KONVENZJONIJIETTA’ĠINEVRA
(APPELLI MINN PERSUNI PROTETTI)    ġKAP. 176.   1
KAPITOLU 176
ATT DWAR IL-KONVENZJONIJIET TA’ 
ĠINEVRA (APPELLI MINN PERSUNI 
PROTETTI) 
Biex jipprovdi għal appelli minn persuni protetti minn ċerti
konvenzjonijiet internazzjonali magħmula f’Ġinevra fis-sena 1949.
(18 ta’ Diċembru, 1962)*
Sar liġi bl-ATT X ta’ l-1962, u ġie emendat bl-ATT XLIX ta’ l-1981. 
Titolu fil-qosor. 
Ġinevra (Appelli minn Persuni Protetti).
Tifsir.
xort’oħra -
"internat protett" tfisser persuna protetta mill-Konvenzjoni ta’
Ġinevra ta’ l-1949 dwar il-Protezzjoni ta’ Persuni Pajzani fi Żmien
ta’ Gwerra, u internata f’Malta;
"priġunier tal-gwerra protett", tfisser persuna protetta mill-
Konvenzjoni ta’ Ġinevra ta’ l-1949 dwar it-Trattament ta’
Priġunieri tal-Gwerra;
"il-potenza protettriċi", dwar priġunier tal-gwerra protett jew
internat protett, tfisser il-potenza jew organizzazzjoni li tkun qed
tmexxi, fl-interessi tal-potenza li tagħha jkun membru, jew li tal-
forza tagħha jkun, jew kien f’xi żmien sostanzjali, membru, id-
dmirijiet mogħtija lil potenzi protettriċi skond il-Konvenzjoni ta’
Ġinevra ta’ l-1949 dwar it-Trattament ta’ Priġunieri tal-Gwerra,
jew, skond il-każ, il-Konvenzjoni ta’ Ġinevra ta’ l-1949 dwar il-
Protezzjoni ta’ Persuni Pajżani fi Żmien ta’ Gwerra.
Appelli minn 
persuni protetti.
Emendat: 
XLIX. 1981.4. 
Kap. 9.
3. Meta priġunier tal-gwerra protett jew internat protett ikun
ġie kundannat għal priġunerija għal żmien sentejn jew għal piena
akbar u jista’ jsir appell skond id-disposizzjonijiet tal-Kodiċi
Kriminali, iż-żmien li fih għandu jagħmel dak l-appell, minkejja
kull ħaġa li hemm fil-Kodiċi Kriminali, ikun il-perijodu mill-
ġurnata li fiha tkun ingħatat is-sentenza finali sat-tmiem ta’ għaxart
ijiem wara d-data li fiha jirċievi avviż mogħti -
(a) fil-każ ta’ priġunier tal-gwerra protett, minn uffiċjal
tal-forzi armati ta’ Malta;
(b) fil-każ ta’ internat protett, minn jew f’isem il-persuna
inkarigata mill-ħabs li fiha jkun miżmum,
illi l-potenza protettriċi tkun ġiet notifikata bis-sentenza.
*Ara n-Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 561 ta’ l-1962.
