STAMPARMILL-ĠDIDTA’ LIĠIJIETEŻISTENTI ġ K AP. 180.    1
KAPITOLU 180
ATT DWAR L- ISTAMPAR MILL- ĠDID TA’ 
LIĠIJIET EŻISTENTI
Biex jaħseb għall-Istampar mill-ġdid ta’ kopji emendati ta’ liġijiet
eżistenti.
 (31 ta’ Mejju, 1963)*
Sar liġi bl-ATT XXI ta’ l-1963, kif emendat bl-Avviż Legali 46 ta’ l-
1965; u bl-Atti: XXXI ta’ l-1966 u LVIII ta’ l-1974.
Titolu fil-qosor. 
ta’ Liġijiet Eżistenti.
Stampar mill-ġdid 
ta’ kopji emendati 
ta’ liġijiet eżistenti.
Emendat: 
A .L. 46 ta’ l-1965; 
XXXI. 1966.2; 
LVIII. 1974.68.
2. (1) Meta xi liġi fis-seħħ f’Malta tkun ġiet emendata
b’liġijiet oħra, l-Avukat Ġenerali jista’, jekk hekk ordnat mill-
Ministru responsabbli għall-ġustizzja, jipprepara u jiċċertifika
kopja ta’ xi liġi bħal dik biż-żidiet, ommissjonijiet, sostituzzjonijiet
u emendi kollha meħtieġa bil-liġijiet emendanti u jara li tiġi
stampata taħt awtorità  uffiċjali u t-test tal-liġi hekk stampat għandu
jitqies u għandu jkun mingħajr kwistjoni tkun li tkun test awtentiku
ta’ dik il-liġi fil-qrati kollha tal-ġustizzja u għall-finijiet kollha
jkunu li jkunu:
Iżda f’kull każ bħal dak għandu jiġi stampat memorandum
fuq il-liġi stampata mill-ġdid li jgħid li ġiet stampata mill-ġdid -
(a) skond l-awtorità  ta’ dan l-Att, u 
(b) kif emendata sa data speċifika.
(2) Fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tiegħu skond is-subartikolu
(1) ta’ dan l-artikolu l-Avukat Ġenerali jkollu setgħa li jikkorreġi
kull żbalji grammatikali, tipografiċi u żbalji oħra bħal dawn fil-
kopji eżistenti ta’ liġijiet u għal dan l-iskop li jagħmel żidiet
verbali, ommissjonijiet jew tibdil li ma jolqtux it-tifsir ta’ xi liġi.
*Ara Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 202 tal-31 ta’ Mejju, 1963.
