TĦOLLIJA GĦALL-FERGĦA TA’ L-ARTI U SNAJJA’ TAL-CONSERVATORIO
VINCENZO BUGEJA (APPLIKAZZJONI PROVVIŻORJA TAD-DĦUL) ġKAP.173.   1
KAPITOLU 173 
ORDINANZA DWAR IT-TĦOLLIJA GĦALL-
FERGĦA TA’ L-ARTI U SNAJJA’ TAL-
CONSERVATORIO VINCENZO BUGEJA 
(APPLIKAZZJONI PROVVIŻORJA TAD-DĦUL) 
Biex tipprovdi għall-applikazzjoni provviżorja tad-dħul miġbur mit-
Tħollija għall-Fergħa ta’ l-Arti u Snajja tal-Conservatorio Vincenzo
Bugeja għat-tiżmim tal-Conservatorio Vincenzo Bugeja u tar-rikoverati
fih.
(16 ta’ Frar, 1962)*
Saret liġi bl-ORDINANZA XX ta’ l-1962.
Titolu fil-qosor.
Tħollija għall-Fergħa ta’ l-Arti u Snajja’ tal-Conservatorio
Vincenzo Bugeja (Applikazzjoni Provviżorja tad-Dħul).
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra -
"Tħollija għall-Fergħa ta’ l-Arti u Snajja’ tal-Conservatorio
Vincenzo Bugeja" tfisser it-tħollija magħmula bl-artikolu disgħa u
għoxrin bis tat-testment tal-mejjet Vincenzo Bugeja, miftuħ u
publikat min-Nutar Achille Micallef fit-tmintax-il ġurnata ta’
Settembru, 1890, u tinkludi l-bini mtella’ bi twettiq ta’ dik it-
tħollija u l-flejjes miġbura minnu sal-wieħed u tletin ġurnata ta’
Diċembru, 1961.
Applikazzjoni tad-
dħul.
3. (1) Il-Kumitat ta’ Tmexxija tal-Conservatorio Vincenzo
Bugeja jkun jista’ japplika d-dħul miġbur fil- jew wara l-ewwel
ġurnata ta’ Jannar, 1962 mit-Tħollija għall-Fergħa ta’ l-Arti u
Snajja’ tal-Conservatorio Vincenzo Bugeja għall-ħlas tad-djun li
saru jew li jsiru dwar it-tiżmim tal-Conservatorio Vincenzo Bugeja
u tar-rikoverati fih.
(2) Id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu
jkollhom seħħ minkejja kull disposizzjoni ta’ liġi fis-sens kuntrarju
u kull disposizzjoni li hemm fit-testment imsemmi fl-artikolu 2 ta’
din l-Ordinanza jew f’kull att ieħor u l-ħdim ta’ kull disposizzjoni
bħal dik għandha titqies li tkun sospiża għal dak iż-żmien li fih din
l-Ordinanza tibqa’ sseħħ.
Kontijiet. 
dmir tal-Kumitat ta’ Tmexxija tal-Conservatorio Vincenzo Bugeja,
fil jew qabel it-tletin ġurnata ta’ Ġunju u l-wieħed u tletin ġurnata
ta’ Diċembru ta’ kull sena, li jipprepara u jibgħat lill-Gvern
rendikont li juri d-dħul miġbur mill-imsemmi Conservatorio
Vincenzo Bugeja minn kull għajn flimkien ma’ rapport li juri l-
ispiża ta’ l-imsemmi Conservatorio u n-numru tar-rikoverati fih.
*Ara Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 102 tas-16 ta’ Frar, 1962.
VINCENZO BUGEJA (APPLIKAZZJONI PROVVIŻORJA TAD-DĦUL) 
2 KAP. 173.ħ  INCENZO BUGEJA (APPLIKAZZJONI PROVVIŻORJA TAD-DĦUL)
Riserva. 5. Ebda ħaġa f’din l-Ordinanza ma għandha tolqot id-drittijiet
tal-Gvern ta’ Malta, ta’ kull korp politiku u ġuridiku, u ta’ l-oħrajn
kollha, ħlief dawk li huma msemmija f’din l-Ordinanza u dawk li
jkollhom dritt bihom, minnhom jew bis-saħħa tagħhom.
