SETGĦATTA’ EMERĠENZA  ġKAP. 178.   1
KAPITOLU 178
ATT DWAR SETGĦAT TA’ EMERĠENZA
Biex jipprovdi għas-sigurtà ta’ Malta matul żminijiet ta’ emerġenza
pubblika.
 (2 ta’ Marzu, 1963)*
Sar liġi bl-ATT VIII ta’ l-1963, kif emendat bl-Avviż Legali 46 ta’ l-
1965; u bl-Att LVIII ta’ l-1974.
Titolu fil-qosor. 
TAQSIMA I
ĠENERALI
Tifsir.
xort’oħra -
"liġi" tinkludi kull Att jew Ordinanza u kull leġislazzjoni
sussidjarja magħmula bis-saħħa tagħhom iżda ma tinkludix il-
Kostituzzjoni ta’ Malta;
"Malta" għandha l-istess tifsir kif mogħti lilha bl-artikolu 124
tal-Kostituzzjoni ta’ Malta.
Dikjarazzjoni ta’ 
emerġenza 
pubblika. 
Emendat: 
A.L. 46 ta’ l-1965; 
LVIII. 1974.68.
3. (1) Jekk il-President ta’ Malta, li jaġixxi skond il-parir tal-
Prim Ministru, ikun sodisfatt li teżisti emerġenza pubblika, huwa
jista’ bi Proklama jiddikjara illi d-disposizzjonijiet tat-Taqsima II
ta’ dan l-Att għandhom jiġu fis-seħħ, u wara dan dawk id-
disposizzjonijiet għandhom jiġu fis-seħħ skond hekk; u għandhom
ikomplu fis-seħħ sakemm il-President ta’ Malta, li jaġixxi skond il-
parir tal-Prim Ministru, bi Proklama oħra jordna li għandhom
itemmu milli jkollhom seħħ, u wara dan għandhom itemmu milli
jkollhom seħħ ħlief dwar ħwejjeġ li jkunu saru qabel jew naqsu
milli jsiru.
(2) Proklama magħmula skond is-subartikolu (1) tista’ ssir
hekk illi tapplika biss għal dik il-parti jew partijiet ta’ Malta kif
jista’ jkun speċifikat fil-Proklama (f’dan is-subartikolu msejħin
"area ta’ emerġenza") f’liema każ ir-regolamenti magħmula skond
l-imsemmija Taqsima II, ħlief safejn ma jkunx provdut
espressament xort’oħra f’dawk ir-regolamenti, għandu jkollhom
seħħ fl-area ta’ emerġenza biss.
(3) Kull meta ssir Proklama skond is-subartikolu (1), ir-raġuni
li għaliha tkun saret għandha tiġi ikkomunikata lill-Kamra tad-
Deputati -
(a) fil-każ ta’ Proklama magħmula meta l-Kamra tad-
*Ara Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 76 tat-2 ta’ Marzu, 1963.
 2      KAP. 178.ħ    SETGĦATTA’ EMERĠENZA  
Deputati tkun f’sessjoni, matul perijodu ta’ sebat
ijiem, u
(b) f’kull każ ieħor, kemm jista’ jkun prattikabbli malajr.
 TAQSIMA II
REGOLAMENTI
Regolamenti. 
Emendat: 
A.L. 46 ta’ l-1965; 
LVIII. 1974.68.
4. (1) Il-President ta’ Malta, li jaġixxi skond il-parir tal-Prim
Ministru, jista’, bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-Kostituzzjoni
ta’ Malta, jagħmel dawk ir-regolamenti li jidhru lilu li jaġixxi kif
intqal qabel li jkunu meħtieġa jew xierqa biex tiġi żgurata s-sigurtà
pubblika, id-difiża ta’ Malta, it-tiżmim ta’ l-ordni pubbliku u s-
soppressjoni ta’ ammutinament, rewwixta u rvell, u għat-tiżmim ta’
provvisti u servizzi essenzjali għall-ħajja tal-komunità.
(2) Mingħajr ħsara għall-ġeneralità tas-setgħat mogħtija bis-
subartikolu (1), ir-regolamenti jistgħu, safejn jidher lill-President
ta’ Malta li jaġixxi kif intqal qabel li jkun meħtieġ jew xieraq għal
xi waħda mill-finijiet imsemmija f’dak is-subartikolu -
(a) jipprovdu għad-detenzjoni ta’ persuni; 
(b) jawtorizzaw -
(i) it-teħid ta’ pussess jew kontroll f’isem il-Gvern
ta’ kull proprjetà jew impriża;
(ii) l-akkwist f’isem il-Gvern ta’ kull proprjetà li ma
tkunx art;
(ċ) jawtorizzaw id-dħul u tiftix f’kull fond;
(d) jipprovdu dwar l-emendar ta’ kull liġi, dwar is-
sospensjoni ta’ l-esekuzzjoni ta’ kull liġi, u dwar l-
applikazzjoni ta’ kull liġi b’modifiki jew
mingħajrhom;
(e) jipprovdu biex jintalab, dwar l-għoti jew il-ħruġ ta’
kull liċenza, permess, ċertifikat jew dokument ieħor
għall-finijiet tar-regolamenti, dak id-dritt li jista’ jiġi
preskritt minn jew skond ir-regolamenti;
(f) jipprovdu għal ħlas ta’ kumpens u rimunerazzjoni lil
persuni milquta mir-regolamenti;
(g) jipprovdu għall-arrest, proċeduri kontra u piena ta’
persuni li jiksru r-regolamenti;
(h) jipprovdu għat-tiżmim ta’ dawk il-provvisti u servizzi
li jkunu, fil-fehma tal-President ta’ Malta li jaġixxi kif
intqal qabel, essenzjali għall-għajxien tal-komunità:
Iżda ebda ħaġa f’dan l-artikolu ma għandha tawtorizza l-
egħmil ta’ provvedimenti dwar proċeduri kontra persuni bi qrati
militari: 
Iżda wkoll illi ebda ħaġa f’dan l-artikolu ma għandha
tiftiehem li tawtorizza l-egħmil ta’ xi regolamenti -
SETGĦATTA’ EMERĠENZA  ġKAP. 178.   3
(i) li jipprovdu għad-deportazzjoni jew esklużjoni
ta’ persuni minn Malta, u
(ii) li jipprovdu għall-għoti tal-piena tal-mewt.
 (3) Il-ħlas ta’ kull kumpens jew rimunerazzjoni skond id-
disposizzjonijiet ta’ dawk ir-regolamenti jkun addebitat lill-Fond
Konsolidat. 
Ordnijiet u regoli 
skond ir-
regolamenti. 
Emendat: 
A.L. 46 ta’ l-1965;
LVIII. 1974.68. 
5. Regolamenti magħmulin skond l-artikolu 4 jistgħu
jipprovdu biex jagħtu setgħa lil dawk l-awtoritajiet jew persuni kif
jistgħu jkunu speċifikati fir-regolamenti biex jagħmlu ordnijiet u
regoli għal kull waħda mill-finijiet li għalihom ir-regolamenti huma
awtorizzati li jsiru b’dan l-Att, u jista’ jkollhom dawk id-
disposizzjonijiet inċidentali jew supplementarji li jidhru lill-
President ta’ Malta li jaġixxi kif intqal qabel li jkunu meħtieġa jew
xierqa għall-finijiet tar-regolamenti.
Regolamenti, 
ordnijiet u regoli 
jkunu approvati 
mill-Kamra tad-
Deputati. 
Emendat: 
A.L. 46 ta’ l-1965. 
6. (1) Kull regolament magħmul skond l-artikolu 4 u kull
ordni jew regola magħmula bis-saħħa ta’ regolament bħal dak
għandhom, mingħajr ħsara għal kull ħaġa li tkun saret jew li naqset
milli ssir bis-saħħa tagħhom, itemmu milli jkollhom seħħ fit-temm
ta’ perijodu ta’ xahrejn mid-data li fiha jkunu ġew fis-seħħ kemm-il
darba, qabel it-temm ta’ dak il-perijodu, ma jkunux ġew approvati
b’riżoluzzjoni mgħoddija mill-Kamra tad-Deputati.
(2) Kull regolament, ordni jew regola bħal dik jistgħu,
mingħajr ħsara għal kull ħaġa li tkun saret jew li naqset milli ssir
bis-saħħa tagħhom, f’kull żmien jiġu emendati jew imħassra
b’riżoluzzjonijiet mgħoddija mill-Kamra tad-Deputati.
Inkonsistenza. 
jew regola magħmula bis-saħħa ta’ regolament bħal dak ikollhom
seħħ minkejja kull ħaġa inkonsistenti magħhom li jkun hemm f’xi
liġi; u kull disposizzjoni ta’ liġi li tkun inkonsistenti ma’ xi
regolament, ordni jew regola bħal dawk, sew jekk dik id-
disposizzjoni tkun ġiet emendata, modifikata jew sospiża fil-ħdim
tagħha skond dan l-Att sew jekk le, sa dik l-inkonsistenza ma
jkollhiex effett sakemm dak ir-regolament, ordni jew regola
jibqgħu fis-seħħ.
Presunzjoni ta’ 
awtentiċità. 
Emendat: 
A.L. 46 ta’ l-1965; 
LVIII. 1974.68.
8. Kull dokument illi jidher li jkun att magħmul jew maħruġ
mill-President ta’ Malta jew awtorità jew persuna oħra bis-saħħa
ta’ dan l-Att, jew ta’ xi regolament magħmul skond l-artikolu 4, u li
jidher li jkun iffirmat minn jew f’isem il-President ta’ Malta jew
dik l-awtorità jew persuna oħra, għandu jiġi aċċettat bħala prova, u
għandu, sakemm ma jiġix pruvat il-kuntrarju, jitqies li jkun att
magħmul jew maħruġ mill-President ta’ Malta jew dik l-awtorità
jew persuna.
