KUMISSARJUTA’L-ARTIJIET ġKAP. 169.   1
KAPITOLU 169
ORDINANZA DWAR IL-KUMMISSARJU
 TA’ L-ARTIJIET 
Biex tipprovdi li ċerti drittijiet u responsabbiltajiet ta’ l-Accountant
General jiġu trasferiti lill-Kummissarju ta’ l-Artijiet.
 (9 ta’ Frar, 1962)*
Saret liġi bl-ORDINANZA XI ta’ l-1962, kif emendata bl-Att XXII ta’
l-1991.
Titolu fil-qosor. 
Kummissarju ta’ l-Artijiet.
Transferiment ta’ 
drittijiet u 
responsabbiltajiet.
Emendat: 
XXII. 1991.2. 
2. Id-drittijiet u r-responsabbiltajiet kollha, kemm jekk
mogħtija jew kontinġenti, dwar proprjetà immobbli li tkun ta’, jew
fil-pussess ta’, miżmuma jew amministrata mill-Gvern, jew dwar l-
amministrazzjoni tagħha, li għalihom l-Accountant General kien
intitolat jew suġġett minnufih qabel il-bidu fis-seħħ ta’ din l-
Ordinanza jkunu bis-saħħa ta’ din l-Ordinanza trasferiti lill-
Kummissarju ta’ l-Artijiet:
Kap. 202. 
Kap. 228. 
Kap. 268. 
Kap. 12.
Iżda dwar dawk l-artijiet li jistgħu minn żmien għal żmien jiġu
speċifikati f’Ordni tal-President pubblikata fil-Gazzetta, il-
Korporazzjoni għal Żvilupp ta’ Malta mwaqqfa bis-saħħa ta’ l-
artikolu 3 ta’ l-Att dwar il-Korporazzjoni għal Zvilupp ta’ Malta
għandha twettaq il-jeddijiet u r-responsabbiltajiet imsemmija f’dan
l-artikolu, u d-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar Żgumbrament minn
Artijiet, u ta’ l-Att dwar it-Trasferiment ta’ Artijiet tal-Gvern,
għandhom għall-finijiet ta’ dawk l-artijiet jinqraw u jiftehmu
daqslikieku kull riferenza f’dawk l-Atti għall-Kummissarju ta’ l-
Artijiet kienet riferenza għaċ-Chairman tal-Korporazzjoni għal
Żvilupp ta’ Malta, u d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 181, tas-
Subtitolu VI tat-Titolu VIII tat-Taqsima I tat-TIENI KTIEB, tas-
subartikolu (2) ta’ l-artikolu 590, ta’ l-artikolu 627, tas-subartikolu
(3) ta’ l-artikolu 637, ta’ l-artikolu 742 u ta’ l-artikolu 873 tal-
Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili għandhom
japplikaw, għar-rigward ta’ dawk l-artijiet, għall-Korporazzjoni
għal Zvilupp ta’ Malta u għaċ-Chairman tal-Korporazzjoni għal
Żvilupp ta’ Malta, skond il-każ.
*Ara n-Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 82 ta’ l-1962.
