GĦOTITA’ARTIJIETTAR-RENJUUNIT ġKAP. 193.    1
KAPITOLU 193
ATT DWAR L-GĦOTI TA’ ARTIJIET 
TAR-RENJU UNIT
Biex jipprovdi għall-għoti lill-Gvern ta’ Malta jew għar-reversjoni favur
tiegħu ta’ xi proprjetà u ta’ xi drittijiet li fl-20 ta’ Settembru, 1964 kienu
jinsabu mogħtija lil, jew kienu ta’ jew kienu jappartjenu lil jew li kienu
miżmuma jew eżerċitabbli minn, xi dipartimenti jew awtoritajiet tal-Gvern
tar-Renju Unit jew xi organizzazzjoni awtorizzata tas-servizz.
(1 ta’ Frar, 1966)*
Sar liġi bl-ATT XIII ta’ l-1966.
Titolu fil-qosor.
Renju Unit.
Tifsir.
xort’oħra -
"art" tfisser proprjetà immobbli ta’ kull xorta, inklużi bini u
strutturi u xogħlijiet oħra fl-art, fuq l-art, taħt l-art jew ’il fuq mill-
art u tinkludi art mgħottija bl-ilma għal kollox jew parzjalment;
"Malta" għandha l-istess tifsir mogħti lilha bl-artikolu 124 tal-
Kostituzzjoni ta’ Malta;
"organizzazzjoni awtorizzata tas-servizz" tfisser in-Navy, Army
and Air Force Institutes, ir-Royal Naval Film Corporation, l-Army
Kinema Corporation, ir-Royal Air Force Cinema Corporation u dik
l-organizzazzjoni l-oħra li ma tkunx ta’ egħmil ta’ qligħ
awtorizzata mill-Gvern tar-Renju Unit biex takkompanja l-forzi
armati ta’ dak il-Gvern f’Malta biex tipprovdi għall-ħtieġa ta’
membri ta’ dawk il-forzi u tad-dipendenti tagħhom kif tista’ tkun
imsemmija għall-finijiet ta’ dan l-Att mill-Prim Ministru b’avviż
pubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern;
"Renju Unit" tfisser ir-Renju Unit tal-Gran Britannja u ta’ l-
Irlanda ta’ Fuq.
Għoti ta’ ċerta 
proprjetà.
3. (1) Il-proprjetà assoluta, dritt u titolu fuq kull art f’Malta li
fl-20 ta’ Settembru, 1964 kienet mogħtija jew kienet tappartjeni, fi
proprjetà assoluta, lil xi dipartiment jew awtorità tas-servizzi
armati tar-Renju Unit jew lil xi organizzazzjoni awtorizzata tas-
servizz, jew lil xi dipartiment ieħor jew awtorità oħra tali tal-Gvern
tar-Renju Unit kif jista’ jkun imsemmi mill-Prim Ministru b’avviż
fil-Gazzetta tal-Gvern, u d-drittijiet kollha fuq l-art jew fuq l-ibħra
territorjali f’Malta, sew reali kemm persunali, li fid-data fuq
imsemmija kienu ta’ jew kienu miżmuma jew kienu eżerċitabbli
minn xi dipartiment jew awtorità jew organizzazzjoni tali kif intqal
qabel għandhom jiġu mogħtija, b’effett mill-21 ta’ Settembru,
1964, lill-Gvern ta’ Malta bis-saħħa ta’ dan l-Att u mingħajr
assigurazzjoni oħra.
*Ara Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 107 ta’ l-1 ta’ Frar, 1966.
 2      KAP. 193.ħ    GĦOTITA’ARTIJIETTAR-RENJUUNIT
(2) Is-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu ma japplikax għal dawk
id-drittijiet li jkunu nkisbu minn konċessjonijiet enfitewtiċi
magħmula għal perijodu ta’ mhux iżjed minn ħamsin sena jekk
mhux mill-Gvern ta’ Malta u anqas ma għandu japplika għal dawk
id-drittijiet persunali (inklużi drittijiet ta’ okkupazzjoni u użu) li
jkunu nkisbu minn kirjiet jew ftehim ieħor magħmula jekk mhux
mal-Gvern ta’ Malta:
Iżda relattivament għal dawk id-drittijiet li jkunu nkisbu
minn konċessjonijiet enfitewtiċi magħmula għal perijodu ta’ mhux
iżjed minn ħamsin sena jekk mhux mill-Gvern ta’ Malta u li jkunu
msemmija mill-Prim Ministru b’avviż fil-Gazzetta tal-Gvern, is-
subartikolu (1) ta dan l-artikolu għandu japplika b’effett mid-data
ta’ dak l-avviż jew minn dik id-data aktar tard kif jiġi speċifikat fl-
avviż.
Kap. 88. 
(3) Ebda ħaġa fis-subartikolu (2) ta’ dan l-artikolu ma għandha
tiftiehem li teskludi l-applikazzjoni tas-subartikolu (1) ta’ dan l-
artikolu għal xi dritt miksub jew eżerċitabbli minn xi dipartiment
jew awtorità tas-servizzi armati tar-Renju Unit bis-saħħa jew skond
l-Ordinanza dwar l-Akkwist ta’ Artijiet għal Skopijiet Pubbliċi jew
xi liġi oħra li tawtorizza l-akkwist obbligatorju jew l-eżerċizzju ta’
dak id-dritt.
Kap. 157. 
(4) L-għoti bis-saħħa ta’ dan l-artikolu ta’ l-attiv imsemmi fl-
artikolu 3 ta’ l-Ordinanza ta’ Emerġenza dwar it-Tarzna ta’ Malta
għandu jestendi wkoll għall-proprjetà l-oħra kollha li tifforma l-
oġġett ta’ kirja datata t-28 ta’ Marzu, 1959, mogħtija skond l-
imsemmija Ordinanza bil-kondizzjonijiet murija fit-Tieni Skeda li
tinsab ma’ dik l-Ordinanza.
Riversjoni ta’ ċerta 
proprjetà. 
4. L-art kollha f’Malta li fl-20 ta’ Settembru, 1964 kienet
miżmuma minn xi dipartiment jew awtorità tas-servizzi armati tar-
Renju Unit skond il-klawsola 25 ta’ l-Ordni fil-Kunsill tas-26 ta’
Ottubru, 1896 u pubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern fid-19 ta’
Novembru, 1896, għandha, b’dak kollu li hemm f’dak l-Ordni,
tirriverti lill-Gvern ta’ Malta bis-saħħa ta’ dan l-Att b’effett mill-21
ta’ Settembru, 1964.
L-Att ma għandux 
jolqot ċerti 
drittijiet.
5. Ebda ħaġa f’dan l-Att ma għandha tiftiehem li tolqot it-
tkomplija ta’ xi dritt fuq xi art imsemmija fl-artikolu 3 ta’ dan l-Att
li, minnufih qabel id-data li fiha l-għoti ta’ dik l-art jieħu effett
skond id-disposizzjonijiet ta’ dak l-artikolu, kien miżmum jew kien
qed jiġi godut minn xi persuna jew korp li ma jkunx dipartiment
jew awtorità tal-Gvern tar-Renju Unit jew organizzazzjoni
awtorizzata tas-servizz, jew li tolqot xi dritt ta’ xi dipartiment jew
awtorità tal-Gvern tar-Renju Unit jew xi organizzazzjoni
awtorizzata tas-servizz li jinħoloq mill-Ftehim dwar id-Difiża u l-
Għajnuna Reċiproka bejn il-Gvern ta’ Malta u l-Gvern tar-Renju
Unit iffirmat fil-21 ta’ Settembru, 1964.
