IMMUNITAJIETUPRIVILEĠĠIDIPLOMATIĊIġ K AP. 191.    1
KAPITOLU 191
ATT DWAR L-IMMUNITAJIET U 
L-PRIVILEĠĠI DIPLOMATIĊI 
Biex jipprovdi għal ċerti immunitajiet u privileġġi ta’ rappreżentanti diplomatiċi u
konsolari, organizzazzjonijiet internazzjonali u rappreżentanti tagħhom u ċerti persuni oħra u
għal skopijiet inċidentali għall-ħwejjeġ fuq imsemmija jew li għandhom x’jaqsmu magħhom.
14 ta’ Jannar, 1966
L-ATT I ta’ l-1966, kif emendat bl-Att XIV ta’ l-2000.
TAQSIM TA’ L-ATT
Artikoli 
Taqsima I.  Preliminari  1-2 
Taqsima II.  Immunitajiet u Privileġġi Diplomatiċi  3-4
Taqsima III.  Organizzazzjonijiet Internazzjonali u Persuni li 
għandhom x’jaqsmu Magħhom  5-7
Taqsima IV.  Ġenerali  8-12 
Taqsima V.  Disposizzjonijiet Mixxellanji  13 
SKEDI
L-Ewwel Skeda
Artikoli tal-Konvenzjoni ta’ Vienna dwar Relazzjonijiet 
Diplomatiċi li għandha l-Forza ta’ Liġi f’Malta
It-Tieni Skeda
Organizzazzjoni Internazzjonali u Persuni Konnessi Magħha 
Taqsima I.  Immunitajiet u Privileġġi ta’ l-Organizzazzjoni
Taqsima II.  Immunitajiet u Privileġġi ta’ Funzjonarji Għolja, Rappreżentanti,
Membri ta’ Kumitati u Persuni fuq Missjonijiet 
Taqsima III.  Immunitajiet u Privileġġi ta’ Funzjonarji Oħra u ta’ Impjegati
Taqsima IV.  Immunitajiet u Privileġġi tal-Persunal Uffiċjali u tal-Familja ta’
Funzjonarju Għoli
  2      KAP. 191. ħ       IMMUNITAJIETUPRIVILEĠĠIDIPLOMATIĊI
TAQSIMA I 
PRELIMINARI
Titolu fil-qosor.  1. Dan l-Att jista’ jissejjaħ l-Att dwar l-Immunitajiet u l-
Privileġġi Diplomatiċi.
Tifsir. 2. (1) F’dan l-Att, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"funzjonarju konsolari" tfisser kull persuna nominata bħala
konslu-ġenerali, konslu, viċi-konslu jew aġent konsolari minn Stat
barrani u li jkollha exequatur validu jew awtorizzazzjoni oħra biex
taġixxi f’dik il-kariga f’Malta;
"impjegat konsolari" tfisser kull persuna, li ma tkunx funzjonarju
konsolari, impjegata fis-servizz amministrattiv jew tekniku ta’ post
konsolari;
"Malta" għandha l-istess tifsir kif mogħti lilha bl-artikolu 124
tal-Kostituzzjoni ta’ Malta;
"membri ta’ post konsolari" tfisser funzjonarji konsolari,
impjegati konsolari u persuni impjegati fis-servizz domestiku ta’
post konsolari;
"il-Ministru" tfisser il-Ministru li għal dak iż-żmien ikun
responsabbli għall-affarijiet barranin;
"post konsolari" tfisser kull konsolat-ġenerali, konsolat, viċi-
konsolat jew aġenzija konsolari.
(2) Riferenzi f’dan l-Att għal "funzjonarji konsolari",
"impjegati konsolari" u "membri ta’ post konsolari" għandhom
jiftehmu li jinkludu riferenzi għal persuni fis-servizz ta’
kwalunkwe pajjiż tal-Commonwealth ħlief Malta li jokkupaw dawk
il-karigi jew klassijiet ta’ karigi li jkunu speċifikati mill-Ministru
b’avviż fil-Gazzetta tal-Gvern li jkunu karigi jew klassijiet ta’
karigi li jidhru lill-Ministru li jinvolvu l-qadi ta’ dmirijiet li
jikkorrispondu b’mod sostanzjali għal dawk li, fil-każ ta’ Stat
barrani, jiġu moqdija minn funzjonarji konsolari, impjegati
konsolari u membri ta’ post konsolari rispettivament u riferenzi
għal "post konsolari" għandhom jiftehmu skond hekk.
(3) Il-Ministru jista’ jagħmel lista tal-pajjiżi tal-
Commonwealth għall-finijiet ta’ dan l-Att u għandu jara li dik il-
lista u kull emenda ta’ dik il-lista jew lista emendata tiġi pubblikata
b’avviż fil-Gazzetta tal-Gvern.
TAQSIMA II 
IMMUNITAJIET U PRIVILEĠĠI DIPLOMATIĊI
Applikazzjoni tal-
Konvenzjoni ta’ 
Vienna dwar 
Relazzjonijiet 
Diplomatiċi. 
3. (1) Bla ħsara tad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 12 ta’ dan
l-Att, l-Artikoli murija fl-Ewwel Skeda li tinsab ma’ dan l-Att (li
huma Artikoli tal-Konvenzjoni ta’ Vienna dwar Relazzjonijiet
IMMUNITAJIETUPRIVILEĠĠIDIPLOMATIĊIġ K AP. 191.    3
Diplomatiċi iffirmata fl-1961) għandu jkollhom is-saħħa ta’ liġi
f’Malta u għandhom għal dak l-iskop jiftiehmu skond id-
disposizzjonijiet li ġejjin ta’ dan l-artikolu.
(2) F’dawk l-Artikoli -
"aġenti ta’ l-Istat riċeventi" għandha tiftiehem bħala li tinkludi
kull membru tal-Korp tal-Pulizija ta’ Malta u kull persuna li
teżerċita setgħa ta’ dħul f’kull lokal skond il-liġi;
"l-Istat riċeventi" għandha tiftiehem bħala li tfisser Malta; 
"nazzjonali ta’ Stat riċeventi" għandha tiftiehem bħala li tfisser
ċittadin ta’ Malta.
(3) Għall-finijiet ta’ l-Artikolu 32 rinunzja mill-kap tal-
missjoni ta’ xi Stat jew minn xi persuna li għal dak iż-żmien tkun
qed taqdi l-funzjonijiet tiegħu għandha titqies li tkun rinunzja minn
dak l-Istat.
(4) L-Artikoli 35, 36 u 40 għandhom jiftiehmu bħala li jagħtu
kull privileġġ jew immunità  li dawk l-Artikoli jeħtieġu li jiġu
mogħtija.
(5) Ir-riferenzi fl-Artikoli 37 u 38 għal safejn huma ammessi xi
privileġġi jew immunitajiet mill-Istat riċeventi u għal privileġġi u
immunitajiet oħra li jistgħu jiġu mogħtija mill-Istat riċeventi
għandhom jiftiehmu bħala li jirriferixxu rispettivament għal safejn
privileġġi u immunitajiet jistgħu jiġu speċifikati mill-Ministru
b’ordni pubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern u għal kull privileġġ jew
immunità  oħra li jistgħu jkunu hekk speċifikati.
Privileġġi u 
immunitajiet 
konsolari. 
Kap. 144.
4. Mingħajr ma jiġu b’xi mod limitati l-privileġġi u l-
immunitajiet mogħtija lill-funzjonarji konsolari u lill-impjegati
konsolari bl-Att dwar il-Konvenzjonijiet dwar il-Konslijiet, u bla
ħsara tad-disposizzjonijiet ta’ l-Att preżenti, il-Ministru jista’
b’ordni, safejn ikun speċifikat fih, jeżenta lill-membri ta’ post
konsolari u lill membri tal-familji tagħhom mill-ħlas ta’ taxxi,
dazji, rati, drittijiet jew imposti oħra miġbura mill-Gvern ta’ Malta
jew minn awtorità  lokali:
Iżda dan l-artikolu -
(a) ma għandux japplika għal xi membru ta’ post
konsolari li jkun ċittadin ta’ Malta jew li jkun
permanentement residenti f’Malta; u
(b) ma għandux jolqot xi setgħa biex tingħata eżenzjoni
kif intqal qabel skond xi liġi oħra.
  4      KAP. 191. ħ       IMMUNITAJIETUPRIVILEĠĠIDIPLOMATIĊI
TAQSIMA III
ORGANIZZAZZJONIJIET INTERNAZZJONALI U PERSUNI LI 
GĦANDĦOM X’JAQSMU MAGĦHOM
Immunitajiet, 
privileġġi u 
kapaċitajiet ta’ 
ċerti 
organizzazzjonijiet
internazzjonali.
Emendat:
XIV.2000.2.
5. (1) Din it-Taqsima għandha tapplika:
(a) għal kull organizzazzjoni li l-Ministru jista’ b’ordni
jiddikjara li tkun organizzazzjoni li tagħha Malta jew
il-Gvern tagħha u xi Stat ieħor jew Stati aktar oħrajn
jew il-gvern jew il-gvernijiet tagħhom jistgħu jkunu
membri;
(b) għall- Bank ta’ l-Investiment Ewropew; u
(ċ) għal kull organizzazzjoni li l-Kamra tad-Deputati tista’
b’Riżoluzzjoni tiddikjara li tkun organizzazzjoni li
magħha Malta, jew il-Gvern ta’ Malta, tkun ser
tistabbilixxi jew tkun stabbiliet relazzjonijiet
kontrattwali.
(2) Il-Ministru jista’ minn żmien għal żmien b’ordni -
(a) jipprovdi li kull organizzazzjoni li għaliha japplika dan
l-artikolu (hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa "l-
organizzazzjoni") ikollha, safejn ikun speċifikat fl-
ordni, l-immunitajiet u l-privileġġi murija fit-Taqsima
I tat-Tieni Skeda li tinsab ma’ dan l-Att u għandu
jkollha l-kapaċitajiet legali ta’ persuna ġuridika;
(b) jagħti lil -
(i) kull persuni li jkunu rappreżentanti (sew ta’
gvernijiet sew le) f’xi organu ta’ l-
organizzazzjoni jew ikunu membri ta’ kumitat
ta’ l-organizzazzjoni jew ta’ xi organu tiegħu;
(ii) dawk il-funzjonarji jew klassijiet ta’ funzjonarji
ta’ l-organizzazzjoni kif ikunu speċifikati fl-
ordni, li jkunu jokkupaw dawk il-karigi għolja
fl-organizzazzjoni kif jistgħu jkunu hekk
speċifikati; u
(iii) dawk il-persuni impjegati f’missjonijiet f’isem
l-organizzazzjoni kif jistgħu jkunu speċifikati fl-
ordni,
safejn ikun speċifikat fl-ordni, l-immunitajiet u l-
privileġġi murija fit-Taqsima II tat-Tieni Skeda li
tinsab ma’ dan l-Att;
(ċ) jagħti lil dawk il-klassijiet ta’ funzjonarji u impjegati
oħra ta’ l-organizzazzjoni kif ikun speċifikat fl-ordni,
safejn ikun hekk speċifikat, l-immunitajiet u l-
privileġġi murija fit-Taqsima III tat-Tieni Skeda li
tinsab ma’ dan l-Att;
u t-Taqsima IV tat-Tieni Skeda li tinsab ma’ dan l-Att għandu
jkollha effett sabiex testendi għall-persunal ta’ dawk ir-
rappreżentanti u membri kif imsemmija fis-sub-paragrafu (i) tal-
paragrafu (b) ta’ dan is-subartikolu u għall-familji tal-funzjonarji
ta’ l-organizzazzjoni, kull immunità  u privileġġ mogħti lir-
IMMUNITAJIETUPRIVILEĠĠIDIPLOMATIĊIġ K AP. 191.    5
rappreżentanti, membri jew funzjonarji skond dak il-paragrafu,
ħlief safejn l-applikazzjoni ta’ l-imsemmija Taqsima IV tkun
eskluża bl-ordni li jagħti l-immunitajiet u l-privileġġi.
(3) Ordni magħmul skond dan l-artikolu jista’, minkejja
kwalunkwe disposizzjoni f’xi liġi miktuba, inkluż dan l-Att, jagħti
lil kull organizzazzjoni jew persuna kull immunitajiet jew
privileġġi li jkunu meħtieġa li jiġu mogħtija lil dik l-
organizzazzjoni jew persuna sabiex jingħata effett lil xi ftehim
internazzjonali għal hekk iżda ma jagħti ebda immunità  jew
privileġġ akbar fl-estensjoni minn dak meħtieġ kif intqal qabel jew
immunità  jew privileġġ lil xi persuna bħala r-rappreżentant tal-
Gvern ta’ Malta jew bħala membru tal-persunal ta’ dan ir-
rappreżentant.
Setgħa li jingħataw 
immunitajiet u 
privileġġi lil ċerti 
persuni.
6. Il-Ministru jista’ minn żmien għal żmien b’ordni jagħti lill-
imħallfin u lir-reġistraturi tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja
mwaqqfa bil-Karta tan-Nazzjonijiet Magħquda, u ta’ kull
istituzzjoni internazzjonali ġudizzjarja approvata mill-Ministru, u
lill-partijiet fi proċeduri quddiem dik il-Qorti jew quddiem xi
istituzzjoni tali u lill-aġenti, difensuri u avukati tagħhom, dawk l-
immunitajiet, privileġġi u faċilitajiet li jistgħu jkunu meħtieġa biex
jagħtu effett għal xi riżoluzzjoni ta’ l-Assemblea Ġenerali tan-
Nazzjonijiet Magħquda jew xi konvenzjoni approvata minnha jew,
fil-każ ta’ xi istituzzjoni bħal dik kif intqal qabel, kif il-Ministru
jista’ jqis meħtieġ għall-qadi xieraq tal-funzjonijiet tagħha.
Immunitajiet u 
privileġġi ta’ 
rappreżentanti li 
jattendu konferenzi 
internazzjonali.
7. (1) Meta tinżamm konferenza f’Malta u jkun hemm
preżenti rappreżentanti tal-Gvern ta’ Malta u tal-gvern jew tal-
gvernijiet ta’ xi Stat wieħed ieħor jew iżjed, il-Ministru jista’
jagħmel dik il-lista tar-rappreżentanti tal-gvern jew tal-gvernijiet l-
aħħar imsemmija u tal-membri tal-persunal uffiċjali tiegħu kif
jidhirlu xieraq, u għandu jara li dik il-lista u kull emenda ta’ dik il-
lista jew lista emendata tiġi pubblikata b’avviż fil-Gazzetta tal-
Gvern, u, bla ħsara tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, kull
rappreżentant tal-gvern ta’ dak l-Istat li jkun għal dak iż-żmien
inkluż fil-lista jkollu dritt għall-istess immunitajiet kif huma
mogħtija lil kap ta’ missjoni ta’ Stat mandanti akkreditat lil Malta u
lill-membri tal-persunal uffiċjali ta’ dak il-kap ta’ missjoni
rispettivament.
(2) Kull lista jew emenda tagħha pubblikata skond dan l-
artikolu għandha tinkludi dikjarazzjoni dwar id-data minn meta l-
lista jew l-emenda tibda jew tkun bdiet isseħħ, skond il-każ.
TAQSIMA IV 
ĠENERALI
Il-Ministru għandu 
jippubblika l-listi.
8. Il-Ministru għandu jagħmel lista tal-persuni li jidhru lilu li
jkollhom dritt għall-immunitajiet jew għall-privileġġi bis-saħħa
jew skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, ħlief -
(a) tfal taħt l-età  ta’ tmintax-il sena ta’ persuna li jkollha
  6      KAP. 191. ħ       IMMUNITAJIETUPRIVILEĠĠIDIPLOMATIĊI
dak id-dritt; u
(b) kull min ikollu ismu jidher fuq lista pubblikata skond
l-artikolu 7 ta’ dan l-Att,
u huwa għandu minn żmien għal żmien jemenda l-lista u għandu
jara li l-lista u kull emenda tagħha jew il-lista emendata tiġi
pubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern.
Prova.  9. Jekk tinħoloq il-kwistjoni f’xi proċeduri jekk xi persuna
jew organizzazzjoni jkollhiex dritt jew le għall-immunitajiet jew
privileġġi bis-saħħa jew skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att,
ċertifikat maħruġ mill-Ministru taħt l-awtorità  tiegħu li jiddikjara
xi fatt relattiv għal dik il-kwistjoni jkun prova deċiżiva ta’ dak il-
fatt.
Rinunzja.  10. (1) Funzjonarju konsolari jew kull persuna li għal dak iż-
żmien tkun qed taqdi l-funzjonijiet ta’ funzjonarju konsolari jista’
jirrinunzja għal kull immunità  jew privileġġ mogħti lilu skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew lil membru ieħor tal-post
konsolari li għal dak iż-żmien ikun inkarigat minnu u dik ir-
rinunzja għandha tkun espressa u għandha tiġi komunikata lill-
Gvern ta’ Malta bil-miktub.
(2) Kull immunità  jew privileġġ mogħti skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 5, 6 u 7 ta’ dan l-Att jista’ jiġi
rinunzjat b’dak il-mod kif jista’ jiġi preskritt mill-Ministru fl-ordni
jew fl-avviż relattiv.
Disposizzjonijiet 
dwar eżenzjonijiet 
minn taxxi, dazji, 
eċċ.
11. (1) Kull oġġett li jiġi importat jew li jiġi maħruġ mid-
depożt mingħajr ħlas tad-dazju tad-dwana bis-saħħa ta’ xi
immunità  jew privileġġ mogħti bid-disposizzjonijiet jew skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att ma għandux jiġi mibjugħ jew
xort’oħra mogħti lil persuna li ma jkollhiex dritt għall-istess
immunità  jew privileġġ ħlief bil-kunsens tal-Kontrullur tad-Dwana
u wara li jitħallas lilu d-dazju tad-dwana fuqu bir-rata meħtieġa
skond il-liġi relattiva għall-ħlas ta’ dazju tad-dwana.
(2) Kull eżenzjoni minn dazju tad-dwana mogħtija lil xi
persuna b’dan l-Att jew bis-saħħa tiegħu ma għandhiex tiftiehem li
teżenta lil dik il-persuna milli tħares il-formalitajiet dwar l-
importazzjoni ta’ oġġetti li huma preskritti b’xi liġi dwar id-dwana
jew dwar l-importazzjoni ta’ oġġetti.
(3) Kull eżenzjoni minn taxxi, dazji, rati, drittijiet jew imposti
oħra li għalihom jirriferixxi dan l-Att tkun suġġetta għat-tħaris ta’
dawk il-kondizzjonijiet kif il-Ministru responsabbli għall-finanzi
jew kull uffiċjal pubbliku delegat minnu għal hekk jista’
jippreskrivi għall-protezzjoni tad-dħul.
Limitazzjoni ta’ 
immunitajiet u 
privileġġi.
12. (1) Jekk il-Ministru jidhirlu illi l-immunitajiet u l-
privileġġi mogħtija lil missjoni jew lil post konsolari ta’ Malta fit-
territorju ta’ xi Stat, jew lil persuni konnessi ma’ dik il-missjoni
jew post konsolari, ikunu anqas minn dawk mogħtija bid-
disposizzjonijiet jew skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att lill-
missjoni jew post konsolari ta’ dak l-Istat jew lil persuni konnessi
ma’ dik il-missjoni jew post konsolari, il-Ministru jista’ b’ordni
jirtira mill-missjoni jew post konsolari ta’ dak l-Istat jew minn
IMMUNITAJIETUPRIVILEĠĠIDIPLOMATIĊIġ K AP. 191.    7
dawk il-persuni konnessi magħhom dawk l-immunitajiet u
privileġġi hekk mogħtija kif jidher lill-Ministru li jkun xieraq.
(2) Ebda ħaġa f’dan l-Att ma għandha tiftiehem li tipprekludi
lill-Ministru milli jiċħad li jagħti immunitajiet jew privileġġi lil,
jew jirtira l-immunitajiet jew privileġġi minn, nazzjonali jew
rappreżentanti ta’ xi Stat minħabba li dak l-Istat jonqos milli jagħti
immunitajiet jew privileġġi korrispondenti lil ċittadini jew
rappreżentanti ta’ Malta.
TAQSIMA V 
DISPOSIZZJONIJIET MIXXELLANJI
Każijiet ta’ konflitt 
jew inkonsistenza.
Kap. 144.
13. Meta jkun hemm xi konflitt jew inkonsistenza bejn xi
disposizzjoni ta’ dan l-Att jew ta’ xi ordni jew avviż magħmul jew
maħruġ bis-saħħa tiegħu u xi disposizzjoni ta’ xi liġi oħra miktuba
ħlief l-Att dwar il-Konvenzjonijiet dwar Konslijiet, f’dak il-każ id-
disposizzjoni ta’ dan l-Att jew ta’ l-ordni jew avviż magħmul jew
maħruġ bis-saħħa tiegħu għandha tipprevali, u d-disposizzjoni ta’
dik il-liġi miktuba ma għandhiex, safejn jirrigwarda l-konflitt jew
inkonsistenza, ikollha effett.
  8      KAP. 191. ħ       IMMUNITAJIETUPRIVILEĠĠIDIPLOMATIĊI
SKEDI
L-EWWEL SKEDA 
(Artikolu 3) 
ARTIKOLI TAL-KONVENZJONI TA’ VIENNA DWAR RELAZZJONIJIET DIPLOMATIĊI 
LI GĦANDHA L-FORZA TA’ LIĠI F’MALTA
ARTIKOLU 1
Għall-fini ta’ din il-Konvenzjoni, il-frażijiet li ġejjin għandu jkollhom it-tifsiriet
mogħtija lilhom hawn taħt:
(a) il-"kap tal-missjoni" huwa l-persuna inkarigata mill-Istat mandanti bid-
dmir li taġixxi f’dik il-kariga;
(b) il-"membri tal-missjoni" huma l-kap tal-missjoni u l-membri tal-
persunal tal-missjoni;
(ċ) il-"membri tal-persunal tal-missjoni" huma l-membri tal-persunaI
diplomatiku, tal-persunal amministrattiv u tekniku u tal-persunal tas-
servizz tal-missjoni;
(d) il-"membri tal-persunal diplomatiku" huma l-membri tal-persunal tal-
missjoni li jkollhom rank diplomatiku;
(e) "aġent diplomatiku" huwa l-kap tal-missjoni jew membru tal-persunal
diplomatiku tal-missjoni;
(f) il-"membri tal-persunal amministrattiv u tekniku" huma l-membri tal-
persunal tal-missjoni impjegati fis-servizz amministrattiv u tekniku tal-
missjoni;
(g) il-"membri tal-persunal tas-servizz" huma l-membri tal-persunal tal-
missjoni fis-servizz domestiku tal-missjoni;
(h) "seftur privat" huwa persuna li tkun fis-servizz domestiku ta’ membru
tal-missjoni u li ma tkunx impjegata ta’ l-Istat mandanti;
(i) il-"lokal tal-missjoni" huwa l-bini jew partijiet ta’ bini u l-art anċillari
għalih, indipendentement mill-proprjetà , użati għall-bżonnijiet tal-
missjoni inkluża r-residenza tal-kap tal-missjoni.
ARTIKOLU 22
1. Il-lokal tal-missjoni jkun invjolabbli. L-aġenti ta’ l-Istat riċeventi ma
jistgħux jidħlu fih, ħlief bil-kunsens tal-kap tal-missjoni.
2. L-Istat riċeventi jkun taħt dmir speċjali li jieħu l-passi kollha xierqa biex
jipproteġi l-lokal tal-missjoni kontra kull intrużjoni jew ħsara u biex jevita kull ksur
tal-bonordni tal-missjoni jew tnaqqis tad-dinjità  tagħha.
3. Il-lokal tal-missjoni, l-arredamenti tiegħu u l-proprjetà  l-oħra fih u l-mezzi
tat-trasport tal-missjoni jkunu immuni minn perkwiżizzjoni, rekwiżizzjoni,
sekwestru jew qbid.
ARTIKOLU 23
l. L-Istat mandanti u l-kap tal-missjoni jkunu eżenti minn kull imposti u taxxi
nazzjonali, reġjonali jew muniċipali dwar il-lokal tal-missjoni, sew jekk ikun ta’
IMMUNITAJIETUPRIVILEĠĠIDIPLOMATIĊIġ K AP. 191.    9
proprjetà  tagħhom sew jekk ikun mikri lilhom, ħlief dawk li jirrappreżentaw ħlas
għal servizz speċifiku mogħti.
2. L-eżenzjoni mit-tassazzjoni msemmija f’dan l-Artikolu ma għandhiex
tapplika għal dawk l-imposti u taxxi li jitħallsu skond xi liġi ta’ l-Istat riċeventi minn
persuni li jikkontrattaw ma’ l-Istat mandanti jew mal-kap tal-missjoni.
ARTIKOLU 24
L-arkivji u d-dokumenti tal-missjoni jkunu invjolabbli f’kull żmien u kull fejn
ikunu jinsabu.
ARTIKOLU 27
1. L-Istat riċeventi għandu jippermetti u jipproteġi komunikazzjoni libera mill-
missjoni għall-iskopijiet kollha uffiċjali. Biex tikkomunika mal-Gvern u ma’
missjonijiet u konsolati oħra ta’ l-Istat mandanti, kull fejn jinsabu, il-missjoni tista’
timpjega l-mezzi kollha xierqa, inklużi kurriera diplomatiċi u messaġġi bil-code jew
biċ-ċifri. Iżda l-missjoni tista’ twaħħal u tuża trasmittur tat-telegrafija mingħajr fili
bil-kunsens biss ta’ l-Istat riċeventi.
2. Il-korrispondenza uffiċjali tal-missjoni tkun invjolabbli. Korrispondenza
uffiċjali tfisser il-korrispondenza kollha dwar il-missjoni u l-funzjonijiet tagħha.
3. Il-valiġġa diplomatika ma għandhiex tiġi miftuħa jew miżmuma.
4. Il-pakki li jikkostitwixxu l-valiġġa diplomatika għandu jkollhom marki li
jidhru minn barra dwar il-karattru tagħhom u jista’ jkollhom biss dokumenti uffiċjali
jew oġġetti maħsuba għall-użu uffiċjali.
5. Il-kurrier diplomatiku, li għandu jkun provdut b’dokument uffiċjali li juri l-
istatus tiegħu u n-numru ta’ pakki li jkunu jifformaw il-valiġġa diplomatika, għandu
jkun protett mill-Istat riċeventi fil-qadi tal-funzjonijiet tiegħu. Huwa għandu jgawdi
invjolabbiltà  persunali u ma jkun suġġett għal ebda forma ta’ arrest jew detenzjoni.
6. L-Istat mandanti jew il-missjoni tista’ tinnomina kurriera diplomatiċi ad
hoc. F’dawk il-każijiet id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu
għandhom japplikaw ukoll, ħlief li l-immunitajiet imsemmija fih ma għandhomx
ikomplu japplikaw meta dak il-kurrier ikun ikkonsenja lill-konsennatarju l-valiġġa
diplomatika fil-kustodja tiegħu.
7. Il-valiġġa diplomatika tista’ tiġi fdata lil kaptan ta’ ajruplan kummerċjali li
suppost li jinżel l-art f’port ta’ dħul awtorizzat. Huwa għandu jkun provdut
b’dokument uffiċjali li juri n-numru ta’ pakki li jifformaw il-valiġġa iżda ma
għandux jitqies li jkun kurrier diplomatiku. Il-missjoni tista’ tibgħat wieħed mill-
membri tagħha biex jieħu pussess tal-valiġġa diplomatika direttament u liberament
mingħand il-kaptan ta’ l-ajruplan.
ARTIKOLU 28
Id-drittijiet u l-flejjes miġbura mill-missjoni fil-kors tad-dmirijiet tagħha uffiċjali
jkunu eżenti mill-imposti u taxxi kollha.
ARTIKOLU 29
Il-persuna ta’ aġent diplomatiku tkun invjolabbli. Hija ma tkun suġġetta għal ebda
forma ta’ arrest jew detenzjoni. L-Istat riċeventi għandu jittrattaha bir-rispett dovut u
għandu jieħu l-passi kollha xierqa biex jiġi evitat kull attakk fuq il-persuna, libertà
  10      KAP. 191. ħ       IMMUNITAJIETUPRIVILEĠĠIDIPLOMATIĊI
jew dinjità  tagħha.
ARTIKOLU 30
1. Ir-residenza privata ta’ aġent diplomatiku għandha tgawdi l-istess
invjolabbiltà  u protezzjoni bħal-lokal tal-missjoni.
2. Il-karti tiegħu, il-korrispondenza u, ħlief kif provdut fil-paragrafu 3 ta’ l-
Artikolu 31, il-proprjetà  tiegħu, għandhom igawdu invjolabbiltà  bl-istess mod. 
ARTIKOLU 31
1. Aġent diplomatiku għandu jgawdi immunità  minn ġurisdizzjoni kriminali ta’
l-Istat riċeventi. Għandu jgawdi wkoll immunità  minn ġurisdizzjoni ċivili u
amministrattiva, ħlief fil-każ ta’:
(a) azzjoni reali dwar proprjetà  privata immobbli li tkun qiegħda fit-
territorju ta’ l-Istat riċeventi, jekk ma jkunx qed iżommha f’isem l-Istat
mandanti għall-iskopijiet tal-missjoni;
(b) azzjoni dwar suċċessjoni li fiha l-aġent diplomatiku jkun involut bħala
esekutur, amministratur, eredi jew legatarju bħala persuna privata u
mhux f’isem l-Istat mandanti;
(ċ) azzjoni dwar xi attività  professjonali jew kummerċjali eżerċitata minn
aġent diplomatiku fl-lstat riċeventi barra mill-funzjonijiet tiegħu
uffiċjali.
2. Aġent diplomatiku m’huwiex obbligat li jagħti x-xiehda tiegħu bħala xhud.
3. Ma jistgħu jittieħdu ebda miżuri ta’ esekuzzjoni dwar aġent diplomatiku
ħlief fil-każijiet skond is-sub-paragrafi (a), (b) u (ċ) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-
Artikolu, u jekk il-miżuri in kwistjoni jkunu jistgħu jittieħdu mingħajr ma jiksru l-
invjolabbiltà  tal-persuna tiegħu jew tar-residenza tiegħu.
4. L-immunità  ta’ aġent diplomatiku mill-ġurisdizzjoni ta’ l-Istat riċeventi ma
teżentaħx mill-ġurisdizzjoni ta’ l-Istat mandanti.
ARTIKOLU 32
1. L-immunità  minn ġurisdizzjoni ta’ aġenti diplomatiċi jew ta’ persuni li
jgawdu immunità  skond l-Artikolu 37 tista’ tiġi rinunzjata mill-Istat mandanti.
2. Ir-rinunzja għandha tkun dejjem espressa.
3. Il-bidu ta’ proċeduri minn aġent diplomatiku jew minn persuna li tgawdi l-
immunità  minn ġurisdizzjoni skond l-Artikolu 37 jipprekludih milli jitlob immunità
minn ġurisdizzjoni dwar xi kontro-talba li jkollha x’taqsam direttament mat-talba
prinċipali.
4. Rinunzja għall-immunità  minn ġurisdizzjoni dwar proċeduri ċivili jew
amministrattivi m’għandhiex titqies li tfisser rinunzja għall-immunità  dwar l-
esekuzzjoni tas-sentenza, għal liema jkun hemm bżonn rinunzja separata.
ARTIKOLU 33
1. Bla ħsara tad-disposizzjonijiet tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, aġent
diplomatiku relattivament għal servizzi mogħtija lill-Istat mandanti għandu jkun
eżenti minn disposizzjonijiet dwar sigurtà  soċjali li jistgħu jkunu jseħħu fl-Istat
riċeventi.
IMMUNITAJIETUPRIVILEĠĠIDIPLOMATIĊIġ K AP. 191.    11
2. L-eżenzjoni provduta fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha tapplika
wkoll għal sefturi privati li jkunu unikament fl-impieg ta’ aġent diplomatiku, taħt
kondizzjoni:
(a) li ma jkunux nazzjonali ta’ l-Istat riċeventi jew li ma jkunux residenti
permanentement fih; u
(b) li jkunu protetti bid-disposizzjonijiet dwar sigurtà  soċjali li jistgħu
jkunu jseħħu fl-Istat mandanti jew fi Stat ieħor.
3. Aġent diplomatiku li jimpjega persuni li l-eżenzjoni provduta fil-paragrafu 2
ta’ dan l-Artikolu ma tkunx tapplika għalihom għandu josserva l-obbligi kollha li
disposizzjonijiet dwar sigurtà  soċjali ta’ l-Istat riċeventi jimponu lil prinċipali.
4. L-eżenzjoni provduta fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu ma tipprekludix
parteċipazzjoni volontarja fis-sistema dwar sigurtà  soċjali ta’ l-Istat riċeventi jekk
dik il-parteċipazzjoni tkun permessa minn dak l-Istat.
5. Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx jolqtu ftehim bilaterali
jew multilaterali dwar sigurtà  soċjali magħmul qabel u ma għandhomx jimpedixxu l-
egħmil ta’ ftehim tali fil-futur.
ARTIKOLU 34
Aġent diplomatiku jkun eżenti mill-imposti u taxxi kollha, persunali jew fuq il
proprjetà , nazzjonali, reġjonali jew muniċipali, ħlief:
(a) taxxi indiretti ta’ xorta li jkunu normalment inkorporati fil-prezz ta’
oġġetti jew servizzi;
(b) imposti u taxxi fuq proprjetà  immobbli privata li tkun fit-territorju ta’ l-
Istat riċeventi, jekk ma jkunx qiegħed iżommha f’isem l-Istat mandanti
għall-iskopijiet tal-missjoni;
(ċ) taxxi dwar l-assi, suċċessjoni jew wirt miġbura mill-Istat riċeventi, bla
ħsara tad-disposizzjonijiet tal-paragrafu 4 ta’ l-Artikolu 39;
(d) imposti u taxxi fuq income privat li joriġina fl-Istat riċeventi u taxxi ta’
kapital fuq impiegi ta’ flejjes magħmula f’impriżi kummerċjali fl-Istat
riċeventi;
(e) drittijiet miġbura għal servizzi speċifiċi mogħtija;
(f) drittijiet ta’ reġistrazzjoni, tal-qorti jew ta’ notamenti, imposti fuq
mortgage u  taxxa tal-boll, relattivament għal proprjetà  immobbli, bla
ħsara tad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 23.
ARTIKOLU 35
L-Istat riċeventi għandu jeżenta lill-aġenti diplomatiċi mis-servizzi kollha
persunali, mis-servizzi kollha pubbliċi ta’ kull xorta tkun li tkun, u mill-obbligi
militari bħal dawk li għandhom x’jaqsmu mar-rekwiżizzjoni, kontribuzzjonijiet
militari u billeting.
ARTIKOLU 36
l. L-Istat riċeventi għandu, skond dawk il-liġijiet u regolamenti li jista’
jadotta, jippermetti d-dħul ta’ u jagħti eżenzjoni mid-dazji tad-dwana, taxxi, u
ħlasijiet relattivi kollha ħlief ħlasijiet għal magazzinaġġ, trasport u servizzi simili,
dwar:
  12      KAP. 191. ħ       IMMUNITAJIETUPRIVILEĠĠIDIPLOMATIĊI
(a) oġġetti għall-użu persunali ta’ aġent diplomatiku jew ta’ membri tal-
familja tiegħu li jifformaw parti mid-dar tiegħu, inklużi oġġetti
maħsuba għall-istabbiliment tiegħu;
(b) oġġetti għall-użu persunali ta’ aġent diplomatiku jew ta’ membri tal-
familja tiegħu li jifformaw parti mid-dar tiegħu, inklużi oġġetti
maħsuba għall-istabbiliment tiegħu.
2. Il-bagalji persunali ta’ aġent diplomatiku jkunu eżenti minn spezzjon, jekk
ma jkunx hemm raġunijiet serji biex wieħed jaħseb li fihom oġġetti mhux inklużi fl-
eżenzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, jew oġġetti li l-
importazzjoni jew esportazzjoni tagħhom tkun projbita mil-liġi jew kontrollata minn
regolamenti dwar kwarantina ta’ l-Istat riċeventi. Din l-ispezzjon għandha ssir biss
quddiem l-aġent diplomatiku jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu.
ARTIKOLU 37
1. Il-membri tal-familja ta’ aġent diplomatiku li jagħmlu parti mid-dar tiegħu,
jekk ma jkunux nazzjonali ta’ l-Istat riċeventi, għandhom igawdu l-privileġġi u l-
immunitajiet speċifikati fl-Artikoli 29 sa 36.
2. Il-membri tal-persunal amministrattiv u tekniku tal-missjoni, flimkien mal-
membri tal-familji tagħhom li jifformaw parti mid-dar rispettiva tagħhom,
għandhom, jekk ma jkunux nazzjonali ta’ l-Istat riċeventi jew joqogħdu
permanentement fih, igawdu l-privileġġi u l-immunitajiet speċifikati fl-Artikoli 29
sa 35, ħlief li l-immunità  minn ġurisdizzjoni ċivili u amministrattiva ta’ l-Istat
riċeventi speċifikata fil-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 31 ma għandhiex testendi għal atti
magħmula barra mill-kors tad-dmirijiet tagħhom. Huma għandhom igawdu wkoll il-
privileġġi speċifikati fl-Artikolu 36, paragrafu 1, dwar oġġetti importati fiż-żmien
ta’ l-ewwel miġja tagħhom.
3. Il-membri tal-persunal tas-servizz tal-missjoni li ma jkunux nazzjonali ta’ l-
Istat riċeventi jew li ma jkunux residenti permanentement fih għandhom igawdu
immunità  dwar atti magħmula fil-kors tad-dmirijiet tagħhom, eżenzjoni minn
imposti u taxxi fuq salarji li jirċevu minħabba l-impieg tagħhom u l-eżenzjoni
msemmija fl-Artikolu 33.
4. Sefturi privati ta’ membri tal-missjoni għandhom, jekk ma jkunux
nazzjonali ta’ l-Istat riċeventi jew ma jkunux residenti permanentement fih, ikunu
eżenti minn imposti u taxxi fuq is-salarji li jirċevu minħabba l-impieg tagħhom. Fl-
affarijiet l-oħra, jistgħu jgawdu privileġġi u immunitajiet safejn biss ikunu ammessi
mill-Istat riċeventi. Iżda l-Istat riċeventi għandu jeżerċita l-ġurisdizzjoni tiegħu fuq
dawk il-persuni b’dak il-mod li ma jfixkilx bla bżonn il-qadi tal-funzjonijiet tal-
missjoni.
ARTIKOLU 38
1. Ħlief safejn jistgħu jiġu mogħtija privileġġi u immunitajiet oħra mill-Istat
riċeventi, aġent diplomatiku li jkun nazzjonali ta’ dak l-Istat jew li jkun residenti
permanentement fih għandu jgawdi biss immunità  minn ġurisdizzjoni, u
invjolabbiltà , relattivament għall-atti uffiċjali magħmula fl-eżerċizzju tal-
funzjonijiet tiegħu.
2. Il-membri l-oħra tal-persunal tal-missjoni u s-sefturi privati li jkunu
nazzjonali ta’ l-Istat riċeventi jew li jkunu residenti permanentement fih għandhom
igawdu privileġġi u immunitajiet safejn biss ikunu ammessi mill-Istat riċeventi. Iżda
l-Istat riċeventi għandu jeżerċita l-ġurisdizzjoni tiegħu fuq dawk il-persuni b’dak il-
IMMUNITAJIETUPRIVILEĠĠIDIPLOMATIĊIġ K AP. 191.    13
mod li ma jfixkilx bla bżonn il-qadi tal-funzjonijiet tal-missjoni.
ARTIKOLU 39
l. Kull persuna li jkollha dritt għal privileġġi u immunitajiet għandha
tgawdihom mill-mument li tidħol fit-territorju ta’ l-Istat riċeventi meta tkun sejra
biex tieħu l-post tagħha jew, jekk tkun ġa fit-territorju ta’ dak l-Istat, mill-mument
meta n-nomina tagħha tkun avżata lill-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin jew lil dak
il-ministeru kif ikun miftiehem.
2. Meta l-funzjonijiet ta’ persuna li tgawdi privileġġi u immunitajiet jispiċċaw,
dawk il-privileġġi u immunitajiet għandhom normalment jispiċċaw fil-ħin li titlaq
mill-pajjiż, jew mat-tmiem ta’ perijodu raġonevoli li fih tista’ titlaq, iżda għandhom
ikomplu jseħħu sa dak iż-żmien, anki fil-każ ta’ konflitt armat. Iżda relattivament
għall-atti magħmula minn persuna tali fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħha bħala
membru tal-missjoni, l-immunità  għandha tkompli sseħħ.
3. Fil-każ tal-mewt ta’ membru tal-missjoni, il-membri tal-familja tiegħu
għandhom ikomplu jgawdu l-privileġġi u l-immunitajiet li huma jkollhom dritt
għalihom sat-tmiem ta’ perijodu raġonevoli biex fih jitilqu mill-pajjiż.
4. Fil-każ tal-mewt ta’ membru tal-missjoni li ma jkunx nazzjonali ta’ l-Istat
riċeventi jew li ma jkunx residenti permanentement fih jew ta’ membru tal-familja
tiegħu li jifforma parti mid-dar tiegħu, l-Istat riċeventi għandu jippermetti t-teħid
tal-proprjetà  mobbli tal-mejjet, barra minn xi proprjetà  miksuba fil-pajjiż li kienet
projbita l-esportazzjoni tagħha fiż-żmien tal-mewt tiegħu. It-taxxi dwar l-assi,
suċċessjoni jew wirt ma għandhomx jinġabru fuq proprjetà  mobbli li kienet fl-Istat
riċeventi unikament għax kien hemm il-mejjet bħala membru tal-missjoni jew bħala
membru tal-familja ta’ membru tal-missjoni.
ARTIKOLU 40
l. Jekk aġent diplomatiku jgħaddi minn jew ikun fit-territorju ta’ Stat ieħor, li
jkun tah viża tal-passaport jekk dik il-viża tkun meħtieġa, waqt li jkun sejjer biex
jieħu jew biex jirritorna għall-post tiegħu, jew meta jkun qed jirritorna għall-pajjiż
tiegħu, l-Istat l-ieħor għandu jagħtih l-invjolabbiltà  u dawk l-immunitajiet l-oħra li
jkunu meħtieġa biex jiġi żgurat il-passaġġ jew ir-ritorn tiegħu. L-istess għandu
japplika fil-każ ta’ kull membru tal-familja tiegħu li jgawdi privileġġi jew
immunitajiet li jkun qiegħed ma’ l-aġent diplomatiku, jew li jkun qed jivvjaġġa
separatament biex jiltaqa’ miegħu jew biex jirritorna lejn pajjiżu.
2. F’ċirkostanzi bħal dawk speċifikati fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, Stati
oħra ma għandhomx ifixklu l-passaġġ ta’ membri tal-persunal amministrattiv u
tekniku jew persunal tas-servizz ta’ missjoni, u ta’ membri tal-familja tagħhom, mit-
territorji tagħhom.
3. Stati Terzi għandhom jagħtu l-istess libertà  u protezzjoni kif tingħata mill-
Istati riċeventi dwar il-korrispondenza uffiċjali u komunikazzjonijiet oħra uffiċjali in
transit, inklużi messaġġi f’code jew f’ċifri. Huma għandhom jagħtu l-istess
invjolabbiltà  u protezzjoni kif obbligat jagħti l-Istat riċeventi lill-kurriera
diplomatiċi, li jkollhom viża tal-passaport jekk dik il-viża tkun meħtieġa, u lill-
valiġġa diplomatika in transit.
  14      KAP. 191. ħ       IMMUNITAJIETUPRIVILEĠĠIDIPLOMATIĊI
4. L-obbligi ta’ l-Istati l-oħra skond il-paragrafi l, 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu
għandhom japplikaw ukoll għall-persuni msemmija rispettivament f’dawk il-
paragrafi, u għall-komunikazzjonijiet uffiċjali u valiġġa diplomatika, li jkunu fit-
territorju ta’ l-Istat l-ieħor minħabba forza maġġuri.
IT-TIENI SKEDA 
(Artikolu 5)
ORGANIZZAZZJONI INTERNAZZJONALI 
U PERSUNI KONNESSI MAGĦHA 
TAQSIMA I
IMMUNITAJIET U PRIVILEĠĠI TA’ L-ORGANIZZAZZJONI 
1. Immunità  minn kawżi u proċeduri legali.
2. L-istess invjolabbiltà  ta’ arkivji uffiċjali u ta’ lokali okkupati bħala uffiċċji
kif mogħtija dwar l-arkivji uffiċjali u l-lokali ta’ kap ta’ missjoni ta’ Stat mandanti. 
3. L-istess eżenzjoni jew ħelsien minn taxxi, dazji, rati u drittijiet ħlief dazji
fuq l-importazzjoni ta’ oġġetti, kif mogħtija lil Stat mandanti.
4. Eżenzjoni minn dazji fuq l-importazzjoni ta’ oġġetti direttament importati
mill-organizzazzjoni għall-użu tagħha uffiċjali f’Malta jew għall-esportazzjoni, jew
fuq l-importazzjoni ta’ xi pubblikazzjonijiet ta’ l-organizzazzjoni direttament
importati minnha, din l-eżenzjoni tkun suġġetta għat-tħaris ta’ dawk il-
kondizzjonijiet li l-Ministru responsabbli għall-finanzi jew xi uffiċjal pubbliku
delegat minnu għal hekk jista’ jippreskrivi għall-protezzjoni tad-dħul.
5. Eżenzjoni minn projbizzjonijiet u limitazzjonijiet ta’ importazzjoni jew
esportazzjoni fil-każ ta’ oġġetti direttament importati jew esportati mill-
organizzazzjoni għall-użu tagħha uffiċjali u fil-każ ta’ xi pubblikazzjonijiet ta’ l-
organizzazzjoni direttament importati jew esportati minnha.
6. Id-dritt li tutilizza ruħha, għall-komunikazzjonijiet telegrafiċi mibgħuta
minnha u li jkollhom biss ħwejjeġ maħsuba għal pubblikazzjoni mill-istampa jew
għax-xandir (inklużi komunikazzjonijiet indirizzati għal jew mibgħuta minn postijiet
barra minn Malta), minn xi rati ridotti applikabbli għas-servizz korrispondenti fil-
każ ta’ telegrammi għall-istampa.
TAQSIMA II
IMMUNITAJIET U PRIVILEĠĠI TA’ FUNZJONARJI GĦOLJA, 
RAPPREŻENTANTI, MEMBRI TA’ KUMITATI U PERSUNI 
FUQ MISSJONIJIET
1. L-istess immunità  minn kawżi u proċeduri legali kif mogħtija lil kap ta’
missjoni ta’ Stat mandanti.
2. L-istess invjolabbiltà  ta’ residenza kif mogħtija lil kap tali ta’ missjoni.
IMMUNITAJIETUPRIVILEĠĠIDIPLOMATIĊIġ K AP. 191.    15
3. L-istess eżenzjoni jew ħelsien minn taxxi, dazji, rati u drittijiet kif mogħtija
lil kap tali ta’ missjoni.
TAQSIMA III
IMMUNITAJIET U PRIVILEĠĠI TA’ FUNZJONARJI OĦRA U TA’ IMPJEGATI
1. Immunità  minn kawżi u proċessi legali dwar ħwejjeġ magħmula jew li naqsu
milli jsiru fil-kors tal-qadi ta’ dmirijiet uffiċjali.
2. Eżenzjoni mit-taxxa fuq l-income dwar pagi riċevuti bħala funzjonarju jew
impjegat ta’ l-organizzazzjoni.
TAQSIMA IV
IMMUNITAJIET U PRIVILEĠĠI TAL-PERSUNAL UFFIĊJALI U TAL-
FAMILJA TA’ FUNZJONARJU GĦOLI
l. Meta xi persuna jkollha dritt għal xi waħda minn dawk l-immunitajiet u
privileġġi kif imsemmija fit-Taqsima II ta’ din l-Iskeda bħala rappreżentant fuq xi
organu ta’ l-organizzazzjoni jew bħala membru ta’ xi kumitat ta’ l-organizzazzjoni
jew ta’ organu tiegħu, il-persunal uffiċjali ta’ dik il-persuna li jkunu
jakkompanjawha bħala rappreżentant jew membru tali jkollu dritt ukoll għal dawk l-
immunitajiet u privileġġi daqs kemm is-segwitu ta’ kap ta’ missjoni ta’ Stat
mandanti għandu dritt għall-immunitajiet u privileġġi mogħtija lill-kap ta’ missjoni.
2. Meta xi persuna jkollha dritt għal xi immunitajiet u privileġġi kif imsemmija
fit-Taqsima II ta’ din l-Iskeda bħala funzjonarju ta’ l-organizzazzjoni, il-mara jew ir-
raġel u t-tfal ta’ dik il-persuna taħt il-wieħed u għoxrin sena jkollhom dritt ukoll għal
dawk l-immunitajiet u privileġġi daqs kemm il-mara jew ir-raġel u t-tfal ta’ kap ta’
missjoni ta’ Stat mandanti għandhom dritt għall-immunitajiet u privileġġi mogħtija
lill-kap ta’ missjoni.
