BLATAKONTINENTALI  ġ K AP. 194.    1
KAPITOLU 194
ATT DWAR IL-BLATA KONTINENTALI
Biex jipprovdi għall-esplorazzjoni u għall-isfruttament tal-blata
kontinentali u għal ħwejjeġ konnessi ma’ dawk l-iskopijiet.
29 ta’ Lulju, 1966
L-ATT XXXV ta’ l-1966, kif emendat bl_Att I ta’ l-2002.
Titolu fil-qosor. 
Tifsir.
xort’oħra -
"il-blata kontinentali" tfisser qiegħ il-baħar u taħt l-art ta’ l-arei
sottomarini adjaċenti mal-kosta ta’ Malta iżda barra l-ibħra
territorjali, sa fond ta’ mitejn metru jew, ’il hemm minn dak il-
limitu, safejn il-fond ta’ l-ibħra sopraġjaċenti jippermetti l-
isfruttament tar-risorsi naturali ta’ dawk l-arei; iżda hekk illi meta
relattivament għal stati li l-kosta tagħhom tkun quddiem dik ta’
Malta jkun meħtieġ li jiġu stabbiliti l-konfini tal-blajjat
kontinentali rispettivi, il-konfini tal-blata kontinentali għandha
tkun dik stabbilita bi ftehim bejn Malta u dak l-istat jew stati oħra
jew, fin-nuqqas ta’ ftehim, il-linja medjana, jiġifieri linja li kull
pont tagħha jkun ekwidistanti mill-ponti l-aktar viċini tal-linji bażi
li minnhom titkejjel il-wisa’ ta’ l-ibħra territorjali ta’ Malta u ta’
dak l-istat jew stati oħra;
"Malta" għandha l-istess tifsir kif mogħti lilha bl-artikolu 124
tal-Kostituzzjoni ta’ Malta;
"risorsi naturali" tfisser ir-risorsi minerali u risorsi oħra li ma
jkollhomx ħajja ta’ qiegħ il-baħar u ta’ taħt l-art kif ukoll l-
organiżmi ħajjin li jappartjenu lil speċji sedentarji.
Esplorazzjoni u 
sfruttament tal-
blata kontinentali. 
3. (1) Kull dritt eżerċitabbli minn Malta dwar il-blata
kontinentali u r-risorsi naturali tagħha huma b’dan l-Att mogħtija
lill-Gvern ta’ Malta.
Kap. 156.
(2) Relattivament għal kull pitrolju li dwaru d-drittijiet
imsemmija fis-subartikolu (1) huma eżerċitabbli, l-artikolu 3(2) (li
jipprojbixxi t-tfittix jew it-tħaffir għal pitrolju jew it-teħid ta’
pitrolju mingħajr liċenza), l-artikolu 4 (li jirriferixxi għall-għoti ta’
liċenzi għat-tfittix u tħaffir għal pitrolju u għat-teħid ta’ pitrolju) u
l-artikolu 5 (li jirriferixxi għall-egħmil ta’ regolamenti dwar l-
esplorazzjoni, tfittix u estrazzjoni tal-pitrolju) ta’ l-Att dwar il-
Produzzjoni tal-Pitrolju għandhom japplikaw bħal ma japplikaw
relattivament għal pitrolju f’Malta.
(3) Il-Prim Ministru jista’ minn żmien għal żmien b’ordni
pubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern jindika kull area bħala area li fiha
d-drittijiet imsemmija fis-subartikolu (1) huma eżerċitabbli, u kull
area hekk indikata hija f’dan l-Att magħrufa bħala area indikata.
  2      KAP. 194. ħ        BLATAKONTINENTALI
Kap. 156. 
(4) F’dan l-artikolu "pitrolju" għandha l-istess tifsir kif mogħti
lilha fl-Att dwar il-Produzzjoni tal-Pitrolju.
Protezzjoni ta’ l-
istallazzjonijiet 
f’arei indikati. 
4. (1) Il-Prim Ministru jista’ sabiex jipproteġi istallazzjoni
jew apparat ieħor f’area indikata b’ordni pubblikat fil-Gazzetta tal-
Gvern jipprojbixxi bastimenti, salvi xi eċċezzjonijiet provduti fl-
ordni, milli jidħlu mingħajr il-kunsens tiegħu f’dik il-parti ta’ dik l-
area kif jista’ jkun speċifikat fl-ordni.
(2) Jekk xi bastiment jidħol f’xi parti ta’ area indikata bi ksur
ta’ ordni taħt dan l-artikolu, is-sid jew il-kaptan tiegħu jeħel, meta
jinsab ħati sommarjament, multa ta’ mhux iżjed minn elf lira jew
priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn tliet xhur, jew dik il-
multa u priġunerija flimkien, kemm-il darba ma jippruvax illi l-
projbizzjoni imposta bl-ordni ma kienx jaf biha l-kaptan u ma kienx
ikun jaf biha wara indaġni raġonevoli.
L-ordnijiet jistgħu 
jiġu mibdula jew 
imħassra.
5. Kull ordni skond dan l-Att jista’ jiġi mibdul jew imħassar
b’ordni sussegwenti.
Applikazzjoni tal-
liġi fis-seħħ 
f’Malta.
6. (1) Kull att jew ommissjoni li -
(a) jsir fuq, taħt jew ’il fuq minn istallazzjoni jew apparat
ieħor f’area indikata jew f’xi ibħra sa ħames mitt
metru minn dik l-istallazzjoni jew apparat, u
(b) kieku kien sar f’xi parti ta’ Malta, kien jikkostitwixxi
reat skond il-liġi fis-seħħ f’Malta,
għandu jitqies għall-finijiet ta’ dik il-liġi u ta’ kull liġi oħra fis-
seħħ f’Malta li jkun sar fil-gżira ta’ Malta.
Kap. 12.  (2) Għall-finijiet ta’ l-artikolu 742 tal-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili (li jirriferixxi għal
ġurisdizzjoni) kull istallazzjoni jew apparat f’area indikata u kull
ibħra sa ħames mitt metru minn dik l-istallazzjoni jew apparat
għandhom jitqiesu bħallikieku kienu fil-gżira ta’ Malta.
Skarikar ta’ żejt. 7. (1) Jekk xi żejt jew xi taħlita li jkollha mhux anqas minn
mitt parti ta’ xi żejt f’miljun parti tat-taħlita jiġi skarikat jew
joħroġ f’xi parti tal-baħar -
(a) minn pipeline, jew
(b) bħala riżultat ta’ xi operazzjoni għall-esplorazzjoni ta’
qiegħ il-baħar u ta’ taħt l-art jew l-isfruttament tar-
risorsi naturali tagħhom f’area indikata,
is-sid tal-pipeline jew, skond il-każ, il-persuna li tagħmel l-
operazzjonijiet tkun ħatja ta’ reat jekk ma tippruvax, fil-każ ta’
skarikar minn post okkupat minnu, illi kien minħabba l-att ta’
persuna li kienet hemm mingħajr il-permess tiegħu (espress jew
impliċitu) jew, fil-każ ta’ ħruġ, li ħa l-kura kollha raġonevoli biex
jevitah u li kemm jista’ jkun possibbli wara li nduna bih ittieħdu l-
passi kollha raġonevoli biex jitwaqqaf jew jitnaqqas.
(2) Min ikun ħati ta’ reat skond dan l-artikolu jeħel, wara li
jinsab ħati sommarjament, multa ta’ mhux iżjed minn elf lira.
BLATAKONTINENTALI  ġ K AP. 194.    3
Miżuri biex jiġi 
evitat indħil fl-
isfruttament ta’ 
blata kontinentali. 
8. (1) Ħadd ma jista’ jqiegħed jew iżomm cables sottomarini
jew pipelines taħt l-ibħra fil-miftuħ f’area indikata mingħajr
liċenza għal hekk mogħtija mill-Prim Ministru jew bi ksur ta’ xi
ħtieġa jew kondizzjoni li jkun hemm f’xi liċenza tali dwar ir-rotta
ta’ xi cable jew pipeline tali jew dwar kull ħaġa oħra maħsuba biex
tiżgura nuqqas ta’ ndħil fl-esplorazzjoni jew sfruttament tal-blata
kontinentali jew tar-risorsi naturali tagħha.
(2) Kull min jikser xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-
artikolu jeħel, wara li jinsab ħati sommarjament, multa ta’ mhux
iżjed minn ħamsin lira għal kull ġurnata li fiha jkompli r-reat.
Reati minn għaqda 
ta’ persuni.
9. (1) Meta reat skond dan l-Att (inkluż reat skond Att ieħor
kif applikat b’dan l-Att u kull ħaġa li tkun reat bis-saħħa ta’ l-
artikolu 6(1)) isir minn għaqda ta’ persuni, kull min, fiż-żmien ta’
l-egħmil tar-reat, kien direttur, manager, segretarju jew uffiċjal
ieħor simili ta’ dik l-għaqda jew kien jidher li qiegħed jaġixxi f’xi
kariga tali għandu jitqies li jkun ħati ta’ dak ir-reat kemm-il darba
ma jippruvax illi r-reat kien sar mingħajr ma kien jaf hu u li kien
eżerċita d-diliġenza kollha xierqa biex jevita l-egħmil ta’ dak ir-
reat.
(2) Membru tal-Korp tal-Pulizija għandu fuq kull istallazzjoni
jew apparat f’area indikata jkollu s-setgħat, protezzjoni u privileġġi
kollha li huwa għandu f’Malta.
Dritt ta’ 
insegwiment attiv.
Miżjud:
I. 2002.6.
Kap. 226.
10. Id-disposizzjonijiet tas-subartikoli (2) sa (6), it-tnejn
inklużi, ta’ l-artikolu 8 ta’ l-Att dwar l-Ibħra Territorjali u ż-Żona
Kontigwa, għandhom japplikaw mutatis mutandis dwar kull suspett
raġonevoli ta’ xi reat taħt dan l-Att.
