ĦADDIEMATAL-PORTġ K AP. 171.    1
KAPITOLU 171
ORDINANZA DWAR IL-ĦADDIEMA TAL-
PORT
 Biex tirregola l-impieg tal-ħaddiema tal-port u biex tagħmel
provvedimenti oħra li għandhom x’jaqsmu magħhom.
4 ta’ Awissu, 1966
L-ORDINANZA XIV ta’ l-1962, kif emendata bl-Avviżi Legali 4 ta’ l-
1963 u 46 ta’ l-1965; bl-Atti XLIV ta’ l-1965, XV ta’ l-1966, XXVIII ta’ l-
1968, IX ta’ l-1971, IX ta’ l-1973, LVIII ta’ l-1974 u XXVIII ta’ l-1975; bl-
Avviż Legali 148 ta’ l-1975; u bl-Atti XI, XXIV ta’ l-1977, XIII ta’ l-1983 u
XVII ta’ l-1991.
Titolu fil-qosor.
Emendat:
A.L. 4 ta’ l-1963.
1. It-titolu fil-qosor ta’ din l-Ordinanza huwa l-Ordinanza
dwar il-Ħaddiema tal-Port.
Tifsir. 
Emendat:
A.L. 4 ta’ l-1963;
XLIV. 1965.3;
XV. 1966.2, 3;
XXVIII. 1968.2; 
IX. 1971.3, 6; 
IX. 1973.2; 
XXVIII. 1975.2;
XXIV. 1977.2;
XVIII. 1991.81, 82.
Kap. 452.
Kap. 352.
2. F’din l-Ordinanza, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra-
"Att" tfisser l-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrjali;
"Awtorità " tfisser l-Awtorità  Marittima ta’ Malta mwaqqfa taħt
l-Att dwar l-Awtorità  Marittima ta’ Malta;
"Bord" tfisser, fl-artikoli 10 u 11, il-Bord dwar Kwistjonijiet tal-
Port imwaqqaf skond l-artikolu 10 u fid-disposizzjonijiet l-oħra ta’
din l-Ordinanza tfisser il-Bord dwar il-Ħaddiema tal-Port imwaqqaf
skond l-artikolu 12;
Kap. 352.
"Direttur" tfisser id-Direttur Esekuttiv responsabbli għall-
portijiet maħtur taħt l-artikolu 8 ta’ l-Att dwar l-Awtorità
Marittima ta’ Malta;
"id-disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza" tinkludi d-
disposizzjonijiet ta’ kull regolamenti magħmula bis-saħħa ta’ din l-
Ordinanza;
"foreman" tfisser kull persuna li, akkont tagħha jew akkont ta’
persuna oħra, timpjega ħaddiema tal-port;
"ħaddiem tal-port" tfisser persuna mpjegata f’port fil-maniġġ ta’
merkanzija fix-xogħol ta’ tagħbija jew ħatt ta’ merkanzija għal fuq
jew minn bastiment, minn jew għal xi post fuq l-art, persuna
mpjegata mid-Direttur jew minn kuntrattur biex timmaniġġa
merkanzija f’maħżen u persuna mpjegata fil-maniġġ ta’ dik il-
merkanzija, li l-Ministru jista’ minn żmien għal żmien jippreskrivi,
minn tinda tal-merkanzija in transit jew minn munzell minn fuq il-
moll fl-apert għal vettura jew fit-tgħaqqid, fl-agruppar jew fl-
iżmuntar, ta’ merkanzija f’tagħbija jew minn tagħbija f’unità
waħda f’port u "xogħol tal-port" għandha tiftieħem skond hekk;
"kondizzjonijiet ta’ mpieg" tfisser pagi, il-perijodu ta’ impieg, il-
ħinijiet tax-xogħol u l-vaganzi;
  2      KAP. 171. ħ         ĦADDIEMATAL-PORT
Kap. 352.
"kuntrattur" għandha l-istess tifsir kif mogħti lilha bl-artikolu 2
ta’ l-Att dwar l-Awtorità  Marittima ta’ Malta;
"Kunsill" tfisser il-Port Labour Joint Council imwaqqaf skond l-
artikolu 7 ta’ din l-Ordinanza;
Kap. 352. "maħżen" tfisser maħżen kif imfisser fl-artikolu 2 ta’ l-Att dwar
l-Awtorità  Marittima ta’ Malta;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-portijiet, u
tinkludi kull persuna li taġixxi taħt l-awtorità  tiegħu;
"persuna" tinkludi għaqda ta’ persuni li tkun socjetà , kumpannija
jew soċjetà  ta’ persuni, sew korporata sew mhux korporata u sew
jekk għandha personalità  legali sew jekk le;
Kap. 352. "port" tfisser port għall-finijiet ta’ l-Att dwar l-Awtorità
Marittima ta’ Malta, u tinkludi maħżen u kull tali depożt fuq l-art u
kull tali area oħra li fiha jsir maniġġ ta’ oġġetti biex jifformaw jew
tiġi żmuntata merkanzija miġbura f’unita waħda, li jistgħu jiġi
dikjarati b’ordni tal-Ministru;
"preskritt" tfisser preskritt b’regolamenti magħmula skond l-
artikolu 17;
"tagħbija f’unità  waħda" jew "merkanzija miġbura f’unità
waħda" tfisser -
(a) kwantità  ta’ merkanzija miġbura f’unità  waħda biex
tifforma tagħbija waħda fi jew fuq -
(i) unitajiet roll on/roll off li jistgħu jkunu fuq roti
li jkunu parti integrali mill-unità  tat-trasport jew
li jistgħu jiġu miġbuda jew imbuttati jew
xort’oħra immexxija b’tagħmir mekkaniku
ieħor;
 (ii) vetturi jew karrelli li jitgħabbew jew jinħattu
minn bastiment billi jitmexxew fuq ir-roti
tagħhom stess; 
(iii) Lancashire flats, jiġifieri pjattaformi, b’ilqugħ
jew mingħajrhom, li fuqhom jitqegħdu munzelli
ta’ merkanzija;
(iv) containers ta’ merkanzija li jkunu oġġetti ta’
tagħmir li jkollhom volum totali ta’ mhux inqas
minn 8 metri kubi li ma jiżżarmawx jew li
jiżżarmaw, li jkunu tajbin għal użu ripetut fil-
ġarr ta’ merkanzija sfuża jew ippakkjata u li
jkunu jistgħu jiġu trasferiti għal jew minn forma
ta’ trasport waħda jew aktar;
(b) likwidu sfuż f’reċipjenti li jkunu jesgħu għall-anqas
2273 litru li jkunu parti minn bowsers;
(ċ) kull xorta ta’ vetturi u karrelli vojta li jitgħabbew jew
jinħattu minn bastiment billi jitmexxew fuq ir-roti
tagħhom stess;
(d) kull oġġetti oħra fuq ir-roti li jitgħabbew jew jinħattu
minn bastimenti billi jitmexxew fuq ir-roti tagħhom
stess;
ĦADDIEMATAL-PORTġ K AP. 171.    3
(e) merkanzija fuq pallets li jiġu mogħtija lura jew le,
kemm-il darba dik il-merkanzija tiġi maniġġata minn
fuq il-bastiment għall-moll jew bil-kontra, għal kollox
b’mezzi mekkaniċi minn postijiet ta’ dħul għal  jew
ħruġ minn bastiment barra minn bokkaporti
konvenzjonali;
(f) containers vojta;
(g) vetturi tat-trasport fuq it-triq u bowsers vojta li
jitniżżlu minn fuq bastiment billi jitmexxew fuq ir-roti
tagħhom stess ħalli jgħabbu merkanzija sabiex wara
tiġi mgħobbija fuq bastiment bħala merkanzija
miġbura f’unità  waħda jew li jitgħabbew fuq bastiment
billi jitmexxew fuq ir-roti tagħhom stess wara li jkunu
ġiebu f’Malta merkanzija miġbura f’unità  waħda bil-
mezz tar-roll on/roll off;
(h) inġenji tal-baħar jew oġġetti li jżommu fil-wiċċ li
jitgħabbew jew jinħattu minn bastiment direttament
minn jew għal fuq l-ibħra ta’ port:
iżda ma tinkludix -
(i) tagħbijiet f’unità  waħda ta’ kull xorta li jiġu
maniġġati minn fuq il-bastiment għall-moll jew
bil-kontra b’mezzi konvenzjonali, barra minn
containers li jintrefgħu għal fuq jew minn fuq
bastiment; jew
(ii) tagħbijiet tqal li ma jistgħux jiġu mifruda, ħlief
meta jinġabru fuq vettura jew fuq karrella li
titgħabba jew tinħatt minn bastiment billi
titmexxa fuq ir-roti tagħha stess.
Reġistrazzjoni tal-
ħaddiema tal-port.
Emendat:
XV. 1966.4;
XXVIII. 1975.3;
XXIV. 1977.3; 
XXII. 1991.82.
3. (1) Ebda persuna ma għandha tagħmilha ta’ ħaddiem tal-
port jekk ma tkunx reġistrata bħala hekk mid-Direttur li għandu
jżomm reġistru għal dak l-iskop.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza, ir-
reġistrazzjoni għandha tkun għal perijodu ta’ sena li tibda mill-
ewwel ta’ Jannar u tispiċċa fil-wieħed u tletin ta’ Diċembru ta’ l-
istess sena:
  Iżda, fit-tmiem ta’ dak il-perijodu, r-reġistrazzjoni tista’
tiġġedded. 
(3) Id-Direttur għandu jirreġistra l-ismijiet tal-ħaddiema kollha
tal-port reġistrati bħala hekk qabel il-bidu fis-seħħ ta’ din l-
Ordinanza.
(4) Ebda persuna ma għandha timpjega persuna oħra biex
tagħmilħa ta’ ħaddiem tal-port ħlief skond id-disposizzjonijiet ta’
din l-Ordinanza:
Iżda dwar xogħol tal-port li jinvolvi l-maniġġ ta’
merkanzija f’maħżen, jew minn jew għal xi post fuq l-art, barra
mill-maniġġ ta’ merkanzija fil-proċess tat-tagħbija jew ħatt tal-
merkanzija għal fuq jew minn fuq bastiment, il-Ministru jista’
jawtorizza lid-Direttur jew lill-kuntrattur biex jimpjega persuni li
ma jkunux reġistrati kif meħtieġ bid-disposizzjonijiet ta’ din l-
  4      KAP. 171. ħ         ĦADDIEMATAL-PORT
Ordinanza.
(5) Ebda ħaddiem tal-port ma jista’ jġiegħel jew iħalli persuna
biex tagħmilha ta’ ħaddiem tal-port minfloku.
Obbligi tal-
ħaddiema tal-port.
Emendat: 
XV. 1966.2; 
XVII. 1991.82.
4. (1) Kull ħaddiem tal-port għandu, mar-reġistrazzjoni,
jitqies konklużivament li jkun aċċetta li joqgħod għall-
kondizzjonijiet ta’ impieg u għad-deċiżjonijiet meħuda skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 8 li jkunu fis-seħħ minn żmien għal
żmien skond id-disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza.
(2) Kull ħaddiem tal-port għandu jirraporta għax-xogħol f’dak
il-ħin u f’dawk il-postijiet kif jista’ jkun meħtieġ mill-prinċipal jew
mill-Awtorità  f’isem il-prinċipal.
(3) Kull ħaddiem tal-port għandu joqgħod għal dawk il-liġijiet
u regolamenti kollha li jistgħu jgħoddu għall-post jew għall-kwalità
ta’ xogħol li dwaru jkun imqabbad.
(4) Kull ħaddiem tal-port għandu javża lill-Awtorità  ta’ l-
assenza tiegħu mix-xogħol f’kull ġurnata li fiha jassenta ruħu mix-
xogħol minħabba korriment jew mard u għandu jibgħat lill-
Awtorità  ċertifikat mediku maħruġ minn tabib.
(5) Ħaddiem tal-port għandu, ħlief fil-każijiet ta’ inkapaċità
minħabba korriment jew mard, ikun fil-ħinijiet kollha disponibbli
għal xogħol tal-port u ma għandux jintrabat f’xi xogħol jew impieg
li jista’ jfixkel dan l-obbligu.
Foremen. 
Emendat:
IX. 1973.3;
XXIV. 1977.4; 
XVII. 1991.82.
5. (1) Ebda persuna ma għandha taġixxi bħala foreman -
(a) jekk tkun ħaddiem tal-port;
(b) jekk ma jkollhiex liċenza għal hekk mid-Direttur.
(2) Il-liċenza tkun suġġetta għal dawk il-kondizzjonijiet li
jkunu jinsabu fiha jew f’xi tiġdid tagħha, u tiskadi fil-wieħed u
tletin ta’ Diċembru ta’ kull sena iżda tista’ tiġġedded minn sena
għal sena:
Iżda l-liċenza għandha tiskadi awtomatikament jekk il-
foreman jiġi misjub ħati ta’ serq li jkun sar matul jew dwar xogħol
tal-port.
(3) Jekk xi foreman jikser jew jonqos milli jħares id-
disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza, jew iġib ruħu jew jimxi ħażin
ħafna fil-kors ta’ jew dwar ix-xogħol tiegħu, f’dak il-każ, mingħajr
ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 18, id-Direttur jista’ -
(a) iċanfru; jew
(b) jissospendi l-liċenza tiegħu għal dak iż-żmien li d-
Direttur jista’ jidhirlu xieraq; jew
(ċ) iħassar il-liċenza tiegħu.
(4) Qabel ma jasal għal xi deċiżjoni skond id-disposizzjonijiet
ta’ l-aħħar subartikolu qabel dan, id-Direttur għandu jagħti lill-
foreman interessat l-opportunità  kollha biex jippreżenta l-każ
tiegħu.
(5) Matul kull proċedura skond id-disposizzjonijiet tas-
ĦADDIEMATAL-PORTġ K AP. 171.    5
subartikolu (3) ta’ dan l-artikolu foreman jista’ jkun assistit minn
dik il-persuna li jidhirlu xierqa.
(6) Ebda ħaġa f’dan l-artikolu ma għandha tapplika għal
kuntrattur.
Ħlas tal-ħaddiema 
tal-port.
Emendat:
IX. 1973.4. 
6. (1) Ir-responsabbiltà  għall-ħlas tad-drittijiet li jkollhom
jitħallsu għall-impieg ta’ ħaddiema tal-port għandha tkun fil-
persuna li minnha jew li f’isimha dawk il-ħaddiema tal-port ikunu
mpjegati.
(2) Ħlief kif jista’ jiġi preskritt, dak il-ħlas ma għandux jitħalla
għal iżjed minn tlett ijiem wara li jispiċċa x-xogħol tal-port.
Twaqqif ta’ Port 
Labour Joint 
Council. 
Emendat: 
A.L. 46 ta’ l-1965;
IX. 1971.6;
IX. 1973.5;
XXIV. 1977. 5; 
XVII. 1991.82.
7. (1) Għandu jkun hemm imwaqqaf kunsill, li jissejjaħ il-
Port Labour Joint Council li għandu jeżerċita u jaqdi l-funzjonijiet
mogħtija lilu b’din l-Ordinanza.
(2) Il-Kunsill għandu jkun magħmul mill-membri li ġejjin:
(a) chairman, li jkun id-Direttur;
(b) ħames rappreżentanti ta’ prinċipali ta’ ħaddiema tal-
port (hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa n-naħa tal-
prinċipali) maħtura mill-Ministru wara li jikkonsulta
dawk l-unions, għaqdiet jew assoċjazzjonijiet li fil-
fehma tiegħu jirrappreżentaw il-prinċipali ta’
ħaddiema tal-port;
(ċ) ħames rappreżentanti tal-ħaddiema tal-port (hawnhekk
iżjed ’il quddiem imsejħa n-naħa tal-ħaddiema)
nominati mill-imsemmi Ministru minn lista ta’ persuni
mogħtija mill-union li tkun magħrufa minnu bħala li
tirrappreżenta l-ikbar numru tal-ħaddiema tal-port:
Iżda -
(a) meta xi faċilitajiet tal-port ikunu mħaddma jew
provduti minn kuntrattur, wieħed mill-membri
msemmija fil-paragrafu (b) ta’ dan is-subartikolu
għandu jiġi maħtur minn fost persuni nominati minn
dak il-kuntrattur;
(b) meta xi kumpannija tal-bastimenti li fiha l-maġġoranza
ta’ l-azzjonijiet ikunu miżmuma mill-Gvern ta’ Malta
jew minn enti morali imwaqqaf b’liġi, jew mit-tnejn
flimkien, jew minn sussidjarja ta’ xi kumpannija bħal
dik, timpjega ħaddiema tal-port għat-tagħbija jew ħatt
ta’ bastimenti li jkunu proprjetà  tagħha, chartered jew
maniġġati minnha, wieħed mill-membri msemmija fil-
paragrafu (b) ta’ dan is-subartikolu għandu jiġi maħtur
minn fost persuni nominati minn dik il-kumpannija.
(3) Il-Ministru jista’, minn żmien għal żmien, jinnomina
segretarju u segretarju sostitwit għall-Kunsill minn fost l-uffiċjali
ta’ l-Awtorità .
(4) Il-Kunsill ma jkunx skwalifikat milli jmexxi xogħol
minħabba xi vakanza fost il-membri tiegħu.
(5) Il-proċedura u ħwejjeġ oħra simili li jkollhom x’jaqsmu
  6      KAP. 171. ħ         ĦADDIEMATAL-PORT
mal-Kunsill għandhom jiġu regolati bid-disposizzjonijiet ta’ l-
Ewwel Skeda li tinsab ma’ din l-Ordinanza.
Funzjonijiet tal-
Port Labour Joint 
Council. 
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
XXVIII. 1968.3; 
IX. 1971.3;
XXVIII. 1975.4; 
XI. 1977.2;
XXIV. 1977.6;
XVII. 1991.82.
8. (1) Il-funzjonijiet tal-Port  Labour Joint Council ikunu
dawn li ġejjin:
(a) li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet ta’ impieg ta’
ħaddiema tal-port;
(b) li jistabbilixxi s-sistema li bis-saħħa tiegħu ħaddiema
tal-port jiġu forniti lil prinċipali għal xi xogħol tal-port
awtorizzat mid-Direttur;
(ċ) li jistabbilixxi l-organizzazzjoni tal-ħaddiema tal-port
magħduda s-suddiviżjoni tal-ħaddiema tal-port
f’taqsimiet u f’gangijiet, u l-varjazzjoni,
amalgamazzjoni jew suddiviżjoni oħra ta’ dawk it-
taqsimiet u gangijiet;
(d) li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet skond liema ħaddiema
tal-port jistgħu jiġu trasferiti minn taqsima għal oħra;
(e) li jqis id-deċiżjonijiet ċirkolati mill-Bord dwar
Kwistjonijiet tal-Port skond id-disposizzjonijiet l-
artikolu 11(4);
(f) li jagħti parir lid-Direttur dwar dawk il-ħwejjeġ
relattivi għal xogħol fil-port li jista’ jibgħatilhom minn
żmien għal żmien; u
(g) li jaqdi dawk il-funzjonijiet l-oħra li jistgħu jiġu
preskritti.
 (2) Id-deċiżjonijiet tal-Kunsill skond dan l-artikolu għandhom
ikunu bi ftehim bejn in-naħa tal-prinċipali u n-naħa tal-ħaddiema. 
(3) Jekk iż-żewġ naħat ma jkunux jistgħu jaqblu, huma jistgħu
jiftiehmu li jirreferu l-kwistjoni tagħhom għad-deċiżjoni minn
arbitru nominat mill-Ministru responsabbli għax-xogħol fuq
rakkomandazzjoni tagħhom flimkien.
(4) Bla ħsara għas-subartikolu (5), id-deċiżjoni ta’ l-arbitru
f’dawn il-każijiet tkun finali safejn il-Kunsill ikun ikkonċernat.
(5) Kull deċiżjoni dwar kondizzjonijiet ta’ impieg u kull
deċiżjoni oħra li fil-fehma taċ-Chairman tinvolvi prinċipji ta’
importanza li tintlaħaq skond is-subartikolu (2) jew is-subartikolu
(3) għandha tiġi mibgħuta quddiem il-Ministru u meta tkun
approvata minnu għandha tiġi pubblikata b’ordni fil-Gazzetta tal-
Gvern u tkun ta’ rabta għall-prinċipali kollha ta’ ħaddiema tal-port
u għall-ħaddiema tal-port mid-data tal-pubblikazzjoni jew minn dik
id-data oħra wara li jista’ jistabbilixxi l-Ministru:
Iżda l-Ministru jista’ jiddelega bil-miktub is-setgħat
mogħtija lilu b’dan is-subartikolu lil xi uffiċjal pubbliku.
(6) Ebda ħaġa f’dan l-artikolu ma tipprekludi li wieħed
jirrikorri għall-proċeduri ta’ konċiljazzjoni jew arbitraġġ skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-Att meta n-naħa tal-prinċipali u n-naħa tal-
ħaddiema ma jkunux laħqu ftehim skond is-subartikolu (2) u (3).
(7) Memorandum tal-pattijiet ta’ ftehim fuq tilwima ta’ xogħol
ĦADDIEMATAL-PORTġ K AP. 171.    7
magħmul skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Att li kopja tiegħu tkun
ingħatat lill-Ministru responsabbli għax-xogħol, jew deciżjoni jew
sentenza mogħtija mit-Tribunal Industrjali skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-Att, għandu, għall-finijiet ta’ din l-
Ordinanza, jitqies li hu ordni magħmul u pubblikat skond is-
subartikolu (5), u, minkejja d-disposizzjonijiet ta’ l-Att, dak il-
memorandum, sentenza jew deċizjoni jistgħu jiġu sostitwiti b’ordni
magħmul mill-Ministru li jippubblika l-approvazzjoni tiegħu ta’
deċiżjoni milħuqa skond id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2), (3)
jew (4).
Provvista ta’ 
ħaddiema tal-port.
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
XLIV. 1965.3;
XV. 1966.2; 
XXVIII. 1968.4.
IX. 1973.3; 6. 
Sostitwit: 
XVII. 1991.82. 
9. (1) Il-provvista ta’ ħaddiema tal-port għal xogħo1 tal-port
partikolari jew lill-prinċipali partikolari għandha ssir permezz ta’ l-
Awtorità .
(2) L-Awtorità  għandha -
(a) tipprovdi, skond dak is-sistema li jkun stabbilit b’ordni
li jkun fis-seħħ skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu
8 ta’ din l-Ordinanza, u bla ħsara għal dawk il-
kundizzjonijiet li jistgħu jiġi preskritti, ħaddiema tal-
port lil prinċipali għal kull xogħol tal-port awtorizzat
mid-Direttur f’dawk in-numri, ordni u preċedenza li
jista’ jiġi stabbilit mid-Direttur;
(b) tiżgura l-ammont ta’ drittijiet li jkollhom jitħallsu lil
min jimpjega lill-ħaddiema tal-port skond dik it-tariffa
li tista’ ssir bis-saħħa tad-disposizzjonijiet ta’ din l-
Ordinanza, tiġbor dawk id-drittijiet mingħand il-
persuna responsabbli għall-ħlas tagħhom, u li tħallas
lil dawk il-ħaddiema tal-port dawk id-drittijiet li jkunu
dovuti lilhom skond id-disposizzjonijiet ta’ din l-
Ordinanza;
Kap. 318.
dwar is-Sigurtà  Soċjali, tiġbor mingħand il-prinċipali
ta’ ħaddiema tal-port u mingħand il-ħaddiema tal-port
kull kontribuzzjoni li tista’ tkun dovuta minnhom
għall- finijiet ta’ l-Att dwar is-Sigurtà  Soċjali, u
tħallas bix-xahar lura l-kontribuzzjonijiet kollha hekk
miġbura f’dik il-forma u b’dak il-mod li l-Ministru
responsabbli għas-sigurtà  soċjali jista’, bi ftehim mal-
Ministru responsabbli għall-finanzi, minn żmien għal
żmien jistabbilixxi, u tkun responsabbli għall-kustodja
tal-karti tas-sigurtà  relattivi;
(d) żżomm u tipprovdi dawk ir-reġistri ta’ mpieg u qliegħ;
(e) tirreġistra l-attendenzi u l-assenzi ta’ ħaddiema tal-
port; 
(f) tagħti dawk il-prospetti u statistiċi dwar l-impieg ta’
ħaddiema tal-port li jistgħu jkunu meħtieġa;
(g) tiżgura u tiġbor is-surcharge amministrattiv speċifikat
fis-subartikolu (3) u żżomm kont tad-dħul u spejjeż
kollha li għandhom x’jaqsmu miegħu separatament
minn kont tad-dħul u spejjeż kollha li għandhom
x’jaqsmu ma’ kull flejjes oħra:
  8      KAP. 171. ħ         ĦADDIEMATAL-PORT
Iżda kull kont bħal dan għandu -
(i) jinżamm f’dik il-forma li l-Bord jista’
jistabbilixxi; u
(ii) ikun suġġett għall-ispezzjoni mill-Bord;
(h) taqdi dawk il-funzjonijiet l-oħra li jistgħu jiġu
preskritti.
 (3) L-Awtorità , wara konsultazzjoni mal-Bord, u bl-
approvazzjoni tal-Ministru, għandha tiġbor mingħand prinċipali ta’
ħaddiema tal-port surcharge amministrattiv ikkalkulat fuq
perċentaġġ tal-pagi gross tal-ħaddiema tal-port, li tista’ tkun
preskritta minn żmien għal żmien.
(4) Sabiex taqdi l-funzjonijiet tagħha skond is-subartikolu (2)
l-Awtorità  għandha s-setgħa li titlob lil kull prinċipal ta’ ħaddiema
tal-port biex jagħti dak it-tagħrif magħduda dokumenti f’dak il-ħin
u f’dak il-post li tista’ tinħtieġ.
Twaqqif ta’ Bord 
dwar Kwistjonijiet 
tal-Port. 
Emendat: 
A.L. 46 ta’ l-1965;
IX. 1971.6;
IX. 1973.7;
XVII. 1991.82. 
10. (l) Għandu jiġi mwaqqaf Bord, li jissejjaħ il-Bord dwar
Kwistjonijiet tal-Port, li għandu jeżerċita u jaqdi l-funzjonijiet
mogħtija lilu b’din l-Ordinanza.
(2) Il-Bord ikun magħmul mill-membri li ġejjin:
(a) chairman, u chairman sostitut, nominati mill-Ministru
minn fost l-uffiċjali ta’ l-Awtorità ;
(b) membru wieħed, u mhux iżjed minn ħames membri
sostituti, nominati mill-imsemmi Ministru minn lista
ta’ persuni mogħtija mill-union li tkun magħrufa
minnu bħala li tirrappreżenta l-ikbar numru tal-
ħaddiema tal-port; u
(ċ) membru wieħed, u mhux iżjed minn ħames membri
sostituti, nominati mill-imsemmi Ministru minn lista li
tingħata min-naħa tal-prinċipali fuq il-Kunsill.
(3) Kull meta ċ-Chairman jew xi wieħed mill-membri
speċifikati fis-subartikolu (2)(b) u (ċ) ma jkunx jista’, għal xi
raġuni, jattendi għal laqgħa tal-Bord, dan għandu jidħol minfloku
Chairman sostitut jew membru sostitut, skond il-każ:
Iżda l-membri sostituti għandhom jissejħu biex jattendu
għal laqgħat tal-Bord skond l-ordni kif jiġu nominati mill-imsemmi
Ministru kif jidhru fil-Gazzetta tal-Gvern.
(4) L-imsemmi Ministru għandu jinnomina segretarju, u
segretarju sostitut, għall-Bord minn fost l-uffiċjali ta’ l-Awtorità ,
liema segretarju sostitut għandu jaġixxi biss fin-nuqqas tas-
segretarju minn laqgħa tal-Bord.
Funzjonijiet tal-
Bord dwar 
Kwistjonijiet tal-
Port.
Emendat:
XXVIII. 1968.5;
IX. 1973.8;
XVII. 1991.82.
11. (1) Il-funzjonijiet tal-Bord għandhom ikunu li jiddeċidi
kwistjonijiet specifiċi li jistgħu jinħolqu bejn impjegati partikolari
u ħaddiema tal-port dwar xogħol tal-port skond -
(a) il-kondizzjonijiet ta’ impieg stabbiliti b’ordni li jkun
fis-seħħ skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 8; jew
(b) dawk il-livelli li jistgħu jidhru xierqa lill-Bord, meta
ĦADDIEMATAL-PORTġ K AP. 171.    9
ma jkunux applikabbli ebda kondizzjonijiet bħal dawk
ta’ impieg għal kwistjoni partikolari.
(2) Il-Bord jista’ jasal għad-deċiżjoni tiegħu permezz ta’ vot
ta’ maġġoranza.
(3) Kull deċiżjoni mogħtija mill-Bord tkun finali u ta’ rabta
dwar il-kwistjoni partikolari iżda ma jkollhiex is-saħħa ta’
kondizzjonijiet approvati ta’ impieg għall-finijiet ta’ xi kwistjoni
wara ta’ xorta bħalha.
(4) Kull deċiżjoni tal-Bord għandha tintbagħat lill-membri tal-
Kunsill u lill-partijiet fil-kwistjoni.
(5) Kemm-il darba l-Ministru ma jordnax xort’oħra, il-
proċedura u ħwejjeġ oħra bħal dawn dwar il-Bord għandhom
jitmexxew skond id-disposizzjonijiet tat-Tielet Skeda li tinsab ma’
din l-Ordinanza.
Twaqqif ta’ Bord 
dwar il-Ħaddiema 
tal-Port.
12. (1) Għandu jkun hemm imwaqqaf Bord, li jissejjaħ il-
Bord dwar il-Ħaddiema tal-Port, li għandu jeżerċita u jaqdi l-
funzjonijiet mogħtija lilu b’din l-Ordinanza.
(2) Il-Bord għandu jkun magħmul mill-membri li ġejjin:
(a) chairman li jkun id-Direttur;
(b) membru tan-naħa tal-prinċipali tal-Kunsill; u 
(ċ) membru tan-naħa tal-ħaddiema tal-Kunsill.
(3) Il-membri msemmija fis-subartikolu (2)(b) u (ċ) ikunu
maħtura min-naħa tal-prinċipali u min-naħa tal-ħaddiema
rispettivament tal-Kunsill.
(4) Id-Direttur għandu minn żmien għal żmien jaħtar segretarju
tal-Bord minn fost l-uffiċjali tad-dipartiment.
(5) Il-proċedura u ħwejjeġ oħra bħal dawn li għandhom
x’jaqsmu mal-Bord għandhom jiġu regolati mid-disposizzjonijiet
tat-Tieni Skeda.
Funzjonijiet tal-
Bord dwar il-
Ħaddiema tal-Port.
13. Il-funzjonijiet tal-Bord għandhom ikunu -
(a) id-dixxiplina tal-ħaddiema tal-port; u
(b) dawk il-funzjonijiet l-oħra li jistgħu jiġu preskritti.
Tħassir tar-
reġistrazzjoni u 
dixxiplina tal-
ħaddiema tal-port. 
Emendat: 
A.L. 46 ta’ l-1965;
IX. 1973.9; 
LVIII. 1974.68; 
XXVIII. 1975.5; 
XXIV. 1977.7.
14. (1) Ir-reġistrazzjoni ta’ ħaddiem tal-port għandha titħassar
mid-Direttur jekk -
(a) jilħaq l-età  ta’ tlieta u sittin sena jew dik l-età  iżgħar li
tista’ minn żmien għal żmien tiġi preskritta; jew
(b) fil-fehma tal-Bord, ma jkunx iżjed persuna xierqa u kif
imiss biex ikun ħaddiem tal-port għal xi raġuni tkun li
tkun; jew
(ċ) fil-fehma tal-Bord, ikun assenta ruħu minn xogħol tal-
port mingħajr raġuni xierqa għal dak in-numru ta’
ġranet u matul dak il-perijodu li jista’ jiġi stabbilit
minn żmien għal żmien fil-kondizzjonijiet approvati
ta’ impieg; jew
  10      KAP. 171. ħ         ĦADDIEMATAL-PORT
(d) fil-fehma tal-Bord, ikun kiser id-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 3(5).
(2) Jekk ħaddiem tal-port jinsab ħati ta’ serq magħmul waqt
jew li jkollu x’jaqsam ma’ xogħol tal-port jew jikser jew jonqos
milli jħares id-disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza, jew iġib ruħu
jew jimxi ħażin ħafna fil-kors ta’ jew dwar ix-xogħol tiegħu, f’dak
il-każ, mingħajr ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 18, jew
għad-disposizzjonijiet ta’ xi liġi oħra, il-Bord jista’ -
(a) jissospendih mix-xogħol għal perijodu ta’ mhux iżjed
minn tliet xhur; jew
(b) jagħtih avviż ta’ ħmistax-il ġurnata dwar it-tħassir tar-
reġistrazzjoni; jew
(ċ) iħassar ir-reġistrazzjoni tiegħu minnufih.
(3) Meta tintlaħaq deċiżjoni skond id-disposizzjonijiet tas-
subartikolu (1)(b) minħabba mard, il-ħaddiem tal-port ikollu dritt li
jappella lil Bord mediku maħtur mill-President ta’ Malta.
(4) Qabel ma tintlaħaq xi deciżjoni skond id-disposizzjonijiet
ta’ dan l-artikolu, il-Bord għandu jagħti lill-ħaddiem tal-port li
għalih tirreferixxi d-deċiżjoni l-opportunità  kollha biex jippreżenta
l-każ tiegħu.
(5) Matul xi proċeduri skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-
artikolu ħaddiem tal-port jista’ jiġi mgħejjun minn dik il-persuna li
jidhirlu xierqa barra minn avukat jew prokuratur legali.
Reviżjoni ta’ 
deċiżjonijiet. 
15. (1) Kull deċiżjoni tal-Bord skond id-disposizzjonijiet ta’
l-artikolu 14 għandha, bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-
subartikolu (3) ta’ dak l-artikolu, tkun finali.
(2) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1), il-Bord
jista’, meta jinġiebu fatti ġodda għat-tagħrif tiegħu, jirrivedi
deċiżjoni mogħtija minnu:
Iżda illi -
(a) tkun preżentata applikazzjoni bil-miktub liċ-Chairman
tal-Bord għal reviżjoni egħluq wieħed u għoxrin
ġurnata mid-data li fiha d-deċiżjoni tkun komunikata
lill-ħaddiem tal-port interessat; u
(b) reviżjoni tad-deċiżjoni ma għandha f’ebda każ iġġib xi
responsabbiltà  lill-Bord għal xi danni li setgħu ġew
batuti minħabba l-ewwel deċiżjoni.
Skemi ta’ pensjoni, 
eċċ.
Miżjud: 
IX . 1973.10.
Emendat: 
XVII. 1991.82.
16. (1) Il-Ministru jista’ jippreskrivi skema jew skemi għall-
ħlas ta’ superannuation allowances, pensjonijiet jew
gratifikazzjonijiet jew xi xorta oħra ta’ benefiċċju lil ħaddiema tal-
port u lil persuni li servew bħala ħaddiema tal-port.
(2) Għall-fini ta’ dak il-ħlas, għandu jitwaqqaf fond li jkun
magħruf bħala l-Fond tal-Pensjoni u tal-Kontinġenzi.
ĦADDIEMATAL-PORTġ K AP. 171.    11
Regolamenti. 
Emendnt: 
A.L. 4 ta’ l-1963;
IX. 1973.11;
XXIV. 1977.8; 
XIII. 1983.4;
XVII. 1991.82.
17. Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti għall-esekuzzjoni
tad-disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza, u, mingħajr ħsara għall-
ġeneralità  ta’ ’l fuq imsemmi, biex -
(a) jippreskrivu t-tariffa tad-drittijiet li għandhom
jitħallsu lill-foremen jew lill-kuntrattur dwar is-
servizzi tal-foremen impjegati minnu;
(b) jipprovdu għall-ingaġġar ta’ foremen,  għall-
kondizzjonijiet meħtieġa biex ikollhom liċenza, għad-
drittijiet li għandhom jitħallsu dwar dawk il-liċenzi, il-
klassifika ta’ foremen fi  gruppi, id-dmirijiet ta’
foremen, biex jistabbilixxu n-numru ta’ foremen li
għandu jkollhom liċenza u l-età  li fiha foremen
impjegati minn kuntrattur jistgħu jirtiraw;
(ċ) jaħsbu għall-ingaġġar ta’ ħaddiema tal-port, għall-
kondizzjonijiet meħtieġa għar-reġistrazzjoni tagħhom
u għad-dritt li għandu jitħallas dwar dik ir-
reġistrazzjoni, u biex jistabbilixxu l-aħjar numru ta’
ħaddiema tal-port li għandu jiġi reġistrat;
(d) jawtorizzaw lid-Direttur li joħroġ lil kull ħaddiem tal-
port, wara reġistrazzjoni u wara ħlas tad-dritt preskritt,
ċertifikat ta’ reġistrazzjoni u midalja ta’ l-identità ;
(e) jipprovdu għall-proprjetà , tiżmim, użu u produzzjoni
ta’ ċertifikati tar-reġistrazzjoni u midalji ta’ l-identità ;
(f) biex jiżguraw l-utilizzazzjoni xierqa tax-xogħol tal-
ħaddiema tal-port sabiex jiffaċilita t-tagħbija u l-ħatt
ta’ vapuri b’ħeffa u b’ekonomija u t-trasport ta’
merkanzija ġewwa l-port b’mod żgur u malajr, u
sabiex il-Bord dwar Kwistjonijiet tal-Port ikun jista’
jistħarreġ kull taqlib li jsir minn prinċipal ta’ ħaddiema
tal-port f’roster li fih ikunu organizzati ħaddiema tal-
port u biex jagħtu kumpens ta’ mhux iktar minn ħames
mitt lira kontra dak il-prinċipal favur ħaddiema tal-
port li jkunu preġudikati b’dak it-taqlib;
(g) jippreskrivu tariffa ta’ drittijiet li jitħallsu minn min
jimpjega l-ħaddiema tal-port;
(h) jipprovdu għat-twaqqif ta’ Fond tal-Pensjoni u tal-
Kontinġenzi;
(i) jippreskrivu l-mod li bih il-Fond tal-Pensjoni u tal-
Kontiġenzi għandu jitmexxa u l-ħlasijiet li jistgħu jsiru
minnu;
(j) jippreskrivu l-mod li bih pensjoni u benefiċċji
finanzjarji oħra għandhom jitħallsu lil ħaddiema tal-
port u lil persuni li servew bħala ħaddiema tal-port, u
l-mod li bih xi pensjoni jew benefiċċji oħra finanzjarji
hekk imħallsa taħt id-disposizzjonijiet ta’ din l-
Ordinanza jistgħu jinġabru lura mingħand xi persuna;
(k) jippreskrivu għal imposta fuq min jimpjega ħaddiema
tal-port u fuq ħaddiema tal-port biex tmur fil-Fond tal-
Pensjoni u tal-Kontinġenzi;
  12      KAP. 171. ħ         ĦADDIEMATAL-PORT
(l) jippreskrivu kull ħaġa li tista’ tkun preskritta;
(m) jipprovdu illi kull persuna li tikser jew tonqos milli
tħares id-disposizzjonijiet ta’ xi regolamenti bħal
dawn tkun ħatja ta’ reat u teħel, meta tinsab ħatja,
multa ta’ mhux iżjed minn ħamsin lira u, meta r-
regolamenti hekk jipprovdu, għat-tħassir jew
sospensjoni ta’ kull liċenza maħruġa lilha skond din l-
Ordinanza; u
(n) jipprovdu għal kull ħaġa oħra inċidentali jew
supplementarja għal kull waħda mill-ħwejjeġ fuq
imsemmija.
Reati u pieni. 
Emendat:
XV. 1966.2; 
XVII. 1991.82. 
18. Kull persuna li tikser jew tonqos milli tħares xi waħda mid-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 3(1) jew (4), ta’ l-artikolu 5(1), ta’ l-
artikolu 6 u ta’ l-artikolu 9(1) jew (2) u kull prinċipal ta’ ħaddiema
tal-port li jittraskura jew jiċħad milli jħares xi talba magħmula
mill-Awtorità  skond artikolu 9(5)(a) ikunu ħatja ta’ reat u jeħlu,
meta jinsabu ħatja, multa ta’ mhux iżjed minn ħamsin lira u l-qorti
tista’, fuq talba ta’ l-uffiċjal prosekutur, tħassar jew tissospendi
għal kull żmien kull liċenza maħruġa lil dik il-persuna jew
prinċipal ta’ ħaddiema tal-port skond din l-Ordinanza.
Reati minn 
għaqdiet ta’ 
persuni.
19. Meta reat skond id-disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza
jiġi magħmul minn għaqda ta’ persuni, kull persuna li, fil-ħin ta’ l-
egħmil tar-reat, kienet direttur, manager, segretarju jew uffiċjal
ieħor bħal dawn ta’ dik l-għaqda ta’ persuni jew kienet tidher li
kienet taġixxi f’xi kariga bħal dik għandha titqies li tkun ħatja ta’
dak ir-reat kemm-il darba ma tipprovax illi r-reat sar mingħajr it-
tagħrif tagħha u li eżerċitat id-diliġenza kollha xierqa biex tevita l-
egħmil tar-reat.
Applikazzjoni.  20. Din l-Ordinanza ma tapplikax għal dak ix-xogħol tal-port li
jista’ jkun preskritt.
Tħassir u riserva.
Emendat: 
XV. 1966.2, 5; 
XVII. 1991.82. 
21. L-Ordinanza dwar l-Istivaturi u l-Ħaddiema tal-Port
(Ordinanza XXI ta’ l-1939)* għandha titħassar mingħajr ħsara għal
kull ħaġa magħmula jew li naqset li ssir bis-saħħa tagħha:
Iżda sakemm ma jiġux mibdula jew imħassra skond id-
disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza r-regolamenti u d-deċiżjonijiet
magħmula skond l-Ordinanza hawnhekk imħassra għandhom
jibqgħu jseħħu.
Disposizzjoni 
transitorja. 
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
XVII. 1991.82.
22. Sa dak iż-żmien li l-Kunsill jiġi mwaqqaf skond l-artikolu
7 ta’ din l-Ordinanza l-Ministru jista’ b’ordni jagħmel deċiżjonijiet
skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 8 mingħajr riferenza għal
dak il-Kunsill u dawk id-deċiżjonijiet għandhom jiġu pubblikati fil-
Gazzetta tal-Gvern u jibqgħu ta’ rabta għall-prinċipali kollha ta’
ħaddiema tal-port u għall-ħaddiema tal-port mid-data tal-
pubblikazzjoni jew dik id-data l-oħra ta’ wara li tista’ tiġi stabbilita
mill-Ministru sakemm jiġu mibdula jew imħassra b’deċiżjonijiet
oħra magħmula skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 8.
*Din l-Ordinanza ġiet inkluża fl-Edizzjoni Riveduta ta’ l-1942 tal-Liġijiet ta’
Malta bħala Kapitolu 158.
ĦADDIEMATAL-PORTġ K AP. 171.    13
L-EWWEL SKEDA 
ġ Artikolu 7ħ
PROĊEDURA TAL-PORT LABOUR JOINT COUNCIL
1. Il-quorum tal-Kunsill ikun magħmul miċ-Chairman u minn
mill-anqas żewġ membri ta’ kull naħa tal-Kunsill.
2. Il-Kunsill ikollu setgħa li jagħżel kull persuna biex tattendi
l-laqgħat tiegħu f’kapaċità  konsultattiva.
3. Il-laqgħat tal-Kunsill għandhom jinżammu hekk spiss
kemm iċ-Chairman jidhirlu xieraq u mhux anqas minn darba kull
tliet xhur. 
4. Ma għandu jsir ebda xogħol f’xi laqgħat tal-Kunsill, ħlief
bi ftehim taż-żewġ naħat tiegħu, kemm-il darba ma jkunx ingħata
avviż bil-miktub ta’ dak ix-xogħol lil kull membru tal-Kunsill mill-
anqas ħamest ijiem qabel il-laqgħa jew matul dak iż-żmien aqsar li
ċ-Chairman, minħabba urġenza, jista’ jiddeċidi.
5. Għandhom jinżammu minuti ta’ kull laqgħa mis-segretarju
u għandhom jiġu konfermati mill-Kunsill u ffirmati miċ-Chairman. 
6. Jekk egħluq sebat ijiem mid-data taċ-ċirkolazzjoni tal-
minuti ma jiġu riċevuti miċ-Chairman ebda rimarki mingħand
membri, il-minuti għandhom jitqiesu bħala konfermati u għandu
jittieħed proċediment skond hekk.
7. Għall-finijiet ta’ l-artikolu 8(2) u (3) il-ftehim ta’ naħa jew
oħra tal-Kunsill għandu jiġi muri b’maġġoranza tal-membri ta’ dik
in-naħa preżenti u li jivvotaw.
8. Il-Kunsill għandu xort’oħra jirregola l-proċedura tiegħu
nnifsu. 
  14      KAP. 171. ħ         ĦADDIEMATAL-PORT
Emendata:
A.L. 46 ta’ l-1965; 
LVIII. 1974.68;
A.L. 148 ta’ l-
1975;
XVII. 1991.82.
IT-TIENI SKEDA
ġ Artikolu 12ħ
PROĊEDURA TAL-BORD DWAR IL-ĦADDIEMA TAL-PORT
1. Il-Bord għandu jżomm il-laqgħat tiegħu fil-pubbliku. 
2. Il-Bord ikollu s-setgħa li -
(a) iħarrek xhieda;
(b) jieħu parir ta’ espert; 
(ċ) jagħti ġuramenti; u
(d) jeħtieġ li kull persuna li jidhirlu li għandha tagħrif
speċjali dwar il-kwistjoni li tkun qed tiġi kunsidrata li
tagħti verbalment jew bil-miktub dawk il-
partikolaritajiet dwar il-kwistjoni kif il-Bord jista’
jeħtieġ.
3. Il-ġuramenti għandhom jingħataw miċ-Chairman.
4. (1) Fl-eżerċizzju tas-setgħat tiegħu skond id-
disposizzjonijiet tal-paragrafu 2(a) u (d), il-Bord ikollu s-setgħat li
huma mogħtija b’liġi lill-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili:
Iżda -
(a) il-Bord ma għandu f’ebda każ ikollu setgħa li jordna
d-detenzjoni ta’ xi persuna; u
(b) id-dmirijiet ta’ purtier tal-qorti u ta’ marixxall tal-qorti
rispettivament għandhom jiġu moqdija minn membri
tal-Pulizija Esekuttiva magħżula għal hekk mill-
Kummissarju tal-Pulizija.
(2) Kull multa imposta mill-Bord għandha tinġabar mill-
Awtorità  bħala dejn ċivili dovut lilha.
5. Kull taħrika għandha tkun iffirmata miċ-Chairman u tista’
tiġi notifikata jew personalment jew bil-posta reġistrata, u f’dan l-
aħħar każ, għall-prova tan-notifika, ikun biżżejjed li jiġi pruvat illi
t-taħrika kienet indirizzata sewwa u impustata.
6. Il-Bord jista’ jasal għad-deċiżjoni tiegħu permezz ta’
maġġoranza ta’ voti.
7. Il-Bord għandu xort’oħra jirregola l-proċedura tiegħu.
ĦADDIEMATAL-PORTġ K AP. 171.    15
Miżjuda:
IX. 1973.72.
Emendata: 
LVIII. 1974.68;
A.L. 148 ta’ l-
1975;
XXVIII. 1975.6; 
XVII. 1991.82.
IT-TIELET SKEDA
ġ Artikolu 11ħ
PROĊEDURA TAL-BORD DWAR KWISTJONIJIET TAL-PORT
1. Il-Bord għandu jmexxi l-proċeduri tiegħu skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 11 ta’ l-Ordinanza.
2. Il-Bord ikollu s-setgħa li -
(a) isejjaħ xhieda;
(b) jagħti l-ġuramenti; u
(ċ) jeħtieġ li kull persuna li jidhirlu li għandha tagħrif
speċjali dwar il-kwistjoni li tkun qed tiġi kunsidrata li
tagħti verbalment jew bil-miktub dawk il-
partikolaritajiet dwar il-kwistjoni kif il-Bord jista’
jeħtieġ.
3. Il-ġuramenti jingħataw miċ-Chairman tal-Bord.
4. (1) Fl-eżerċizzju tas-setgħat tiegħu skond id-
disposizzjonijiet tal-paragrafu 2(a) u (b), il-Bord ikollu s-setgħat li
huma mogħtija b’liġi lill-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili:
Iżda -
(a) il-Bord ma għandu f’ebda każ ikollu setgħa li jordna
d-detenzjoni ta’ xi persuna; u
(b) id-dmirijiet ta’ purtier tal-qorti u ta’ marixxal tal-qorti
rispettivament għandhom jiġu moqdija minn membri
tal-Pulizija Esekuttiva magħżula għal hekk mill-
Kummissarju tal-Pulizija.
(2) Kull multa mwaħħla mill-Bord tinġabar mill-Awtorità
bħala dejn ċivili dovut lilha.
5. Kull taħrika għandha tkun iffirmata miċ-Chairman u tista’
tiġi notifikata jew personalment jew bil-posta reġistrata, u f’dan l-
aħħar każ, għall-prova tan-notifika, ikun biżżejjed li jiġi pruvat illi
t-taħrika kienet indirizzata sewwa u impustata.
6. Il-Bord għandu jitlaqqa’ wara li jingħata lis-segretarju tal-
Bord avviż bil-miktub li jgħid li tkun inqalgħet xi kwistjoni
speċifika bejn il-prinċipali u l-ħaddiema. L-avviż għandu jgħid ix-
xorta tal-kwistjoni u għandu jkun iffirmat mill-persuna li tibgħat il-
kwistjoni lill-Bord.
7. Meta tagħti l-avviż imsemmi fil-paragrafu 6 ta’ din l-
lskeda, il-persuna li tagħti l-avviż tista’ tiġi mitluba biex
tiddepożita għand is-segretarju somma ta’ għaxar liri li
tirrappreżenta d-dritt relattiv għal-laqgħa tal-Bord. Il-Bord jista’,
meta jagħti d-deċiżjoni tiegħu, jistabbilixxi liema parti għandha
titħallas, jew f’liema proporzjon il-partijiet għandhom iħallsu, l-
ispejjeż.
8. (1) Kull talba li tinqala’ minn kwistjoni bejn prinċipal
partikolari u ħaddiema tal-port dwar xogħol tal-port tiġi miċhuda
mill-Bord jekk il-persuna jew il-persuni li jagħmlu dik it-talba,
  16      KAP. 171. ħ         ĦADDIEMATAL-PORT
meta jkunu msejħa biex jidhru quddiem il-Bord, jonqsu li jidhru
mingħajr ebda raġuni valida quddiem dak il-Bord sa siegħa mill-ħin
stabbilit għas-smigħ ta’ dik it-talba.
(2) Kull talba li tinqala’ minn kwistjoni bejn prinċipal
partikolari u ħaddiema tal-port dwar xogħol tal-port għandha titqies
li tkun ammessa bin-nuqqas jekk il-persuna jew il-persuni li
kontrihom it-talba tkun inġiebet quddiem il-Bord jonqsu li jidhru
mingħajr ebda raġuni valida quddiem il-Bord sa siegħa mill-ħin
stabbilit għas-smigħ ta’ dik it-talba.
