RESTRIZZJONITAL-PROĠETTITA’BOLLITAL-KUMMERĊ ġKAP.182   1
KAPITOLU 182
ATT DWAR IR-RESTRIZZJONI TAL-PROĠETTI 
TA’ BOLLI TAL-KUMMERĊ
Biex jipprovdi għall-użu ristrett ta’ proġetti ta’ bolli tal-kummerċ u
ħwejjeġ oħra inċidentali għalih.
(18 ta’ Diċembru, 1964)*
Sar liġi bl-ATT XXIII ta’ l-1964, kif emendat bl-Att VIII ta’ l-1990.
Titolu fil-qosor. 
Proġetti ta’ Bolli tal-Kummerċ.
Tifsir.
xort’oħra -
"assoċjazzjoni ta’ persuni" tinkludi kull kumpannija, soċjetà jew
għaqda ta’ persuni, sew korporata jew mhux korporata u sew jekk
mogħtija personalità legali sew jekk le;
"bejjiegħ" tfisser min jittrasferixxi jew jassenja ħwejjeġ kontra l-
ħlas ta’ xi korrispettiv sew bi flus sew in natura u tinkludi kull min
ikun parti għall-bdil ta’ ħwejjeġ u "tbigħ" għandha tiftiehem skond
hekk;
"bolla tal-kummerċ" tfisser kull bolla, kupun, voucher, token,
tikketta, karta tat-tgeżwir jew ħaġa bħal din li tkun jew maħsuba li
tkun konsenjata lil xi persuna ma’ jew dwar ix-xiri minn dik il-
persuna ta’ xi ħwejjeġ u li tkun, jew hija maħsuba li tkun, tista’ tiġi
mifdija fi kwantitajiet speċifikati minn dik jew minn xi persuna
oħra kontra t-teħid ta’ rigal;
"fabbrikant" tinkludi l-produttur, u "tiffabbrika" għandha
tiftiehem skond hekk;
"ħwejjeġ" tfisser kull ħaġa li hija l-oġġett ta’ kummerċ;
"importatur" tinkludi aġent li jkollu r-rappreżentanza esklużiva
ta’ ditta stranġiera għall-bejgħ jew tqassim f’Malta tal-ħwejjeġ ta’
dik id-ditta jew ta’ ditta lokali għall-bejgħ jew tqassim f’Malta tal-
ħwejjeġ fabbrikati minn dik id-ditta lokali, u "timporta" għandha
tiftiehem skond hekk;
"persuna" tinkludi assoċjazzjoni ta’ persuni;
"persuna eżentata" tfisser kull promutur ta’ jew min iħaddem
proġett ta’ bolli tal-kummerċ li għalih id-disposizzjonijiet ta’ dan l-
Att ma japplikawx skond is-subartikolu (1) ta’ l-artikolu 6 ta’ dan l-
Att; 
"proġett ta’ bolli tal-kummerċ" tfisser kull proġett, pjan, wegħda,
offerta, obbligu jew arranġament jew rabta bħal dawn li bihom ix-
xerrejja ta’ ħwejjeġ speċifikati jew minn bejjiegħa speċifikati
*Ara s-subartkolu (2) ta’ l-artikolu 1 kif oriġinarjament promulgat, liema
subartikolu ġie mħolli barra taħt l-Att ta’ l-1980 dwar ir Reviżjoni tal-Liġijiet
Statutarji, u n-Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 670 tat-18 ta’ Diċembru, 1964.
 2   KAP. 182.ħ RESTRIZZJONITAL-PROĠETTITA’BOLLITAL-KUMMERĊ
jkollhom dritt li jirċievu rigali bħala ħajra għax-xiri ta’ dawk il-
ħwejjeġ speċifikati jew mingħand dawk il-bejjiegħa speċifikati
kontra l-konsenja ta’ jew bi bdil ma’ bolli tal-kummerċ;
"rigal" tfisser rigal bi flus jew in natura u tinkludi kull vantaġġ
ta’ valur u kull premju li l-għoti tiegħu jiddependi fuq ir-riżultat ta’
ġrajja inċerta futura jew ta’ għaqda ta’ ġrajjiet futuri.
Projbizzjoni ta’ 
tmexxija ’l 
quddiem, ħdim jew 
reklam ta’ bolli tal-
kummerċ. 
3. (1) Ebda persuna ma għandha tmexxi ’1 quddiem jew
tħaddem jew b’xi mod u sa estensjoni tkun li tkun tgħin jew tieħu
parti fit-tmexxija ’1 quddiem ta’ proġett ta’ bolli tal-kummerċ.
(2) Ebda persuna ma għandha toħroġ, tqassam, tagħti jew tbigħ
jew b’xi mod ikollha x’taqsam mal-ħruġ, tqassim, għoti jew bejgħ
ta’ bolli tal-kummerċ għall-iskop ta’ proġett ta’ bolli tal-kummerċ.
(3) Ebda persuna ma għandha b’xi mod ikun li jkun tagħmel
reklam jew tara li jsir reklam jew tgħin fl-egħmil ta’ reklam ta’
proġett ta’ bolli tal-kummerċ.
Pieni.
Emendat:
VIII. 1990.3. 
4. Kull persuna li tikser xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’
dan l-Att tkun ħatja ta’ reat u teħel meta tinsab ħatja mill-Qorti tal-
Maġistrati multa ta’ mhux anqas minn għaxar liri u mhux aktar
minn mitt lira jew priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn tliet
xhur jew dik il-multa u priġunerija flimkien.
Reati minn 
assoċjazzjoni ta’ 
persuni.
5. Meta reat kontra xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-
Att isir minn assoċjazzjoni ta’ persuni, kull persuna li, fiż-żmien ta’
l-egħmil tar-reat, kienet direttur, manager, segretarju jew uffiċjal
ieħor bħal dawn ta’ dik l-assoċjazzjoni jew kienet tidher li taġixxi
f’xi kariga bħal dawn tkun ħatja ta’ dak ir-reat kemm-il darba ma
tipprovax illi r-reat sar mingħajr it-tagħrif tagħha u li eżerċitat id-
diliġenza kollha meħtieġa biex tevita l-egħmil tar-reat.
Eżenzjoni. 6. (1) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 3 u 4 ta’ dan l-Att ma
japplikawx għat-tmexxija ’1 quddiem jew ħdim ta’ proġett ta’ bolli
tal-kummerċ direttament u esklużivament minn importatur,
fabbrikant jew bejjiegħ dwar il-ħwejjeġ importati, fabbrikati jew
mibjugħa minn dak l-importatur, fabbrikant jew bejjiegħ.
(2) Għall-fini tas-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu proġett ta’
bolli tal-kummerċ ma għandux jitqies li ġie mmexxi ’l quddiem jew
ġie maħdum direttament u esklużivament minn importatur,
fabbrikant jew bejjiegħ kif hemm imsemmi jekk dak l-importatur,
fabbrikant jew bejjiegħ jagħmel użu jew b’xi mod jivvantaġġa ruħu
mill-attività jew servizzi ta’ xi persuna li torganizza jew tmexxi ’l
quddiem proġett in komuni ta’ bolli tal-kummerċ għal jew f’isem
żewġ persuni jew iżjed eżentati, jew jekk żewġ persuni jew iżjed
eżentati jħaddmu flimkien proġett ta’ bolli tal-kummerċ.
