PROPRJETÀ TA’L-GĦADU   1
KAPITOLU 179
ATT DWAR PROPRJETÀ TA’ L-GĦADU
Biex jipprovdi dwar l-income minn flejjes impjegati mill-Kustodju tal-
proprjetà ta’ l-għadu.
26 ta’ Marzu, 1963
L-ATT XII ta’ l-1963, kif emendat bl-Avviż Legali 46 ta’ l-1965, u bl-
Att XVI ta’ 1999.
Titolu. 
Tifsir.
xort’oħra -
"flus dovuti lil għadu" tfisser flus li, kieku ma kienx għall-
eżistenza ta’ stat ta’ gwerra, kien ikollhom jitħallsu lil jew għall-
benefiċċju ta’ persuna li kienet għadu;
"Kustodju" tfisser il-Kustodju tal-proprjetà ta’ l-għadu maħtur
skond l-artikolu 8 ta’ l-Ordinanza;
"Ministru" tfisser il-Ministru risponsabbli għall-finanzi;
"Ordinanza" tfisser l-Ordinanza ta’ l-1939 dwar il-Kummerċ ma’
l-Għadu;*
"Ordni" tfisser l-Ordni pubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta
tat-18 ta’ Settembru, 1939, bin-Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 457; 
"persuna" tinkludi korp jew għaqda ta’ persuni;
"proprjetà ta’ l-għadu" tfisser kull proprjetà li f’xi żmien wara l-
bidu fis-seħħ ta’ l-Ordinanza tkun ta’ jew tkun miżmuma minn jew
amministrata f’isem għadu jew sudditu għadu, u għall-finijiet ta’
dan l-Att il-frażijiet "għadu" u "sudditu għadu" għandhom l-istess
tifsiriet bħal dawk għall-finijiet ta’ l-Ordinanza.
Income minn 
flejjes impjegati 
mill-Kustodju. 
Emendat: 
A.L. 46 ta’ l-1965.
3. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, kull
income riċevut mill-Kustodju mill-impieg ta’ flejjes li jkunu ġew
f’idejh f’dik il-kariga sew jekk bis-saħħa ta’ l-Ordinanza jew jekk
xort’oħra għandu jkun jappartjeni lill-Gvern u għandu jitħallas fil-
Fond Konsolidat.
(2) L-aħħar subartikolu qabel dan għandu jitqies li jkollu effett
sa mill-bidu fis-seħħ ta’ l-Ordni, iżda hekk illi ma għandux
jiftiehem li jawtorizza jew jeħtieġ il-ħlas lura ta’ xi somom
imħallsa mill-Kustodju qabel ma sar dan l-Att xort’oħra milli fil-
Fond Konsolidat.
(3) Meta l-Kustodju wara l-bidu fis-seħħ ta’ dan l-Att iħallas lil
xi persuna kapital għar-raġuni li -
(a) jirrappreżenta flus li kienu tħallsu lill-Kustodju bħala
flus li kienu dovuti lil għadu, iżda li ma kienux fil-fatt
*Imħollija barra kemm fl-Edizzjoni Riveduta ta’ l-1942 kif ukoll f’din l-
Edizzjoni Riveduta minħabba li kienet liġi magħmula biex isseħħ biss għaż-
żmien tal-gwerra.
 2      KAP. 179.ħ      PROPRJETÀ TA’L-GĦADU
dovuti lil għadu; jew
(b) jirrappreżenta r-rikavat ta’ proprjetà li kienet trasferita
lill-Kustodju bħala proprjetà ta’ l-għadu, iżda li ma
kenitx fil-fatt proprjetà ta’ l-għadu,
il-persuna li lilha l-kapital ikun tħallas ikollha dritt li tirċievi
mingħand il-Kustodju imgħax fuqu bir-rata ta’ minn erbgħa tlieta
ta’ wieħed fil-mija kull sena mid-data li fiha l-Kustodju jkun rċeva
l-flus imsemmija fil-paragrafu (a) ta’ dan is-subartikolu jew ir-
rikavat imsemmi fil-paragrafu (b) tiegħu, skond il-każ, sad-data tal-
ħlas tal-kapital.
(4) Sabiex isiru ħlasijiet skond id-disposizzjonijiet ta’ l-aħħar
subartikolu qabel dan il-Kustodju għandu jwarrab minn kull
income bħal ma hu msemmi fis-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu li
jista’ jkollu f’idejh meta jidħol fis-seħħ dan l-Att, jew li jista’ wara
dak inhar jirċievi, dawk is-somom li l-Ministru jista’ minn żmien
għal żmien jordna; u minn dawk is-somom hekk imwarrba l-
Kustodju għandu jħallas kull imgħax li jista’ jkollu jitħallas minnu
skond id-disposizzjonijiet ta’ l-aħħar subartikolu qabel dan u
għandu jħallas il-bilanċ tagħhom (jekk ikun hemm) fil-Fond
Konsolidat.
Talbiet tal-Bord.
Miżjud:
XVI.1999.2.
4. (1) Minkejja d-disposizzjonjiet li jinsabu f’dan l-Att jew
fl-Ordinanza, kull persuna li jkollha pretensjoni li tkun is-sid ta’
proprjetà mobbli jew immobbli, li tkun amministrata mill-
Kustodju, għandha, mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru, 2002,
tissottometti talba lill-Kustodju li permezz tagħha turi li hi tkun l-
għadu li għan-nom tagħha l-proprjetà  tkun qiegħda tiġi
amministrata jew li tkun il-persuna li jkollha jedd tagħmel it-talba
f’isimha.
(2) Għandu jkun hemm bord (hawnhekk iżjed ’il quddiem
imsejjaħ il-Bord), magħmul mill-Kustodju, li jkun chairman, u
rappreżentanti tal-Kummissarju ta’ l-Artijiet, ta’ l-Accountant
General, tas-Segretarju Permanenti fil-Ministeru responsabbli mill-
Affarijiet Barranin, u l-Awditur Ġenerali, u dan għandu jeżamina
kull talba li ssir taħt is-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu u
jiddeċiedi dwarha.
(3) Id-deċiżjoni tal-Bord għandha tiġi notifikata lil min
jagħmel it-talba permezz ta’ att ġudizzjarju, u tista’ tiġi appellata
quddiem il-Qorti ta’ l-Appell daqslikieku l-att ġudizzjarju kien
sentenza tal-Qorti Ċivili, Prim’Awla, mogħtija fil-jum li fih l-att
ġudizzjarju jkun ġie notifikat.
(4) Meta l-Bord jew il-Qorti ta’ l-Appell, skond il-każ, jagħtu
deċiżjoni favur min jagħmel it-talba, il-Kustodju jkollu l-jedd li
jgħaddi l-proprjetà lil min jagħmel it-talba wara li jnaqqas minnha
d-drittijiet u l-ispejjeż li l-Kustodju jkun ħallas fl-amministrazzjoni
tal-proprjetà u r-radd tagħha lura.
(5) Il-Prim Ministru jista’ permezz ta’ regolamenti
jistabbilixxi d-drittijiet li għandhom jitħallsu b’konnessjoni ma’
talbiet quddiem il-Bord.
(6) Il-Bord għandu jirregola l-proċeduri tiegħu nnifsu,
PROPRJETÀ TA’L-GĦADU   3
madankollu l-Bord għandu jassigura li min jagħmel it-talba jkollu
opportunità xierqa li jissottometti t-talba tiegħu bil-miktub jew
verbalment skond kif il-Bord jista’ jiddeċiedi.
(7) B’seħħ mill-1 ta’ Jannar, 2003, kull proprjetà amministrata
mill-Kustodju li dwarha ma tkun saret ebda talba kif imsemmi
qabel, jew jekk saret talba meta din tiġi miċħuda, għandha tgħaddi
għand il-Gvern ta’ Malta:
B’dan però li għar-rigward il-proprjetà immobiljari
elenkata fl-Iskeda ma’ dan l-Att, id-drittijiet fuq din il-proprjetà u
l-istess proprjetà għandhom jiġu reġistrati fir-Reġistru ta’ l-Artijiet
f’isem il-Gvern ta’ Malta b’titolu assolut fil-konfront ta’ min seta’
kellu d-dritt jagħmel talba skond dan l-artikolu, iżda b’titolu ta’
pussess versu terzi.
(8) Il-proprjetà li għaliha jirreferi dan l-artikolu tkun dik
elenkata fl-Iskeda li tinsab ma’ dan l-Att.
 4      KAP. 179.ħ      PROPRJETÀ TA’L-GĦADU
Miżjuda: SKEDA
XVI.1999.4.
(Artikolu 4)
PROPRJETÀ TA’L-GĦADU   5
 6      KAP. 179.ħ      PROPRJETÀ TA’L-GĦADU
PROPRJETÀ TA’L-GĦADU   7
 8      KAP. 179.ħ      PROPRJETÀ TA’L-GĦADU
Appendiċi B
Kont ta’ George Furst (Ġermaniż)
- 90A, Triq tat-Teatru l-Antik, Valletta
- 435/4, St Paul’s Building, Triq il-Punent, Valletta (sikwit reġistrat bħala 43J/4)
Kont ta’ Marianna u Filomena Fauci (Taljani)
- Art tal-Inghinier, Delimara, kif indikata fil-pjanta numru 1 annessa ma’ dan l-
Appendiċi
- Art Taċ-Ċawla, Marsascala, kif indikata fil-pjanta numru 2 annessa ma’ dan l-
Appendiċi
- Art Ta’ Fwieli, Ħaż-Żabbar, kif indikata fil-pjanta numru 3 annessa ma’ dan l-
Appendiċi
- 181 Sqaq Nru. 1, Triq Biċċieni, Ħaż-Żabbar.
