IKELUĦWEJJEĠGĦALL-IKELTA’L-ANNIMALI  KAP. 183.   1
KAPITOLU 183
ATT DWAR L-IKEL U L-ĦWEJJEĠ GĦALL-
IKEL TA’ L-ANNIMALI
Biex jagħmel provvediment dwar il-fabbrikazzjoni u l-bejgħ ta’ ħwejjeġ
għall-ikel ta’ l-annimali u ħwejjeġ oħra inċidentali għalihom.
(        )*
Sar liġi bl-ATT IV ta’ l-1965, kif emendat bl-Att VIII ta’ l-1990.
Titolu fil-qosor u 
bidu fis-seħħ. 
1. Dan l-Att jista’ jissejjaħ l-Att dwar l-Ikel u l-Ħwejjeġ
għall-Ikel ta’ l-Annimali u għandu jibda jseħħ f’dik id-data li l-
Ministru responsabbli għall-biedja jista’ jistabbilixxi b’avviż fil-
Gazzetta tal Gvern.*
Tifsir.
kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx xort’oħra-
"analista uffiċjali" tfisser persuna speċifikata mill-Prim Ministru,
b’avviż pubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern, biex taġixxi ta’ analista
għall-finijiet ta’ dan l-Att;
"bejgħ" tinkludi kull tneħħija taħt kull titlu jkun li jkun, sew
onerusa jew gratwita, kull trasferiment ta’ oġġetti mill-pussess ta’
xi ħadd u kull offerta jew tqegħid għall-bejgħ jew li wieħed ikollu
fil-pussess għall-bejgħ u "tbiegħ" għandha tiftiehem skond hekk;
"bhejjem" tfisser frat, tjur, żwiemel, ħmir, bgħula u fniek;
"Direttur tal-Biedja" tinkludi kull uffiċjal tad-Dipartiment tal-
Biedja li lilu d-Direttur tal-Biedja jista’ minn żmien għal żmien
jagħti bil-miktub xi setgħa jew dmir skond dan l-Att;
"Direttur tal-Kummerċ" tinkludi kull uffiċjal tad-Dipartiment tal
Kummerċ" li lilu d-Direttur tal-Kummerċ jista’ minn żmien għal
żmien jagħti bil-miktub xi setgħa jew dmir skond dan l-Att;
"frat" tfisser barrin, baqar, gniedes, erħa, għoġol, ngħaġ, mogħoż
u ħnieżer;
"ħaġa għall-ikel kompost" tfisser ħaġa għall-ikel kompost ta’ l-
annimali li tikkonsisti f’taħlita ta’ sustanzi mitħuna, magħmula trab
jew kibbled, ħlief ħaġa għall-ikel kompost bilanċjat;
"ħaġa għall-ikel kompost bilanċjat" tfisser ħaġa għall-ikel
kompost speċifikata fl-Ewwel Kolonna tat-Taqsima II ta’ l-Ewwel
Skeda li tinsab ma’ dan l-Att;
"ikel ta’ l-annimali", "ġwież ta’ l-annimali" u "ħaġa għall-ikel ta’
l-annimali" tinkludi kull ħaġa għall-ikel kompost, kull ħaġa għall-
ikel kompost bilanċjat u kull oġġett maħsub għall-użu bħala ikel
għal bhejjem;
"Malta" għandha l-istess tifsir kif mogħti lilha bl-artikolu 124
tal-Kostituzzjoni ta’ Malta;
*Għadu ma ġiex fis-seħħ.
 2      KAP. 183.ħ  IKELUĦWEJJEĠGĦALL-IKELTA’L-ANNIMALI
 "preskritt" tfisser preskritt b’regolamenti magħmula skond dan
l-Att;
"proteina" tfisser l-ammont ta’ nitroġenu mhux magħdud
nitroġenu ammonijaku jew nitroġenu nitriku, jekk ikun hemm,
moltiplikat b’6.25;
"spettur" tfisser persuna maħtura mill-Prim Ministru skond l-
artikolu 10 ta’ dan l-Att;
"tiffabrika" tinkludi tħallat jew tipprepara;
"tjur" tfisser pollam, dundjani, wiżż, papri u fargħuni.
Liċenza mid-
Direttur tal-
Kummerċ. 
3. (1) Ħadd ma jista’ jiffabbrika jew ibiegħ ħwejjeġ għall-
ikel ta’ l-annimali mingħajr liċenza maħruġa mid-Direttur tal-
Kummerċ. 
(2) Il-ħruġ ta’ liċenza skond is-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu
ma jeżentax lid-detentur tagħha milli jikseb xi liċenza jew permess
ieħor meħtieġ b’xi liġi oħra.
Meta ma tkunx 
meħtieġa liċenza. 
4. Liċenza skond dan l-Att ma tkun meħtieġa għal ebda
wieħed mill-iskopijiet li ġejjin:
(a) il-bejgħ minn kultivaturi tal-prodott tagħhom stess
bħala ikel ta’ l-annimali sakemm dak il-prodott ma
jkunx fabbrikat b’xi mod qabel il-bejgħ;
(b) il-fabbrikazzjoni ta’ ħaġa għall-ikel ta’ l-annimali
għall-iskopijiet ta’ konsum minn bhejjem ta’ proprjetà
tal-persuna li tiffabbrika dik il-ħaġa għall-ikel.
Disposizzjonijiet li 
jirregolaw il-bejgħ 
ta’ ħwejjeġ għall-
ikel ta’ l-annimali.
5. (1) Ħadd ma jista’ jbiegħ xi ħaġa għall-ikel ta’ l-annimali
ħlief f’forma pakkettjata.
(2) Ħadd ma jista’ jbiegħ xi pakkett ta’ ħaġa għall-ikel ta’ l-
annimali inkluża fl-Ewwel Kolonna tat-Taqsima I ta’ l-Ewwel
Skeda li tinsab ma’ dan l-Att jekk dak il-pakkett ma jkunx markat
bil-mod preskritt b’marka jew marki li juru -
(a) l-isem li bih dik il-ħaġa għall-ikel tkun tinbiegħ; u
(b) dawk il-partikolaritajiet (jekk ikun hemm) ta’
komposizzjoni kif imsemmija relattivament għaliha
fit-Tieni Kolonna ta’ l-imsemmija Skeda; u
(ċ) meta l-ħaġa għall-ikel ta’ l-annimali jkollha xi
ingredjent inkluż fit-Tieni Skeda li tinsab ma’ dan l-
Att, l-isem ta’ dak l-ingredjent; u
(d) fil-każ ta’ taħlita li jkollha żewġ ingredjenti jew iżjed
mhux mitħuna, ix-xorta u l-proporzjonijiet ta’ l-
ingredjenti.
(3) Ħadd ma jista’ jbiegħ xi ħaġa għall-ikel ta’ l-annimali
msemmija fis-subartikolu (2) ta’ dan l-artikolu li, ħlief għal dawk
il-limiti ta’ varjazzjoni li jistgħu jkunu preskritti, ma tikkonformax
fil-komposizzjoni tagħha mal-partikolaritajiet murija skond l-
imsemmi subartikolu (2).
(4) Ħadd ma jista’ jbiegħ xi pakkett ta’ ħaġa għall-ikel
kompost bilanċjat jekk ma jkunx immarkat bil-mod preskritt
IKELUĦWEJJEĠGĦALL-IKELTA’L-ANNIMALI  KAP. 183.   3
b’marka jew marki li juru -
(a) l-isem tat-tip ta’ dik il-ħaġa għall-ikel kompost
bilanċjat; u
(b) il-perċentaġġi ta’ proteina, ta’ żejt u ta’ fibra f’dik il-
ħaġa għal ikel kompost bilanċjat.
Bejgħ ta’ ħaġa 
għall-ikel ta’ l-
annimali fi 
kwantitajiet żgħar.
6. Id-disposizzjoni tas-subartikolu (1) ta’ l-artikolu 5 ta’ dan
l-Att ma għandhiex tapplika għall-bejgħ ta’ kwantitajiet ta’ ħamsa
u għoxrin kilogramm u nofs jew anqas jekk ħaġa għall-ikel ta’ l-
annimali tittieħed fil-preżenza tax-xerrej minn pakkett li jkollu
kwantità akbar minn ħamsa u għoxrin kilogramm u nofs, iżda f’kull
każ bħal dan id-disposizzjonijiet l-oħra kollha ta’ l-artikolu 5
għandhom japplikaw dwar dak il-pakkett u għall-bejgħ magħmula
minnu.
Isem tat-tip u limiti 
ta’ analisi ta’ ħaġa 
għall-ikel kompost 
bilanċjat. 
7. (1) Ħadd ma jista’ jbiegħ xi ħaġa għall-ikel kompost
bilanċjat taħt xi isem tat-tip ħlief xi wieħed speċifikat fl-Ewwel
Kolonna tat-Taqsima II ta’ l-Ewwel Skeda li tinsab ma’ dan l-Att.
(2) Ħadd ma jista’ jbiegħ xi ħaġa għall-ikel kompost bilanċjat
li ma tkunx, relattivament għall-isem tat-tip użat, fil-limiti ta’
analisi speċifkata għal dak l-isem tat-tip fit-Tieni Kolonna tat-
Taqsima II ta’ l-Ewwel Skeda li tinsab ma’ dan l-Att.
Garanzija 
impliċita.
8. Meta ħaġa għall-ikel ta’ l-annimali jew xi materjal użat fil-
fabbrikazzjoni ta’ xi ħaġa għall-ikel kompost jew ta’ xi ħaġa għall-
ikel kompost bilanċjat tinbiegħ taħt isem specifikat fl-Ewwel
Kolonna tat-Tielet Skeda li tinsab ma’ dan l-Att, ikun hemm,
indipendentement minn kull ftehim jew avviż fil-kuntrarju,
garanzija impliċita mill-bejjiegħ illi dik il-ħaġa għall-ikel jew dak
il-materjal tkun skond it-tifsira tagħha li hemm fit-Tieni Kolonna
ta’ dik l-Iskeda u ħadd ma jkun jista’ jbiegħ xi ħaġa għall-ikel bħal
dik jew xi materjal bħal dak bi ksur ta’ dik il-garanzija.
Bejgħ ta’ haġa 
għall-ikel ta’ l-
annimali li jkollha 
ingredjenti li 
jagħmlu ħsara. 
9. (1) Ħadd ma jista’ jiffabbrika jew ibiegħ xi ħaġa għall-ikel
ta’ l-annimali li jkollha xi ingredjent li jagħmel ħsara lil bhejjem.
(2) Kull sustanza msemmija fir-Raba’ Skeda li tinsab ma’ dan
l-Att, jekk tkun f’ħaġa għall-ikel, jew meta l-kwantità massima
dwar sustanza tkun murija fl-imsemmija Skeda, jekk tkun f’eċċess
ta’ dik il-kwantità, għandha titqies li tkun ingredjent li jagħmel
ħsara kemm-il darba ma jiġix pruvat il-kuntrarju.
Ħatra, dmirijiet u 
setgħat ta’ spetturi.
10. Il-Prim Ministru jista’ minn żmien għal żmien jaħtar
spettur wieħed jew iżjed li d-dmir tagħhom jkun li jaraw li d-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att ikunu mħarsa, u, mingħajr ħsara
għall-ġeneralità ta’ ’l fuq imsemmi, dawk l-ispetturi jistgħu -
(a) fil-ħinijiet kollha raġonevoli jidħlu f’kull post fejn tiġi
fabbrikata jew mibjugħa xi ħaġa għall-ikel ta’ l-
annimali; 
(b) jispezzjonaw kull ħaġa għall-ikel ta’ l-annimali u kull
kotba jew dokumenti misjuba f’xi post bħal dak;
(ċ) jieħdu kampjuni ta’ kull ħaġa għall-ikel ta’ l-annimali
minn xi post bħal dak; u
 4      KAP. 183.ħ  IKELUĦWEJJEĠGĦALL-IKELTA’L-ANNIMALI
(d) jaqbdu kull ħaġa għall-ikel ta’ l-annimali li, fuq il-bażi
taċ-ċertifikat imsemmi fis-subartikolu (2) ta’ l-artikolu
13 ta’ dan l-Att, jidhrilhom li tkun bi ksur tad-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 9 ta’ dan l-Att:
Kap. 9. 
Iżda kull ħaġa għall-ikel ta’ l-annimali hekk maqbuda
għandha tingħata lura lill-persuna li mingħandha tkun ġiet
maqbuda, jekk ma jkunu ttieħdu ebda proċeduri kriminali skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att relattivament għal dik il-ħaġa għall-
ikel ta’ l-annimali matul il-perijodu preskritt bis-subartikolu (2) ta’
l-artikolu 17 ta’ dan l-Att jew jekk din il-ħaġa għall-ikel ta’ l-
annimali, salv dejjem l-applikazzjoni tas-subartikolu (3) ta’ l-
artikolu 23 tal-Kodiċi Kriminali, ma tkunx ġiet konfiskata
minħabba dawk il-proċeduri.
Teħid ta’ 
kampjuni. 
11. (1) Il-kampjuni għandhom jittieħdu bil-mod preskritt.
(2) Spettur li jkun ħa kampjun għandu jaqsmu fi tliet
porzjonijiet approssimattivament indaqs u verament
rappreżentattivi u għandu jippakkja u jissiġilla kull porzjon bħal
dik bil-mod preskritt. Għandu mbagħad jibgħat u jikkonsenja tnejn
mill-porzjonijiet lill-analista uffiċjali flimkien ma’ dikjarazzjoni
iffirmata illi l-kampjun ittieħed bil-mod preskritt u għandu
jikkonsenja t-tielet porzjon lill-persuna li tkun tista’ tiġi mħarrka
fil-każ li jiġi mikxuf reat bir-riżultati ta’ l-analisi tal-kampjun, jew
lir-rappreżentant ta’ dik il-persuna.
(3) L-ispettur ma għandu jikxef lil ebda persuna, ħlief lid-
Direttur tal-Biedja, l-isem tal-fabbrikant jew tal-bejjiegħ ta’ dik il-
ħaġa għall-ikel.
Tfixkil ta’ spetturi.  12. Ħadd ma jista’ jfixkel jew jopponi spettur fil-qadi tad-
dmirijiet tiegħu skond dan l-Att jew ir-regolamenti magħmula bis-
saħħa tiegħu.
Metodu ta’ analisi 
u proċedura 
relattiva. 
13. (1) L-analisi tal-kampjun għandu jsir bil-mod preskritt.
(2) L-analista uffiċjali għandu janalizza waħda mill-
porzjonijiet mibgħuta jew konsenjati lilu u għandu joħroġ ċertifikat
ta’ analisi lill-ispettur li jkun ħa l-kampjun.
(3) L-analista uffiċjali għandu jżomm il-porzjon l-oħra tal-
kampjun, ippakkjata u issiġillata kif mibgħuta jew konsenjata lilu
mill-ispettur skond id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2) ta’ l-
artikolu 11 ta’ dan l-Att, għal perijodu ta’ tliet xhur jekk matul dak
il-perijodu ma jkunux bdew proċeduri kriminali dwar xi ħaġa għall-
ikel ta’ l-annimali li minnha jkun ittieħed il-kampjun, f’liema każ l-
analista uffiċjali għandu jżomm dik il-porzjon l-oħra sakemm dawk
il-proċeduri jkunu spiċċaw definittivament.
Dritt tax-xerrej li 
jitlob it-teħid ta’ 
kampjun.
14. Xerrej ta’ xi ħaġa għall-ikel ta’ l-annimali jista’ egħluq
erbatax-il ġurnata mid-data tal-konsenja lilu ta’ dik il-ħaġa għall-
ikel, wara ħlas ta’ dak id-dritt li jista’ minn żmien għal żmien ikun
preskritt, jitlob lil spettur biex jieħu kampjun minn dik il-ħaġa
għall-ikel bil-mod preskritt.
Ċertifikat jista’ jiġi 
prodott bħala 
prova.
15. Meta kampjun ikun ittieħed u jkun ġie analizzat bil-mod
preskritt dik l-analisi għandha titqies li tkun analisi tal-kwantità
IKELUĦWEJJEĠGĦALL-IKELTA’L-ANNIMALI  KAP. 183.   5
kollha ta’ ħaġa għall-ikel ta’ l-annimali li minnha jkun ittieħed il-
kampjun u ċ-ċertifikat ta’ l-analisi msemmi fis-subartikolu (2) ta’ l-
artikolu 13 ta’ dan l-Att, salv li jiġi konfermat bil-ġurament mill-
analista uffiċjali, għandu jiġi aċċettat bħala prova f’kull proċedura
kriminali meħuda skond dan l-Att.
Pieni. 
Emendat: 
VIII. 1990.3. 
16. (1) Kull min jikser xi disposizzjoni ta’ dan l-Att jew xi
regolament magħmul bis-saħħa tiegħu jkun ħati ta’ reat u jeħel -
(a) għall-ewwel darba li jinsab ħati mill-Qorti tal-
Maġistrati dwar reat kontra xi waħda mid-
disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 5, 7, 8 jew 9 ta’ dan l-
Att, multa ta’ mhux anqas minn għaxar liri u mhux
aktar minn ħamsin lira u, għat-tieni darba jew darba
sussegwenti li jinsab ħati mill-imsemmija qorti dwar
xi reat bħal dak, multa ta’ mhux anqas minn ħamsin
lira u mhux aktar minn mitt lira;
(b) għall-ewwel darba li jinsab ħati mill-Qorti tal-
Maġistrati dwar reat kontra xi waħda mid-
disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan l-Att jew xi
regolamenti magħmula bis-saħħa tiegħu, kemm-il
darba f’xi wieħed minn dawk ir-regolamenti ma jkunx
hemm maħsuba piena anqas, multa ta’ mhux anqas
minn ħames liri u mhux aktar minn għoxrin lira u,
għat-tieni darba jew darba sussegwenti li jinsab ħati
dwar xi reat bħal dak, multa ta’ mhux anqas minn
għoxrin lira u mhux aktar minn ħamsin lira.
(2) Meta xi ħadd jinsab ħati dwar reat skond dan l-Att jew
skond xi regolamenti magħmula bis-saħħa tiegħu, id-Direttur tal-
Kummerċ jista’ fid-diskrezzjoni tiegħu u relattivament għal dik il-
persuna jżomm l-għoti ta’, jissospendi, jew iħassar kull liċenza
meħtieġa skond l-artikolu 3 ta’ dan l-Att għal dak iż-żmien li jqis
xieraq.
Bona fidi tal-
bejjiegħ.
17. (1) Meta proċeduri kriminali kontra l-bejjiegħ, li ma jkunx
ukoll il-fabbrikant, ta’ ħaġa għall-ikel ta’ l-annimali jittieħdu skond
dan l-Att għal reat kontra xi waħda mid-disposizzjonijiet tas-
subartikolu (3) ta’ l-artikolu 5, tas-subartikolu (2) ta’ l-artikolu 7,
ta’ l-artikolu 8, jew tas-subartikolu (1) ta’ l-artikolu 9, dak il-
bejjiegħ ma jiġix misjub ħati -
(a) jekk jipprova li, wara li jkun eżercita d-diliġenza
xierqa u wara li jkun ħa l-prekawzjonijiet kollha
raġonevoli biex jiżgura li ma kienx hemm ksur ta’ xi
waħda mill-imsemmija disposizzjonijiet, kien
immexxi fil-ħsieb żbaljat li ma kien hemm ebda ksur
bħal dak; u
(b) jekk, meta ikun hekk meħtieġ minn spettur, ikun ta t-
tagħrif kollu li jkun jaf dwar il-persuna li minn
għandha jkun xtara, akkwista jew xort’oħra kiseb il-
ħaġa għall-ikel ta’ l-annimali li jkollha x’taqsam mar-
reat u dwar il-kondizzjoni u deskrizzjoni ta’ dik il-
ħaġa għall-ikel fil-ħin meta tkun ġiet fil-pussess
tiegħu.
 6      KAP. 183.ħ  IKELUĦWEJJEĠGĦALL-IKELTA’L-ANNIMALI
(2) Ma għandhomx jittieħdu proċeduri kriminali skond dan l-
Att wara li jiskadu tliet xhur mid-data li fiha jkun ittieħed kampjun
skond is-subartikolu (1) ta’ l-artikolu 11 ta’ dan l-Att.
Setgħa li jagħmel 
regolamenti. 
18. Il-Ministru responsabbli għall-biedja jista’ minn żmien
għal żmien jagħmel regolamenti -
(a) biex jibdel xi waħda mill-Iskedi li jinsabu ma’ dan l-
Att; 
(b) biex jippreskrivi kull ħaġa li skond dan l-Att hija
meħtieġa jew awtorizzata li tiġi preskritta; u
(ċ) b’mod ġenerali għal kull skop ieħor li għandu
x’jaqsam mal-ħdim tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
Segretezza 
uffiċjali.
19. (1) Kull persuna li jkollha dmir uffiċjali jew li tkun
impjegata fl-amministrazzjoni ta’ dan l-Att jew ta’ xi regolamenti
magħmula bis-saħħa tiegħu għandha tqis u tittratta kull dettall jew
kull tagħrif li jirriżulta mill-analisi ta’ xi ħaġa għall-ikel ta’ l-
annimali li ssir skond dan l-Att jew ta’ regolamenti magħmula bis-
saħħa tiegħu bħala sigriet u konfidenzjali, ħlief safejn jista’ jkun
meħtieġ għat-tmexxija f’effett tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att
jew ta’ xi regolamenti bħal dawk jew għall-iskop, jew fil-kors, ta’
prosekuzzjoni għal xi reat magħmul dwarhom.
(2) Kull persuna li tikser id-disposizzjoni tas-subartikolu (1)
ta’ dan l-artikolu tkun ħatja ta’ reat li għalih id-disposizzjonijiet
tal-paragrafu (a) tas-subartikolu (1) ta’ l-artikolu 16 ta’ dan l-Att
japplikaw, iżda persuna bħal dik tista’ wkoll, fid-diskrezzjoni tal-
qorti, tiġi kundannata għal priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed
minn sitt xhur.
IKELUĦWEJJEĠGĦALL-IKELTA’L-ANNIMALI  KAP. 183.   7
SKEDI 
L-EWWEL SKEDA 
(Artikoli 2, 5(2), 7(1))
TAQSIMA I 
Ħwejjeġ għall-Ikel ta’ l-Annimali  Partikolaritajiet li għandhom jiġu dikjarati 
Għalf Alfalfa (nifel) Ammonti ta’ proteina u fibra rispettivament
Għalf tax-xgħir Xejn
Għalf tal-ful Xejn
Għalf tas-silla Ammonti ta’ proteina u fibra rispettivament
Ikel ippressat jew għalf tal-ġewż ta’ l-
Indji jew tal-kopra
Ammonti ta’ żejt u proteina rispettivament
Ikel ippressat jew għalf kompost 
jiġifieri, kull ikel ippressat jew 
għalf (li ma jkunx ikel minn 
għasel iswed u polpa tal-pitravi 
bl-għasel iswed) li jikkonsisti 
minn taħlita ta’ oġġett wieħed jew 
iżjed imsemmi f’din it-Taqsima 
ta’ din l-Iskeda ma’ xi oġġett 
ieħor bħal dak jew ma’ xi 
sustanza jew sustanzi oħra
Ammonti, jekk ikun hemm, ta’ żejt, proteina 
u fibra rispettivament
Ikel ippressat jew għalf tal-qoton, 
mhux bla qoxra
Ammonti ta’ żejt u proteina rispettivament 
Ikel ippressat jew għalf tal-qoton 
minn żerriegħa tal-qoton bla 
qoxra jew f’parti bla qoxra
Ammonti ta’ żejt, proteina u fibra 
rispettivament 
Għalf dari jew durra  Xejn
Qmuħ imnixxfa tal-birrerija u 
distillerija
Ammonti ta’ żejt u proteina rispettivament 
Ħaxix imnixxef Ħ
Ħaxix imnixxef (kwalità tal-
manutenzjoni)
Kif imfisser fit-Tielet Skeda - Ammont ta’ 
proteina
Uċuħ ta’ l-għalf aħdar imnixxef
Polpa mnixxfa tal-pitravi Ammont ta’ fibra
Polpa mnixxfa tal-pitravi bl-għasel 
iswed
Ammonti ta’ zokkor u fibra rispettivament
Ħmira mnixxfa Ammont ta’ proteina
Demm imnixxef għall-għalf  Ammont ta’ proteina
Dqiq ta’ l-għadam għall-ikel  Ammonti ta’ aċidu fosforiku u proteina 
rispettivament
 8      KAP. 183.ħ  IKELUĦWEJJEĠGĦALL-IKELTA’L-ANNIMALI
Ħwejjeġ għall-Ikel ta’ l-Annimali  Partikolaritajiet li għandhom jiġu dikjarati 
Għalf ta’ l-għadam għall-ikel, 
għadam mitħun, jew kull prodott 
ieħor mill-għadam għal skopijiet 
ta’ ikel
Ammonti ta’ aċidu fosforiku u proteina 
rispettivament 
Laħam għall-ikel u għalf ta’ l-
għadam, jew kull prodott ieħor ta’ 
laħam (magħdud laħam tal-
baliena) u għadam għal skopijiet 
ta’ ikel
Ammonti ta’ żejt, proteina u aċidu fosforiku 
rispettivament 
Għalf tal-laħam għall-ikel, jew kull 
prodott ieħor ta’ laħam (magħdud 
laħam tal-baliena) għal skopijiet 
ta’ ikel
Ammonti ta’ żejt, proteina u aċidu fosforiku 
rispettivament
Għalf tal-ħut, għalf tal-ħut abjad, jew 
prodott ieħor miksub bit-tnixxif u 
tħin jew ħdim xort’oħra ta’ ħut 
jew fdal ta’ ħut
Ammonti ta’ żejt, proteina, aċidu fosforiku u 
melħ rispettivament
Ħafur mitħun Xejn
Ikel ippressat tal-kittien u l-għalf ta’ 
dak l-ikel ippressat; għalf tal-
kittien estratt
Ammonti ta’ żejt u proteina rispettivament
Għalf tal-kittien Ammont ta’ żejt
Għalf tal-ħarrub Xejn
Prodotti mnissla mill-qamħirrum 
mhux imsemmija speċifikatament 
xort’oħra f’din l-Iskeda
Ammonti ta’ żejt, proteina u fibra 
rispettivament 
Qamħirrum mgħaffeġ  Ammonti ta’ żejt, proteina u fibra 
rispettivament 
Ikel ippressat jew għalf tan-nebbieta 
tal-qamħirrum
Ammonti ta’ żejt, proteina u fibra 
rispettivament 
Ikel tal-qamħirrum glutinuż Ammonti ta’ żejt, proteina u fibra 
rispettivament 
Għalf tal-qamħirrum Xejn
Kulmi tax-xgħir Ammonti ta’ proteina u fibra rispettivament
Ikel ta’ l-għasel iswed (ħlief polpa 
mnixxfa tal-pitravi bl-għasel 
iswed) magħduda kull ħwejjeġ 
għall-ikel, magħmula minn trijaka 
jew għasel iswed b’assorbent, illi 
jkollu mhux anqas minn 10 fil-
mija ta’ zokkor
Ammonti ta’ zokkor u fibra rispettivament
Prodotti mid-dqiq tal-ħafur Ammont ta’ fibra
Ħwejjeġ għall-Ikel ta’ l-Annimali  Partikolaritajiet li għandhom jiġu dikjarati 
IKELUĦWEJJEĠGĦALL-IKELTA’L-ANNIMALI  KAP. 183.   9
 
Ikel ippressat jew għalf ta’ żejt mhux 
imsemmi speċifikatament 
xort’oħra f’din l-Iskeda li jkunu l-
prodott ta’ xi sustanza jew 
żerriegħa mhux imqaxxra li 
minnha jkun tneħħa ż-żejt
Ammonti ta’ żejt u proteina rispettivament
Ikel ippressat jew għalf mhux 
imsemmi speċifikatament 
xort’oħra f’din l-Iskeda li jkunu l-
prodott ta’ xi sustanza jew 
żerriegħa bla qoxra jew parti bla 
qoxra li minnha jkun tneħħa ż-żejt
Ammonti ta’ żejt, proteina u fibra 
rispettivament
Ikel ippressat jew għalf tal-qalba tal-
palma
Ammonti ta’ żejt u proteina rispettivament
Għalf tal-piżelli jew għalf taċ-ċiċri Xejn
Ikel ippressat jew għalf tal-kolza  Ammonti ta’ żejt u proteina rispettivament 
Nuħħala tar-ross jew għalf tar-ross, 
jew il-prodotti tagħhom prodotti 
mit-tħin tar-ross bil-qoxra
Ammonti ta’ żejt, proteina u fibra 
rispettivament 
Ikel ippressat jew għalf tas-soya Ammonti ta’ żejt u proteina rispettivament
Trijaka jew għasel iswed Ammont ta’ zokkor
Għalf tal-qamħ Xejn
Fdalijiet tal-qamħ jew fdalijiet tal-
makni tad-dqiq magħduda s-
smida
Ammont ta’ fibra 
 10      KAP. 183.ħ  IKELUĦWEJJEĠGĦALL-IKELTA’L-
TAQSIMA II
Ħaġa għall-ikel kompost bilanċjat 
isem tat-tip
Ammonti ta’ żejt, proteina u fibra 
rispettivament fil-limiti hawn taħt 
imsemmija
Żejt % Proteina % Fibra %
Frat:
Razzjon "A" għall-Frat li Jipproduċu l- 
Ħalib (ordinarju) .................................. 2½ sa 6  16 sa 21 sa 12
Razzjon "B" għall-Frat li Jipproduċu l- 
Ħalib (Produzzjoni għolja) ................... 2½ sa 6 18 sa 23 sa 10
Razzjon għall-Għoġol Żgħar ................ sa 4  22 sa 26   sa 5½ 
Razzjon għall-Għoġol ta’ Trobbija .......  2½ sa 6 19 sa 24  sa 8½
Razzjon għas-Simna tal-Frat ................ 2½ sa 7  18 sa 23 sa 12
Mogħoż u Nagħaġ:
Razzjon għall-Mogħoż u Nagħaġ li 
Jipproduċu l-Ħalib ............................... 2½ sa 6 16 sa 21 sa 12
Ħnieżer:
Razzjon għall-Ħnieżer u l-Boton ..........  sa 4½ 16 sa 20  sa 6½ 
Razzjon Creep-Feed għall-Ħnieżer ....... sa 4 19 sa 24 sa 5½ 
Razzjon għas-Simna tal-Ħnieżer ........... sa 3½ 12 sa 16  sa 6½ 
Tjur:
Razzjon għat-Tjur li Jbidu .................... 2 jew iżjed 16 sa 22  sa 6
Razzjon għat-Trobbija tal-Flieles .........  2 jew iżjed 19 sa 23   sa 5
Razzjon għat-Tkabbir tat-Tjur .............. 2 jew iżjed  17 sa 21 sa 6
Razzjon għall-Broilers ......................... 3½ jew iżjed 20 sa 25  sa 5
Razzjon għad-Dundjani Żgħar .............. 3½ jew iżjed  22 sa 26 sa 5½
Razzjon għat-Tkabbir tad-Dundjani ...... 3½ jew iżjed 16 sa 20 sa 7
Razzjon Finali għad-Dundjani .............. 3½ jew iżjed 13 sa 16 sa 7
IKELUĦWEJJEĠGĦALL-IKELTA’L-ANNIMALI  KAP. 183.   11
IT-TIENI SKEDA 
(Artikolu 5 (2))
Ingredjenti ta’ Ħwejjeġ għal Ikel li l-presenza tagħhom għandha tiġi dikjarata
(a) Qxura, ħliefa, glumi, qxur tal-frott, qxur tal-lewż jew rita tal-lewż,
ħliefa tar-ross, minn kull oriġini, meta wżata bħala ingredjent separat
jew taħlitiet artifiċjali fil-fabbrikazzjoni ta’ ħwejjeġ għall-ikel.
Meta l-qlub mħallta b’mod naturali ma’ żrieragħ ta’ waħda jew
oħra tas-sustanzi ta’ hawn fuq ikunu jinsabu f’ħaġa għall-ikel
flimkien mas-sustanzi li magħhom ikunu hekk imħallta, għandu
jittieħed kont tal-proporzjon tas-sustanzi ta’ hawn fuq li jistgħu
raġonevolment jitqiesu li jkunu ma’ dawk il-qlub meta ż-
żerriegħa li minnha jkunu oriġinaw tkun fil-kondizzjoni naturali
tagħha, kemm-il darba l-ikel f’din il-kondizzjoni jitqies bħal
prattika komuni fl-ikel tal-bhejjem.
(b) Tiben tal-qamħ jew tiben tax-xgħir, mitħun jew xort’oħra.
(ċ) Ħaxix niexef jew medda ta’ ħaxix niexef, maħdum jew mhux maħdum. 
(d) Serratura jew kull forma oħra ta’ njam, maħdum jew mhux maħdum. 
IT-TIELET SKEDA
(Artikolu 8)
Garanzija impliċita fil-bejgħ ta’ oġġetti taħt ċerti ismijiet
Isem li taħtu oġġett huwa mibjugħ Garanzija impliċita
Għalf Alfalfa (nifel) Alfalfa  (nifel), kif imkabbra, niexfa u
mitħuna, li magħha ma tkunx ġiet
miżjuda ebda sustanza oħra
Għalf tax-xgħir L-għalf miksub bit-tħin tax-xgħir, kif
imkabbar, li tkun il-qamħa kollha
flimkien biss ma’ dawk is-sustanzi l-oħra
li jistgħu jkunu raġonevolment
mistennija li ġew assoċjati mal-qamħ fl-
għalqa
Għalf tal-ful L-għalf miksub bit-tħin ta’ ful
kommerċjalment pur tal-ġens  (1) Vicia
Faba  (sinonimu Faba vulgaris) jew xi
varjazzjoni tiegħu, komunement
magħrufa bħal "horse bean", "field bean"
jew "broad bean"; jew  (2) Phaseolus
vulgaris, it-"true haricot bean" jew kull
varjazzjoni tiegħu abjad jew kulurit
 12      KAP. 183.ħ  IKELUĦWEJJEĠGĦALL-IKELTA’L-
Isem li taħtu oġġett huwa mibjugħ Garanzija impliċita
Għalf tas-silla Silla sħiħa, kif imkabbra, imnixxfa u
mitħuna, li magħha ma tkunx ġiet
miżjuda ebda sustanza oħra
Ikel ippressat jew għalf kompost Ikel ippressat jew għalf  (ħlief ikel minn
għasel iswed u polpa mnixxfa tal-pitravi
bl-għasel iswed) li jikkonsisti f’taħlita
ta’ oġġett wieħed jew iżjed imsemmi fit-
Taqsima I ta’ l-Ewwel Skeda ma’ xi
sustanza jew sustanzi oħra
Ikel ippressat jew għalf tal-qoton bla qoxra Il-fdal li jibqa’ mit-tneħħija ta’ żejt minn
żerriegħa tal-qoton kommerċjalment pur,
mhux bla qoxra
Ikel ippressat jew għalf tal-qoton minn
żerriegħa tal-qoton bla qoxra jew f’parti
bla qoxra 
Il-fdal li jibqa’ mit-tneħħija ta’ żejt minn
żerriegħa tal-qoton kommerċjalment pur
li minnu l-qoxra, kollha jew f’parti tkun
ġiet imneħħija
Għalf dari; għalf durra L-għalf li jinkiseb mit-tħin ta’ żerriegħa tad-
dari jew tad-durra kommerċjalment pura
 Qmuħ imnixxfa tal-birrerija L-oġġett prodott bit-tnixxif tal-fdal ta’
ċereali bin-nebbieta jew mingħajr
nebbieta użati fl-egħmil tal-birra, li
miegħu ma ġiet miżjuda ebda sustanza
oħra
Qmuħ imnixxfa għad-distellerija L-oġġett miksub bit-tnixxif tal-fdalijiet tal-
mash-tuns tad-distellerija, li miegħu ma
ġiet miżjuda ebda sustanza oħra
Ħaxix niexef Kull prodott li -
(a) jinkiseb bi tnixxif artifiċjali ta’
xi ħaġa minn dawn li ġejjin: ħaxix, silla,
nifel, ħuxlief, ċereali aħdar, jew xi
taħlita li tikkonsisti minn xi waħda minn
dawn, u
(b) ikun xort’oħra bħal imkabbar
(jiġifieri magħdud kull wiċċ maħsud
iżda b’ebda sustanza miżjuda miegħu), u
jkollu mhux anqas minn 13 fil-mija
proteina kalkolata fuq il-presunsjoni li
jkollu 10 fil-mija tira
Ħaxix imnixxef (kwalità ta’ manutenzjoni) Ħaxix imnixxef kif imfisser f’din l-Iskeda
ħlief li jista’ jkollu anqas minn 13 fil-
mija iżda mhux anqas minn 10 fil-mija
proteina kalkolata fuq il-presunzjoni li
jkollu 10 fil-mija tira
IKELUĦWEJJEĠGĦALL-IKELTA’L-ANNIMALI  KAP. 183.   13
Isem li taħtu oġġett huwa mibjugħ Garanzija impliċita
Uċuh ta’ l-għalf aħdar imnixxef Kull prodott li -
(a) jinkiseb bit-tnixxif artifiċjali ta’
xi prodott jew prodotti ta’ ħxejjex tajbin
għall-użu bħala għalf niexef għall-frat
jew tjur, u
(b) ikun xort’oħra bħala imkabbar
(jiġifieri, magħdud kull wiċċ maħsub
iżda b’ebda sustanza miżjuda miegħu), u
jkollu mhux anqas minn 10 fil-mija
proteina kalkolata fuq il-presunzjoni li
jkollu 10 fil-mija tira,
iżda ma jkunx ħaxix niexef jew ħaxix niexef
(kwalità ta’ manutenzjoni)
Polpa tal-pitravi mnixxfa  L-oġġett prodott bit-tnixxif tal-fdal tal-
pitravi taz-zokkor prodott fil-
fabbrikazzjoni ta’ zokkor minn pitravi
taz-zokkor, biż-żieda ta’ l-għasel iswed
jew mingħajrha, li jagħti anqas minn 10
fil-mija zokkor
Popla mnixxfa tal-pitravi bl-għasel iswed  L-oġġett prodott bit-tnixxif tal-fdal tal-
pitravi taz-zokkor prodott fil-
fabbrikazzjoni ta’ zokkor minn pitravi
taz-zokkor, biż-żieda ta’ għasel iswed, li
jagħti 10 fil-mija jew iżjed zokkor
Ħmira mnixxfa  Oġġett prodott bit-tnixxif tal-ħmira jew tal-
fdalijiet tal-ħmira, li miegħu ma ġiet
miżjuda ebda sustanza oħra
Għalf tal-kittien estratt  Il-fdal li jibqa’ mit-tneħħija ta’ żejt minn
kittien kommerċjalment pur permess ta’
solvent
Dqiq ta’ l-għadam għall-ikel Il-prodott miksub bit-tħin ta’ għadam
mgħolli kommerċjalment pur
Għalf ta’ l-għadam għall-ikel, għadam
mitħun
Għadam kommerċjalment pur, mhux
maħdum jew imneħħi x-xaħam minnu li
ġie mitħun jew imfarrak
Demm imnixxef għall-ikel  Demm li ġie mnixxef, li miegħu ma ġiet
miżjuda ebda sustanza oħra
Laħam għall-ikel u għalf ta’ l-għadam  Il-prodott, li jkollu mhux anqas minn 40 fil-
mija proteina u mhux aktar minn 4 fil-
mija melħ, miksub bit-tnixxif u tħin ta’
karkassi ta’ l-annimali jew bċejjeċ
minnhom  (mhux magħduda dwiefer u
qrun) u għadam li miegħu ma ġiet
miżjuda ebda sustanza oħra, iżda li seta’
ġie maħdum b’mod preliminari għat-
tneħħija ta’ xaħam
 14      KAP. 183.ħ  IKELUĦWEJJEĠGĦALL-IKELTA’L-
Isem li taħtu oġġett huwa mibjugħ Garanzija impliċita
Għalf tal-laħam għall-ikel  Il-prodott, li jkollu mhux anqas minn 55 fil-
mija ta’ proteina u mhux aktar minn 4
fil-mija melħ, miksub bit-tnixxif u t-tħin
ta’ karkassi ta’ l-annimali jew bċejjeċ
minnhom  (mhux magħduda dwiefer u
qrun) li miegħu ma ġiet miżjuda ebda
sustanza oħra iżda li seta’ ġie maħdum
b’mod preliminari għat- tneħħija ta’
xaħam
Għalf tal-ħut; għalf tal-fdal tal-ħut  Prodott miksub bit-tnixxif u t-tħin jew ħdim
xort’oħra ta’ ħut jew fdal ta’ ħut, li
miegħu ma ġiet miżjuda ebda sustanza
oħra
Qamħirrum mgħaffeġ  Il-prodott miksub bit-tisjir u t-tgħaffiġ
kommerċjalment pur ta’ qamħirrum jew
Indian corn, kemm kif imkabbar jew li
minnu n-nebbieta, kollha jew parti, tkun
ġiet imneħħija
Ħafur mitħun  L-għalf miksub bit-tħin ta’ ħafur
kommerċjalment pur, kif imkabbar
Ikel ippressat tal-kittien jew l-għalf ta’ dak
l-ikel ippressat
Il-fdal li jibqa’ mit-tneħħija ta’ żejt tal-
kittien kommerċjalment pur
Ikel ippressat tal-kittien  L-ikel ippressat miksub bit-tħin jew bit tifrik
ta’ kittien kommerċjalment pur 
Ikel ippressat tal-ħarrub Ikel ippressat miksub bit-tħin jew bit-tifrik
ta’ ħarrub kommerċjalment pur 
Ikel ippressat jew għalf tan-nebbieta tal-
qamħirrum 
Ikel ippressat jew għalf li jsir mit-tħin tan-
nebbieta tal-qamħirrum jew tan-nebbieta
tal-qamħirrum li minnu ż-żejt tkun
tneħħa għal kollox jew f’parti 
Ikel tal-qamħirrum glutinuż  Prodott li jsir mit-tneħħija ta’ lamtu u
nebbieta mill-qamħirrum, li miegħu ma
ġiet miżjuda ebda sustanza oħra 
Għalf tal-qamħirrum; Għalf Indjan L-għalf miksub bit-tħin ta’ qamħirrum jew
Indian corn  kommerċjalment pur kif
imkabbar
Kulmi tax-xgħir  L-għeruq jew in-nebbieta li jiġu mill-firda
tax-xgħir, li magħhom ma ġiet miżjuda
ebda sustanza oħra
Ikel ta’ l-għasel iswed  Kull taħlita (ħlief polpa mnixxfa tal-pitravi
bl-għasel iswed) li jkollha mhux anqas
minn 10 fil-mija ta’ zokkor, ta’ sustanza
assorbenti u trijaka jew għasel iswed
IKELUĦWEJJEĠGĦALL-IKELTA’L-ANNIMALI  KAP. 183.   15
Isem li taħtu oġġett huwa mibjugħ Garanzija impliċita
Ikel ippressat jew għalf tal-lewż, magħdud
ġewż ta’ l-Indji, kopra, ikel ippressat u
għalf tal-qalba tal-palma u tal-lewż
mitħun 
Il-fdal li jibqa’ mit-tneħħija ta’ żejt minn
qlub tal-lewż kommerċjalment puri 
Ikel tal-ħafur  Il-prodott derivat minn tħin tal-ħafur li
jikkonsisti minn fosdqa, sustanzi mid-
dqiq, sustanza tal-qalba tad-dqiq, għabra
ħoxna, kollha mitħuna fin, u li jkollu
mhux aktar minn 27 fil-mija fibra
Ikel ippressat tal-piżelli L-ikel ippressat miksub bit-tħin ta’ piżelli
kommerċjalment pur kif imkabbra, ta’
varjazzjonijiet ta’ "Pisum sativum" jew
"Pisum arvense"
Ikel ippressat jew għalf tal-kolza  Il-fdal li jibqa’ mit-tneħħija ta’ żejt minn
żerriegħa tal-kolza kommerċjalment
pura
Nuħħala tar-ross, għalf tar-ross Il-prodott derivat minn prodott fit-tħin ta’
ross bil-qoxra, li miegħu ma ġiet miżjuda
ebda sustanza oħra
Ikel ippressat jew għalf tas-soya Il-fdal li jibqa’ mit-tneħħija ta’ żejt minn ful
tas-soya kommerċjalment pur
Trijaka tal-pitravi taz-zokkor; għasel iswed
tal-pitravi taz-zokkor
Prodott tal-ġulepp konċentrat miksub fil-
fabbrikazzjoni ta’ zokkor minn pitravi
taz-zokkor, li miegħu ma ġiet miżjuda
ebda sustanza oħra
Trijaka tal-kannamieli; għasel iswed tal-
kannamieli
Prodott tal-ġulepp konċentrat miksub fil-
fabbrikazzjoni ta’ zokkor minn
kannamieli, li miegħu ma ġiet miżjuda
ebda sustanza oħra
Ikel ippressat tal-qamħ L-ikel ippressat miksub bit-tħin ta’ qamħ
kommerċjalment pur, kif imkabbar
Fdalijiet tal-qamħ; fdalijiet tal-makni tad-
dqiq (magħduda s-smida)
Prodott ta’ qamħ separat fil-proċess tat-tħin
u li jkollu mhux aktar minn 4 fil-mija ta’
sustanzi veġetali, ħlief qamħ, estratti
minn qamħ fil-proċess ta’ tnaddif mill-
fabbrikant tal-fdalijiet fil-produzzjoni ta’
dqiq
Ikel ippressat ta’ ħut abjad Prodott (li jkollu mhux aktar minn 6 fil-mija
żejt u mhux aktar minn 4 fil-mija melħ)
miksub bit-tnixxif u tħin jew ħdim
xort’oħra ta’ ħut abjad jew skart ta’ ħut
abjad, li miegħu ma ġiet miżjuda ebda
sustanza oħra
Fil-każ ta’ kull oġġett imsemmi f’din l-Iskeda li t-tifsira tiegħu tinkludi "kommerċjalment
pur", tfisser li ma tista’ tiżdied ebda sustanza oħra.
 16      KAP. 183.ħ  IKELUĦWEJJEĠGĦALL-IKELTA’L-
IR-RABA’ SKEDA
(Artikolu 9(2))
 Ingredjenti ta’ Ħsara fi Ħwejjeġ Għal-Ikel
(a) Melħ solubbli fl-ilma, jekk jinsab f’ħaġa għall-ikel fi proporzjon li
aktarx tkun ta’ ħsara għas-saħħa ta’ l-annimali.
(b) Is-sustanzi kollha velenużi ħlief dawk li jinsabu b’mod naturali fis-
sustanzi li minnhom jiġu magħmula l-ħwejjeġ għall-ikel.
(ċ) Ramel, materjal siliċiku jew materjal minerali ieħor mhux solubbli li ma
jkunx assoċjat b’mod naturali ma’ ingredjenti tal-ħwejjeġ għall-ikel li
ma jaqgħux fl-iskop ta’ din l-Iskeda, jew li, ukoll jekk ikunu hekk
assoċjati b’mod naturali, ikunu preżenti fi proporzjonijiet akbar mill-
massimu li jista’ jkun mistenni li jkun dovut għal dik l-assoċjazzjoni
naturali - jiġifieri 3 fil-mija.
Għall-fini ta’ dan il-paragrafu l-frażi "mhux solubbli" għandha timplika
insolubbiltà f’aċidu idrokloriku, kif imfisser b’metodu preskritt; il-frażi
"assoċjazzjoni naturali" għandha tiftiehem bħala li tapplika għal kampjuni
kommerċjali kalkolat b’medja tas-sustanzi ta’ l-ikel li magħha jista’ jingħad li
ingredjent minerali partikolari huwa assoċjat.
