 SELFGĦALL-IŻVILUPP(GVERNTAR-RENJUUNIT) ġ KAP. 185.
KAPITOLU 185
ATT DWAR SELF GĦALL-IŻVILUPP 
(GVERN TAR-RENJU UNIT)
Biex jipprovdi għall-ġbir ta’ self mingħand il-Gvern tar-Renju Unit
għall-iskop ta’ żvilupp, u għal ħwejjeġ inċidentali għalih.
(12 ta’ Marzu, 1965)*
Sar liġi bl-ATT XI ta’ l-1965.
Titolu fil-qosor. 
(Gvern tar-Renju Unit).
Setgħat għal tislif 
mingħand il-Gvern 
tar-Renju Unit.
2.  (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att il-Gvern
ta’ Malta jista’ jissellef minn żmien għal żmien somma jew somom
ta’ flus ta’ mhux iżjed fit-total minn ħames miljuni u seba’ mitt elf
lira sterlina permezz ta’ self jew selfijiet magħmula mill-Gvern tar-
Renju Unit.
(2) Kull self magħmul skond id-disposizzjoniet tas-subartikolu
(1) ta’ dan l-artikolu għandu jkun b’dawk il-pattijiet li jistgħu jiġu
miftehma bejn il-Gvern ta’ Malta u l-Gvern tar-Renju Unit.
Is-self ikun 
addebitat lid-dħul 
ġenerali u lill-attiv.
3. Il-kapital ta’ kull self miġbur skond id-disposizzjonijiet ta’
dan l-Att, u l-imgħax li jitħallas fuqu, għandu jiġi addebitat lil u
mħallas mid-dħul ġenerali u mill-attiv tal-Gvern ta’ Malta, li qed
jiġu b’dan approprjati għal hekk.
Applikazzjoni ta’ 
self.
4. Kull flejjes meħuda b’self skond id-disposizzjonijiet ta’
dan l-Att għandhom ikunu approprjati u applikati għall-iskopijiet
speċifikati fil-Pjan ta’ Żvilupp ta’ Malta għall-perijodu l-1 ta’
April, 1964 sal-31 ta’ Marzu, 1969, u f’kull modifika, emenda jew
estensjoni tiegħu li jistgħu jkunu approvati minn żmien għal żmien
mill-Ministru ta’ l-Ippjanar Ekonomiku u Finanzi jew għal xi
skopijiet oħra miftehma mal-Gvern tar-Renju Unit skond l-Artikolu
3 tal-Ftehim dwar Għajnuna Finanzjarja magħmula fil-21 ta’
Settembru, 1964.
*Ara Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 159 tat-12 ta’ Marzu, 1965.
