SERVIZZTA’GWIDITAT-TURISTIġ K AP. 190.    1
KAPITOLU 190
 ATT DWAR IS-SERVIZZ TA’ GWIDI 
TAT-TURISTI 
 Sabiex jipprovdi biex jiġi organizzat u regolat Servizz ta’ Gwidi tat-
Turisti.
23 ta’ Novembru, 1965
L-ATT XLVI ta’ l-1965, kif emendat bl-Atti XXXVI ta’ l-1977, XVI ta’ l-
1984 u II ta’ l-1986.
Titolu fil-qosor. 
Gwidi tat-Turisti.
Tifsir.
Emendat:
XXXVI. 1977.8; 
II. 1986.2. 
2. F’dan l-Att, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx
xort’oħra - 
"gwida tat-turisti" jew "gwida" tfisser kull persuna li tkun ġiet
maħruġa lilha liċenza skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 3;
"jippreskrivi" jew "preskritt" tfisser jippreskrivi jew preskritt
b’regolamenti magħmula skond dan l-Att;
"liċenza" tfisser liċenza ta’ gwida tat-turisti maħruġa mill-
Ministru skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 3;
"Malta" għandha l-istess tifsir kif mogħti lilha bl-artikolu 124
tal-Kostituzzjoni ta’ Malta;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għat-turiżmu u ħlief
għas-setgħa ta’ l-egħmil ta’ regolamenti taħt l-artikolu 11, tinkludi
kull persuna li taġixxi taħt l-awtorità  ta’ l-imsemmi Ministru;
"servizzi", dwar gwida tat-turisti, tfisser is-servizzi ta’
akkompanjar u gwidar ta’ persuni Maltin jew stranġieri f’tours
f’Malta jew f’xi parti minn Malta jew f’mużewijiet, monumenti jew
postijiet oħra ta’ interess f’Malta;
"turista" tinkludi persuni residenti f’Malta u għaqdiet ta’ persuni
f’Malta jew barra minn Malta li jinkoraġġixxu t-traffiku turistiku
f’Malta.
Gwida tat-turisti 
għandu jkollha 
liċenza.
Emendat: 
XXXVI.1977.8.
3. (1) Ħadd ma jista’ joffri s-servizzi tiegħu bħala gwida tat-
turisti jew jagħti dawk is-servizzi bi ħlas jew b’kumpens kemm-il
darba ma jkollux liċenza, u din il-liċenza tista’ tispeċifika l-lokalità
jew il-lokalitajiet li fihom, u l-ilsien jew l-ilsna li bihom, jista’
joffri jew jagħti s-servizzi tiegħu bħala gwida u tkun suġġetta għal
dawk il-kondizzjonijiet l-oħra li jista’ jimponi l-Ministru.
(2) Kull liċenza tali għandha tkun fil-forma murija fl-Iskeda,
għandu jkollha ritratt tad-detentur tagħha u għandha tiskadi fil-
wieħed u tletin ta’ Diċembru li jkun imiss wara d-data tal-ħruġ.
(3) Bla ħsara tad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 7, kull min
joffri s-servizzi tiegħu bħala gwida tat-turisti jew jagħti dawk is-
servizzi bi ħlas jew b’kumpens mingħajr liċenza maħruġa skond is-
subartikolu (1) jew mhux skond xi kondizzjonijiet imposti f’xi
  2      KAP. 190. ħ       SERVIZZTA’GWIDITAT-TURISTI
liċenza tali jkun ħati ta’ reat u jeħel, meta jinsab ħati, priġunerija
għal żmien ta’ mhux iżjed minn xahar jew multa ta’ mhux iżjed
minn ħamsa u għoxrin lira jew dik il-priġunerija u multa flimkien.
Il-Ministru jista’ 
jistabbilixxi n-
numru massimu ta’ 
liċenzi.
Emendat: 
XXXVI.l977.8. 
4. Il-Ministru jista’ minn żmien għal żmien jistabbilixxi n-
numru massimu ta’ liċenzi li jistgħu jiġu maħruġa skond dan l-Att u
jiddeċidi dwar it-tqassim ta’ dak in-numru jew ta’ parti minn dak
in-numru bejn kategoriji ta’ liċenzi li għandhom jiġu stabbiliti
b’riferenza għall-area jew arei li fihom, u l-ilsien jew l-ilsna li
bihom, għandhom jiġu moqdija s-servizzi bħala gwida.
Kondizzjonijiet li 
taħthom tiġi 
mogħtija 1-liċenza.
Emendat: 
XXXVI. 1977.8; 
XVI. 1984.2. 
5. (1) Ma għandha tingħata ebda liċenza mill-Ministru jekk
il-persuna li tapplika għaliha ma tissodisfax lill-Ministru li -
(a) tkun ta’ kondotta tajba u tkun persuna xierqa u adatta
biex tagħmilha ta’ gwida; u
(b) tkun b’saħħitha u ma tkunx tbati b’xi inkapaċità  li, fil-
fehma tal-Ministru, x’aktarx tfixkel il-qadi tas-servizzi
tagħha bħala gwida.
(2) Kull min japplika lill-Ministru għal liċenza jkun meħtieġ li
jersaq għal eżami u jikkwalifika fih qabel ma tiġi mogħtija lilu dik
il-liċenza:
Iżda kull min ikollu permess jew awtorizzazzjoni biex
jagħmilha ta’ gwida tat-turisti minnufih qabel ma jibda jseħħ dan l-
Att ma jkunx meħtieġ li jersaq għall-eżami msemmi f’dan is-
subartikolu u jikkwalifika fih.
(3) Kull gwida tat-turisti jista’, minn żmien kif jiġi stabbilit
mill-Ministru, ikun meħtieġ li joqgħod għal eżami u jikkwalifika
fih bħala kondizzjoni għat-tiġdid tal-liċenza tiegħu.
Trasferiment ta’ 
liċenza.
6. Il-liċenzi ma jkunux trasferibbli u kull min jittrasferixxi
liċenza jew jagħmel użu minn liċenza maħruġa f’isem ħaddieħor
jew jagħmel użu minn xi dokument ieħor sabiex juri ruħu falsament
bħala gwida tat-turisti jkun ħati ta’ reat skond dan l-Att u jeħel,
meta jinsab ħati, priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn xahar
jew multa ta’ mhux iżjed minn ħamsin lira jew dik il-priġunerija u
multa flimkien.
Produzzjoni tal-
liċenza u tat-
tariffa.
Emendat:
XXXVI.1977.8.
7. (1) Kull gwida għandu jipproduċi l-liċenza tiegħu għall-
ispezzjon fuq talba tal-Ministru jew ta’ xi persuna awtorizzata mill-
Ministru għal hekk jew ta’ xi turista li jkun applika għas-servizzi
tiegħu jew li lilu jkunu ġew offerti s-servizzi tiegħu.
(2) Kull gwida għandu jipproduċi għall-ispezzjon fuq talba ta’
xi turista li jkun applika għas-servizzi tiegħu jew li lilu jkunu ġew
offerti s-servizzi tiegħu kopja tat-tariffa tad-drittijiet preskritti għal
dawk is-servizzi.
Drittijiet għas-
servizzi ta’ gwidi 
tat-turisti. 
8. Ebda gwida ma għandu, dwar is-servizzi tiegħu, jitlob
direttament jew indirettament jew jiftiehem dwar ħlas jew kumpens
li jkun akbar mid-drittijiet preskritti għal dawk is-servizzi jew
jitlob jew jiftiehem dwar ħlas jew kumpens li jkun anqas minn
dawk id-drittijiet preskritti.
SERVIZZTA’GWIDITAT-TURISTIġ K AP. 190.    3
Sospensjoni jew 
tħassir ta’ liċenzi. 
Emendat: 
XXXVI. 1977.8. 
9. Meta, wara li jagħmel l-istħarriġ li jidhirlu xieraq, il-
Ministru ikun sodisfatt illi gwida - 
(a) ikun iddeporta ruħu b’mod mhux xieraq lejn turista;
jew 
(b) ikun għamel xi ħaġa li hija projbita b’dan l-Att jew
b’xi regolamenti magħmula bis-saħħa tiegħu jew
jonqos milli jagħmel xi ħaġa li jkun meħtieġ li jagħmel
b’dan l-Att jew b’xi regolamenti magħmula bis-saħħa
tiegħu; jew
(ċ) ikun ġie misjub ħati ta’ reat skond dan l-Att jew skond
xi regolamenti magħmula bis-saħħa tiegħu jew ta’ xi
reat ieħor li fil-fehma tal-Ministru jirrendih mhux
tajjeb biex ikompli jagħmilha ta’ gwida jew tirrifletti
ħażin fuq l-istat ta’ gwida,
il-Ministru jista’, wara li jieħu kont taċ-ċirkostanzi tal-każ, jew
jissospendi jew iħassar il-liċenza maħruġa lil dak il-gwida.
Rappreżentazzjo-
nijiet minn 
applikant, eċċ. 
Sostitwit: 
XXXVI. 1977.8. 
10. Qabel ma jiċħad milli jagħti jew milli jġedded liċenza taħt
dan l-Att u qabel ma jissospendi jew iħassar xi liċenza bħal dik, il-
Ministru għandu javża lill-applikant jew lid-detentur tal-liċenza
bil-ħsieb tiegħu u għandu jagħtih opportunità  li jagħmel
rappreżentazzjonijiet.
Regolamenti.
ġenerali sabiex tingħata esekuzzjoni għall-iskopijiet ta’ dan l-Att u
għall-ħdim tajjeb u effiċjenti ta’ servizz ta’ gwida tat-turisti
f’Malta u, mingħajr ħsara għall-ġeneralità  ta’ din is-setgħa, 
(a) biex jippreskrivi l-kondizzjonijiet tas-servizz ta’
gwidi, id-drittijiet li jistgħu jiġu mitluba mill-gwidi
għas-servizz tagħhom u r-rapporti li għandhom jiġu
magħmula mill-gwidi;
(b) biex tiġi evitata konnivenza bejn gwidi u persuni oħra
għad-detriment ta’ turisti;
(ċ) biex jirregola l-imġieba ta’ gwidi lejn turisti; u
(d) biex jippreskrivi l-pieni, li f’ebda każ ma għandhom
ikunu iżjed minn multa ta’ ħamsin lira, li jista’ jeħel
kull min jikser xi regolamenti magħmula skond dan l-
Att.
(2) Kull regolamenti magħmula skond dan l-artikolu għandhom
jitqegħdu quddiem il-Kamra tad-Deputati kemm jista’ jkun malajr
wara li jsiru, u jekk, fi żmien l-għoxrin ġurnata ta’ wara li jibdew
mill-ġurnata li fiha xi regolamenti tali jkunu ġew hekk imqegħda
quddiemha, il-Kamra tad-Deputati tirriżolvi illi r-regolamenti jiġu
annullati, għandhom minn dikinhar ikunu nulli, iżda mingħajr ħsara
ta’ xi ħaġa li tkun saret qabel bis-saħħa tagħhom jew ta’ l-egħmil
ta’ xi regolamenti oħra ġodda:
Iżda fil-kalkolu tal-għoxrin ġurnata ma għandux jiġi inkluż
xi perijodu ta’ erbat ijiem konsekuttivi jew iżjed li jkun hemm bejn
xi żewġ seduti konsekuttivi tal-Kamra tad-Deputati.
  4      KAP. 190. ħ       SERVIZZTA’GWIDITAT-TURISTI
L- Att dwar il-
Probation ma 
japplikax. 
Miżjud: 
II. 1986.3. 
Kap. 446. 
12. Id-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar il-Probation ma
japplikawx dwar reati taħt l-artikoli 3 u 6 u dwar xi reati kontra
regolamenti magħmula taħt l-artikolu 11.
Emendata: 
XXXVI.l977.8. 
SKEDA 
Att dwar is-Servizz ta’ Gwidi tat-Turisti
.................................................................................................
ta’ ............................................................................................
huwa b’din awtorizzat li jagħmilha ta’ gwida fi .........................
skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar is-Servizz ta’ Gwidi
tat-Turisti.
Ritratt tal-Gwida. Din il-liċenza tiskadi fil-31 ta’ Diċembru, 19 .......
 Illum ...........................
ta’ ................................ 
19..........
