PROĊEDURIĠUDIZZJARJI(UŻUTA’L-ILSIENINGLIŻ)  ġKAP. 189.  1
KAPITOLU 189
ATT DWAR PROĊEDURI ĠUDIZZJARJI
 (UŻU TA’ L-ILSIEN INGLIŻ)
Biex jipprovdi għall-użu ta’ l-ilsien Ingliż fi proċeduri ġudizzjarji f’ċerti
każijiet.
(15 ta’ Settembru, 1965)*
Sar liġi bl-ATT XXXII ta’ l-1965, kif emendat bl-Att XI ta’ l-1973.
Titolu fil-qosor. 
(Użu ta’ l-Ilsien Ingliż).
Proċeduri f’qorti 
ta’ ġurisdizzjoni 
ċivili.
2. F’qorti ta’ ġurisdizzjoni ċivili -
(a) meta l-partijiet kollha jkunu persuni li jitkellmu bl-
Ingliż, il-qorti għandha tordna illi l-proċeduri jsiru bl-
ilsien Ingliż;
(b) meta waħda jew iżjed mill-partijiet tkun jew ikunu
jitkellmu bil-Malti u waħda jew iżjed tkun jew ikunu
jitkellmu bl-Ingliż u l-partijiet kollha li jitkellmu bil-
Malti jagħmlu dikjarazzjoni fl-inkartament tal-qorti li
jaċċettaw li l-proċeduri jsiru bl-ilsien Ingliż, jew meta
ebda waħda mill-partijiet ma tkun la persuna li
titkellem bil-Malti u l-anqas persuna li titkellem bl-
Ingliż, il-qorti tista’ tordna li l-proċeduri jsiru bl-ilsien
Ingliż;
(ċ) meta xi waħda mill-partijiet tkun persuna li titkellem
bl- Ingliż u ebda waħda mill-partijiet ma tkun persuna
li titkellem bil-Malti, il-qorti għandha tordna illi l-
proċeduri jsiru bl-ilsien Ingliż;
(d) meta qorti tkun ordnat li l-proċeduri jsiru bl-ilsien
Ingliż, dak l-ilsien għandu jiġi wżat fl-istadji kollha
sussegwenti tal-proċeduri, kemm-il darba l-ordni ma
jiġix revokat minn dik il-qorti jew minn xi qorti oħra li
quddiemha jkunu pendenti l-proċeduri;
(e) in-noti tad-deposizzjoni tax-xhieda għandhom jiġu
miktuba bil-Malti, ħlief meta d-deposizzjoni tingħata
bl-Ingliż, f’liema każ dawk in-noti għandhom jiġu
miktuba bl-Ingliż:
Iżda meta n-noti jiġu miktuba bl-Ingliż fi
proċeduri li jsiru bl-ilsien Malti jew bil-Malti fi
proċeduri li jsiru bl-ilsien Ingliż, għandha titqiegħed
mir-reġistratur fl-inkartament kemm jista’ jkun malajr
traduzzjoni ta’ dawk in-noti fl-ilsien li bih ikunu qed
isiru l-proċeduri.
*Ara Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 545 tas-17 ta’ Settembru, 1965.
 2      KAP. 189.ħ PROĊEDURIĠUDIZZJARJI(UŻUTA’L-ILSIENINGLIŻ)
Proċeduri f’qorti 
ta’ ġurisdizzjoni 
kriminali.
3. F’qorti ta’ ġurisdizzjoni kriminali -
(a) meta l-persuni kollha akkużati jkunu jitkellmu bl-Ingliż,
il-qorti għandha tordna illi l-proċeduri jsiru bl-ilsien
Ingliż;
(b) meta minn żewġ persuni jew iżjed akkużati flimkien
waħda jew iżjed tkun jew ikunu jitkellmu bil-Malti u
waħda jew iżjed tkun jew ikunu jitkellmu bl-Ingliż u l-
persuni kollha li jitkellmu bil-Malti hekk akkużati
jagħmlu dikjarazzjoni fl-inkartament tal-qorti li
jaċċettaw li l-proċeduri jsiru bl-ilsien Ingliż, jew meta
ebda waħda mill-partijiet ma tkun la persuna li
titkellem bil-Malti u l-anqas persuna li titkellem bl-
Ingliż, il-qorti tista’ tordna li l-proċeduri jsiru bl-ilsien
Ingliż;
(ċ) meta minn żewġ persuni jew iżjed akkużati flimkien
waħda jew iżjed tkun jew ikunu jitkellmu bl-Ingliż u
ebda waħda mill-oħrajn ma tkun titkellem bil-Malti, il-
qorti għandha tordna li l-proċeduri jsiru bl-ilsien
Ingliż;
(d) meta qorti tkun ordnat li l-proċeduri jsiru bl-ilsien
Ingliż, dak l-ilsien għandu jiġi wżat fl-istadji kollha
sussegwenti tal-proċeduri, kemm-il darba l-ordni ma
jiġix revokat minn dik il-qorti jew minn xi qorti oħra li
quddiemha jkunu pendenti l-proċeduri;
(e) meta għandha tiġi miktuba d-deposizzjoni tax-xhieda,
dina għandha tiġi miktuba bil-Malti, ħlief meta
tingħata bl-Ingliż, f’liema każ għandha tiġi miktuba
bl-Ingliż:
Iżda meta d-deposizzjoni tiġi miktuba bl-Ingliż fi
proċeduri li jsiru bl-ilsien Malti jew bil-Malti fi
proċeduri li jsiru bl-ilsien Ingliż, għandha titqiegħed
mir-reġistratur fl-inkartament kemm jista’ jkun malajr
traduzzjoni ta’ dik id-deposizzjoni fl-ilsien li bih ikunu
qed isiru l-proċeduri.
Deċiżjoni jew 
digriet tal-qorti 
dwar l-ilsien. 
4. Fil-każijiet kollha d-deċiżjoni jew digriet tal-qorti li
jistabbilixxi l-ilsien li bih għandhom isiru l-proċeduri għandu jiġi
reġistrat bl-ilsien li bih ikun ġie mogħti, flimkien ma’ traduzzjoni
bl-Ingliż jew bil-Malti, skond il-każ, meta xi waħda mill-partijiet
egħluq tlitt ijiem mid-data tad-deċiżjoni jew tad-digriet tapplika
għal dik it-traduzzjoni u tissodisfa lir-reġistratur li ma tifhimx bl-
ilsien li bih tkun ingħatat dik id-deċiżjoni jew digriet iżda li tifhem
bl-ilsien li fih tkun qed titlob li ssir it-traduzzjoni.
Notifika ta’ atti. 5. (1) Meta għandu jiġi notifikat xi att lil xi persuna li r-
reġistratur ikollu raġuni li jaħseb li titkellem bl-Ingliż, ir-
reġistratur għandu jara li ssir traduzzjoni tiegħu fl-ilsien Ingliż
minn uffiċjal tar-reġistru u n-notifika tiġi effettwata billi tiġi
konsenjata kopja ta’ l-oriġinal u t-traduzzjoni tiegħu.
(2) Jekk, għal xi raġuni tkun li tkun, it-traduzzjoni bl-Ingliż ta’
xi att bħal dak ma’ tiġix notifikata lil persuna li titkellem bl-Ingliż
dik il-persuna tista’ tagħmel fir-reġistru, jew tibagħat lir-
PROĊEDURIĠUDIZZJARJI(UŻUTA’L-ILSIENINGLIŻ)  ġKAP. 189.  3
reġistratur, b’kull mod, dikjarazzjoni fis-sens li hija persuna li
titkellem bl-Ingliż u titlob traduzzjoni bl-Ingliż ta’ l-att notifikat
lilha.
(3) Wara xi talba bħal dik, ir-reġistratur għandu jara li ssir
traduzzjoni ta’ l-att kif intqal qabel u li tiġi konsenjata lill-
applikant kemm jista’ jkun malajr; u, jekk f’xi każ bħal dan it-talba
msemmija tasal fir-reġistru tal-qorti mhux aktar tard mill-ħin
stabbilit għall-egħluq tiegħu fit-tielet ġurnata tax-xogħol wara d-
data tan-notifika tal-kopja ta’ l-att oriġinali, kull terminu legali jew
ġudizzjarju li l-bidu tiegħu jkun jiddependi min-notifika ta’ l-att
oriġinali għandu jibda jgħaddi mid-data tal-konsenja tat-
traduzzjoni.
(4) Jekk jiġi pruvat illi l-imsemmija dikjarazzjoni ma tkunx
ġiet magħmula  in bona fede, l-applikant ikun suġġett għal
proċeduri għal disprezz tal-qorti.
(5) Kopja bl-ilsien Ingliż tad-disposizzjonijiet tas-subartikoli
(1) sa (4) inklużi ta’ dan l-artikolu għandha tiġi riprodotta jew
annessa ma’ kull kopja ta’ kull att li għandu jiġi notifikat lil xi
persuna.
Proċeduri 
ġudizzjarji oħra. 
Emendat: 
XI. 1973. 377. 
Kap. 234.
Kap. 12. 
6. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (4) ta’ l-
artikolu 315 ta’ l-Att dwar il-Bastimenti Merkantili, il-proċeduri
kollha ġudizzjarji li mhux provdut għalihom speċifikatament fl-
artikoli ta’ qabel ta’ dan l-Att għandhom isiru, dwar l-ilsien, skond
il-prinċipji murija f’dawk l-artikoli u f’xi regoli magħmula skond l-
artikolu 29 tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.
Persuni li jitkellmu 
bil-Malti u persuni 
li jitkellmu bl-
Ingliż.
7. Għall-finijiet ta’ dan l-Att -
(a) persuna li titkellem bil-Malti hija persuna li taf
biżżejjed l-ilsien Malti biex tifhem sewwa u ssegwi l-
proċeduri li jsiru b’dak l-ilsien;
(b) persuna li titkellem bl-Ingliż hija persuna li ma tafx
biżżejjed l-ilsien Malti biex tifhem sewwa u ssegwi l-
proċeduri jekk isiru b’dak l-ilsien iżda li tkun taf
biżżejjed l-ilsien Ingliż biex tifhem sewwa u ssegwi l-
proċeduri b’dak l-ilsien;
(ċ) kull persuna għandha titqies li tkun titkellem bil-Malti
kemm-il darba l-qorti ma tkunx sodisfatta li ma hux
hekk.
