ĊITTADINANZAMALTIJA  ġKAP. 188.   1
KAPITOLU 188
ATT DWAR IĊ-ĊITTADINANZA MALTIJA
Biex jipprovdi għall-ksib, privazzjoni u rinunzja ta’ ċittadinanza ta’ Malta u għal skopijiet
inċidentali għal jew li għandhom x’jaqsmu mal-ħwejjeġ fuq imsemmija.
21 ta’ Settembru, 1964
L-ATT XXX ta’ l-1965, kif emendat bl-Atti: II ta’ l-1970, XXXI ta’ l-1972, LVIII ta’ l-
1974, XXXI ta’ l-1975, IX ta’ l-1977 u XXIV ta’ l-1989.
TAQSIM TA’ L-ATT
Artikoli 
Taqsima I.  Preliminari  1-2 
Taqsima II.  Ċittadinanza b’Naturalizzazzjoni  3-6 
Taqsima III.  Rinunzja u Privazzjoni ta’ Ċittadinanza  8-10
Taqsima IV.  Supplementari  11-20 
Taqsima V.  Disposizzjoni dwar Żmien  21-22
SKEDA 
Ġurament ta’ Lealtà
 2      KAP. 188.ħ      ĊITTADINANZAMALTIJA 
PRELIMINARI
Titolu.  1. It-titolu ta’ dan l-Att hu l-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija.
Tifsir.
Emendat:
XXXI. 1972.2; 
XXIV. 1989.3.
2. (1) F’dan l-Att, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra - 
"apolidi" tfisser priv minn kull nazzjonalità u "persuna apolidi"
għandha tiftiehem skond hekk;
"ċertifikat ta’ naturalizzazzjoni" tfisser ċertifikat ta’
naturalizzazzjoni mogħti skond dan l-Att;
"frustier" tfisser persuna li ma tkunx ċittadin ta’ Malta; 
"ġurament", "taħlef’ u "affidavit" jinkludu, fil-każ ta’ persuni
permessi b’xi liġi li jagħmlu dikjarazzjoni jew affermazzjoni
minflok ma jieħdu ġurament, dikajrazzjoni jew affermazzjoni;
"ġurnata stabbilita" għandha l-istess tifsira bħalma hu mogħti
lilha bl-artikolu 124 tal-Kostituzzjoni;
"konsolat Malti" tfisser uffiċċju ta’ uffiċjal konsolari tal-Gvern
ta’ Malta fejn ikun miżmum reġistru tat-twelid jew tar-residenti
jew, meta ma jkunx hemm uffiċċju bħal dak, dak l-uffiċċju li jista’
jiġi preskritt;
"il-Kostituzzjoni" tfisser il-Kostituzzjoni ta’ Malta;
"Malta" għandha l-istess tifsir kif mogħti lilha bl-artikolu 124
tal-Kostituzzjoni ta’ Malta;
"il-Ministru" tfisser il-Ministru għal dak iż-żmien responsabbli
għall-ħwejjeġ li għandhom x’jaqsmu maċ-ċittadinanza Maltija, u,
safejn tingħata awtorità, tinkludi kull persuna awtorizzata minn dak
il-Ministru biex taġixxi f’ismu;
"pajjiż stranġier" tfisser pajjiż ieħor li ma jkunx Malta; 
"preskritt" tfisser preskritt b’regolamenti magħmula skond dan l-
Att.
(2) Għall-finijiet ta’ dan l-Att, persuna mwielda abbord ta’
bastiment jew ajruplan reġistrat, jew abbord ta’ bastiment jew
ajruplan mhux reġistrat tal-gvern ta’ xi pajjiż, għandha titqies li
tkun twieldet fil-post li fih il-bastiment jew ajruplan kien reġistrat
jew, skond il-każ, f’dak il-pajjiż.
(3) Persuna tkun, għall-finijiet ta’ dan l-Att, ta’ l-età jekk tkun
għalqet l-età ta’ tmintax-il sena u tkun ta’ kapaċità sħiħa jekk ma
tkunx ta’ moħħ marid.
ĊITTADINANZAMALTIJA  ġKAP. 188.   3
Miżjuda:
IV. 2000.5.
TAQSIMA I
ĊITTADINANZA MIKSUBA FIL-ĠURNATA STABBILITA U 
B’REĠISTRAZZJONI MINN ĊERTI PERSUNI OĦRA
Persuni li saru 
ċittadini ta’ Malta 
fil-ġurnata 
stabbilita.
3. (1) Kull min, imwieled f’Malta, kien fil-ġurnata qabel il-
ġurnata stabbilita ċittadin tar-Renju Unit u Kolonji, għandu jitqies
li kiseb iċ-ċittadinanza Maltija fil-ġurnata stabbilita:
Iżda persuna ma titqiesx li tkun saret ċittadin ta’ Malta bis-
saħħa ta’ dan is-subartikolu jekk ebda wieħed mill-ġenituri tagħħa
ma kien imwieled Malta.
(2) Kull min, imwieled barra minn Malta, kien fil-ġurnata
qabel il-ġurnata stabbilita ċittadin tar-Renju Unit u Kolonji għandu,
jekk missieru jkun sar, jew li ma kienx għal mewt tiegħu kien isir,
ċittadin ta’ Malta skond id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) ta’
dan l-artikolu, jitqies li jkun sar ċittadin ta’ Malta fil-ġurnata
stabbilita.
Persuni li jkollhom 
dritt li jkunu 
reġistrati bħala 
ċittadini.
4. (1) Kull persuna li fil-ġurnata qabel il-ġurnata stabbilita
kienet miżżewġa, jew kienet u ma għadhiex miżżewġa, lil xi ħadd - 
(a) li sar ċittadin ta’ Malta bis-saħħa ta’ l-artikolu 3 ta’
dan l-Att; jew
(b) li, billi jkun miet qabel il-ġurnata stabbilita, kien, li ma
kienx għall-mewt tiegħu jew tagħha, isir ċittadin ta’
Malta bis-saħħa ta’ dak l-artikolu,
ikollha dritt, wara li tagħmel applikazzjoni b’dak il-mod li jista’
jkun preskritt u wara li tieħu l-ġurament ta’ lealtà, tkun reġistrata
bħala ċittadin ta’ Malta.
(2) Kull persuna li fil-ġurnata qabel il-ġurnata stabbilita kienet
miżżewġa, jew kienet u ma għadhiex miżżewġa, lil xi ħadd li, fi
jew wara l-ġurnata stabbilita, sar ċittadin ta’ Malta jkollha dritt,
wara li tagħmel applikazzjoni b’dak il-mod li jista’ jkun preskritt u
wara li tieħu l-ġurament ta’ lealtà, tkun reġistrata bħala ċittadin ta’
Malta.
(3) Id-disposizzjonijiet tas-subartikoli (1) u (2) ta’ dan l-
artikolu jkunu mingħajr ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 3
ta’ dan l-Att.
(4) Kull min, skond il-paragrafu (b) tas-subartikolu (4) ta’ l-
artikolu 44 tal-Kostituzzjoni jitqies li hu ċittadin ta’ Malta għall-
finijiet ta’ dak l-artikolu, u jkun ġie lura, u ha residenza permanenti
f’Malta, ikollu dritt, wara li jagħmel applikazzjoni b’dak il-mod li
jista’ jiġi preskritt u wara li jieħu l-ġurament ta’ lealtà, ikun
reġistrat bħala ċittadin ta’ Malta.
(5) Minkejja kull disposizzjoni oħra ta’ dan l-Att, iżda
mingħajr ħsara għas-subartikolu (3) ta’ l-artikolu 65 ta’ l-Att LVIII
ta’ l-1974, ħadd ma jkollu dritt li jkun reġistrat bħala ċittadin ta’
Malta iktar minn darba taħt l-istess disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
(6) Ħadd ma għandu jkollu dritt li jiġi reġistrat bħala ċittadin
ta’ Malta bis-saħħa tas-subartikoli (1) u (2) ta’ dan l-artikolu, ħlief
jekk -
 4      KAP. 188.ħ      ĊITTADINANZAMALTIJA 
(a) il-Ministru huwa sodisfatt li l-għoti taċ-ċittadinanza lil
dik il-persuna ma jmurx kontra l-interess pubbliku; u
(b) fid-data ta’ l-applikazzjoni dik il-persuna kienet
għadha miżżewġa ma’ ċittadin ta’ Malta, jew tkun l-
armla jew l-armel ta’ persuna li kienet ċittadin ta’
Malta jew ta’ persuna li billi tkun mietet qabel il-
ġurnata stabbilita kienet, ħlief għall-mewt tiegħu jew
tagħha, issir ċittadin ta’ Malta bis-saħħa ta’ l-artikolu
3 ta’ dan l-Att: 
Iżda ħadd ma jkollu dritt li jiġi hekk reġistrat ħlief jekk dik
il-persuna, fid-data ta’ l-applikazzjoni, tkun għadha miżżewġa ma’
dak iċ-ċittadin ta’ Malta u kienet hekk miżżewġa għal mill-inqas
ħames snin u f’dik id-data kienet qiegħda tgħix ma’ dak iċ-ċittadin
jew, jekk f’dik id-data kienet separata de jure jew de facto, kienet
għexet ma’ dak iċ-ċittadin ta’ Malta għal mill-inqas ħames snin
wara ċ-ċelebrazzjoni taż-żwieġ, jew tkun l-armla jew ikun l-armel
ta’ dak iċ-ċittadin u fil-waqt tal-mewt tiegħu jew tagħha kienet
miżżewġa lil dik il-persuna għal mill-inqas ħames snin u kienet
għadha tgħix miegħu jew magħha jew li kienet, ħlief għall-mewt ta’
dik il-persuna, tkun hekk miżżewġa miegħu jew magħha fid-data
ta’ l-applikazzjoni jew, jekk fid-data tal-mewt ta’ dak iċ-ċittadin
kienet separata de jure jew de facto minn dak iċ-ċittadin, kienet
għexet ma’ dak iċ-ċittadin ta’ Malta għal mill-inqas ħames snin
wara ċ-ċelebrazzjoni taż-żwieġ.
Miżjuda:
IV. 2000.5.
TAQSIMA II
KSIB TA’ ĊITTADINANZA BI TWELID JEW DIXXENDENZA
Ksib ta’ 
ċittadinanza bi 
twelid jew 
dixxendenza minn 
persuni mwielda fi 
jew wara l-ġurnata 
stabbilita.
5. (1) Kull min jitwieled f’Malta fi jew wara l-ġurnata
stabbilita għandu jitqies li jkun sar jew isir ċittadin ta’ Malta fil-
ġurnata tat-twelid tiegħu:
Iżda fil-każ ta’ persuna mwielda fi jew qabel il-31 ta’
Lulju, 1989, dik il-persuna ma għandhiex titqies li tkun saret
ċittadin ta’ Malta bis-saħħa ta’ dan is-subartikolu jekk fil-waqt tat-
twelid tagħha -
(a) ebda wieħed mill-ġenituri tagħha ma kien ċittadin ta’
Malta u missierha kellu dik l-immunità minn kawżi u
proċeduri legali bħalma hija mogħtija lil  envoy ta’
potenza sovrana barranija akkreditat lil Malta; jew
(b) missierha kien frustier għadu u t-twelid sar f’post li
f’dak iż-żmien kien taħt okkupazzjoni mill-għadu:
Iżda wkoll, fil-każ ta’ persuna mwielda fi jew wara l-1 ta’
Awissu, 1989, dik il-persuna ma ssirx ċittadin ta’ Malta bis-saħħa
ta’ dan is-subartikolu ħlief jekk fil-waqt tat-twelid missierha kien
jew ikun jew ommha kienet jew tkun;
(a) ċittadin ta’ Malta; jew
(b) persuna msemmija fil-paragrafu (a) jew (b) tas-
ĊITTADINANZAMALTIJA  ġKAP. 188.   5
subartikolu (4) ta’ l-artikolu 44 tal-Kostituzzjoni:
Iżda wkoll, iż-żewġ provisos ta’ qabel ta’ dan is-
subartikolu ma għandhomx ikunu japplikaw fil-każ ta’ tarbija tat-
twelid li tinstab abbandunata f’xi mkien f’Malta li tkun, minħabba
f’dak il-fatt, apolidi, u dik it-tarbija għandha tibqa’ ċittadin ta’
Malta sakemm jiġi stabbilit id-dritt tagħha għal xi ċittadinanza
oħra. 
(2) Min jitwieled barra minn Malta fi jew wara l-ġurnata
stabbilita jitqies li jkun sar jew isir ċittadin ta’ Malta fil-ġurnata
tat-twelid tiegħu -
(a)  fil-każ ta’ persuna mwielda fi jew qabel il-31 ta’
Lulju, 1989, jekk fil-ġurnata tat-twelid ta’ dik il-
persuna, missierha kien ċittadin ta’ Malta b’mod ieħor
milli bis-saħħa ta’ dan is-subartikolu jew tas-
subartikolu (2) ta’ l-artikolu 3 ta’ dan l-Att:
Iżda persuna mwielda fi jew qabel il-31 ta’ Lulju,
1989, li fil-ġurnata tat-twelid tagħha ommha tkun
ċittadin ta’ Malta b’mod ieħor milli bis-saħħa ta’ dan
is-subartikolu jew tas-subartikolu (2) ta’ l-artikolu 3
ta’ dan l-Att ikollha d-dritt, wara li tagħmel
applikazzjoni b’dak il-mod li jista’ jiġi preskritt u wara
li tieħu l-ġurament ta’ lealtà, tkun reġistrata bħala
ċittadin ta’ Malta; u
(b) fil-każ ta’ persuna mwielda fi jew wara l-1 ta’ Awissu,
1989, jekk fil-ġurnata tat-twelid ta’ dik il-persuna,
missierha jkun jew ommha tkun ċittadin ta’ Malta
b’mod ieħor milli bis-saħħa ta’ dan is-subartikolu jew
tas-subartikolu (2) ta’ l-artikolu 3 ta’ dan l-Att.
TAQSIMA III
ĊITTADINANZA MIKSUBA B’REĠISTRAZZJONI 
WARA ŻWIEĠ
Żwieġ ma’ 
ċittadini ta’ Malta.
6. (1) Kull persuna li fi jew wara l-ġurnata stabbilita
tiżżewweġ lil xi ħadd li jkun jew li jsir ċittadin ta’ Malta jkollha d-
dritt, wara li tagħmel applikazzjoni b’dak il-mod kif jista’ jkun
preskritt u wara li tieħu l-ġurament ta’ lealtà, tkun reġistrata bħala
ċittadin ta’ Malta. 
(2) Ħadd ma jkollu d-dritt jiġi reġistrat bħala ċittadin ta’ Malta
bis-saħħa ta’ dan l-artikolu ħlief jekk:
(a) il-Ministru jkun sodisfatt li l-għoti taċ-ċittadinanza lil
dik il-persuna ma jmurx kontra l-interess pubbliku; u
(b) fid-data ta’ l-applikazzjoni tagħha dik il-persuna
kienet għadha miżżewġa ma’ ċittadin ta’ Malta, jew
tkun l-armla jew l-armel ta’ persuna li kienet ċittadin
ta’ Malta fil-waqt tal-mewt tiegħu jew tagħha:
 6      KAP. 188.ħ      ĊITTADINANZAMALTIJA 
Iżda ħadd ma jkollu dritt li jiġi hekk reġistrat ħlief
jekk dik il-persuna, fid-data ta’ l-applikazzjoni, tkun
għadha miżżewġa ma’ dak iċ-ċittadin ta’ Malta u
kienet hekk miżżewġa għal mill-inqas ħames snin u
f’dik id-data kienet qiegħda tgħix ma’ dak iċ-ċittadin
jew, jekk f’dik id-data kienet separata de jure jew de
facto, kienet għexet ma’ dak iċ-ċittadin ta’ Malta għal
mill-inqas ħames snin wara ċ-ċelebrazzjoni taż-żwieġ,
jew tkun l-armla jew ikun l-armel ta’ dak iċ-ċittadin u
fil-waqt tal-mewt tiegħu jew tagħha kienet miżżewġa
lil dik il-persuna għal mill-inqas ħames snin u kienet
għadha tgħix miegħu jew magħha jew li kienet, ħlief
għall-mewt ta’ dik il-persuna, tkun hekk miżżewġa
miegħu jew magħha fid-data ta’ l-applikazzjoni jew,
jekk fid-data tal-mewt ta’ dak iċ-ċittadin kienet
separata  de jure jew  de facto minn dak iċ-ċittadin,
kienet għexet ma’ dak iċ-ċittadin ta’ Malta għal mill-
inqas ħames snin wara ċ-ċelebrazzjoni taż-żwieġ.
Miżjuda:
IV. 2000.5.
TAQSIMA IV
ĊITTADINANZA MULTIPLA
Ċittadinanza 
multipla.
7. Persuna jista’ jkollha ċ-ċittadinanza Maltija, u fl-istess
waqt ikollha ċ-ċittadinanza ta’ pajjiż ieħor.
Akkwist mill-ġdid 
taċ-ċittadinanza 
Maltija permezz ta’ 
reġistrazzjoni.
8. Kull min qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan l-artikolu
kien jitqies, taħt id-disposizzjonijiet tal-Kostituzzjoni ta’ Malta jew
ta’ kull liġi oħra, li temm milli jkun ċittadin ta’ Malta minħabba f’li
jkollu jew ikun akkwista, sew volontarjament sew mhux
volontarjament, xi ċittadinanza oħra, ikollu dritt, meta jagħmel l-
applikazzjoni tiegħu b’dak il-mod li jista’ jiġi preskritt u wara li
jieħu l-ġurament ta’ lealtà, li jiġi reġistrat bħala ċittadin ta’ Malta:
Iżda ħadd ma jkollu dritt li jiġi reġistrat bħala ċittadin ta’
Malta taħt dan l-artikolu jekk persuna kienet ċittadin ta’ Malta
b’mod ieħor milli bl-artikoli 3 jew 5 ta’ dan l-Att jew bis-saħħa ta’
l-artikoli 22 jew 25 tal-Kostituzzjoni kif kienet fis-seħħ qabel id-
dħul fis-seħħ ta’ l-Att ta’ l-2000 li jemenda l-Kostituzzjoni, u l-
Ministru jkun sodisfatt li l-għoti taċ-ċittadinanza lil dik il-persuna
jmur kontra l-interess pubbliku.
Persuni li jiqiesu li 
qatt ma tilfu ċ-
ċittadinanza 
Maltija.
9. Persuna li f’xi waqt kienet ċittadin ta’ Malta skond l-
artikoli 3 jew 5 ta’ dan l-Att jew skond l-artikoli 22 jew 25 tal-
Kostituzzjoni kif kienet fis-seħħ qabel id-dħul fis-seħħ ta’ l-Att ta’
l-2000 li jemenda l-Kostituzzjoni, u kienet residenti f’xi pajjiż
barra minn Malta għal żmien li b’kollox jammonta għal mill-inqas
sitt snin, tkun akkwistat jew żammet iċ-ċittadinanza ta’ xi pajjiż
ieħor, għandha titqies bħala li qatt ma tkun temmet milli tkun
ċittadin ta’ Malta.
ĊITTADINANZAMALTIJA  ġKAP. 188.   7
Sostitwita: 
XXIV. 1989.4. 
Rinumerata:
IV. 2000.4.
TAQSIMA V
ĊITTADINANZA B’NATURALIZZAZZJONI
Naturalizzazjoni 
ta’ frustieri jew 
persuni apolidi. 
Emendat: 
XXXI. 1975.2. 
Sostitwit: 
XXIV. l989.4.
Rinumerat:
IV.2000.4.
Emendat:
IV. 2000.6.
10. (1) Frustier jew persuna apolidi, li jkun persuna ta’ l-età u
ta’ kapaċità sħiħa, meta jagħmel applikazzjoni għal hekk lill-
Ministru bil-mod preskritt, jista’ jingħata ċertifikat ta’
naturalizzazzjoni bħala ċittadin ta’ Malta jekk jissodisfa lill-
Ministru -
(a) li jkun irrisjeda f’Malta matul il-perjodu ta’ tnax-il
xahar minnufih qabel id-data ta’ l-applikazzjoni; u
(b) li, matul is-sitt snin minnufih qabel l-imsemmi perjodu
ta’ tnax-il xahar, ikun irrisjeda f’Malta għal perjodi li
jammontaw b’kollox għal mhux anqas minn erba’
snin; u
(ċ) li jkun jaf biżżejjed l-ilsien Malti jew l-ilsien Ingliż; u
(d) li jkun ta’ kondotta tajba; u
(e) li jkun ċittadin tajjeb ta’ Malta:
Iżda l-Ministru jista’, jekk ikun jidhirlu xieraq fiċ-
ċirkostanzi speċjali ta’ xi każ partikulari, jippermetti illi perjodi ta’
residenza li jkunu okkorrew iktar qabel is-seba’ snin li jiġu
minnufih qabel id-data ta’ l-applikazzjoni jitqiesu fil-kalkolu tas-
snin kollha msemmija fil-paragrafu (b) ta’ dan is-subartikolu.
(2) Kull persuna ta’ l-età u ta’ kapaċità sħiħa mwielda barra
minn Malta tista’, meta tagħmel applikazzjoni għal hekk lill-
Ministru bil-mod preskritt, tingħata ċertifikat ta’ naturalizzazzjoni
bħala ċittadin ta’ Malta -
(a) jekk missierha, jew fil-każ ta’ persuna imwielda fi jew
wara l-1 ta’ Awissu, 1989, jekk xi wieħed mill-ġenituri
tagħha, ikun sar, jew kieku ma mietx kien isir, ċittadin
ta’ Malta bis-saħħa tas-subartikolu (2) ta’ l-artikolu 3
ta’ dan l-Att, jew
(b) jekk missierha, jew fil-każ ta’ persuna imwielda fi jew
wara l-1 ta’ Awissu, 1989, jekk xi wieħed mill-ġenituri
tagħha, fil-ħin tat-twelid ta’ dik il-persuna, kien, jew
kieku ma mietx kien ikun, ċittadin ta’ Malta bis-saħħa
tas-subartikolu (2) ta’ l-artikolu 5 ta’ dan l-Att.
(3) Kull persuna ta’ l-età u ta’ kapaċità sħiħa li -
(a) tkun emigrant minn Malta (sew qabel, fi jew wara l-21
ta’ Settembru, 1964) u, billi kienet ċittadin ta’ Malta
bis-saħħa tas-subartikolu (1) ta’ l-artikolu 3 jew tas-
subartikolu (1) ta’ l-artikolu 5 ta’ dan l-Att, temmet
milli tkun ċittadin bħal dak; jew
(b) emigrat minn Malta qabel il-21 ta’ Settembru, 1964 u
kieku ma kienx għax temmet milli tkun ċittadin tar-
Renju Unit u Kolonji qabel dik il-ġurnata, kienet issir
ċittadin ta’ Malta bis-saħħa tas-subartikolu (1) ta’ l-
artikolu 3 ta’ dan l-Att, 
tista’, wara li tagħmel applikazzjoni għal hekk lill-Ministru bil-mod
 8      KAP. 188.ħ      ĊITTADINANZAMALTIJA 
preskritt, tingħata ċertifikat ta’ naturalizzazzjoni bħala ċittadin ta’
Malta.
(4) Kull min ikollu l-età u l-kapaċità meħtieġa li jipprova li
huwa dixxendent ta’ persuna imwielda Malta u li jkun ċittadin ta’
pajjiż li ma jkunx il-pajjiż li jkun jirrisjedi fih, u li jkollu l-aċċess
tiegħu għall-pajjiż li tiegħu hu ċittadin ristrett, jista’ wara li
jagħmel it-talba tiegħu għaldaqstant lill-Ministru bil-mod preskritt,
jingħata ċertifikat ta’ naturalizzazzjoni bħala ċittadin ta’ Malta:
Iżda dik il-persuna ma jkollhiex jedd li tingħata ċertifikat
ta’ naturalizzazzjoni bħala ċittadin ta’ Malta skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan is-subartikolu jekk il-Ministru jkun
sodisfatt li l-għoti taċ-ċittadinanza lil dik il-persuna jmur kontra l-
interess pubbliku.
(5) Persuna ma tingħatax ċertifikat ta’ naturalizzazzjoni bħala
ċittadin ta’ Malta skond is-subartikoli ta’ qabel ta’ dan l-artikolu
jekk u sakemm ma tkunx ħadet il-ġurament ta’ lealtà fil-formula
speċifikata fl-Iskeda li tinsab ma’ dan l-Att.
(6) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikoli (7) u (8) ta’
dan l-artikolu persuna jkollha dritt, wara li tagħmel applikazzjoni
lill-Ministru bil-mod preskritt, li tingħata ċertifikat ta’
naturalizzazzjoni bħala ċittadin ta’ Malta jekk tissodisfa lill-
Ministru li hija u dejjem kienet apolidi, u -
(a) li twieldet Malta, jew
(b) li missierha kien ċittadin ta’ Malta fid-data tat-twelid
tagħha bis-saħħa tad-disposizzjonijiet tas-subartikolu
(2) ta’ l-artikolu 3 jew tas-subartikolu (2) ta’ l-artikolu
5 ta’ dan l-Att jew li ommha kienet f’dik id-data
ċittadin ta’ Malta.
(7) Persuna msemmija fil-paragrafu (a) tas-subartikolu (6) ta’
dan l-artikolu ma jkollhiex dritt tingħata ċertifikat ta’
naturalizzazzjoni bħala ċittadin ta’ Malta skond id-disposizzjonijiet
ta’ dak is-subartikolu jekk il-Ministru jkun sodisfatt -
(a) li ma kenitx ordinarjament residenti f’Malta matul il-
perjodu ta’ ħames snin li jintemmu mad-data ta’ l-
applikazzjoni; jew
(b) li jew kienet misjuba ħatja f’xi pajjiż ta’ reat kontra s-
sigurtà ta’ l-Istat jew kienet kundannata f’xi pajjiż għal
piena restrittiva tal-libertà personali għal żmien ta’
mhux anqas minn ħames snin.
(8) Persuna msemmija fil-paragrafu (b) tas-subartikolu (6) ta’
dan l-artikolu ma jkollhiex dritt tingħata ċertifikat ta’
naturalizzazzjoni bħala ċittadin ta’ Malta skond id-disposizzjonijiet
ta’ dak is-subartikolu jekk il-Ministru jkun sodisfatt -
(a) li ma kenitx ordinarjament residenti f’Malta matul il-
perjodu ta’ tliet snin li jintemmu mad-data ta’ l-
applikazzjoni tagħha; jew
(b) li kienet misjuba ħatja f’xi pajjiż ta’ reat kontra s-
sigurtà ta’ l-Istat.
ĊITTADINANZAMALTIJA  ġKAP. 188.   9
Minuri. 
Sostitwit: 
XXIV. 1989.4. 
Rinumerat:
IV.2000.4.
11. (1) Il-Ministru jista’ jagħmel b’mod li tifel jew tifla minuri
ta’ xi ċittadin ta’ Malta jingħata ċertifikat ta’ naturalizzazzjoni
bħala ċittadin ta’ Malta wara applikazzjoni magħmula bil-mod
preskritt mill-persuna li skond il-liġi jkollha awtorità fuqu.
(2) Il-Ministru jista’, f’dawk iċ-ċirkostanzi speċjali li jidhirlu
xieraq, jagħmel b’mod li xi minuri jingħata ċertifikat ta’
naturalizzazzjoni bħala ċittadin ta’ Malta.
Effett ta’ 
reġistrazzjoni jew 
naturalizzazzjoni 
bħala ċittadin. 
Sostitwit: 
XXIV. 1989.4. 
Rinumerat:
IV.2000.4.
Emendat:
IV. 2000.7.
12. Persuna reġistrata bħala ċittadin ta’ Malta skond l-artikolu
4 jew 6 ta’ dan l-Att jew li tkun ingħatat ċertifikat ta’
naturalizzazzjoni taħt dan l-Att issir ċittadin ta’ Malta
b’reġistrazzjoni jew b’naturalizzazzjoni, skond kif ikun il-każ, fid-
data li fiha tiġi reġistrata jew naturalizzata.
Rinumerata:
IV.2000.4.
TAQSIMA VI
RINUNZJA U PRIVAZZJONI TA’ ĊITTADINANZA
Rinunzja ta’ 
ċittadinanza. 
Emendat: 
XXIV. 1989.5. 
Rinumerat:
IV.2000.4.
Emendat:
IV. 2000.8.
13. (1) Jekk xi ċittadin ta’ Malta ta’ l-età u ta’ kapaċità sħiħa li
jkun ukoll nazzjonali ta’ pajjiż stranġier, jagħmel dikjarazzjoni bil-
mod preskritt ta’ rinunzja taċ-ċittadinanza ta’ Malta, il-Ministru
jista’ jordna li d-dikjarazzjoni tiġi reġistrata; u mar-reġistrazzjoni
dik il-persuna għandha ttemm milli tkun ċittadin ta’ Malta.
(2) Il-Ministru jista’ jiċħad li jirreġistra xi dikjarazzjoni tax-
xorta msemmija fis-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu jekk issir
matul xi gwerra li fiha Malta tista’ tkun mdaħħla jew jekk, fil-
fehma tiegħu, tkun xort’oħra kuntrarja għal policy pubblika.
Privazzjoni ta’ 
ċittadinanza ta’ 
ċittadini 
b’reġistrazzjoni 
jew 
naturalizzazzjoni. 
Emendat: 
XXXI. 1975.3.
Rinumerat:
IV.2000.4.
14. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, il-
Ministru jista’ b’ordni jippriva miċ-ċittadinanza tiegħu Maltija kull
ċittadin ta’ Malta li jkun hekk b’reġistrazzjoni jew
naturalizzazzjoni jekk ikun sodisfatt li r-reġistrazzjoni jew
ċertifikat ta’ naturalizzazzjoni kien miksub permezz ta’ qerq,
rappreżentanza falza jew il-ħabi ta’ xi fatt sostanzjali.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, il-
Ministru jista’ b’ordni jippriva miċ-ċittadinanza tiegħu Maltija kull
ċittadin ta’ Malta li jkun hekk b’reġistrazzjoni jew
b’naturalizzazzjoni jekk ikun sodisfatt li dak iċ-ċittadin -
(a) ikun wera b’att jew bi kliem li huwa sleali jew mhux
fidili lejn il-President jew lejn il-Gvern ta’ Malta; jew
(b) ikun, matul xi gwerra li fiha Malta kienet imdaħħla,
innegozja jew ikkomunika illegalment ma’ għadu jew
kien imdaħħal fi jew assoċjat ma’ xi negozju li kien jaf
li kien qed isir b’mod li jgħin lil għadu f’dik il-gwerra;
jew
(ċ) ikun, egħluq seba’ snin wara li jkun ġie naturalizzat
jew wara li jkun ġie reġistrat bħala ċittadin ta’ Malta,
ġie kundannat f’xi pajjiż għal piena restrittiva tal-
libertà personali għal żmien ta’ mhux anqas minn tnax-
il xahar; jew
 10      KAP. 188.ħ      ĊITTADINANZAMALTIJA 
(d) kien ordinarjament residenti f’pajjiżi stranġieri għal
perijodu kontinwu ta’ seba’ snin u matul dak il-
perijodu la ma -
(i) kien f’xi żmien fis-servizz tar-Repubblika jew
ta’ organizzazzjoni internazzjonali li tagħha l-
Gvern ta’ Malta kien membru; l-anqas ma
(ii) ta avviż bil-miktub lill-Ministru dwar il-ħsieb
tiegħu li jżomm iċ-ċittadinanza ta’ Malta.
(3) Il-Ministru ma jipprivax persuna miċ-ċittadinanza skond
dan l-artikolu kemm-il darba ma jkunx sodisfatt li ma jkunx jaqbel
għall-ġid pubbliku li dik il-persuna tkompli tkun ċittadin ta’ Malta
u, fil-każ imsemmi fil-paragrafu (ċ) tas-subartikolu (2) ta’ dan l-
artikolu, jidhirlu li dik il-persuna ma ssirx minħabba f’hekk
apolidi.
(4) Qabel ma jagħmel ordni skond dan l-artikolu, il-Ministru
għandu jagħti lill-persuna li kontra tagħha jkun maħsub li jsir l-
ordni avviż bil-miktub biex jinformaha dwar ir-raġuni li għaliha
huwa maħsub li jsir u dwar id-dritt tagħha għal inkjesta skond dan
l-artikolu; u jekk dik il-persuna tapplika bil-mod preskritt għal
inkjesta, il-Ministru għandu jibgħat il-każ quddiem kumitat ta’
inkjesta li jkun magħmul minn chairman, li jkun persuna li jkollha
esperjenza ġudizzjarja, maħtur mill-Ministru u minn dawk il-
membri l-oħra maħtura mill-Ministru kif jidhirlu xieraq.
(5) Il-Ministru jista’ jagħmel regoli dwar il-prattika u l-
proċedura li għandhom jiġu segwiti dwar kumitat ta’ inkjesta
maħtur skond dan l-artikolu, u dawn ir-regoli jistgħu, b’mod
partikolari, jipprovdu għall-għoti lil kull kumitat bħal dak kull
setgħat, drittijiet jew privileġġi ta’ xi qorti, u biex kull setgħat hekk
mogħtija jkunu jistgħu jiġu eżerċitati minn membru wieħed jew
iżjed tal-kumitat.
Effett ta’ rinunzja 
jew privazzjoni. 
Rinumerat:
IV.2000.4.
15. (1) Ċittadin ta’ Malta li jkun ipprivat miċ-ċittadinanza
tiegħu b’ordni tal-Ministru skond l-artikolu 9 ta’ dan l-Att għandu,
ma’ l-egħmil ta’ l-ordni, itemm milli jkun ċittadin ta’ Malta.
(2) Ir-rinunzja minn xi persuna taċ-ċittadinanza tagħha Maltija
jew il-privazzjoni taċ-ċittadinanza Maltija ta’ xi persuna skond id-
disposizzjonijiet ta’ din it-Taqsima ta’ dan l-Att ma tolqotx ir-
responsabbiltà ta’ dik il-persuna għal xi reat magħmul minnha
qabel ir-rinunzja jew il-privazzjoni taċ-ċittadinanza tagħha.
Rinumerata:
IV.2000.4.
TAQSIMA VII 
SUPPLEMENTARI 
Nisa miżżewġa. 
Rinumerat:
IV.2000.4.
Emendat:
IV. 2000.9.
16. Għall-finijiet tat-Taqsimiet V u VI ta’ dan l-Att, kull mara
miżżewġa għandha titqies ta’ l-età.
ĊITTADINANZAMALTIJA  ġ K AP. 188.
Tfal illeġittimi u 
adottati u trabi 
misjuba.
Emendat:
LVIII.1974.68(2); 
IX. 1977.2; 
XXIV. 1989.6.
Rinumerat:
IV.2000.4.
Emendat:
IV. 2000.10.
17. (1) F’dan l-Att -
(a) kull riferenza għall-missier ta’ persuna għandha, dwar
persuna mwielda barra miż-żwieġ u mhux leġittima,
tiftiehem bħala riferenza għall-omm ta’ dik il-persuna;
(b) kull riferenza għall-missier ta’ persuna li tkun ġiet
adottata legalment qabel l-1 ta’ Jannar, 1977, għandha
tiftiehem bħala riferenza għall-adottant u fil-każ ta’
adozzjoni minn żewġ persuni flimkien, għall-adottant
raġel; u
(ċ) kull riferenza għall-ġenituri ta’ persuna li tkun ġiet
adottata legalment fi jew wara l-1 ta’ Awissu, 1989, u
li kienet fil-ġurnata effettiva ta’ l-adozzjoni tagħha
taħt l-età ta’ għaxar snin, għandha tiftiehem bħala
riferenza għall-adottanti.
(2) Għall-finijiet ta’ dan l-Att:
(a) l-adozzjoni ta’ xi persuna li ssir fi jew wara l-1 ta’
Jannar, 1977, u qabel l-1 ta’ Awissu, 1989, ma
għandhiex ikollha effett u għandha titqies daqslikieku
ma saritx; u
(b) l-adozzjoni ta’ xi persuna li ssir fi jew wara l-1 ta’
Awissu, 1989, li fil-ġurnata effettiva ta’ l-addozzjoni
tagħha kellha għaxar snin jew iktar, ma għandhiex
ikollha effett u għandha titqies daqslikieku ma saritx.
(3) Meta wara li jibda jseħħ dan l-Att tarbija tat-twelid tinsab
abbandunata f’xi post f’Malta, dik it-tarbija għandha, kemm-il
darba ma jiġix muri l-kuntrarju, titqies li twieldet f’Malta u f’kull
każ bħal dak, id-disposizzjonijiet tat-tielet proviso għas-subartikolu
(1) ta’ l-artikolu 5 ta’ dan l-Att, għandhom ikunu japplikaw għal
dik it-tarbija.
Tfal imwielda wara 
l-mewt tal-missier.
Rinumerat:
IV.2000.4.
18. Kull riferenza f’dan l-Att għall-istatus nazzjonali tal-
missier ta’ persuna fiż-żmien tat-twelid ta’ dik il-persuna għandha,
relattivament għal persuna mwielda wara l-mewt ta’ missierha,
tiftiehem bħala riferenza għall-istatus nazzjonali tal-missier fiż-
żmien tal-mewt tal-missier; u meta dik il-mewt tiġri qabel, u t-
twelid jiġri fi jew wara l-ġurnata stabbilita kif imfissra fl-artikolu
124 tal-Kostituzzjoni, l-istatus nazzjonali li l-missier kien ikollu
kieku miet fil-ġurnata stabbilita għandu jitqies li jkun l-istatus
nazzjonali tiegħu fiż-żmien tal-mewt tiegħu.
Deċiżjoni tal-
Ministru tkun 
finali.
Rinumerat:
IV.2000.4.
19. Il-Ministru ma jkunx meħtieġ li jagħti xi raġuni għall-għoti
jew għaċ-ċaħda ta’ xi applikazzjoni skond dan l-Att u d-deċiżjoni
tal-Ministru fuq xi applikazzjoni bħal dik ma tkunx suġġetta għal
appell jew reviżjoni f’xi qorti.
Ċertifikat ta’ 
ċittadinanza 
f’każijiet ta’ 
dubbju. 
Rinumerat:
IV.2000.4.
20. Il-Ministru jista’ f’dawk il-każijiet li jidhirlu xierqa, fuq l-
applikazzjoni ta’ xi persuna li dwar iċ-ċittadinanza tagħha ta’ Malta
jkun hemm dubbju, sew dwar kwistjoni ta’ fatt jew liġi, jiċċertifika
li dik il-persuna tkun ċittadin ta’ Malta; u ċertifikat maħruġ skond
dan l-artikolu għandu, kemm-il darba ma jiġix pruvat li ġie miksub
permezz ta’ qerq, rappreżentanza falza jew ħabi ta’ xi fatt
sostanzjali, ikun prova konklużiva li dik il-persuna kienet ċittadin
 12      KAP. 188.ħ      ĊITTADINANZAMALTIJA 
bħal dak fid-data tiegħu, iżda mingħajr ħsara għal kull prova li
kienet ċittadin bħal dak f’data ta’ qabel.
Mod kif isiru 
applikazzjonijiet.
Rinumerat:
IV.2000.4.
Emendat:
IV. 2000.11.
21. (1) Kull applikazzjoni skond dan l-Att għandha ssir lill-
Ministru.
(2) Kull applikazzjoni lill-Ministru skond dan l-Att -
(a) għandu jkollha magħha d-dritt preskritt (jekk ikun
hemm);
(b) meta l-formula ta’ l-applikazzjoni tkun preskritta
skond dan l-Att, għandha ssir f’dik il-formula b’dawk
it-tibdiliet kif jitolbu ċ-ċirkostanzi u kif jaċċetta l-
Ministru;
(ċ) għandha tkun appoġġata minn dik il-prova tad-
dikjarazzjonijiet magħmula fiha kif jista’ jkun
preskritt skond dan l-Att jew kif il-Ministru jista’
jeħtieġ; u
(d) għandha tkun konfermata b’affidavit magħmul
quddiem maġistrat jew kummissjonarju b’setgħa li
jagħti l- ġurament.
Provi. 
Rinumerat:
IV.2000.4.
Emendat:
IV. 2000.12.
22. (1) Kull dokument li jidher li jkun avviż, ċertifikat, ordni
jew dikjarazzjoni, jew kull reġistrazzjoni f’reġistru, jew firma ta’
ġurament ta’ lealtà jew dikjarazzjoni ta’ rinunzja, mogħtija jew
magħmula skond dan l-Att, għandhom jittieħdu bi prova, u
għandhom, kemm-il darba ma jiġix pruvat il-kuntrarju, jitqiesu li
ġew mogħtija jew magħmula minn jew f’isem il-persuna li minnha
jew li f’isimha jidher li tkun ġiet mogħtija jew magħmula.
(2) Prova prima facie ta’ xi dokument bħal dak kif intqal qabel
tista’ tingħata bil-produzzjoni ta’ dokument li jidher li jkun
awtentikat bħala kopja vera tiegħu minn dik il-persuna u b’dak il-
mod kif jista’ jiġi preskritt.
(3) Kull reġistrazzjoni f’reġistru magħmula skond dan l-Att
għandha tittieħed bħala prova tal-ħwejjeġ imsemmija fir-
reġistrazzjoni.
Reati. 
Rinumerat:
IV.2000.4.
Emendat:
IV. 2000.13.
23. (1) Kull min, sabiex jipprokura biex xi ħaġa ssir jew ma
ssirx skond dan l-Att, jagħmel xi dikjarazzjoni li jkun jaf li hija
falza f’dettal sostanzjali, jew bi traskuraġni kbira jagħmel xi
dikjarazzjoni li tkun falza f’dettal sostanzjali, ikun ħati ta’ reat u
jeħel meta jinsab ħati priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn
sitt xhur jew multa ta’ mhux anqas minn ħamsin u mhux aktar minn
mitt lira jew dik il-priġunerija u multa flimkien.
(2) Kull min jonqos milli jħares xi ħtieġa imposta lilu
b’regolamenti magħmula skond dan l-Att dwar il-konsenja ta’
ċertifikati ta’ naturalizzazzjoni jew ċertifikati ta’ reġistrazzjoni
jkun ħati ta’ reat u jeħel meta jinsab ħati priġunerija għal żmien ta’
mhux iżjed minn sitt xhur jew multa ta’ mhux anqas minn ħamsin u
mhux aktar minn mitt lira jew dik il-priġunerija u multa flimkien.
ĊITTADINANZAMALTIJA  ġ K AP. 188.
Regolamenti. 
Emendat: 
LVIII. 1974.68.
Rinumerat:
IV.2000.4.
Emendat:
IV. 2000.14.
24. (1) Il-President ta’ Malta jista’ b’regolamenti jipprovdi
b’mod ġenerali sabiex tingħata esekuzzjoni lill-iskopijiet ta’ dan l-
Att u b’mod partikolari - 
(a) biex jippreskrivi kull ħaġa li għandha tiġi preskritta
skond dan l-Att; 
(b) għar-reġistrazzjoni ta’ xi ħaġa meħtieġa jew
awtorizzata skond dan l-Att biex tiġi reġistrata;
(ċ) għall-għoti u teħid ta’ ġuramenti ta’ lealtà skond dan l-
Att, għaż-żmien li fih ġuramenti ta’ lealtà għandhom
jittieħdu u għar-reġistrazzjoni ta’ ġuramenti ta’ lealtà;
(d) għall-għoti ta’ xi avviż meħtieġ jew awtorizzat li
jingħata lil xi persuna skond dan l-Att;
(e) għat-tħassir tar-reġistrazzjoni ta’, u t-tħassir u
korrezzjoni ta’ ċertifikati dwar, persuni pprivati miċ-
ċittadinanza skond dan l-Att, u għall-ħtieġa li dawk iċ-
ċertifikati jiġu konsenjati għal dawk l-iskopijiet;
(f) għar-reġistrazzjoni tat-twelid u mewt ta’ persuni ta’
kull klassi jew deskrizzjoni mwielda jew li jmutu
x’imkien li mhux Malta u xort’oħra għar-reġistrazzjoni
f’konsolati Maltin;
(g) biex it-twelid u l-mewt ta’ ċittadini ta’ Malta mwielda
jew li jmutu f’xi pajjiż li fih il-Gvern ta’ Malta ma
jkollux għal dak iż-żmien rappreżentant diplomatiku
jew konsolari jkunu jistgħu jiġu reġistrati minn persuni
impjegati fis-servizz diplomatiku, konsolari jew
servizz esteru ieħor ta’ xi pajjiż li, b’arranġament mal-
Gvern ta’ Malta, ikun assuma li jirrappreżenta l-
interessi ta’ dak il-Gvern f’dak il-pajjiż, jew minn
persuna awtorizzata għal hekk mill-President ta’ Malta
u għar-reġistrazzjoni hekk ta’ ċittadini ta’ Malta
ordinarjament residenti barra minn Malta;
Kap. 35.
(h) biex jippreskrivi formuli, u biex jipprovdi għall-
imposizzjoni u ġbir ta’ drittijiet, dwar kull
applikazzjoni magħmula lill-Ministru jew dwar kull
reġistrazzjoni, jew l-egħmil ta’ kull dikjarazzjoni, jew
l-għoti ta’ kull ċertifikat, jew it-teħid ta’ kull ġurament
ta’ lealtà, awtorizzat li jsir, jingħata jew jittieħed bi
jew skond dan l-Att, u dwar l-għoti ta’ kopja
awtentikata jew kopja oħra ta’ xi avviż, ċertifikat,
ordni, dikjarazzjoni jew reġistrazzjoni, mogħtija jew
magħmula kif intqal qabel u biex jipprovdi li d-
disposizzjonijiet jew xi waħda mid-disposizzjonijiet
ta’ l-Ordinanza dwar id-Drittijiet għandhom japplikaw
għal dawk id-drittijiet bħallikieku kienu drittijiet
preskritti bis-saħħa tagħhom.
(2) Kull regolamenti magħmula skond dan l-artikolu għandhom
jitqegħdu quddiem il-Kamra tad-Deputati kemm jista’ jkun malajr
wara li jsiru, u jekk, egħluq l-għoxrin ġurnata li jibdew mill-
ġurnata li fiha xi regolamenti bħal dawk ikunu hekk tqegħdu
quddiemha, il-Kamra tad-Deputati tirrisolvi illi r-regolamenti jiġu
 14      KAP. 188.ħ      ĊITTADINANZAMALTIJA 
annullati, huma għandhom minn dikinhar ikunu nulli, iżda
mingħajr ħsara għal kull ħaġa li tkun saret qabel bis-saħħa tagħhom
jew għall-egħmil ta’ xi regolamenti ġodda:
Iżda ma jkunx magħdud fil-kalkolu ta’ l-imsemmija
għoxrin ġurnata ebda perijodu ta’ erbat ijiem jew iżjed konsekuttivi
li jaħbtu bejn xi żewġ seduti konsekuttivi tal-Kamra tad-Deputati.
Pubblikazzjoni ta’ 
l-ismijiet ta’ 
ċittadini ta’ Malta 
b’reġistrazzjoni 
jew 
b’naturalizzazzjoni
Miżjud:
XXXI. 1972.3. 
Rinumerat:
IV.2000.4.
25. (1) Mhux iktar tard minn ħmistax-il ġurnata wara t-tmiem
ta’ kull tliet xhur il-Ministru għandu jġiegħel li tiġi pubblikata fil-
Gazzetta tal-Gvern lista li jkun fiha l-isem u l-kunjom tal-persuni
kollha li jkunu saru ċittadini ta’ Malta b’reġistrazzjoni jew
b’naturalizzazzjoni matul it-tliet xhur li jkunu għadhom kemm
għaddew.
(2) Għall-fini ta’ dan l-artikolu, "tliet xhur" tfisser kull
perijodu ta’ tliet xhur kalendarju li jibda fl-1 ta’ Jannar, fl-1 ta’
April, fl-1 ta’ Lulju jew fl-1 ta’ Ottubru ta’ kull sena.
Miżjuda:
IV. 2000.15.
TAQSIMA VIII
DISPOŻIZZJONIJIET LI JIRRIGWARDAW IŻ-ŻMIEN 
Disposizzjonijiet li 
jirrigwardaw iż-
żmien.
26. (1) Il-Ministru u kull uffiċjal tal-Gvern għaldaqshekk
awtorizzat mill-Ministru jista’- 
(a) jiddikjara li kull perjodu speċifikat fil-Kapitolu III tal-
Kostituzzjoni ta’ Malta kif fis-seħħ qabel ma sar liġi l-
Att ta’ l-2000 li jemenda l-Kostituzzjoni ta’ Malta, li
matulu persuna hemm imsemmija setgħet tagħmel
applikazzjoni għal reġistrazzjoni, għandu, għar-
rigward ta’ persuna bħal dik li jkollha moħħha marid
matul dak il-perjodu, jiġi hekk imtawwal b’mod li
jippermetti, fil-fehma tal-Ministru jew ta’ l-uffiċjal
hekk awtorizzat, lil dik il-persuna meta jkollha
moħħha tajjeb l-opportunità li tagħmel applikazzjoni
għal reġistrazzjoni taħt l-imsemmi Kapitolu III kif
kien fis-seħħ qabel ma sar liġi l-Att ta’ l-2000 li
jemenda l-Kostituzzjoni ta’ Malta;
(b) f’kull każ ieħor li fih ikun sodisfatt li persuna
msemmija fil-Kapitolu III tal-Kostituzzjoni ta’ Malta
kif fis-seħħ qabel ma sar liġi l-Att ta’ l-2000 li
jemenda l-Kostituzzjoni ta’ Malta, ma tkunx minħabba
f’xi ċirkostanzi mhux attribwibbli għal xi nuqqas jew
negliġenza tagħha, tista’ tagħmel l-applikazzjoni fil-
perjodu speċifikat jew preskritt għar-rigward ta’ dik il-
persuna f’dak il-Kapitolu, jista’ jiddikjara li dak il-
perjodu għar-rigward ta’ dik il-persuna għandu jiġi
hekk imtawwal sabiex jippermetti, fil-fehma tal-
Ministru jew ta’ dak l-uffiċjal hekk awtorizzat, lil dik
il-persuna opportunità li tagħmel applikazzjoni għal
reġistrazzjoni skond il-Kapitolu III tal-Kostituzzjoni
ta’ Malta kif fis-seħħ qabel ma sar liġi l-Att ta’ l-2000
ĊITTADINANZAMALTIJA  ġ K AP. 188.
li jemenda l-Kostituzzjoni ta’ Malta. 
(2) Is-setgħa tal-Ministru u ta’ kull uffiċjal tal-Gvern
awtorizzat għaldaqshekk mill-Ministru taħt dan l-artikolu tista’ tiġi
eżerċitata qabel jew wara l-iskadenza tal-perjodu rilevanti
speċifikat fil-Kapitolu III tal-Kostituzzjoni ta’ Malta kif fis-seħħ
qabel ma sar liġi l-Att ta’ l-2000 li jemenda l-Kostituzzjoni ta’
Malta. 
Disposizzjonijiet 
transitorja.
27. (1) Il-ksib jew iż-żamma taċ-ċittadinanza Maltija minn
persuna taħt il-Kostituzzjoni ta’ Malta jew kull liġi oħra, qabel ma
sar liġi l-Att ta’ l-2000 li jemenda l-Att dwar iċ-Ċittadinanza
Maltija, ma għandhom jintlaqtu b’ebda mod mid-disposizzjonijiet
ta’ dak l-Att.
(2) Dan l-Att ma għandux japplika għar-rigward ta’ xi
applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala ċittadin ta’ Malta li tkun
ġiet ippreżentata qabel il-15 ta’ Awissu, 1999.
Emendata: 
LVIII. 1974.68(2). 
Sostitwita: 
XXIV. 1989.7.
SKEDA 
ĠURAMENT TA’ LEALTÀ
(ARTIKOLU 10)
Jiena ....................................................... solennement naħlef/
niddikjara li nkun verament fidil u leali lejn il-Poplu u r-
Repubblika ta’ Malta u lejn il-Kostituzzjoni tagħha. (Hekk Alla
jgħini).
