPPORTI LI 
GĦANDHOM JITNIŻŻLU FIH
TAQSIMA I
Ħwejjeġ li għandhom jiġu speċifikati
1. In-numru ta’ l-azzjonijiet tal-fundaturi jew tad-direzzjoni jew ta’ l-
azzjonijiet posposti, jekk ikun hemm, u x-xorta u l-grad ta’ l-interess tad-detenturi
fil-proprjetà  u qligħ tal-kumpannija.
2. In-numru ta’ azzjonijiet, jekk ikun hemm, iffissat bl-istatut bħala l-kwalifika
ta’ direttur, u kull disposizzjoni fl-istatut dwar il-kumpens tad-diretturi.
3. L-ismijiet u l-indirizzi tad-diretturi. 
4. Partikolaritajiet dwar -
(a) l-ammont li, fil-fehma tad-diretturi, għandu jinġabar bil-ħruġ ta’ l-
azzjonijiet biex jiġu provduti s-somom, jew, jekk xi parti minnu għandu
jitħallas b’xi mod ieħor, il-bilanċ tas-somom, meħtieġa li jiġu provduti
dwar kull waħda mill-ħwejjeġ li ġejjin:
(i) il-prezz ta’ xiri ta’ xi proprjetà  mixtrija jew li tkun ser tinxtara li
għandu jitħallas għal kollox jew parti mir-rikavat tal-ħruġ ta’ l-
azzjonijiet;
(ii) kull spiża preliminari li għandha titħallas mill-kumpannija u kull
kummissjoni li għandha hekk titħallas lil xi persuna minħabba li
SOĊJETAJIETKUMMERĊJALIġ K AP. 168.    69
taċċetta li tissottoskrivi għal xi azzjonijiet tal-kumpannija, jew li
tipprokura jew li taċċetta li tipprokura sottoskrizzjonijiet
għalihom;
(iii) il-ħlas lura ta’ xi flejjes li l-kumpannija tkun isselfet dwar xi
waħda mill-ħwejjeġ imsemmija qabel;
(iv) il-kapital għal ħidma; u
(b) l-ammonti li għandhom jiġu provduti dwar il-ħwejjeġ imsemmija qabel
b’mod ieħor milli bir-rikavat tal-ħruġ ta’ azzjonijiet u l-għejjun li
minnhom dawk l-ammonti għandhom jiġu provduti.
5. Il-ħin tal-ftuħ tal-listi tas-sottoskrizzjonijiet.
6. L-ammont li għandu jitħallas fuq applikazzjoni u għoti ta’ kull azzjoni, u,
f’każ ta’ tieni offerta ta’ azzjonijiet jew offerta sussegwenti l-ammont offert għal
sottoskrizzjoni fuq kull ammont mogħti qabel egħluq is-sentejn ta’ qabel, l-ammont
attwalment mogħti, u l-ammont, jekk ikun hemm, imħallas fuq l-azzjonijiet hekk
mogħtija.
7. In-numru, id-deskrizzjoni u l-ammont ta’ l-azzjonijiet jew obbligazzjonijiet
tal-kumpannija li xi persuna jkollha l-għażla li tissottoskrivi għalihom jew li jkollha
dritt tiġi mogħtija din l-għażla, flimkien mal-partikolaritajiet ta’ l-għażla li ġejjin,
jiġifieri:
(a) iż-żmien li matulu tkun tista’ tiġi eżerċitata;
(b) il-prezz li għandu jitħallas għal azzjonijiet jew obbligazzjonijiet
sottoskritti bis-saħħa tagħha;
(ċ) il-kumpens, jekk ikun hemm, mogħti jew li jkun ser jingħata għaliha
jew għad-dritt tagħha;
(d) l-ismijiet u l-indirizzi tal-persuni li lilhom tkun ingħatat jew ikun
ingħata d-dritt għaliha jew, jekk mogħtija lil azzjonisti eżistenti jew lil
detenturi ta’ obbligazzjonijiet bħala tali, l-azzjonijiet u l-
obbligazzjonijiet relattivi.
8. In-numru u l-ammont ta’ azzjonijiet u obbligazzjonijiet li matul is-sentejn
ta’ qabel ikunu nħarġu, jew li kien miftiehem li jinħarġu, bħala mħallsa għal kollox
jew f’parti b’mod ieħor mhux bi flus, u f’dan l-aħħar każ safejn ikunu hekk imħallsa,
u f’kull wieħed minn dawn il-każi l-kumpens li għalihom dawk l-azzjonijiet jew
obbligazzjonijiet ikunu nħarġu jew huma proposti jew maħsuba li jinħarġu.
9. Dwar kull proprjetà  mixtrija jew miksuba mill-kumpannija jew proposta li
tiġi hekk mixtrija jew miksuba, li għandha tiġi mħallsa għal kollox jew f’parti mir-
rikavat tal-ħruġ offert għal sottoskrizzjoni bil-prospett, il-partikolaritajiet li ġejjin,
jiġifieri:
(a) l-ismijiet u l-indirizzi tal-bejjiegħa;
(b) l-ammont imħallas jew li għandu jitħallas bi flus, azzjonijiet jew
obbligazzjonijiet lill-bejjiegħ, li juri l-ammont, jekk ikun hemm, dwar l-
avvjament, u meta jkun hemm iżjed minn bejjiegħ wieħed partikolari,
jew il-kumpannija tkun xtrat mingħand min ikun xtara, l-ammont li
għandu hekk jitħallas lil kull bejjiegħ;
(ċ) partikolaritajiet fil-qosor ta’ kull operazzjoni dwar il-proprjetà  li tkun
saret matul is-sentejn ta’ qabel li fihom xi bejjiegħ tal-proprjetà  lill-
kumpannija jew xi persuna li tkun, jew kienet fiż-żmien ta’ l-
operazzjoni, promutur jew direttur tal-kumpannija kellu xi interess
dirett jew indirett.
  70      KAP. 168. ħ          SOĊJETAJIETKUMMERĊJALI
Kull persuna għandha għall-finijiet ta’ din l-lskeda titqies li tkun bejjiegħ li jkun
intrabat b’kuntratt, assolut jew taħt kondizzjoni, għall-bejgħ jew xiri, jew għal xi
għażla ta’ xiri, ta’ xi proprjetà  biex tinkiseb mill-kumpannija, f’kull każ meta -
(a) il-flus tax-xiri ma jkunx imħallas kollu fid-data tal-ħruġ tal-prospett;
(b) il-flus tax-xiri għandu jitħallas jew jiġi soddisfatt għal kollox jew f’parti
mir-rikavat tal-ħruġ offert għal sottoskrizzjoni mill-prospett;
(ċ) il-kuntratt għal validità  jew twettiq tiegħu jiddependi mir-riżultat ta’
dak il-ħruġ.
F’dan il-paragrafu l-kelma "bejjiegħ" tinkludi min jagħti b’enfitewsi u min jagħti
b’kiri, u l-kelma "bejgħ" tinkludi konċessjoni enfitewtika u kiri u l-frażi "flus tax-
xiri" tinkludi l-kumpens għall-konċessjoni enfitewtika jew għall-kiri, u l-frażi
"xerrej mingħand min ikun xtara" tinkludi subenfitewta u sullokatur.
10. L-ammont, jekk ikun hemm, imħallas matul is-sentejn ta’ qabel, jew li
għandu jitħallas, bħala kummissjoni (iżda li ma jinkludix kummissjoni tas-
sottofirmatarji) talli tissottoskrivi jew tiftiehem li tissottoskrivi, jew tipprokura jew
tiftiehem li tipprokura sottoskrizzjonijiet, għal xi azzjonijiet jew obbligazzjonijiet
tal-kumpannija, jew ir-rata ta’ xi kummissjoni bħal din.
11. L-ammont jew l-ammont stmat ta’ spejjeż preliminari u l-persuni li
minnhom xi parti minn dawk l-ispejjeż tkun tħallset jew tkun ser titħallas, u l-
ammont jew ammont stmat ta’ spejjeż tal-ħruġ u l-persuni li minnhom xi parti minn
dawk l-ispejjeż tkun tħallset jew tkun ser titħallas.
12. Kull ammont jew benefiċċju mħallas jew mogħti matul is-sentejn ta’ qabel
jew bi ħsieb li jitħallas jew jingħata lil xi promutur, u l-kumpens għall-ħlas jew għoti
tal-benefiċċju.
13. L-ismijiet u l-indirizzi ta’ l-udituri, jekk ikun hemm, tal-kumpannija.
14. Id-dati, il-partijiet, l-isem tan-nutar, jekk ikun hemm, u x-xorta ġenerali ta’
kull kuntratt sostanzjali, li ma jkunx kuntratt li jkun sar fil-kors ordinarju tan-
negozju li jsir jew bi ħsieb li jsir mill-kumpannija jew kuntratt li jkun sar iżjed minn
sentejn qabel id-data tal-ħruġ tal-prospett.
15. Jekk il-kapital azzjonarju tal-kumpannija ikun maqsum fi klassijiet
differenti ta’ azzjonijiet, id-dritt għal votazzjoni f’laqgħat tal-kumpannija mogħti
mid-diversi klassijiet ta’ azzjonijiet rispettivament u d-drittijiet dwar kapital u
dividendi annessi magħhom.
16. Il-partikolaritajiet kollha tax-xorta u l-gradazzjoni ta’ l-interessi, jekk ikun
hemm, ta’ kull direttur fit-tmexxija ’1 quddiem tal-kumpannija, jew fil-proprjetà
maħsuba li tinkiseb minnha, jew meta l-interess ta’ dan id-direttur jikkonsisti filli
jkun komproprjetarju ta’ ditta jew soċju f’soċjetà  li ma tkunx kumpannija, ix-xorta u
l-gradazzjoni ta’ l-interess tad-ditta jew tas-soċjetà , b’dikjarazzjoni tas-somom
kollha mħallsa jew miftehma li jitħallsu lilu jew lid-ditta jew lis-soċjetà  bi flus jew
azzjonijiet jew xort’oħra minn xi persuna jew biex tħajru li jsir, jew biex
tikkwalifikah bħala direttur, jew inkella għal servizzi mogħtija minnu jew mid-ditta
jew mis-soċjetà  dwar it-tmexxija ’l quddiem jew twaqqif tal-kumpannija.
17. F’każ ta’ kumpannija li tkun qed tmexxi negozju, jew ta’ negozju li jkun ġie
mmexxi għal inqas minn tliet snin, it-tul ta’ żmien li fih in-negozju tal-kumpannija
jew in-negozju li ser jinkiseb, skond il-każ, ikun tmexxa.
SOĊJETAJIETKUMMERĊJALIġ K AP. 168.    71
TAQSIMA II
 Rapporti li għandhom jitniżżlu
18. Rapport mill-udituri tal-kumpannija dwar -
(a) il-qligħ u t-telf tal-kumpannija dwar kull waħda mill-ħames snin
finanzjarji, jew meta l-kumpannija tkun ilha tmexxi negozju għal anqas
minn ħames snin, dwar kull waħda minn dawk is-snin, minnufih qabel
il-ħruġ tal-prospett; u
(b) l-attiv u l-passiv tal-kumpannija fl-aħħar data li dwarha jkunu saru l-
kontijiet tal-kumpannija; u
(ċ) ir-rati tad-dividendi, jekk ikun hemm, imħallsa mill-kumpannija dwar
kull klassi ta’ azzjonijiet għal kull waħda mill-ħames snin finanzjarji,
jew dak in-numru anqas ta’ snin kif intqal qabel, minnufih qabel il-ħruġ
tal-prospett, bil-partikolaritajiet ta’ kull waħda minn dawk il-klassijiet
ta’ azzjonijiet li fuqha jkunu tħallsu dawk id-dividendi u
partikolaritajiet tal-każijiet li fihom ebda dividendi ma jkunu tħallsu
dwar xi klassi ta’ azzjonijiet għal xi waħda minn dawk is-snin,
u, jekk ma jkunux saru kontijiet dwar xi parti miż-żmien ta’ ħames snin jew ta’ dak
iż-żmien aqsar kif intqal qabel, li jispiċċa f’data tliet xhur qabel il-ħruġ tal-prospett,
li jkollu dikjarazzjoni ta’ dak il-fatt.
19. Jekk ir-rikavat, jew xi parti mir-rikavat, tal-ħruġ ta’ l-azzjonijiet jew
obbligazzjonijiet ikun ser jiġi applikat, direttament jew indirettament fix-xiri ta’ xi
negozju jew fil-ksib mill-kumpannija ta’ azzjonijiet f’xi kumpannija oħra li,
minħabba dak il-ksib jew xi ħaġa li għandha ssir minħabba f’hekk jew in
konnessjoni miegħu, issir sussidjarja tal-kumpannija, rapport magħmul minn
komputisti (li għandhom jissemmew fil-prospett u li jkunu kwalifikati skond l-
Ordinanza għal ħatra bħala uditur ta’ kumpannija) fuq -
(a) il-qligħ jew it-telf tan-negozju jew ta’ dik il-kumpannija l-oħra dwar
kull waħda mil-ħames snin finanzjarji, jew dak iż-żmien aqsar kif intqal
qabel, minnufih qabel il-ħruġ tal-prospett; u
(b) l-attiv u l-passiv tan-negozju jew ta’ dik il-kumpannija l-oħra fl-aħħar
data li dwarha jkunu saru l-kontijiet tan-negozju jew ta’ dik il-
kumpannija. 
20. Kull wieħed mir-rapporti msemmija għandu jew juri permezz ta’ nota kull
korrezzjoni dwar figuri ta’ xi qligħ jew telf jew attiv u passiv meqjusa mir-rapport li
jidhru meħtieġa lill-persuni li jagħmlu r-rapport jew jagħmel dawk il-korrezzjonijiet
u juri illi saru korrezzjonijiet, u f’kull wieħed minn dawn il-każi jagħti r-raġunijiet
għal hekk.
  72      KAP. 168. ħ          SOĊJETAJIETKUMMERĊJALI
(ARTIKOLI 135, 137)
TAQSIMA I
DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI DWAR IL-KARTA TAL-BILANĊ U 
L-KONT TAL-QLIGĦ U TELF
Karta tal-Bilanċ
1. Il-kapital azzjonarju awtorizzat, il-kapital azzjonarju maħruġ, l-attiv u l-
passiv għandhom jinġabru fil-qosor, b’dawk il-partikolaritajiet li jkunu meħtieġa
biex juru x-xorta ġenerali ta’ l-attiv u tal-passiv, u għandu jkun hemm imsemmija -
(a) kull parti tal-kapital maħruġ li jikkonsisti f’azzjonijiet privileġġati li
jistgħu jinfdew, u l-aktar data kmieni li fiha l-kumpannija għandha
setgħa li tifdi dawk l-azzjonijiet;
(b) l-ammont tal-kont tax-share premium;
(ċ) il-partikolaritajiet ta’ kull obbligazzjoni mifdija li l-kumpannija
għandha s-setgħa li toħroġ mill-ġdid.
2. Għandu jingħad taħt kapi separati, safejn ma jkunux imħassra -
(a) l-ispejjeż preliminari;
(b) kull spiża li tkun saret dwar kull ħruġ ta’ kapital azzjonarju jew
obbligazzjonijiet;
(ċ) kull somom imħallsa bħala kummissjoni dwar xi azzjonijiet jew
obbligazzjonijiet;
(d) kull somom imħollija bħala skont dwar xi obbligazzjonijiet; u
(e) l-ammont ta’ l-iskont imħolli għal kull ħruġ ta’ azzjonijiet bi skont.
3. (1) Ir-riżervi, l-ammonti maħsuba, il-passiv u l-attiv marbut u korrenti
għandhom jiġu klassifikati taħt kapi xierqa għan-negozju tal-kumpannija:
Iżda -
(a) meta l-ammont ta’ xi klassi ma jkunx sostanzjali jista’ jiġi nkluż taħt l-
istess kap ta’ xi klassi oħra; u
(b) meta xi attiv ta’ klassi waħda ma jkunx separabbli minn attiv ta’ xi
klassi oħra, dawk l-attivi jistgħu jiġu nklużi taħt l-istess kap.
(2) L-attiv marbut għandu wkoll ikun divrenzjat mill-attiv korrenti.
(3) Għandu jintwera l-metodu jew metodi wżati li bihom intwasal għall-ammont
ta’ l-attiv marbut taħt kull kap.
4. (1) Il-mod li bih intwasal għal ammont ta’ l-attiv marbut, bla ħsara għas-
sub-paragrafu li jaħbat sew sew wara dan, għandu ikun billi tittieħed id-differenza
bejn -
(a) il-prezz tiegħu jew, jekk ikun imniżżel fil-kotba tal-kumpannija bi
IT-TIELET SKEDA Emendata:A.L. 4 ta’ l-
1963; 
XI.1977.2.
SOĊJETAJIETKUMMERĊJALIġ K AP. 168.    73
stima, l-ammont ta’ l-istima; u
(b) l-ammont globali provdut jew imħassar mid-data tal-ksib jew stima,
skond il-każ, għal deprezzament jew tnaqqis fil-valur,
u għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu l-ammont nett li fih xi attiv ikun imniżżel fil-
kotba tal-kumpannija fil-bidu fis-seħħ ta’ l-Ordinanza (wara tnaqqis ta’ l-ammonti
provduti jew imħassra qabel għal deprezzament jew tnaqqis fil-valur) għandu, jekk
il-figuri dwar iż-żmien qabel il-bidu fis-seħħ ta’ l-Ordinanza ma jkunux jistgħu
jinkisbu mingħajr spejjeż mhux raġonevoli jew dewmien, jiġi meqjus bħallikieku
kien l-ammont ta’ stima ta’ dak l-attiv magħmul fil-bidu fis-seħħ ta’ l-Ordinanza u,
meta xi wieħed minn dawk l-attivi ikun mibjugħ, l-imsemmi ammont nett nieqes l-
ammont tal-bejgħ għandu jitqies bħallikieku kien l-ammont ta’ stima hekk
magħmula ta’ l-attiv li jibqa’.
(2) Is-sub-paragrafu ta’ qabel dan ma għandux jgħodd -
(a) għall-attiv li għalih il-figuri dwar iż-żmien li jibda mal-bidu fis-seħħ ta’
l-Ordinanza ma jkunx jista’ jinkiseb mingħajr spiża mhux raġonevoli
jew dewmien; jew
(b) għall-attiv li t-tqegħid ta’ attiv ieħor floku huwa provdut għal kollox
jew f’parti -
(i) billi jiġi provdut ammont għat-tiġdid u billi l-ispiża għat-tqegħid
ta’ attiv ieħor floku jitniżżlu kontra dak li jkun ġie hekk provdut;
jew 
(ii) billi l-ispiża għat-tqegħid ta’ attiv ieħor floku titniżżel dirett
kontra dħul ta’ flus; jew
(ċ) għal kull impieg ta’ kapital li l-valur tiegħu fis-suq (jew f’każ ta’ impieg
ta’ kapital li ma jkollux valur fis-suq, il-valur tiegħu kif stmat mid-
diretturi) ikun muri bħala l-ammont tal-kapital imjegat jew permezz ta’
nota; jew
(d) għall-avvjament, patents jew trade marks.
(3) Dwar l-attiv taħt kull kap li l-ammont tiegħu jintlaħaq skond is-subparagrafu
(1) ta’ dan il-paragrafu, għandu jintwera -
(a) it-total ta’ l-ammonti msemmija fil-paragrafu (a) ta’ dak is-sub-
paragrafu; u
(b) it-total ta’ l-ammonti msemmija fil-paragrafu (b) tiegħu.
(4) Dwar l-attiv taħt kull kap li l-ammont tiegħu ma jkunx intlaħaq skond l-
imsemmi sub-paragrafu (1) billi t-tqegħid ta’ attiv ieħor floku hu provdut kif
imsemmi fis-sub-paragrafu (2) (b) ta’ dan il-paragrafu, għandu jingħad -
(a) il-mezzi li bihom it-tqegħid minfloku jkun provdut; u
(b) l-ammont globali li jkun ġie hekk provdut (jekk ikun hemm) għal tiġdid
u mhux użat.
5. L-ammonti globali tar-riżervi tal-kapital, tar-riżervi mid-dħul u ta’ l-
ammonti provduti rispettivament (ħlief dawk provduti għal deprezzament, tiġdid jew
tnaqqis fil-valur ta’ attiv) għandhom jintwerew taħt kapi separati:
Iżda dan il-paragrafu ma jinħtieġx dikjarazzjoni separata ta’ xi wieħed minn dawn
it-tliet ammonti li ma jkunx sostanzjali.
6. (l) Għandu jintwera wkoll (jekk ma jkunx jidher fil-kont tal-qligħ u telf
jekk ma jkunx hemm dikjarazzjoni jew rapport anness miegħu, jew jekk l-ammont
  74      KAP. 168. ħ          SOĊJETAJIETKUMMERĊJALI
involut ma jkunx sostanzjali) -
(a) meta l-ammont tar-riżervi tal-kapital jew tar-riżervi mid-dħul jew ta’ l-
ammonti provduti (ħlief dawk provduti għal deprezzament, tiġdid jew
tnaqqis fil-valur ta’ attiv) juri żieda kif imqabbel ma’ l-ammont fit-
tmiem tas-sena finanzjarja li taħbat sew sew qabel, l-għajn li minnha l-
ammont taż-żieda jkun ġie; u
(b) meta -
(i) l-ammont tar-riżervi tal-kapital jew tar-riżervi mid-dħul juri
nuqqas kif imqabbel ma’ l-ammont fit-tmiem tas-sena finanzjarja
li taħbat sew sew qabel; jew
(ii) l-ammont fit-tmiem tas-sena finanzjarja li taħbat sew sew qabel
ta’ l-ammonti provduti (ħlief dawk provduti għal deprezzament,
tiġdid jew tnaqqis fil-valur ta’ attiv) ikun eċċeda t-total tas-
somom li jkunu ġew applikati minn dak iż-żmien u ammonti li
baqgħu miżmuma għal dawk l-iskopijiet,
l-applikazzjoni ta’ l-ammonti li jkunu ġejjin mid-differenza.
(2) Meta l-kap li juri xi waħda mir-riżervi jew ammonti provduti kif intqal qabel
ikun maqsum f’sottokapi dan il-paragrafu għandu jgħodd għal kull wieħed mill-
ammonti separati li jidhru fis-sottokapi minflok ma jiġi applikat lill-ammont globali
tiegħu.
7. (1) Għandu jintwera taħt kapi separati:
(a) l-ammonti globali rispettivament ta’ l-impiegi tal-kapital tal-
kumpannija f’negozju, impiegi kwotati ta’ kapital li ma jkunux impiegi
ta’ kapital f’negozju u impiegi mhux kwotati ta’ kapital li ma jkunux
impiegi ta’ kapital f’negozju;
(b) jekk l-ammont ta’ l-avvjament u ta’ xi patents u trade marks jew parti
minn dak l-ammont jidher bħala partita separata jew xort’oħra jkun
jista’ jiġi aċċertat mill-kotba tal-kumpannija, jew minn xi kuntratt tax-
xiri jew bejgħ ta’ xi proprjetà  li tkun ser tinkiseb mill-kumpannija, dan
l-ammont hekk muri jew aċċertat safejn ma jkunx ġie mħassar jew,
skond il-każ, dan l-ammont safejn huwa hekk muri jew aċċertat u kif
hekk muri jew aċċertat skond il-każ;
(ċ) l-ammont globali ta’ self minn banek u overdrafts;
(d) l-ammont globali nett (wara tnaqqis tat-taxxa fuq l-income) li jkun
rikmandat għat-tqassim bħala dividend.
(2) Ebda ħaġa fil-kap (b) tas-sub-paragrafu ta’ qabel dan ma għandha tittieħed
bħala tinħtieġ l-ammont ta’ l-avvjament, patents u trade marks li għandhom jiġu
dikjarati b’mod ieħor mhux bħala partita waħda.
8. Meta xi passiv tal-kumpannija jkun żgurat bi privileġġ jew ipoteka fuq xi
attiv tal-kumpannija, il-fatt illi dak il-passiv ikun hekk żgurat għandu jingħad, iżda
ma jkunx meħtieġ li jiġi speċifikat l-attiv li fuqu l-passiv ikun żgurat.
9. (1) Il-ħwejjeġ imsemmija fis-sub-paragrafi li ġejjin għandhom jidhru
permezz ta’ nota, jew f’dikjarazzjoni jew rapport anness, jekk ma jkunux murija
xort’oħra.
(2) In-numru, deskrizzjoni u ammont ta’ kull azzjoni li xi persuna tkun tista’
tagħżel li tissotoskrivi għalihom, flimkien mal-partikolaritajiet ta’ l-għażla li ġejjin,
jiġifieri -
SOĊJETAJIETKUMMERĊJALIġ K AP. 168.    75
(a) iż-żmien li matulu tkun tista’ tiġi eżerċitata;
(b) il-prezz li għandu jitħallas għall-azzjonijiet sottoskritti bis-saħħa
tagħha.
(3) L-ammont ta’ xi arretrati ta’ dividendi kumulattivi marbuta fuq l-azzjonijiet
tal-kumpannija u ż-żmien li għalih id-dividendi jew, jekk ikun hemm aktar minn
klassi waħda, kull klassi minnhom tkun arretrata, liema ammont għandu jiġi dikjarat
qabel it-tnaqqis tat-taxxa fuq l-income, ħlief li, fil-każ ta’ dividendi ħielsa mit-taxxa,
l-ammont għandu jidher ħieles mit-taxxa u l-fatt illi jkun hekk muri għandu jingħad
ukoll.
(4) Partikolaritajiet ta’ kull addebitar fuq l-attiv tal-kumpannija biex jiżgura d-
djun ta’ kull persuna oħra, magħdud, meta jista’ jkun, l-ammont żgurat.
(5) Ix-xorta ġenerali ta’ xi djun oħra li jistgħu jinqalgħu mhux maħsub
għalihom u, meta jista’ jkun, l-ammont globali jew l-ammont stmat ta’ dawk id-djun,
jekk ikunu sostanzjali.
(6) Meta jista’ jkun l-ammont globali jew l-ammont stmat, jekk ikun sostanzjali,
ta’ kuntratti għal nefqa kapitali, safejn ma jkunx maħsub għaliha.
(7) Jekk fil-fehma tad-diretturi xi attiv korrenti ma jkollux valur, f’każ ta’ bejgħ
fil-kors ordinarju tan-negozju tal-kumpannija, għall-anqas daqs l-ammont li għalih
ikun dikjarat, il-fatt illi d-diretturi jkunu ta’ dik il-fehma.
(8) Il-valur globali fis-suq ta’ impiegi kwotati tal-kapital tal-kumpannija li ma
jkunux impiegi ta’ kapital f’negozju, meta ma jaqbilx ma’ l-ammont ta’ l-impiegi ta’
kapital kif dikjarat, u l-valur skond l-istock exchange ta’ kull impieg ta’ kapital li l-
valur fis-suq tiegħu jkun jidher (kemm separatament kemm le) u jkun meqjus bħala
ogħla mill-valur ta’ l-istock exchange tiegħu.
(9) Il-bażi li fuqha munita stranġiera tkun ġiet mibdula f’liri Maltin, meta l-
ammont ta’ l-attiv jew il-passiv milqut ikun sostanzjali.
(10) Il-bażi li fuqha l-ammont , jekk ikun hemm, imwarrab għat-taxxa fuq l-
income ta’ Malta ikun magħdud.
(11) Ħlief fil-każ ta’ l-ewwel karta tal-bilanċ imqiegħda quddiem il-kumpannija
wara l-bidu fis-seħħ ta’ l-Ordinanza, l-ammonti korrispondenti fit-tmiem tas-sena
finanzjarja li taħbat minnufih qabel għall-partiti kollha murija fil-karta tal-bilanċ.
Kont tal-Qligħ u Telf 
10. Għandu jintwera -
(a) l-ammont imniżżel kontra d-dħul bħala provdut għal deprezzament,
tiġdid jew tnaqqis fil-valur ta’ attiv marbut;
(b) l-ammont ta’ l-imgħax fuq l-obbligazzjonijiet tal-kumpannija u fuq self
ieħor marbut;
(ċ) l-ammont imniżżel għat-taxxa fuq l-income ta’ Malta, magħdud, meta
jista’ jkun, bħala taxxa fuq l-income ta’ Malta, kull tassazzjoni imposta
band’oħra, sal-grad tat-tnaqqis, jekk ikun hemm, mit-taxxa fuq l-income
ta’ Malta;
(d) l-ammonti rispettivament provduti għal fidwa ta’ kapital azzjonarju u
għal fidwa ta’ self;
(e) l-ammont, jekk ikun sostanzjali, imwarrab jew maħsub li jitwarrab
f’riżervi, jew miġbud mir-riżervi;
  76      KAP. 168. ħ          SOĊJETAJIETKUMMERĊJALI
(f) l-ammont, jekk sostanzjali, imwarrab bħala ammont provdut iżda mhux
ammont maħsub għal deprezzament, tiġdid jew tnaqqis fil-valur ta’ attiv
jew, skond il-każ, l-ammont, jekk sostanzjali, miġbud minn dak l-
ammont provdut u mhux applikat għall-iskopijiet tiegħu;
(g) l-ammont ta’ income minn impiegi ta’ kapital, billi jiġi divrenzjat bejn
impiegi ta’ kapital f’negozju u impiegi oħra ta’ kapital;
(h) l-ammont globali tad-dividendi mħallsa u proposti.
11. Jekk ir-rimunerazzjoni ta’ l-udituri ma tkunx stabbilita mill-kumpannija
f’laqgħa ġenerali, l-ammont tagħha għandu jidher taħt kap separat, u għall-finijiet ta’
dan il-paragrafu, kull somma mħallsa mill-kumpannija dwar l-ispejjeż ta’ l-udituri
għandha titqies li tkun inkluża fil-kelma "rimunerazzjoni".
12. (1) Il-ħwejjeġ imsemmija fis-sub-paragrafi li ġejjin għandhom jintwerew
permezz ta’ nota, jekk ma jintwerewx xort’oħra.
(2) Jekk deprezzament jew tqegħid ta’ attiv marbut flok attiv marbut ieħor ikun
provdut b’xi mod li ma jkunx addebitar għal deprezzament jew ammont provdut għal
tiġdid, jew ma jkunx maħsub għalih, il-mod li bih ikun maħsub għalih jew l-fatt li
ma jkunx maħsub għalih, skond il-każ.
(3) Il-bażi li biha jkun kalkolat l-addebitar għat-taxxa fuq l-income ta’ Malta.
(4) Jekk l-ammont imsemmi għal dividendi mħallsa u proposti jkun għal
dividendi suġġetti għat-tnaqqis tat-taxxa fuq l-income jew jekk le.
(5) Ħlief dwar l-ewwel kont tal-qligħ u telf imqiegħed quddiem il-kumpannija
wara li tibda sseħħ l-Ordinanza, l-ammonti korrispondenti għas-sena finanzjarja li
taħbat minnufih qabel għall-partiti kollha murija fil-kont tal-qligħ u telf.
(6) Kull aspett sostanzjali li fih xi partiti murija fil-kont tal-qligħ u telf jkunu
milquta -
(a) b’operazzjonijiet ta’ għamla li mhux soltu isiru mill-kumpannija jew
xort’oħra b’ċirkostanzi ta’ natura eċċezzjonali jew mhux rikorrenti; jew 
(b) b’xi tibdil fil-bażi tat-tiżmim tal-kotba.
TAQSIMA II
Eċċezzjonijiet għal Klassijiet Speċjali ta’ Kumpannija
13. (1) Kumpannija bankarja jew ta’ skont ma tkunx suġġetta għall-ħtiġiet tat-
Taqsima I ta’ din l-Iskeda ħlief -
(a) dwar il-karta tal-bilanċ tagħha, dawk tal-paragrafi 1 u 2, tal-paragrafu 3
(safejn jirriferixxi għal attiv marbut u korrenti), tal-paragrafu 7 (ħlief is-
sub-paragrafu (1) (ċ)), tal-paragrafu 9 (ħlief is-sub-paragrafu (8)), u
(b) dwar il-kont tal-qligħ u telf tagħha, dawk tal-paragrafu 10 (h), tal-
paragrafu 11 u sub-paragrafi (1), (4) u (5) tal-paragrafu 12,
iżda, meta fil-karta tal-bilanċ tagħha riżervi tal-kapital, riżervi mid-dħul jew
ammonti provduti (ħlief dawk provduti għal deprezzament, tiġdid jew tnaqqis fil-
valur ta’ attiv) ma jkunux murija separatament, kull kap li juri ammont li jitwassal
għalih wara li jittieħed kont ta’ dik ir-riżerva jew ammont provdut għandu jkun hekk
SOĊJETAJIETKUMMERĊJALIġ K AP. 168.    77
format jew markat biex juri dak il-fatt, u l-kont tal-qligħ u telf tagħha għandu juri bi
kliem xieraq il-mod li bih l-ammont muri għal qligħ jew telf tal-kumpannija jkun
twassal għalih.
(2) Il-kontijiet ta’ kumpannija bankarja jew ta’ skont ma għandhomx jitqiesu,
minħabba biss il-fatt illi ma jħarsux il-ħtiġijiet ta’ l-imsemmija Taqsima I li
minnhom il-kumpannija tkun ħielsa bis-saħħa ta’ dan il-paragrafu, li ma jagħtux il-
veduta vera u ġusta meħtieġa b’din l-Ordinanza.
(3) F’dan il-paragrafu l-frażi "kumpannija bankarja jew ta’ skont" tfisser kull
kumpannija li tissodisfa lill-Ministru li jmissha titqies għall-finijiet ta’ din l-Iskeda
bħala kumpannija bankarja jew bħala kumpannija ta’ skont.
TAQSIMA III 
Tifsir ta’ l-Iskeda
14. (1) Għall-finijiet ta’ din l-Iskeda, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
tfissirx xort’oħra -
(a) il-frażi "ammont provdut" għandha, bla ħsara għas-sub-paragrafu (2) ta’
dan il-paragrafu, tfisser kull ammont imħassar jew miżmum bħala
provdut għal deprezzament, tiġdid jew tnaqqis fil-valur ta’ attiv jew
miżmum bħala provdut għal xi dejn magħruf li l-ammont tiegħu ma
jkunx jista’ jiġi stabbilit b’eżattezza sostanzjali;
(b) il-kelma "riżerva" ma għandhiex, salv kif intqal qabel, tinkludi l-
ammont imħassar jew miżmum bħala provdut għal deprezzament, tiġdid
jew tnaqqis fil-valur ta’ attiv jew miżmum bħala provdut għal xi dejn
magħruf;
(ċ) il-frażi "riżerva tal-kapital" ma għandhiex tinkludi xi ammont meqjus
bħala liberu għat-tqassim permezz tal-kont tal-qligħ u telf u l-frażi
"riżerva mid-dħul" għandha tfisser kull riżerva li ma tkunx riżerva tal-
kapital,
u f’dan il-paragrafu l-kelma "dejn" tfisser id-djun kollha dwar spejjeż kuntrattati u d-
djun kollha mhux ammessi jew li jistgħu jinqalgħu.
(2) Meta -
(a) xi ammont imħassar jew miżmum bħala provdut għal deprezzament,
tiġdid jew tnaqqis fil-valur ta’ attiv, li ma jkunx ammont imħassar dwar
attiv marbut qabel il-bidu fis-seħħ ta’ l-Ordinanza; jew
(b) xi ammont miżmum bħala provdut għal xi dejn magħruf,
ikun f’eċċess ta’ dak li fil-fehma tad-diretturi jkun meħtieġ kif jixraq għal dak l-
iskop, l-eċċess għandu jitqies għall-finijiet ta’ din l-Iskeda bħala riżerva u mhux
bħala ammont provdut.
15. Għall-finijiet imsemmija qabel, il-frażi "impieg kwotat ta’ kapital" tfisser
impieg ta’ kapital li dwaru tkun ingħatat kwotazzjoni jew permess li jiġi trattat fuq xi
stock exchange ta’ fama, u l-frażi "impieg mhux kwotat ta’ kapital" għandu jkollha t-
tifsir għal hekk.
  78      KAP. 168. ħ          SOĊJETAJIETKUMMERĊJALI
(ARTIKOLU 144)
KONTENUT U FORMULA TA’ PROSPETT ANNWALI
IR-RABA’ SKEDA Emendata:XIII. 1983.4. 
PROSPETT ANNWALI ta’ ................................ Limited, magħmul sal-
............................ta’ .................................. , 19......... (li hija l-erbatax-il ġurnata
wara d-data tal-laqgħa ġenerali annwali għas-sena 19 ).
1. Indirizz
(Indirizz ta’ l-uffiċċju reġistrat tal-kumpannija)
2. Sommarju tal-Kapital Azzjonarju u Obbligazzjonijiet 
(a) Kapital Azzjonarju Nominali
Kapital Azzjonarju Nominali Lm................................................. maqsum fi:
(Niżżel in-numru u l-klassi) azzjonijiet ta’ ............................. kull wieħed
azzjonijiet ta’ ............................. kull wieħed
azzjonijiet ta’ ............................. kull wieħed
azzjonijiet ta’ ............................. kull wieħed
(b) Kapital Azzjonarju u Obbligazzjonijiet Maħruġa
Numru  Klassi
Numru ta’ azzjonijiet ta’ kull
klassi li jkunu ttieħdu sad-
data ta’ dan il-prospett (liema
numru għandu jaqbel mat-
total muri fil-lista li
għandhom il-membri
eżistenti).
.............................
.............................
.............................
.............................
.............................. azzjonijiet
.............................. azzjonijiet
.............................. azzjonijiet
.............................. azzjonijiet
Numru ta’ azzjonijiet ta’ kull
klassi maħruġa suġġetti
għall-ħlas għal kollox fi flus
kontanti.
.............................
.............................
.............................
.............................
.............................. azzjonijiet
.............................. azzjonijiet
.............................. azzjonijiet
.............................. azzjonijiet
Numru ta’ azzjonijiet ta’ kull
klassi maħruġa bħala mħallsa
għal kollox għal kumpens li
ma jkunx flus kontanti.
.............................
.............................
.............................
.............................. azzjonijiet
.............................. azzjonijiet
.............................. azzjonijiet
SOĊJETAJIETKUMMERĊJALIġ K AP. 168.    79
Numru ta’ azzjonijiet ta’ kull
klassi maħruġa bħala parti
mħallsa għal kumpens li ma
jkunx flus kontanti u safejn
kull azzjoni bħal din tkun
hekk imħallsa.
maħruġa bħala mħallsa sa Lm ................................
kull azzjoni
........................ ............................ azzjonijiet
maħruġa bħala mħallsa sa Lm ................................
kull azzjoni
........................ ............................ azzjonijiet
maħruġa bħala mħallsa sa Lm ................................
kull azzjoni
........................ ............................ azzjonijiet
maħruġa bħala mħallsa sa Lm ................................
kull azzjoni
........................ ............................ azzjonijiet
Numru Klassi
Numru ta’ azzjonijiet ( jekk ikun
hemm) ta’ kull klassi
maħruġa bi skont.
..........................
..........................
..........................
........................
............................. azzjonijiet
............................. azzjonijiet
............................. azzjonijiet
............................. azzjonijiet
Ammont ta’ skont fuq il-ħruġ ta’
azzjonijiet li ma kienx
imħassar fid-data ta’dan il-
prospett.
Lm ..................
Numru Klassi
Ammont  Lm .. kull azzjoni  fuq .................... ............................. azzjonijiet
imsejjaħ fuq Lm .. kull azzjoni  fuq .................... ............................. azzjonijiet
numru ta’ Lm .. kull azzjoni fuq .................... ............................. azzjonijiet
azzjonijiet ta’Lm .. kull azzjoni fuq .................... ............................. azzjonijiet
kull klassi.
Ammont totali ta’ sejħiet
riċevuti, magħduda ħlasijiet
ma’ l-applikazzjoni u għoti u
kull somom riċevuti fuq
azzjonijiet konfiskati. Lm ......................
Numru Klassi
  80      KAP. 168. ħ          SOĊJETAJIETKUMMERĊJALI
Ammont totali (jekk ikun 
hemm) miftiehem li jkun
meqjus bħala mħallas fuq
numru ta’ azzjonijiet ta’ 
kull klassi maħ-
ruġa bħala 
mħallsaLm.... fuq 
għal kollox għal
kumpens li ma
jkunx flus kontanti 
..............................
..........................
..........................
..........................
..........................
..........................
..........................
..........................
..........................
..........................
..........................
..........................
............................. azzjonijiet
............................. azzjonijiet
............................. azzjonijiet
............................. azzjonijiet
............................. azzjonijiet
............................. azzjonijiet
............................. azzjonijiet
............................. azzjonijiet
............................. azzjonijiet
............................. azzjonijiet
............................. azzjonijiet
Ammont totali (jekk ikun 
hemm) miftiehem li jkun
meqjus bħala mħallas fuq
numru ta’ azzjonijiet ta’ 
kull klassi maħ-
ruġa bħala 
mħallsaLm.... fuq 
għal kollox għal
kumpens li ma
jkunx flus kontanti 
...............................
..........................
..........................
..........................
..........................
..........................
..........................
..........................
..........................
..........................
..........................
............................. azzjonijiet
............................. azzjonijiet
............................. azzjonijiet
............................. azzjonijiet
............................. azzjonijiet
............................. azzjonijiet
............................. azzjonijiet
............................. azzjonijiet
............................. azzjonijiet
............................. azzjonijiet
Ammont totali ta’ sejħiet mhux 
imħallsa 
Lm ..................
Ammont totali tas-somom (jekk 
ikun hemm) imħallsa 
permezz ta’ kummissjoni 
dwar xi azzjonijiet jew 
obbligazzjonijiet
Lm ..................
Ammont totali tas-somom (jekk 
ikun hemm imħolli bħala 
skont dwar xi 
obbligazzjonijiet sa mid-data 
ta’ l-aħħar prospett
Lm ..................
Numru  Klassi
Numru totali ta’ azzjonijiet ta’ 
kull klassi konfiskata........
..........................
..........................
..........................
..........................
............................... azzjonijiet
............................... azzjonijiet
............................... azzjonijiet
............................... azzjonijiet
Ammont totali mħallas ( jekk 
ikun hemm) fuq azzjonijiet 
konfiskati Lm ..................
SOĊJETAJIETKUMMERĊJALIġ K AP. 168.    81
* In-numru globali ta’ azzjonijiet miżmuma minn kull membru għandu jiġi
dikjarat u l-aggregati għandhom jingħaddu sabiex jaqblu man-numru ta’ azzjonijiet
dikjarati fis-Sommarju tal-Kapital Azzjonarju u l-Obbligazzjonijiet li kienu ttieħdu.
§  Meta l-azzjonijiet ikunu ta’ klassijiet differenti dawn il-kolonni għandhom ikunu
suddiviżi sabiex in-numru ta’ kull klassi miżmuma, jew trasferita, jistgħu jiġu murija
separatament. Meta xi azzjonijiet ikunu ġew konvertiti fi stock l-ammont ta’ l-istock
miżmum minn kull membru għandu jkun muri.
** Id-data tar-reġistrazzjoni ta’ kull trasferiment għandha tingħata kif ukoll in-
Ammont totali ta’ azzjonijiet li 
x-share warrant f’isem il-
portatur ikunu pendenti Lm ..................
Ammont totali ta’ share 
warrants f’isem il-portatur 
maħruġa u mogħtija lura 
rispettivament mid-data ta’ l-
aħħar prospett
Maħruġa:
Mogħtija lura: 
Lm .........................
Lm .........................
Numru ta’ azzjonijiet imdaħħla 
f’kull share warrant f’isem il-
portatur, billi jiġi muri fil-każ 
ta’ warrants ta’ għamliet 
diversi, partikolaritajiet ta’ 
kull għamla
........................................................................
3. Lista ta’ Membri ta’ Qabel u Preżenti
Lista ta’ persuni li jkollhom azzjonijiet jew stock fil-kumpannija fl-erbatax-il
ġurnata wara l-laqgħa ġenerali annwali għal 19 
azzjonijiet jew stock fiha f’kull żmien mid-data ta’ l-aħħar prospett, jew fil-każ ta’
l-ewwel prospett, mir-reġistrazzjoni tal-kumpannija.
Folio fir- 
reġistru tal-
ledger li jkollu 
partikolaritajiet
Ismijiet u 
indirizzi  Kont ta’ Azzjonijiet Rimarki
Numru ta’ 
azzjonijiet 
miżmuma 
minn mem-
bri eżistenti 
fid-data tal-
prospett*§
Partikolaritajiet ta’ azzjonijiet
trasferiti mid-data ta’ l-aħħar
prospett jew, fil-każ ta’ l-
ewwel prospett, mir-
reġistrazzjoni tal-kumpannija,
minn (a) persuni li għadhom
membri u (b) persuni li ma
baqgħux membri**
Numru Data tar-
§ reġistrazzjoni
jew 
trasferiment
(a) (b)
  82      KAP. 168. ħ          SOĊJETAJIETKUMMERĊJALI
numru ta’ azzjonijiet trasferiti f’kull data. Il-partikolaritajiet għandhom jitqiegħdu
kontra l-isem ta’ min jittrasferixxi u mhux kontra dak li lilu jiġu trasferiti, iżda l-
isem ta’ min lilu jiġu trasferiti jista’ jitniżżel fil-kolonna tar-"Rimarki" minnufih
kontra l-partikolaritajiet ta’ kull trasferiment.
4. Partikolaritajiet ta’ Diretturi 
Partikolaritajiet tal-persuni li jkunu diretturi tal-kumpannija fid-data ta’ dan il-
prospett.
Isem (Fil-każ ta’ 
individwu, isem jew 
ismijiet u kunjom. 
Fil-każ ta’ għaqda 
korporata, l-isem 
korporat)
Nazzjonalità
Indirizz residenzjali 
tas-soltu. (Fil-każ 
ta’ għaqda 
korporata, l-uffiċċju 
reġistrat jew 
prinċipali)
Okkupazjoni tan-
negozju u par-
tikolaritajiet ta’ 
karigi oħra ta’ diret-
turi
Iffirmat ................................., Direttur
