AMMINISTRAZZJONI FINANZJARJA U VERIFIKA ġ KAP. 174.   1
KAPITOLU 174
ATT DWAR L-AMMINISTRAZZJONI 
FINANZJARJA U L-VERIFIKA
Biex jirregola d-dħul, kontroll u ħlas ta’ flejjes pubbliċi, biex jipproduċi għall-verifika ta’
kontijiet dwar hekk u biex jipprovdi għal ħwejjeġ oħra konnessi ma’ jew inċidentali għall-
iskopijiet fuq imsemmija.
 29 ta’ Mejju, 1962
L-ATT I ta’ l-1962, kif emendat bl-Att VI ta’ l-1962; bl-Avviż Legali 47 ta’ l-1962; bl-Att
XII ta’ l-1965; bl-Avviżi Legali 17 u 46 ta’ l-1965; bl-Atti: XXIV ta’ l-1967, XXXI ta’ l-1968,
XXXII ta’ l-1969; bl-Avviżi Legali 48 ta’ l-1970, 24 u 93 ta’ l-1971, 48 ta’ l-1973, 50 ta’ l-
1974, bl-Att LVIII ta’ l-1974; bl-Avviżi Legali: 56 ta’ l-1975, 63 ta’ l-1976; bl-Atti: XXII u
XXXIX ta’ l-1976, bl-Avviżi Legali 48 ta’ l-1977, 4 u 42 ta’ l-1978, 33 ta’ l-1979; bl-Atti: III u
XXIX ta’ l-1979; bl-Avviżi Legali: 26 ta’ l-1980, 4 ta’ l-1981, 3 ta’ l-1982; u bl-Atti XIII ta’ l-
1983, XVI ta’ l-1997 u I  ta’ l-2004.
TAQSIM TA’ L-ATT
Artikoli 
Taqsima I.  Preliminari  l-2 
Taqsima II.  Disposizzjonijiet Ġenerali  3-4
Taqsima III.  Imħassra bl-Att XVI.1997.7.  5-11 
Taqsima IV.  Uffiċjali ta’ Kontijiet  12-13 
Taqsima V.  Arranġamenti Bankarji u Ġbir ta’ Flejjes  14-21
Taqsima VI.  Approprjazzjoni ta’ Flejjes Pubbliċi  22-25
Taqsima VII.  Ħlas ta’ Flejjes  26-38 
Taqsima VIII.  Impieg ta’ Flejjes  39-46 
Taqsima IX.  Flejjes barra minn Malta  47 
Taqsima X.  Verifika u Spezzjon 48-61 
Taqsima XI.  Kontijiet u Prospetti  62-70 
Taqsima XII.  Mixxellanji  7l-73
SKEDA 
 2      KAP. 174.ħ    AMMINISTRAZZJONI FINANZJARJA U VERIFIKA
TAQSIMA I 
PRELIMINARI
Titolu fil-qosor.  1. It-titolu fil-qosor ta’ dan l-Att hu l-Att dwar l-
Amministrazzjoni Finanzjarja u l-Verifika.
Tifsir. 
Emendat: 
A.L. 46 ta’ l-1965;
III. 1979.2.
I. 2004.2.
Kap. 461.
2. F’dan l-Att, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma tfissirx
xort’oħra -
"awditjar intern" għandu jkollha l-istess tifsira bħalma hu mogħti
lilha bl-artikolu 2 ta’ l-Att dwar Awditjar Intern u
Investigazzjonijiet Finanzjarji;
"bank" tfisser kull bank li minn żmien għal żmien ikun inkarigat
bit-tiżmim ta’ flejjes pubbliċi tal-Gvern ta’ Malta;
"dħul" tfisser it-taxxi, imposti, rati u dazji kollha u l-flejjes oħra
kollha miġbura jew irċevuti f’isem jew akkont tal-Fond Konsolidat; 
"estimi" tfisser l-estimi, preżentati quddiem il-Kamra tad-
Deputati dwar xi sena finanzjarja, tan-nefqa għas-servizz ta’ dik is-
sena finanzjarja u tinkludi kull estimi supplimentarji ta’ nefqa li
għaliha jkun meħtieġ li jiġi provdut wara li l-estimi jkunu ġew
preżentati quddiem il-Kamra tad-Deputati;
 "flejjes pubbliċi" tfisser kull dħul, self, trust u flejjes oħra kollha
mdaħħlin jew amministrati jew miżmuma minn, f’isem jew akkont
tal-Gvern ta’ Malta, inklużi flejjes li l-Gvern iħallas jew jiżborża
minn fondi riċevuti minn xi organizzazzjoni jew korp
internazzjonali jew sovranazzjonali jew minn xi istituzzjoni jew
korp tagħhom;
"irregolarità" tfisser xi att jew ommissjoni minn persuna bi ksur
ta’ ftehim kontrattwali mal-Gvern jew bi ksur ta’ xi disposizzjoni
rilevanti tal-liġi jew ta’ xi att li għandu l-forza vinkolanti tiegħu
ġejja min xi trattat jew ftehim internazzjonali li Malta tkun
għamlet;
"Fond Konsolidat" tfisser il-Fond Konsolidat imwaqqaf bl-
artikolu 102 tal-Kostituzzjoni ta’ Malta;
"Kostituzzjoni" tfisser il-Kostituzzjoni ta’ Malta;
"Malta" għandha l-istess tifsir kif mogħti lilha bl-artikolu 124
tal-Kostituzzjoni ta’ Malta;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-finanzi;
"sena finanzjarja" għandha l-istess tifsira li għandha għall-
finijiet tal-Kostituzzjoni;
"uffiċjal tal-kontijiet" tfisser persuna li tkun tokkupa jew taġixxi
fil-kariga ta’ kap permanenti ta’ dipartiment tal-Gvern u tinkludi
kull persuna li jkollha d-dmir li tiġbor, tirċievi jew tagħti kont ta’,
jew li fil-fatt tiġbor, tirċievi jew tagħti kont ta’, xi flejjes pubbliċi,
jew li jkollha d-dmir li tħallas, jew li fil-fatt tħallas, xi flejjes
pubbliċi, u kull persuna li tkun inkarigata mid-dħul, kustodja jew
tneħħija ta’, jew mill-għoti ta’ kont ta’, ħażniet pubbliċi, jew li fil-
fatt tirċievi, iżżomm jew tneħħi ħażniet pubbliċi:
Iżda meta jkun hemm fis-seħħ direttiva bil-miktub tal-Ministru li
AMMINISTRAZZJONI FINANZJARJA U VERIFIKA ġ KAP. 174.   3
d-dmirijiet, il-funzjonijiet u r-responsabbilitajiet ta’ ufficjal ta’
kontijiet speċifikati fid-direttiva għandhom ikunu vestiti
esklużivament f’uffiċjal pubbliku wieħed jew aktar kif hekk jiġi
speċifikat, "uffiċjal ta’ kontijiet", dwar l-imsemmija dmirijiet,
funzjonijiet u responsabbiltajiet u sal-limitu speċifikat f’dik id-
direttiva, tfisser u tinkludi biss l-uffiċjal pubbliku jew l-uffiċjali
pubbliċi speċifikati kif intqal qabel;
"vot" tfisser kap separat ta’ l-estimi jew taqsima prinċipali ta’ l-
approprjazzjoni mill-Kamra tad-Deputati għas-servizz ta’ sena
finanzjarja.
TAQSIMA II 
DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI
Amministrazzjoni 
ta’ l-Att.
3. (1) Il-Ministru huwa nkarigat bl-amministrazzjoni ta’ dan
l-Att.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u għal kull
regolamenti magħmula bis-saħħa tiegħu, l-uffiċjali ta’ kontijiet
għandhom jimxu skond l-ordnijiet li, minn żmien għal żmien
jistgħu jiġu mogħtija mill-Ministru li jkollhom x’jaqsmu ma’
flejjes pubbliċi u l-għoti ta’ kontijiet dwarhom.
(3) Il-Ministru, jew xi ufficjal tal-Ministeru tiegħu awtorizzat
minnu għal hekk, ikollu dritt li jispezzjona dawk l-uffiċċji u li
jkollu dak l-aċċess għal kotba, dokumenti u notamenti oħra uffiċjali
skond ma jkun meħtieġ sabiex il-Ministru jeżerċita s-setgħat tiegħu
u jaqdi d-dmirijiet tiegħu skond dan l-Att.
Regolamenti. 
Emendat: 
A.L. 46 ta’ l-1965;
I. 2004.3.
4. (1) Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti li ma jkunux
inkonsistenti mad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att għat-tmexxija tad-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, u bla ħsara għall-ġeneralità ta’ dak li
jingħad qabel, dawn ir-regolamenti jistgħu jipprovdu -
(a) għall-ġbir, dħul, kustodja, ħruġ, nefqa, għoti ta’ kont
xieraq, kura u amministrazzjoni tal-flejjes pubbliċi
kollha u għall-gwida tal-persuni kollha li jkollhom
x’jaqsmu magħhom;
(b) għar-reġistrazzjoni, eżami, spezzjon u sorveljanza
dipartimentali aktar effettiva tad-dħul u nefqat kollha u
t-tiżmim tal-kotba u kontijiet kollha meħtieġa;
(ċ) għall-kotba li għandhom jinżammu u għall-kontijiet li
għandhom jiġu mogħtija għall-finijiet ta’ dan l-Att u l-
forma li fihom dawk il-kotba u kontijiet għandhom
ikunu miżmuma u mogħtija;
(d) għax-xiri, kustodja żgura, ħruġ, bejgħ jew tneħħija
oħra jew tħassir mill-kotba ta’ ħażniet pubbliċi u
proprjetà oħra tal-Gvern, u għall-għoti ta’ kont xieraq,
u stock taking ta’, dawk il-ħażniet u proprjetà;
(e) biex tiġi preskritta kull ħaġa meħtieġa li tkun
preskritta skond dan l-Att;
 4      KAP. 174.ħ    AMMINISTRAZZJONI FINANZJARJA U VERIFIKA
(f) għall-għoti ta’ fondi konfinanzjament għal programmi
u inizjattivi ekonomiċi u soċjali minn flejjes pubbliċi;
(g) sabiex isiru aġġustamenti u tpaċijiet f’kontijiet u
ħlasijiet minn kontijiet dwar dak li għandu x’jaqsam
ma’ flejjes pubbliċi skond ma’ jistgħu jkunu meħtieġa
f’konnessjoni mal-kofinanzjament imsemmi fil-
paragrafu ta’ qabel u l-finanzjament minn xi
organizzazzjoni jew korp internazzjonali jew
sovranazzjonali jew minn xi istituzzjoni jew korp
relattiv;
(h) għall-ġabra, kodifikazzjoni u ppubblikar ta’ dawk l-
istandards u metodoloġiji ta’ l-ikkontjar u ta’ dawk il-
policies u proċeduri li minn żmien għall-ieħor jistgħu
jitqiesu meħtieġa jew espedjenti għall-
amministrazzjoni u twettiq fis-seħħ aħjar tad-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att;
(i) għal kull ħaġa oħra inċidentali jew supplementarja
għal xi waħda mill-ħwejjeġ fuq imsemmija.
(2) Ir-regolamenti kollha magħmula skond dan l-artikolu
għandhom jiġu pubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern u għandhom
jitqegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra tad-Deputati egħluq għaxart ijiem
minn dik il-pubblikazzjoni:
Iżda fil-kalkolu ta’ dak il-perijodu ma għandu jittieħed ebda
kont ta’ xi żmien li matulu l-Kamra tad-Deputati tkun xolta jew
prorogata, jew li matulu tkun aġġornata għal aktar minn għaxart
ijiem.
TAQSIMA III 
DIRETTUR TAL-VERIFIKA
Direttur tal- 
Verifika. 
Emendat:
A.L. 46 ta’ l-1965. 
5. Imħassar: XVI.1997.7.
Salarju.
Emendat:
XII. 1965.4;
A.L. 46 ta’ l-1965;
A.L. 25 ta’ l-1990; 
A.L. 26 ta’ l-1991; 
A.L. 13 ta’ l-1992; 
A.L. 32 ta’ l-1993;
A.L. 11 ta’ l-1994; 
A.L. 10 ta’ l-1995;
A.L. 23 ta’ l-1995;
A.L. 75 ta’ l-1995;
A.L. 32 ta’ l-1996;
A.L. 67 ta’ l-1998.
6. Imħassar: XVI.1997.7.
Verifika ta’ 
kontijiet.
Emendat: 
A.L. 46 ta’ l-1965. 
7. Imħassar: XVI.1997.7.
AMMINISTRAZZJONI FINANZJARJA U VERIFIKA ġ KAP. 174.   5
Produzzjoni ta’ 
kotba eċċ., lid-
Direttur tal- 
Verifika.
8. Imħassar: XVI.1997.7.
Tagħrif lid-Direttur 
tal- Verifika. 
Emendat: 
A.L. 46 ta’ l-1965. 
9. Imħassar: XVI.1997.7.
Rapport dwar 
irregolaritajiet. 
10. Imħassar: XVI.1997.7.
Kwistjonijiet.
Emendat: 
A.L. 46 ta’ l-1965;
LVIII. 1974.68. 
11. Imħassar: XVI.1997.7.
TAQSIMA IV 
UFFIĊJALI TA’ KONTIJIET
Dmirijiet ta’ 
uffiċjali ta’ 
kontijiet.
12. Kull uffiċjal ta’ kontijiet għandu jkun suġġett għad-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u ta’ kull regolamenti magħmula bis-
saħħa tiegħu u għandu jaqdi dawk id-dmirijiet, iżomm dawk il-
kotba u jagħti dawk il-kontijiet li jistgħu jkunu preskritti minn jew
skond dan l-Att jew minn direttivi maħruġa mill-Ministru.
Ma jistax jinfetaħ 
kont fil-bank minn 
uffiċjali ta’ 
kontijiet mingħajr 
awtorità tal-
Ministru. 
13. Ebda uffiċjal ta’ kontijiet ma jista’ jiftaħ xi kont pubbliku
jew uffiċjali f’xi bank, ħlief kif awtorizzat b’dan l-Att jew b’xi
regolamenti magħmula bis-saħħa tiegħu, mingħajr l-awtorità bil-
miktub tal-Ministru, u l-Gvern ma jkunx miżmum responsabbli
għal xi overdraft f’xi kont bħal dak jekk ma jkunx awtorizzat mill-
Ministru kif provdut bl-artikolu 21.
TAQSIMA V 
ARRANĠAMENTI BANKARJI U ĠBIR TA’ FLEJJES
Arranġament ma’ 
bank.
14. Il-Ministru jista’ minn żmien għal żmien jagħmel
arranġamenti ma’ xi bank jew banek b’dawk il-pattijiet u
kondizzjonijiet li jidhrulu xierqa għad-dħul, kustodja u ħlas ta’
flejjes pubbliċi u t-trasmissjoni tagħhom minn u għal Malta, u għal
kull avvanżi li jistgħu jsiru bl-awtorità ta’ dan l-Att jew ta’ xi liġi
oħra, għal drittijiet dwarhom, u għall-imgħax li għandu jitħallas
minn jew lill-bank jew banek fuq bilanċi jew avvanzi
rispettivament u b’mod ġenerali għat-tmexxija tan-negozju
bankarju tal-Gvern.
Il-Kont Pubbliku u 
l-Kont tal-Bank ta’ 
Tifdil tal-Gvern ta’ 
Malta. 
Emendat: 
A.L. 46 ta’ l-1965.
15. Il-flejjes pubbliċi kollha għandhom jinżammu fil-bank taħt
kont li għandu jkun magħruf bħala "il-Kont Pubbliku" li fih
għandhom jiżdiedu u jitħallsu l-flejjes kollha li jifformaw il-Fond
Konsolidat, u flejjes oħra jkunu li jkunu, minbarra -
(a) flejjes li jappartjenu lill-Bank ta’ Tifdil tal-Gvern ta’
Malta*, li għandhom jinżammu taħt kont separat li
għandu jkun magħruf bħala "il-Kont tal-Bank ta’ Tifdil
 6      KAP. 174.ħ    AMMINISTRAZZJONI FINANZJARJA U VERIFIKA
tal-Gvern ta’ Malta"; u
(b) kull flejjes oħra li l-Ministru jista’ jawtorizza
speċifikatament biex jinżammu f’kontijiet separati.
Il-flejjes kollha fil-
bank ikunu flejjes 
pubbliċi. 
16. Il-flejjes kollha mqegħda fil-bank għaf-favur tal-kontijiet
imsemmija fl-aħħar artikolu qabel dan għandhom jitqiesu li jkunu
flejjes pubbliċi, u ma jistgħux jitneħħew mill-bank ħlief kif provdut
b’dan l-Att.
Depożiti. 17. (1) Il-flejjes imdaħħla minn jew f’isem il-Gvern bħala
depożitu akkont ta’ dazji tad-dwana jew xort’oħra akkont pubbliku,
il-flejjes depożitati l-qorti skond xi liġi jew awtorità tkun li tkun, il-
flejjes depożitati fil-Bank ta’ Tifdil tal-Gvern ta’ Malta*, il-flejjes
imdaħħla bi trust, u l-flejjes kollha depożitati minn xi persuna waqt
li tkun pendenti t-tlestija ta’ xi xogħol jew operazzjoni hekk li l-
istess jew sehem minnhom jistgħu jsiru li jitħallsu lill-Gvern jew li
jitħallsu lura lid-depożitant jew persuna oħra, għandhom jitqiesu li
jkunu flejjes pubbliċi skond it-tifsira u għall-finijiet ta’ dan l-Att.
(2) Dawk il-flejjes għandhom jew jitqegħdu fil-bank għaf-favur
tal-kont xieraq jew meqjusa xort’oħra u mogħti kont tagħhom mill-
persuna li jkollha kustodja tagħhom kif il-Ministru, bla ħsara għal
dan l-Att u għal kull regolamenti magħmula bis-saħħa tiegħu, jista’
minn żmien għal żmien jordna.
Depożiti mhux 
reklamati.
Emendat: 
A.L. 46 ta’ l-1965;
XIII. 1983.5. 
18. (1) Kemm-il darba ma jkunx provdut espressament
xort’oħra, kull somma hekk depożitata, minbarra flejjes depożitati
fil-Bank ta’ Tifdil tal-Gvern ta’ Malta*, li ma tkunx reklamata għal
żmien ta’ tletin sena għandha tiġi trasferita f’kont speċjali li
għandu jkun magħruf bħala "il-Kont ta’ Fond ta’ Depożiti" u l-
Ministru jista’, bla ebda approprjazzjoni oħra ħlief dan l-Att,
jawtorizza lill-Accountant General li jħallas l-istess minn dak il-
kont f’kull żmien lil min ikun għamel talba li jipprova t-talba
tiegħu għal hekk.
(2) Fit-tmiem ta’ kull sena finanzjarja kull bilanċ b’eċċess ta’
għaxart elef liri ta’ l-imsemmi Kont ta’ Fond ta’ Depożiti jista’,
jekk il-Ministru hekk jiddeċidi, jiġi mgħoddi lill-Fond Konsolidat.
Jekk f’xi żmien l-imsemmi kont ma jkunx biżżejjed biex jiġu
milqugħa talbiet bħal dawk, dawn għandhom jiġu milqugħa mill-
Fond Konsolidat bla ebda approprjazzjoni oħra ħlief dan l-Att.
Tqegħid tal-flejjes 
kollha fil-bank.
19. L-Accountant General għandu, minn ġurnata għal oħra,
jara li jitqegħdu fil-bank għaf-favur tal-kont xieraq, il-flejjes kollha
pubbliċi miġbura jew imdaħħla t-Teżor magħduda depożiti tal-
Bank ta’ Tifdil:
Iżda l-Accountant General jista’ jżomm f’kontanti dak l-
ammont li jista’ jitqies meħtieġ biex jiġu milqugħa ħtiġiet ta’ kull
jum, liema ammont, ħlief bl-awtorità bil-miktub tal-Ministru,
m’għandux jeċċedi tletin elf lira dwar flejjes li jitħallsu għaf-favur
tal-Fond Pubbliku minbarra kull flejjes miżmuma temporanjament
mill-Accountant General sakemm jiġu rtirati miċ-ċirkolazzjoni u
distrutti, u għoxrin elf lira dwar flejjes li jitħallsu għaf-favur tal-
*Ara l-Att dwar ix-Xoljiment tal-Bank ta’ Tifdil tal-Gvern ta’ Malta. (Kap. 307).
AMMINISTRAZZJONI FINANZJARJA U VERIFIKA ġ KAP. 174.   7
Kont tal-Bank ta’ Tifdil tal-Gvern ta’ Malta.*
Il-flejjes pubbliċi 
miġbura jitqegħdu 
fil-bank. 
20. Kull uffiċjal ta’ kontijiet li jiġbor jew jirċievi flejjes
pubbliċi għandu jqiegħed fil-bank għaf-favur tal-kont xieraq, l-
ammont gross tal-ġbir tiegħu f’dawk il-ġranet u b’dak il-mod u
forma kif l-Accountant General jista’ jordna:
Iżda, meta l-Ministru hekk jordna, l-uffiċjali ta’ kontijiet
jistgħu jnaqqsu mill-ammont gross tal-ġbir tagħhom dawk is-
somom li jistgħu jkunu meħtieġa biex ikunu jistgħu jagħmlu
ħlasijiet lura, rimborsi jew rifużjonijiet.
Self ta’ flus. 
Emendat: 
A.L. 46 ta’ l-1965.
21. Ħlief kif jista’ jkun speċifikatament provdut b’xi liġi u bla
ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, il-Gvern ma jkunx
jista’ jissellef, l-anqas ma jkunu jistgħu xi bank jew persuna oħra
jisilfu lill-Gvern, xi flejjes, u kull rabta għal ħlas lura ta’ xi self
bħal dan tkun għal kollox nulla u bla effett:
Iżda l-Ministru jista’ jawtorizza overdraft fluttwanti fuq il-
Kont Pubbliku kif u meta meħtieġ, u f’dan il-każ -
(a) il-ħlas lura ta’ xi overdraft bħal dak għandu jsir qabel
l-egħluq tas-sena finanzjarja li fiha jkun sar dak l-
overdraft, u
(b) prospett dwar il-qagħda ta’ dak l-overdraft  fl-aħħar
ġurnata ta’ kull tliet xhur għandu, kemm jista’ jkun
malajr wara, jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tad-
Deputati.
TAQSIMA VI 
APPROPRJAZZJONI TA’ FLEJJES PUBBLIĊI
Skadenza ta’ Att 
ta’ 
Approprjazzjoni.
Emendat: 
A.L. 46 ta’ l-1965.
22. Kull Att li japproprja flejjes mill-Fond Konsolidat ma
għandux jiftiehem bħala li jawtorizza n-nefqa ta’ dawn il-flejjes
f’xi sena finanzjarja li ma tkunx is-sena finanzjarja li għaliha
espressament jirriferixxi, u kull flejjes hekk approprjati li jistgħu
jibqgħu mhux minfuqa fit-tmiem ta’ xi sena finanzjarja ma
jibqgħux passività fuq il-Fond Konsolidat għal dik is-sena.
Awtorizzazzjoni ta’ 
nefqa qabel 
approprjazzjoni.
Emendat: 
A.L. 46 ta’ l-1965. 
23. (1) Jekk l-Att ta’ Approprjazzjoni ma jkunx ġie fis-seħħ
fil-bidu ta’ xi sena finanzjarja, il-Ministru jista’, b’warrant taħt il-
firma tiegħu jawtorizza l-ħruġ ta’ flejjes mill-Fond Konsolidat
sabiex tiġi milqugħa dik in-nefqa li jidhirlu meħtieġa sabiex
jitmexxa l-Gvern ta’ Malta:
Iżda flejjes hekk awtorizzati biex jinħarġu għal xi servizz li
jkun ta’ xorta rikorrenti ma għandhomx jeċċedu parti waħda minn
tlieta ta’ l-ammont ivvotat għal dak is-servizz fil-liġi ta’
Approprjazzjoni għas-sena finanzjarja ta’ qabel.
(2) Kull flejjes awtorizzati li jinħarġu kif provdut fis-
*Ara l-Att dwar ix-Xoljiment tal-Bank ta’ Tifdil tal-Gvern ta’ Malta. (Kap. 307).
 8      KAP. 174.ħ    AMMINISTRAZZJONI FINANZJARJA U VERIFIKA
subartikolu (1) ma għandhomx jeċċedu s-somma speċifikata għal
dak is-servizz fl-estimi preżentati għas-sena finanzjarja korrenti u
għandhom jiġu kompensati ma’ l-ammonti rispettivament provduti
fl-Att ta’ Approprjazzjoni meta jibda jseħħ.
(3) Is-setgħat mogħtija lill-Ministru b’dan l-artikolu ma
jestendux ruħhom għall-perijodu aktar mill-ewwel erba’ xhur ta’ xi
sena finanzjarja jew aktar mill-ġurnata li fiha l-Att ta’
Approprjazzjoni għal dik is-sena jibda jseħħ, liema jkun l-ewwel.
Applikazzjoni ta’ 
tifdil fuq sottokapi.
24. (1) Jekk l-esiġenzi tas-servizz pubbliku jagħmlu li jkun
meħtieġ li jinbidlu l-proporzjonijiet mogħtija lis-sottokapi taħt kap
ta’ nefqa li jkun hemm fl-estimi l-Ministru jista’ b’minuta
jawtorizza t-transferiment ta’ somma oħra minn xi surplus li jkun
hemm f’xi sottokap ieħor ta’ l-istess kap bl-għajnuna ta’ xi
sottokap li jista’ jkun nieqes.
(2) Il-Ministru jista’ fid-diskrezzjoni tiegħu u bla ħsara għal
dawk il-kondizzjonijiet li jistgħu jidhrulu xierqa jiddelega lil
uffiċjal tal-Ministeru tiegħu s-setgħa mogħtija lilu skond is-
subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu:
Iżda kull meta xi delega bħal din tkun ġiet magħmula, l-
uffiċjal hekk delegat għandu jissottometti lill-Ministru fit-tmiem
ta’ kull tliet xhur prospett li juri partikolaritajiet tal-każi kollha
meta huwa jkun eżerċita s-setgħat hekk delegati.
Disposizzjoni 
supplementarja. 
Emendat: 
A.L. 46 ta’ l-1965;
I. 2004.4.
25. Jekk dwar xi sena finanzjarja jinsab illi l-ammont
approprjat bl-Att ta’ Approprjazzjoni għal xi skop ma jkunx
biżżejjed jew li tkun qamet ħtieġa għal nefqa għal skop li għalih
ebda ammont ma jkun ġie approprjat bl-Att, jew illi xi flejjes ikunu
ġew minfuqa għal xi skop b’eċċess ta’ l-ammont approprjat għal
dak l-iskop bl-Att ta’ Approprjazzjoni, jew għal skop li għalih ebda
ammont ma jkun ġie approprjat bl-Att, estimi supplementarji li juru
s-somom meħtieġa jew minfuqa għandhom jitressqu quddiem il-
Kamra tad-Deputati u l-Abbozz ta’ Liġi ta’ Approprjazzjoni
għandu jkollu dik in-nefqa taħt kapi xierqa;
Iżda l-Ministru jista’ għal dawk l-għanijiet minn żmien għal
żmien jawtorizza il-ħruġ ta’ dawk l-ammonti mill-Fond Konsolidat
(li ma jkunux iżed minn għaxra fil-mija ta’ l-ammont approprjat
għas-sena finanzjarja, jew kull perċentwali ieħor li l-Kamra tista’
b’riżoluzzjoni minn żmien għal żmien tapprova) skond ma jista’
jqis li jkun meħtieġ għal dak l-għan mingħajr il-ħtieġa ta’ ebda
approprjazzjoni oħra minbarra dan l-Att, u l-Ministeru għandu
jagħmel rapport dwar dan lill-Kmara fi żmien xahar minn dik l-
approprjazzjoni, u meta f’dak iż-żmien ma jkun hemm seduti tal-
Kamra, mhux iżjed tard mit-tielet seduta wara li l-Kamra terġa’
tiltaqa’.
AMMINISTRAZZJONI FINANZJARJA U VERIFIKA ġ KAP. 174.   9
TAQSIMA VII 
ĦLAS TA’ FLEJJES
Awtorità għall-
ħruġ ta’ flejjes. 
Emendat. 
A.L. 46 ta’ l-1965. 
26. Ebda flejjes ma għandhom jinħarġu mill-Fond Konsolidat,
ħlief kif provdut fil-Kostituzzjoni jew minn fondi jew kontijiet oħra
ħlief għall-iskop ta’ dawk il-fondi jew kontijiet u skond dik l-
awtorità li tista’ tkun applikabbli għat-twaqqif tagħhom.
Il-ħlasijiet kollha 
għandhom isiru 
mill-Accountant 
General.
Emendat:
XVI. 1997.8.
27. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u ta’ kull
regolamenti magħmula bis-saħħa tiegħu, il-ħlasijiet kollha ta’
flejjes pubbliċi għandhom isiru mill-Accountant General b’dak il-
mod li jista’ jkun preskritt mill-Ministru b’regolamenti magħmula
skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
(2) L-Accountant General ma għandu jagħmel ebda ħlasijiet
(minkejja li s-servizzi li jirriferixxu għalihom jista’ jkun hemm
provdut għalihom kif imiss fl-Att ta’ Approprjazzjoni) kemm-il
darba ma jkunx awtorizzat li jagħmel hekk b’warrant taħt il-firma
tal-Ministru u mibgħut lilu.
(3) Dak il-warrant għandu jiġi iffirmat in triplikat mill-
Ministru. Kopja tal-warrant għandha tiġi merfugħa fl-uffiċċju tal-
Ministru, waħda fl-uffiċċju ta’ l-Accountant General u waħda fl-
Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika.
(4) Ebda  warrant  skond dan l-artikolu ma għandu jkompli
jseħħ ħlief matul is-sena finanzjarja li għaliha jkun ġie maħruġ.
Ħlas b’vouchers. 
murija fuq voucher f’dik il-forma li l-Accountant General jista’
jordna, u għandha tiġi addebitata kontra l-vot jew kont xieraq u
attestata mill-uffiċjali li huma magħrufa mill-Accountant General
bħala l-uffiċjali xierqa għal hekk.
Ħlas ta’ kontijiet 
minn uffiċjali ta’ 
kontijiet.
29. Ebda uffiċjal ta’ kontijiet ma għandu jħallas xi kont kemm-
il darba ma jiżgurax illi d-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u ta’ kull
regolamenti magħmula bis-saħħa tiegħu li jirreferixxu għall-ħlas
ta’ kontijiet ikunu ġew imħarsa u illi l-ħlas tal-kont ikun skond
awtorità xierqa.
Fond ta’ 
Kontinġenzi. 
Emendat: 
VI. 1962.2.
A.L. 46 ta’ l-1965. 
30. (1) Għandu jiġi mwaqqaf fond li jkun magħruf bħala "il-
Fond ta’ Kontinġenzi" ta’ ħames mitt elf lira liema ammont għandu
jiġi provdut, fi żmien ħames snin, b’ approprjazzjonijiet magħmula
minn żmien għal żmien mill-Fond Konsolidat għall-imsemmi fond.
(2) Il-Ministru jista’, jekk ikun sodisfatt li tkun qamet ħtieġa
urġenti u imprevista għal nefqa li għaliha ma jkun hemm ebda
provvediment ieħor jew li għaliha fondi ma jistgħux jiġu provduti
skond l-artikolu 24, jagħmel avvanzi mill-Fond ta’ Kontinġenzi
biex tiġi milqugħa dik il-ħtieġa, sakemm Abbozz ta’ Liġi ta’
Approprjazzjoni Supplementarja li tipprovdi għal dik in-nefqa jkun
jista’ jiġi mgħoddi b’liġi.
(3) Il-Fond ta’ Kontinġenzi għandu jitmexxa skond ir-regoli
murija fl-Skeda. Id-disposizzjonijiet ta’ din l-Iskeda jistgħu jiġu
emendati b’ regoli oħra li jiġu magħmula mill-Ministru, li
għandhom ikunu pubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern u għandhom
jitqegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra tad-Deputati fl-ewwel laqgħa ta’
 10      KAP. 174.ħ    AMMINISTRAZZJONI FINANZJARJA U VERIFIKA
wara.
Flus akkont. 
Emendat: 
XXII. 1976.4. 
31. (1) Kull meta jkun meħtieġ għal xi uffiċjal ta’ kontijiet li
jkollu għad-disposizzjoni tiegħu, għall-ħlas fis-servizz pubbliku,
flejjes li għalihom vouchers ma jistgħux jiġu preżentati direttament
lill-Accountant General għal ħlas, jistgħu jinħargu lilu flus akkont
għal dak l-ammont li l-Ministru jista’ jawtorizza.
(2) Is-Segretarju għall-Affarijiet ta’ Għawdex jista’ jirċievi
flus akkont varjabbli għal dak l-ammont li l-Ministru jista’
jawtorizza biex huwa jkun jista’ jmexxi s-servizz tad-dipartimenti
kollha f’Għawdex skond dan l-Att u kull regolamenti magħmula
bis-saħħa tiegħu.
(3) L-awtorità msemmija fl-aħħar żewġ subartikoli qabel dan
għandha tiġi mogħtija lill-Accountant General b’warrant ta’ flus
akkont taħt il-firma tal-Ministru.
Fond ta’ Ħelsien 
tat-Teżor. 
Emendat: 
A.L. 46 ta’ l-1965. 
32. Għandu jkun hemm imwaqqaf fond, li jkun magħruf bħala
"il-Fond ta’ Ħelsien tat-Teżor", biex jipprovdi għad-dħul u ħlas lura
ta’ depożiti tal-qorti u depożiti oħra u ta’ flejjes miġbura bil-ħruġ
ta’ Bills tat-Teżor, u għal ħlasijiet ta’ money orders u
operazzjonijiet oħra postali, għal ħlasijiet f’isem
amministrazzjonijiet oħra, għal ħlasijiet akkont ta’ pensjonijiet li
jkunu qed jistennew approvazzjoni, għal xiri ta’ qamħ u ħażniet
mhux allokati, u għall-iskop li tiġi milqugħa kull spiża oħra li
għandha tiġi temporanjament maħruġa minn fondi pubbliċi u li
titħallas lura gradatament jew le f’dan il-fond mill-Fond Konsolidat
jew minn għejjun oħra.
Ħlasijiet mill-Fond 
ta’ Ħelsien tat-
Teżor għall-
avvanzi jew self 
lit-Tarzna.
Miżjud:
XXIV.1967.2.
33. (1) Jekk, f’kull żmien matul il-perijodu ta’ sitt xhur mill-1
ta’ Awissu, 1967, ikun hemm ċirkostanzi li fil-fehma tal-Ministru
huma meqjusa li jkunu gravi biżżejjed li jiġġustifikaw fl-interess
nazzjonali l-egħmil ta’ avvanzi jew self dwar it-Tarzna, il-Ministru
jista’, waqt il-perijodu fuq imsemmi, jagħmel dawk l-avvanzi jew
self taħt dawk il-pattijiet ta’ ħlas lura u servicing kif jidhirlu xieraq
u jista’ għal dak l-iskop u bil-mod speċifikat f’dan l-Att, jutilizza
flejjes miġbura b’Bills tat-Teżor sa ammont li fit-total ma jkun
f’ebda mument dovut għal iżjed minn ħames mitt elf lira.
Kap. 177.
(2) F’dan l-artikolu "Tarzna" għandha l-istess tifsir kif mogħti
lilha fl-Att dwar it-Tarzna ta’ Malta (Provvediment Temporanju).
Ħlasijiet mill-Fond 
ta’ Ħelsien tat- 
Teżor għal avvanzi, 
self jew depożiti 
għall-għajnuna ta’ 
l-esportazzjonijiet.
Miżjud:
XXXI. 1968.2.
Emendat:
XXXII. 1969.2. 
34. Il-Ministru jista’ matul il-perijodu ta’ sentejn li  jiġi
kalkulat mis-27 ta’ Novembru, 1968, jagħmel dawk l-avvanzi, self
jew depożiti għall-għajnuna ta’ esportazzjonijiet magħmula matul
l-imsemmi perijodu taħt dawk il-pattijiet li jidhirlu xieraq u jista’,
għal dak l-iskop u b’mod speċifikat f’dan l-Att, jutilizza flejjes
miġbura b’Bills tat-Teżor sa ammont li fit-total ma jkun f’ebda
mument dovut għal iżjed minn miljun lira.
Trasferiment ta’ 
flejjes.
35. (1) Il-bilanċi passivi u attivi eżistenti fl-1 ta’ April, 1962,
ta’ dawk il-kontijiet li d-dħul u l-ħlasijiet tagħhom kien jiġi mogħti
kont tagħhom fil-Fond ta’ Ħelsien tat-Teżor kieku dak il-fond kien
imwaqqaf f’dik id-data għandhom jitqiesu sa minn dik id-data li
jkunu ġew trasferiti lil dak il-fond, li għandu jitqies li kien ġie
AMMINISTRAZZJONI FINANZJARJA U VERIFIKA ġ KAP. 174.   11
mwaqqaf f’dik id-data bħala fond tal-Gvern ta’ Malta għall-iskop
speċifiku msemmi fl-artikolu 32.
(2) Id-dħul u l-ħlasijiet kollha tal-kontijiet imsemmija fis-
subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu li, sa mill-1 ta’ April, 1962, kien
jingħata kont tagħhom fil-Fond ta’ Ħelsien tat-Teżor kieku dak il-
fond kien imwaqqaf f’dik id-data għandhom jitqiesu sa minn dik
id-data li jkun hekk ingħata kont tagħhom.
Akkumulament ta’ 
mgħax u 
fluttwazzjoni 
f’impieg ta’ flejjes.
Emendat:
A.L. 46 ta’ l-1965;
XXXIX. 1976.8.
36. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, imgħax
u dħul ieħor li jinġabar fil-Fond ta’ Ħelsien tat-Teżor għandu jiġi
akkreditat favur il-Fond Konsolidat u kull apprezzament jew
deprezzament fil-valur ta’ xi impiegi ta’ flejjes tal-Fond ta’ Ħelsien
tat-Teżor għandu, flimkien ma’ kull profitti jew telf li jinħolqu
mill-bejgħ jew fidwa ta’ titoli, jiġi akkreditat jew addebitat skond
il-każ lill-Fond Konsolidat:
Iżda fil-każ ta’ depożiti akkont ta’ fondazzjonijiet jew
trusts, ta’ Il-Monti u tal-Kustodju tal-Proprjetà ta’ l-Għadu, dak l-
imgħax u dħul ieħor, apprezzament jew deprezzament fil-valur ta’
impiegi ta’ flejjes u l-profitti jew telf fil-bejgħ jew fidwa ta’ titoli
għandhom jiġu akkreditati jew addebitati skond il-każ lill-kont
xieraq.
Ħlasijiet mill-Fond 
ta’ Ħelsien tat-
Teżor. 
37. Il-Ministru jista’ bla ebda approprjazzjoni oħra ħlief dan l-
Att jara li l-Accountant General jagħmel ħlasijiet mill-Fond ta’
Ħelsien tat-Teżor b’warrant taħt il-firma tal-Ministru, li fil-każ tal-
ħlasijiet kollha ta’ flejjes li għandhom jitħallsu lura fil-fond,
għandu jispeċifika l-mod u l-pattijiet ta’ dak il-ħlas lura.
Setgħa għal 
trasferiment 
temporanju minn 
kont għal ieħor.
38. L-Accountant General jista’ minn żmien għal żmien
jittrasferixxi kull bilanċ tal-kont pubbliku, jew xi parti minnu, minn
fond jew kont għal fond jew kont ieħor fil-kont pubbliku għal dawk
il-perijodi u b’dawk il-pattijiet li l-Ministru jista’ jawtorizza.
TAQSIMA VIII 
IMPIEG TA’ FLEJJES
Impieg ta’ bilanċ. 
wieħed mill-bilanċi tal-kont pubbliku jew ta’ kull kont ieħor, jew xi
parti minnhom, jiġu mpjegati, f’isem il-fond jew kont xieraq, għal
dawk il-perijodi u b’dawk il-pattijiet li jidhrulu xierqa, fix-xiri ta’
dawk it-titoli li jista’ minn żmien għal żmien jiddikjara li jkunu
titoli li fihom jistgħu jiġu mpjegati flejjes pubbliċi.
Kont ta’ mgħax fuq 
impieg ta’ flejjes.
40. L-imgħax miġbur fuq titoli mixtrija skond din it-Taqsima
ta’ dan l-Att għandu jekk ma jkunx provdut xort’oħra f’din il-liġi
jew f’xi liġi oħra jitqiegħed fil-kont pubbliku jew xi kont ieħor
għaf-favur tal-fond jew kont xieraq li lilu jappartjenu t-titoli.
Bejgħ jew bidla ta’ 
titoli.
41. Kull meta jkun jidher lill-Ministru li jkun xieraq fl-interess
tas-servizz pubbliku, huwa jista’ minn żmien għal żmien jara li
dawk it-titoli, jew xi parti minnhom, jiġu mibjugħa jew mibdula fi
 12      KAP. 174.ħ    AMMINISTRAZZJONI FINANZJARJA U VERIFIKA
flus u r-rikavat jew imqiegħed għaf-favur tal-fond jew kont xieraq
li lilu jappartjeni jew jiġi mpjegat mill-ġdid, f’isem il-fond jew
kont xieraq, fix-xiri ta’ xi titoli oħra awtorizzati minn din it-
Taqsima.
Xiri u kustodja ta’ 
titoli.
Emendat:
XXII. 1976.4. 
42. (l) L-impieg f’titoli għandu f’każ ta’ titoli miżmuma
f’Malta, jiġi magħmul fl-isem ta’ tliet persuni jew iżjed flimkien, li
jkunu maħtura minn żmien għal żmien mill-Ministru, u, fil-każ ta’
titoli miżmuma barra minn Malta, f’isem dik il-persuna jew dawk
il-persuni kif il-Ministru jista’ jaħtar minn żmien għal żmien.
(2) Dawk il-persuni jkollhom biss il-kustodja ta’ dawk it-titoli
f’isem il-Gvern ta’ Malta u ma jkunux jistgħu separatament jew
flimkien jieħdu xi miżuri dwar dawk it-titoli ħlief kif provdut b’dan
l-Att.
Disposizzjonijiet 
għal kustodja 
żgura.
Emendat:
XXII. 1976.4.
43. Sabiex tiġi żgurata kustodja żgura tat-titoli kollha,
għandhom jgħoddu d-disposizzjonijiet li ġejjin:
(a) it-titoli kollha f’Malta għandhom jinżammu taħt żewġ
ċwievet jew iżjed mill-persuni li jkollhom il-kustodja
tagħhom jew depożitati minnhom fil-bank, u dawk
mit-titoli li jkunu miżmuma barra minn Malta
għandhom jinżammu fil-kustodja ta’ dik il-persuna
jew dawk il-persuni kif il-Ministru jista’ jaħtar minn
żmien għal żmien;
(b) titoli miżmuma dwar kull fond jew kont għandhom
jinżammu separati u mwarrbin minn dawk ta’ kull fond
jew kont ieħor;
(ċ) titoli miżmuma dwar kull fond jew kont għandhom
jinżammu u jiġu wżati biss għall-iskopijiet ta’ dak il-
fond jew kont.
Mod kif it-titoli 
jistgħu jiġu 
mibjugħa, 
konvertiti jew 
mibdulin.
44. Sabiex jiġi faċilitat il-bejgħ, konversjoni, bidla jew
tneħħija xort’oħra ta’ dawk it-titoli, kif ikun meħtieġ, il-persuni li
jkollhom il-kustodja tagħhom għandhom, fuq talba bil-miktub tal-
Ministru jew ta’ xi uffiċjal ieħor awtorizzat kif imiss minnu bil-
miktub għal hekk, iħallu l-pussess tat-titoli u jiffirmaw bla
dewmien dawk id-dokumenti li jistgħu jkunu meħtieġa għall-bejgħ,
konversjoni, bidla jew tneħħija oħra tagħhom. It-talba għandha
tispeċifika l-iskop li għalih it-titoli msemmija fiha jkunu meħtieġa.
Rendikont attestat 
ta’ titoli miżmuma 
barra minn Malta.
Emendat: 
XXII. 1976.4;
XVI. 1997.7.
45. Għall-anqas darba kull sena dwar titoli miżmuma barra
minn Malta f’isem il-Gvern ta’ Malta, l-Accountant General
għandu jikseb mill-persuni li jkollhom il-kustodja tagħhom
prospett attestat ta’ dawk it-titoli kollha li juri separatament il-fond
jew kont li għalih huma miżmuma rispettivament.
Rendikont tat-titoli 
għandu jintbgħat 
lill-Awditur 
Ġenerali.
Emendat: 
XXII. 1976.4;
XVI. 1997.7. 
46. Rendikont ta’ kull sena tat-titoli kollha miżmuma f’Malta u
barra minn Malta skond id-disposizzjonijiet ta’ din it-Taqsima ta’
dan l-Att għandu jitlesta mill-Accountant General u jiġi mibgħut
lill-Awditur Ġenerali kif provdut fl-artikolu 67.
AMMINISTRAZZJONI FINANZJARJA U VERIFIKA ġ KAP. 174.   13
TAQSIMA IX 
FLEJJES BARRA MINN MALTA
Arranġamenti dwar 
flejjes barra minn 
Malta.
47. Minkejja kull ħaġa f’dan l-Att, il-Ministru jista’ jagħmel
arranġamenti b’dawk il-pattijiet u kondizzjonijiet li jidhrulu
meħtieġa għall-ġbir, dħul, kustodja, depożitu f’banek, ħruġ, nefqa,
avvanzi, għoti ta’ kont xieraq, kura u amministrazzjoni barra minn
Malta ta’ kull flejjes pubbliċi u għat-tiżmim ta’ kontijiet, u għoti ta’
prospetti, rendikontijiet u vouchers li jirriferixxu għal dak il-ġbir,
dħul, kustodja, depożitu, ħruġ, nefqa, avvanzi u għall-eżami ta’
dawk il-kontijiet, prospetti, rendikontijiet u vouchers.
TAQSIMA X 
VERIFIKA U SPEZZJON
Dmirijiet tal-bank.
Emendat:
XVI. 1997.7.
48. Il-bank li fih jiġu mqegħda flejjes pubbliċi għandu, f’dawk
iż-żminijiet li l-Accountant General jista’ jistabbilixxi, jibgħatlu
prospett li juri, b’ordni tad-data, kull somma mdaħħla u mqegħda
taħt kull kont miżmum fil-bank, u għandu jagħtih ċertifikat ta’ kull
xahar, in duplikat, tal-flejjes pubbliċi f’idejn il-bank, fit-tmiem ta’
kull xahar u f’dawk id-dati l-oħra kif jista’ jkun stabbilit minnu.
Kopja taċ-ċertifikat għandha, wara li l-bilanċ muri fiha jkun instab
li jaqbel ma’ dak muri fil-kotba tat-Teżor tiġi mibgħuta mill-
Accountant General lill-Awditur Ġenerali.
Miżuri kontra l-
frodi u 
irregolaritajiet.
Miżjud:
I. 2004.5.
Kap. 396.
Kap. 461.
Kap. 12.
49. (1) Meta, wara li jkun hemm kxif ta’ xi irregolarità jew
frodi fir-rigward ta’ flejjes pubbliċi, rapport magħmul skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar l-Awditur Ġenerali u l-Uffiċċju
Nazzjonali tal-Verifika, u ta’ l-Att dwar Awditjar Intern u
Investigazzjonijiet Finanzjarji, jiġi mibgħut jew riferit lil xi Kap ta’
Dipartiment, huwa għandu malli jirċevih jieħu l-miżuri kollha
meħtieġa għall-ħarsien ta’ dawk il-flejjes pubbliċi, inkluż il-ġbir
ta’ pieni amministrattivi skond ma jkun hemm f’regolamenti
magħmulin taħt l-artikolu 52 u azzjoni legali għall-irkupru ta’ l-
ammont ta’ kull defiċjenza, telf, ħlas li jkun sar mhux kif imiss
kaġunat jew magħmul bħala riżultat jew filwaqt li tkun qed isseħħ
xi irregolarità jew frodi bħal dawk u d-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 466 tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili
għandhom ikunu japplikaw għal kull ammont li jista’ jiġi rkuprat
kif hawn qabel imsemmi.
(2) Minkejja dak kollu li jista’ jiġi stipulat għall-kuntrarju, kull
bond, garanzija bankarja jew titolu ieħor mogħtija sabiex kuntratt li
jitħallas minn flejjes pubbliċi jkun jista’ jitwettaq aħjar, għandhom
ukoll jestendu sabiex jiggarantixxu l-irkupru ta’ kull flejjes jew
penali amministrattiva f’dak li għandu x’jaqsam mal-kuntratt u li
dwaru l-persuna li tkun qed tipprovdi l-bond, il-garanzija bankarja
jew titolu ieħor tista’ tkun responsabbli.
(3) Meta d-defiċjenza, telf, jew ħlas li jkun sar mhux kif imiss
minħabba f’xi irregolarità jew frodi ikun jinvolvi flejjes li l-Gvern
 14      KAP. 174.ħ    AMMINISTRAZZJONI FINANZJARJA U VERIFIKA
ikun irċieva minn xi organizzazzjoni jew korp internazzjonali jew
sovranazzjonali jew minn xi istituzzjonijiet jew korpi tagħhom jew
taħt il-pattijiet ta’ xi trattat jew ftehim ieħor bejn Stati, kull
proċediment taħt dan l-artikolu għandu jsir f’konsultazzjoni mal-
persuna f’Malta, jekk ikun il-każ, li tkun speċifikament inkarigata
bl-awtorizzazzjoni tal-ħlas jew bir-rilaxx ta’ dawk il-flejjes mill-
Kap ta’ Dipartiment:
Iżda jekk ma ssirx konsultazzjoni bħal dik, dan ma għandu
b’ebda mod li jkun jolqot il-validità ta’ proċedimenti li jsiru taħt
dan l-artikolu.
(4) Meta żewġ persuni jew aktar ikunu responsabbli għall-
irregolarità jew frodi li jkunu rriżultaw mid-defiċjenza, telf, jew
ħlas li jkun sar mhux kif imiss, dawk il-persuni għandhom
jinżammu solidalment responsabbli għal dan flimkien ma’ kull
persuna oħra li, għalkemm kellha d-dmir li tagħmel dan, tkun
naqset milli tieħu prekawzjonijiet raġonevoli u milli teżerċita
diliġenza kif dovuta biex tipprevjeni dik l-irregolarità jew frodi.
(5) Ebda ħaġa f’dan l-artikolu jew f’din it-Taqsima ma
għandha tiftiehem bħala li tipprekludi lil xi persuna oħra li jkollha
interess milli tieħu azzjoni, sew flimkien mal-Kap tad-Dipartiment
sew xort’oħra, għall-irkupru ta’ kull somma li tista’ tiġi irkuprata
taħt id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu.
(6) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu u ta’ l-artikoli l-oħra taħt
din it-Taqsima, "Kap ta’ Dipartiment" tinkludi lil kull direttur,
manager, segretarju jew uffiċjal prinċipali ieħor ta’ xi korp, kemm
jekk ikun vestit b’personalità ġuridika kemm jekk le, li jkun
responsabbli għall-amministrazzjoni, iż-żamma jew l-użu ta’ flejjes
pubbliċi jew li jkun riċevitur jew benefiċjarju tal-flejjes pubbliċi,
jew li jkun persuna li jkollha s-setgħa li tirrappreżenta dak il-korp
jew li jkollha awtorità tieħu deċiżjonijiet f’isem dak il-korp jew li
jkollha awtorità teżerċita kontroll fi ħdan dak il-korp.
Mgħax li jintalab.
Miżjud:
I. 2004.5.
50. Għandu jintalab fuq kull ammont li jista’ jiġi irkuprat taħt
l-artikolu 49 mgħax ekwivalenti għar-rata medja peżata li tkun
tapplika fid-data dovuta fis-suq tal-flus lokali għal operazzjonijiet
ta’ finanzi pubbliċi tul żmien qasir għall-perjodu li matulu l-
ammont jibqa’ mhux imħallas mid-data meta dan ikollu jitħallas.
Tagħrif.
Miżjud:
I. 2004.5.
51. Għall-fini li jinġabru l-flejjes li jistgħu jiġu rkuprati taħt
id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 49, kull Kap ta’ Dipartiment li
jirċievi jew li lilu jiġi riferit rapport skond ma hemm provdut f’dak
l-artikolu jista’, mingħajr preġudizzju għal kull rabta li jkollu ta’
segretezza professjonali skond il-liġi, jeħtieġ lil kull min ikun qed
jamministra flejjes pubbliċi biex jipprovdi kull tagħrif li jkollu għal
dak l-għan.
Pieni 
amministrattivi.
Miżjud:
I. 2004.5.
52. Il-Ministru jista’ permezz ta’ regolamenti jipprovdi dwar
pieni amministrattivi li jistgħu jiġu imposti għal kull irregolarità,
dwar il-proċedura li għandha tiġi segwita fl-imposizzjoni ta’ dawk
il-pieni u dwar kull ħaġa oħra inċidentali jew supplimentari għal
kull ħaġa minn dawn hawn qabel imsemmija:
Iżda piena amministrattiva ma tistax tkun iżjed minn
ħamsin elf lira.
AMMINISTRAZZJONI FINANZJARJA U VERIFIKA ġ KAP. 174.   15
Produzzjoni ta’ 
vouchers. 
Miżjud:
VI. 1962.3. 
53. Imħassar: XVI.1997.7.
Riċevuti għal pagi, 
allowances ta’ 
servizz soċjali, eċċ.
Emendat:
VI. 1962.4. 
54. Imħassar: XVI.1997.7.
Setgħa tad-Direttur 
tal- Verifika ta’ 
ordni ta’ rifużjoni.
55. Imħassar: XVI.1997.7.
Il-persuna ordnata 
li tirrifondi u l-
Ministru jklnu 
mgħarrfin bl-ordni 
ta’ rifużjoni.
56. Imħassar: XVI.1997.7.
Kif jinġabru 
rifużjonijiet. 
57. Imħassar: XVI.1997.7.
Ordni ta’ rifużjoni 
jista’ jiġi rtirat. 
58. Imħassar: XVI.1997.7.
Appel lill-
Ministru.
59. Imħassar: XVI.1997.7.
Prosekuzzjoni 
kontra ħatjin. 
60. Imħassar: XVI.1997.7.
Estensjoni ta’ 
verifika. 
61. Imħassar: XVI.1997.7.
TAQSIMA XI
KONTIJIET U PROSPETTI
Kotba ta’ kontijiet 
ta’l-Accountant 
General. 
62. L-Accountant General għandu jara li jinżammu fit-Teżor l-
kotba ta’ kontijiet li ġejjin: cash book, ġurnal, ledger u estratt ta’
kull xahar, flimkien ma’ dawk il-kotba sussidjarji u kotba oħra
skond ma jidhirlu meħtieġa.
Kotba ta’ kontijiet 
ta’ l-uffiċjali ta’ 
kontijiet.
63. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ xi regolamenti
magħmula bis-saħħa ta’ dan l-Att, kull uffiċjal ta’ kontijiet li
jiġbor, jirċievi jew iħallas flejjes pubbliċi għandu jżomm dawk il-
kotba u kontijiet b’dak il-mod u f’dik il-forma kif l-Accountant
General jista’, minn żmien għal żmien, b’ċirkolari jew b’minuta,
jordna.
Il-prospett ta’ kull 
tliet xhur dwar il-
Kont tal-Fond 
Konsolidat għandu 
jiġi pubblikat fil-
Gazzetta tal-
Gvern.
Emendat:
A.L. 46 ta’ l-1965.
64. L-Accountant General għandu, kemm jista’ jkun
konvenjentement malajr wara t-tmiem ta’ kull tliet xhur, iressaq
quddiem il-Ministru għall-pubblikazzjoni fil-Gazzetta tal-Gvern,
prospett tal-Kont tal-Fond Konsolidat kif imqabbel mat-tliet xhur
korrispondenti tas-sena finanzjarja li taħbat minnufih qabel.
Prospetti annwali. 
Emendat: 
A.L. 46 ta’ l-1965;
XVI. 1997.7. 
65. (1) Kemm jista’ jkun malajr wara l-egħluq ta’ kull sena
finanzjarja, u f’kull każ mhux aktar tard minn tliet xhur wara l-
egħluq ta’ dik is-sena, l-Accountant General għandu jlesti u jibgħat
lill-Auditur Ġenerali r-rendikontijiet li ġejjin:
 16      KAP. 174.ħ    AMMINISTRAZZJONI FINANZJARJA U VERIFIKA
(a) prospett tal-Kont tal-Fond Konsolidat kif imqabbel
ma’ dak tas-sena finanzjarja li taħbat sew sew qabel;
(b) prospett tad-dħul u ħruġ ta’ kull fond jew kont
imwaqqaf b’din il-liġi jew xi liġi oħra.
(2) Hekk kif l-Awditur Ġenerali jibgħat lura dawk il-prospetti
lill-Accountant General, il-Ministru għandu jara li dawk il-
prospetti jiġu pubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern, u għandu
jqegħdhom fuq il-Mejda tal-Kamra tad-Deputati egħluq għaxart
ijiem minn dik il-pubblikazzjoni:
Iżda fil-kalkolu ta’ dak il-perijodu, ma għandu jittieħed
ebda kont ta’ xi żmien li matulu l-Kamra tad-Deputati tkun xolta
jew prorogata, jew li matulu tkun aġġornata għal iżjed minn
għaxart ijiem.
Ċertifikat mid-
Direttur tal- 
Verifika.
Emendat: 
A.L. 46 ta’ l-1965. 
66. Imħassar: XVI.1997.7.
Tlestija ta’ 
kontijiet finanzjarji 
annwali. 
Emendat:
A.L. 46 ta’ l-1965.
67. L-Accountant General għandu, kemm jista’ jkun malajr
wara l-egħluq tal-kontijiet ta’ kull sena finanzjarja, u f’kull każ
mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-egħluq ta’ dik is-sena, ilesti u
jibgħat lill-Awditur Ġenerali l-prospetti u kontijiet li ġejjin:
(a) estratt tad-dħul u ħlasijiet tal-Kont Pubbliku kif
imqabbel mad-dħul u ħlasijiet tas-sena finanzjarja li
taħbat sew sew qabel;
(b) estratt tal-Kont tal-Fond Konsolidat kif imqabbel ma’
dak tas-sena finanzjarja li taħbat sew sew qabel;
(ċ) prospett dettaljat tad-dħul, kif imqabbel ma’ l-estimi,
li juri varjazzjonijiet dwar kull partita;
(d) prospett dettaljat tan-nefqa li juri d-diversi somom
approprjati skond kull kap imqassma skond is-
sottokapi kif dettaljati fl-estimi, l-ispiża magħmula
matul is-sena finanzjarja, u l-ammont minfuq żejjed
jew minfuq anqas dwarhom;
(e) prospett tad-dħul u ħlasijiet dwar self magħmul mill-
Gvern;
(f) prospett tad-dejn pubbliku u tal-piż annwali fuqu li
juri wkoll l-ammont imħallas lura matul is-sena
finanzjarja; 
(g) prospett tad-dħul u ħruġ ta’ trust funds u ta’ kull fondi
jew kontijiet oħra tal-Gvern;
(h) prospett ta’ l-impiegi kollha ta’ flejjes li jkunu f’idejn
il-Gvern fit-tmiem tas-sena finanzjarja f’isem kull
fond jew kont kif meħtieġ bl-artikolu 46 ta’ hawnhekk,
li juri l-prezz tax-xiri u l-valur korrenti fis-suq
f’Londra f’dik id-data;
(i) prospett tad-dħul u nefqa tal-Bank ta’ Tifdil tal-Gvern
ta’ Malta* u ta’ depożiti mdaħħla u mħallsa lura u
mgħax akkreditat lid-depożitanti flimkien ma’ prospett
AMMINISTRAZZJONI FINANZJARJA U VERIFIKA ġ KAP. 174.   17
ta’ l-attiv u l-passiv;
(j) prospett ta’ l-attiv u l-passiv tal-Gvern fit-tmiem tas-
sena finanzjarja;
(k) prospett tal-bilanċi (mhux magħduda fondi speċjali)
fit-tmiem tas-sena finanzjarja;
(l) prospett tal-fondi speċjali depożitati fit-Teżor;
(m) prospett dettaljat dwar avvanzi magħmula mill-Fond
ta’ Ħelsien tat-Teżor;
(n) sommarju tabulat ta’ ħażniet mhux allokati finanzjati
mill-Fond ta’ Ħelsien tat-Teżor; u
(o) prospett ta’ talbiet abbandonati, ta’ telf ta’ flus u ta’
ħażniet imħassra mill-kotba.
Rapport annwali 
tal-kontijiet u 
finanzi. 
68. L-Accountant General għandu, kemm jista’ jkun malajr
wara l-egħluq tal-kontijiet ta’ kull sena finanzjarja, u f’kull każ
mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-egħluq ta’ dik is-sena
jissottometti lill-Ministru għal pubblikazzjoni rapport tal-kontijiet
u finanzi tal-Gvern.
Kontenut tar-
rapport tad-
Direttur tal- 
Verifika.
69. Imħassar: XVI.1997.7.
Rikkmandazzjo-
nijiet mid-Direttur 
tal-Verifika.
70. Imħassar: XVI.1997.7.
TAQSIMA XII
 MIXXELLANJI
Telf ta’ dokumenti 
dwar oġġetti jew 
depożiti. 
71. (1) Meta tintilef xi rċevuta jew dokument, li jagħtu dritt
lid-detentur tagħhom jew lill-persuna msemmija fihom li tirtira
minn xi dipartiment tal-Gvern xi somma flus jew xi oġġett
depożitat hemmhekk, l-Accountant General jista’, wara li jirċievi
prova ta’ dak it-telf permezz tal-kap permanenti tad-dipartiment
interessat, jawtorizza l-ħruġ ta’ riċevuta jew dokument duplikat
hekk mitluf, kemm-il darba jingħata indennizz bil-miktub għas-
soddisfazzjon tiegħu kontra kull pretensjoni li tista’ ssir kontra
tiegħu minħabba l-ħruġ ta’ dik l-irċevuta jew dokument duplikat.
(2) L-Accountant General jista’ fid-diskrezzjoni tiegħu u fuq
ir-responsabbiltà tiegħu stess, jiddelega bil-miktub, b’dawk il-
kondizzjonijiet li jidhirlu xierqa, kull waħda mis-setgħat tiegħu
skond dan l-artikolu lil xi uffiċjal pubbliku mhux taħt il-klassi ta’
uffiċjal amministrattiv li jkun fil-fehma tiegħu tajjeb għal hekk.
(3) Il-Ministru jista’ jipprovdi għall-ġbir ta’ dritt fuq il-ħruġ ta’
rċevuti jew dokumenti duplikati bħal dawk.
*Ara l-Att dwar ix-Xoljiment tal-Bank ta’ Tifdil tal-Gvern ta’ Malta. (Kap.
307).
 18      KAP. 174.ħ    AMMINISTRAZZJONI FINANZJARJA U VERIFIKA
Emendata: 
A.L 46 ta’ l-1965.
SKEDA 
(Artikolu 30) 
REGOLI GĦALL-ĦDIM TAL-FOND TA’ KONTINĠENZI
1. Avvanzi mill-Fond ta’ Kontinġenzi għandhom isiru bl-
awtorità ta’ warrant taħt il-firma tal-Ministru.
2. L-ammont li għalih xi warrant  jiġi maħruġ għandu jiġi
rtirat mill-Fond ta’ Kontinġenzi u għandu jiġi mħallas fil-Fond
Konsolidat biex issir in-nefqa speċifikata fuq il-warrant u l-flejjes
li jkun hemm fil-fond għandhom jiġu mnaqqsa skond hekk. Kull
ammonti rtirati u li jibqgħu mhux minfuqa fit-tmien tas-sena
għandhom jiżdiedu mal-Fond Konsolidat.
3. Kull  warrant  li jawtorizza l-ħruġ ta’ somma mill-fond
għandu jispeċifika taħt liema kap jew kapi ta’ l-estimi ta’ nefqa
għandha tiġi reġistrata n-nefqa tas-somma maħruġa u dik in-nefqa
għandu jingħata kont tagħha bl-istess mod bħallikieku kienet ġiet
awtorizzata b’Att ta’ Approprjazzjoni supplementari.
4. Kull irtir mill-fond għandu jkun inkluż f’estimu
supplementarju u Abbozz ta’ Liġi ta’ Approprjazzjoni għandu
jitressaq quddiem l-Kamra tad-Deputati kemm jista’ jkun malajr
sabiex tiġi approprjata mill-Fond Konsolidat għall-Fond ta’
Kontinġenzi somma daqs it-total tas-somom irtirati u mhux ġa
rimborżati b’approprjazzjonijiet ta’ qabel mill-Fond Konsolidat
hekk illi l-Fond ta’ Kontinġenzi jerga’ jitqiegħed għall-ammont
approprjat skond l-artikolu 30.
5. Ebda flejjes ma għandhom jinġabru għall-fond li  ma
jkunux flejjes approprjati b’Att u kull imgħax jew ġbir ieħor li
xort’oħra jistgħu jiġu riċevuti mill-fond għandhom jinġabru għall-
Fond Konsolidat.
