LUKANDIUSTABBILIMENTI LI JIPPROVDUIKEL ġ K AP. 197.    1
KAPITOLU 197
ATT DWAR IL-LUKANDI U 
L-ISTABBILIMENTI LI JIPPROVDU IKEL
Biex jirregola l-lukandi u l-istabbilimenti li jipprovdu ikel u biex jipprovdi għal ħwejjeġ
konnessi ma’ l-iskop fuq imsemmi jew inċidentali għalih.
14 ta’ Frar, 1970;
1 ta’ Jannar, 1973;
1 ta’ Jannar, 1974
L-ATT XII ta’ l-1967 kif emendat bl-Atti XXVII ta’ l-1969, VI ta’ l-1971, XL ta’ l-1973,
XXXVI ta’ l-1977, VII ta’ l-1980, I ta’ l-1986 u IV ta’ l-1989.
TAQSIM TA’ L-ATT
Artikoli 
Titolu fil-qosor.  1 
Taqsima I.  Tifsir  2 
Taqsima II. Lukandi u Stabbilimenti li Jipprovdu Ikel  3-16
Taqsima III.  Mixxellanji  17-19 
  2      KAP. 197. ħ     LUKANDIUSTABBILIMENTI  UIKEL
Titolu fil-qosor. 
Emendat: 
XXVII. 1969.2; 
VI. 1971.2. 
1. It-titolu fil-qosor ta’ dan l-Att hu l-Att dwar il-Lukandi u l-
Istabbilimenti li jipprovdu Ikel.
TAQSIMA I 
TIFSIR 
Tifsir.
Emendat: 
XXXVI. 1977.8; 
I. 1986.2.
2. F’dan l-Att, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx
xort’oħra - 
"alloġġ" tinkludi l-provvista ta’ għamara, arredament u tagħmir
xieraq għall-iskop ta’ l-alloġġ;
"alloġġjant" tfisser persuna li toqgħod f’lukanda jew f’hostel u li
jkollha għad-disposizzjoni tagħha alloġġ fejn torqod;
"appell" tfisser appell skond l-artikolu 13;
"Bord" tfisser il-Bord dwar il-Lukandi u l-Istabbilimenti li
Jipprovdu Ikel kostitwit skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 3;
"diriġent ta’ hostel" tfisser kull persuna li tkun inħarġet liċenza
għaliha skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 4 biex iżżomm jew
tidderieġi hostel u tinkludi kull persuna li lilha tkun ġiet trasferita
liċenza legalment skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 6;
"diriġent ta’ stabbiliment li jipprovdi ikel" tfisser kull persuna li
tkun inħarġet liċenza għaliha skond id-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 4 biex iżżomm jew biex tiddiriġi stabbiliment li jipprovdi
ikel u tinkludi kull persuna li lilha tkun ġiet trasferita liċenza
legalment skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 6;
"hostel" tfisser kull bini jkun kif ikun deskritt iżda mhux
lukanda, guest house jew alloġġ, li fih jkun provdut alloġġ lill-
aloġġjant bi ħlas, u li fih il-faċilitajiet offerti jkunu inqas minn
dawk li soltu wieħed jistenna li jsibhom f’lukandi jew f’guest
houses;
"kumpannija" tinkludi kull għaqda ta’ persuni, sew korporata
sew mhux korporata, sew jekk ikollha personalità  legali sew jekk
le; 
"liċenza" tfisser liċenza mogħtija jew trasferita skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att;
"lukanda" tfisser kull bini, ikun kif ikun deskritt, li jkollu mhux
anqas minn għaxar kmamar tas-sodda, li fihom ikun provdut alloġġ
għall-pubbliku minn direzzjoni komuni u tinkludi kull numru ta’
bini, ikun kif ikun deskritt, li jkunu aggruppati flimkien, li
jkollhom fit-total mhux anqas minn għaxar kmamar tas-sodda
għall-alloġġ tal-pubbliku, li jkollhom in komun servizzi u
kumditajiet anċillari ta’ lukanda u li jkunu mmexxija minn
direzzjoni waħda;
"lukandier" tfisser kull persuna li tkun inħarġet liċenza għaliha
skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 4 biex iżżomm jew biex
tiddiriġi lukanda u tinkludi kull persuna li lilha tkun ġiet trasferita
LUKANDIUSTABBILIMENTI LI JIPPROVDUIKEL ġ K AP. 197.    3
liċenza legalment skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 6;
"Malta" għandha l-istess tifsir kif mogħti lilha bl-artikolu 124
tal-Kostituzzjoni ta’ Malta;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għat-turiżmu; 
"preskritt" tfisser preskritt b’regolamenti magħmula taħt dan l-
Att;
"stabbiliment li jipprovdi ikel" tfisser kull stabbiliment, bini jew
lokal, ikun kif ikun deskritt, li jipprokura b’kumpens ikel u
rinfreski għall-konsum f’dak l-istabbiliment, bini jew lokal;
"tikklassifika" tinkludi "tikklassifika mill-ġdid" u
"klassifikazzjoni" għandha tiftiehem skond hekk.
TAQSIMA II
LUKANDI U STABBILIMENTI LI JIPPROVDU IKEL
Bord dwar il-
Lukandi u l-
Istabbilimenti li 
Jipprovdu Ikel.
Emendat: 
XXXVII. 1969.3;
XL. 1973.2; 
XXXVI. 1977.8.
3. (1) Għandu jkun hemm imwaqqaf Bord li jissejjaħ il-Bord
dwar il-Lukandi u l-Istabbilimenti li Jipprovdu Ikel kostitwit skond
id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2) u huwa għandu jeżerċita l-
funzjonijiet u jaqdi d-dmirijiet mogħtija lilu b’dan l-Att jew b’xi
regolamenti magħmula bis-saħħa tiegħu skond id-disposizzjonijiet
ta’ l-artikolu 16.
(2) Il-Bord għandu jikkonsisti minn -
(a) chairman li jkun nominat mill-Prim Ministru;
(b) viċi-chairman, li jkun nominat mill-Prim Ministru, u li
għandu, fin-nuqqas taċ-chairman, jagħmilha ta’
chairman tal-Bord;
(ċ) persuna nominata mill-Prim Ministru wara
konsultazzjoni ma’ dik l-għaqda jew għaqdiet li
jistgħu jkunu jeżistu minn żmien għal żmien u li fil-
fehma tal-Prim Ministru jkunu rappreżentanti tal-
lukandieri f’Malta;
(d) persuna nominata mill-Prim Ministru wara
konsultazzjoni ma’ dik l-għaqda jew għaqdiet li
jistgħu jkunu jeżistu minn żmien għal żmien u li fil-
fehma tal-Prim Ministru ikunu rappreżentanti ta’
sidien ta’ stabbilimenti li jipprovdu ikel f’Malta; u
(e) dawk il-persuni l-oħra li ma jkunux iżjed minn ħamsa
kif il-Prim Ministru jista’ jinnomina minn żmien għal
żmien.
(3) Il-perijodu li matulu kull membru tal-Bord għandu jibqa’
fil-kariga u l-kondizzjonijiet li taħthom għandu jibqa’ fil-kariga
jkunu dawk kif jistgħu jiġu stabbiliti mill-Prim Ministru fil-
mument tan-nomina tiegħu; iżda l-membri kollha tal-Bord
għandhom jibqgħu fil-kariga sakemm jogħġob lill-Prim Ministru.
(4) Kull membru tal-Bord jista’ f’kull żmien jirriżenja mill-
  4      KAP. 197. ħ     LUKANDIUSTABBILIMENTI  UIKEL
kariga tiegħu billi jagħti avviż bil-miktub dwar hekk liċ-chairman. 
(5) Kull kwistjoni li tiġi jew li tinqala’ quddiem il-Bord
għandha tiġi deċiża bil-voti tal-maġġoranza ta’ dawk li jkunu
preżenti u li jivvotaw fuqha, basta li l-Bord ikun ġie msejjaħ kif
preskritt.
(6) Fil-każ ta’ voti ndaqs iċ-chairman ikollu vot ieħor jew vot
deċiżiv.
(7) Il-Bord jista’ jirregola l-proċeduri tiegħu stess u jista’
jaġixxi minkejja xi vakanza fost il-membri tiegħu:
Iżda l-Bord ma jkunx jista’ jaġixxi jekk ma jkunux preżenti
għall-inqas żewġ membri, minbarra ċ-chairman jew il-viċi-
chairman.
(8) Membru tal-Bord li jkun b’xi mod direttament jew
indirettament interessat f’xi ħaġa li tkun quddiem il-Bord għandu,
kemm jista’ jkun malajr wara li ċ-ċirkostanzi relattivi jkunu ġew
għat-tagħrif tiegħu, jgħarraf ix-xorta ta’ l-interess tiegħu f’laqgħa
tal-Bord.
(9) Kull tagħrif magħmul skond l-aħħar subartikolu qabel dan
għandu jiġi reġistrat fil-minuti tal-Bord u l-membru -
(a) ma għandux jieħu parti wara t-tagħrif f’xi diskussjoni
jew deċiżjoni tal-Bord dwar dik il-ħaġa; u
(b) ma għandux jittieħed kont tiegħu għall-fini li jifforma
quorum tal-Bord għal xi diskussjoni jew deċiżjoni bħal
dik.
(10) Il-Ministru għandu jinnomina segretarju tal-Bord.
(11)Fin-nuqqas ta’ segretarju, l-Ministru għandu jinnomina
aġent segretarju.
Liċenza. 
Emendat:
XL. 1973.3; 
VII. 1980.2; 
I. 1986.3.
4. (1) Ħadd ma jista’ jżomm jew jiddiriġi lukanda, hostel jew
stabbiliment li jipprovdi ikel jekk ma jkunx qabel akkwista u ma
jkollux liċenza mill-Bord li tispeċifika, b’riferenza għall-isem u
għal-lokal fejn ikunu imwaqqfin u jkunu qegħdin jaħdmu, il-
lukanda, il-hostel jew l-istabbiliment li jipprovdi ikel li dwarhom
tingħata l-liċenza.
(1A) Liċenza biex tinżamm hostel tista’ tingħata mill-Bord lil
kull persuna dwar kull bini fejn il-livell ta’ kumdità  u alloġġ
provdut lill-alloġġjanti jkun iktar baxx minn dak li normalment
ikun provdut lill-alloġġjanti f’lukandi jew guest houses u fejn -
(i) il-faċilitajiet provduti huma prinċipalment
maħsuba għal żgħażagħ studenti jew kategorija
speċjali oħra ta’ persuni li jivvjaġġaw b’budget
baxx, u
(ii) l-alloġġ provdut jista’ jkun provdut f’dormitorju
jew fi kmamar oħra bħal dawn b’ħafna sodod.
(2) Kull liċenza tali għandha tkun fil-formula preskritta u
tiskadi fil-wieħed u tletin ta’ Diċembru li jaħbat minnufih wara d-
data tal-ħruġ tagħha. Wara dik inhar, tkun tista’ tiġi mġedda minn
sena għal sena.
LUKANDIUSTABBILIMENTI LI JIPPROVDUIKEL ġ K AP. 197.    5
(3) Iċ-chairman tal-Bord jista’, relattivament għal kull lukanda,
hostel jew stabbiliment li jipprovdi ikel, jagħti liċenza temporanja
għall-finijiet tas-subartikolu (1) għal perijodu ta’ mhux iżjed minn
disgħin ġurnata, iżda jista’, jekk il-Bord jidhirlu xieraq, u suġġett
għall-approvazzjoni tal-Ministru, itawwal dak il-perijodu għal
perijodu ieħor ta’ disgħin ġurnata:
Iżda l-għoti ta’ liċenza temporanja ma għandu bl-ebda mod
jiftiehem bħala indikazzjoni li sar f’ċirkostanzi li jistgħu
jiġġustifikaw l-għoti ta’ liċenza taħt id-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu li jaħbat sew sew wara dan.
(4) Kull min iżomm jew jiddiriġi lukanda, hostel jew
stabbiliment li jipprovdi ikel mingħajr liċenza jew mhux skond il-
liċenza jkun ħati ta’ reat u jeħel meta jinsab ħati multa ta’ mhux
anqas minn ħamsin lira u mhux iżjed minn mitejn lira.
Kondizzjonijiet li 
tahthom jistgħu 
jingħataw liċenzi.
5. (1) Ma għandha tingħata ebda liċenza mill-Bord skond dan
l-Att jekk il-persuna li tapplika għaliha ma tissodisfax lill-Bord li -
(a) hija ta’ kondotta tajba u li hija persuna tajba u xierqa
biex iżżomm jew tiddiriġi lukanda, hostel jew
stabbiliment li jipprovdi ikel, skond il-każ, u
(b) il-lokal li dwaru tkun saret l-applikazzjoni jkun adattat
strutturalment u iġenikament għall-użu bħala lukanda,
hostel jew bħala stabbiliment li jipprovdi ikel, skond
il- każ.
(2) Ebda lukanda, hostel jew stabbiliment li jipprovdi ikel ma
għandu jkun liċenzjat taħt isem li fil-fehma tal-Bord ikun
indesiderabbli, mhux xieraq jew qarrieqi.
Trasferiment ta’ 
liċenzi.
Emendat: 
XL. 1973.4;
I. 1986.5. 
6. (1) Liċenza biex tiġi miżmuma jew diretta lukanda, hostel
jew stabbiliment li jipprovdi ikel tista’, bil-kunsens bil-miktub tal-
Bord akkwistat qabel, tiġi trasferita fl-isem ta’ kull persuna li fil-
fehma tal-Bord twettaq il-ħtiġiet tas-subartikolu (1)(a) ta’ l-aħħar
artikolu qabel dan.
(2) Kull trasferiment ta’ liċenza magħmul skond id-
disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) ma joħloqx klassifika mill-ġdid
ta’ lukanda, hostel jew stabbiliment li jipprovdi ikel.
Tħassir ta’ liċenzi. 
Emendat: 
XXVII. 1969.4;
I. 1986.6.
7. (1) Meta jidher lill-Bord, wara dak l-istħarriġ li jidhirlu
xieraq, li lukanda, hostel jew stabbiliment li jipprovdi ikel qegħdin
jiġu miżmuma fi stat maħmuġ jew insanitarju jew ikunu qegħdin
jitmexxew b’mod mhux sodisfaċenti, il-Bord jista’, b’ordni bil-
miktub, jeħtieġ lil-lukandier, lid-diriġent ta’ hostel jew lid-diriġent
ta’ l-istabbiliment li jipprovdi ikel, skond il-każ, li jirrimedjaw id-
difett f’dak il-perijodu, li ħlief f’każijiet urġenti li jinvolvu ħsara
għas-saħħa ma jkunx anqas minn xahar, kif jista’ jiġi speċifikat fl-
ordni.
(2) Meta jkun sar appell kontra l-ordni tal-Bord, dak l-ordni ma
jkollu ebda effett jekk jiġi revokat mill-Ministru iżda, jekk l-ordni
jiġi konfermat jew varjat mill-Ministru, il-perijodu biex jiġi
rimedjat id-difett skond l-ordni tal-Bord jew skond id-deċiżjoni tal-
Ministru, skond il-każ, għandu jiskadi f’dik id-data kif il-Ministru
  6      KAP. 197. ħ     LUKANDIUSTABBILIMENTI  UIKEL
jispeċifika.
(3) Jekk il-lukandier, jew id-diriġent ta’ hostel jew id-diriġent
ta’ stabbiliment li jipprovdi ikel, skond il-każ, jonqos milli
jirrimedja d-difett kif ordnat mill-Bord jew kif deċiż mill-Ministru
fil-perijodu speċifikat, il-Bord jista’ jħassar il-liċenza relattivament
għal-lukanda, għall-hostel jew għall-istabbiliment li jipprovdi ikel
li dwaru jkun sar l-ordni tal-Bord.
(4) Meta persuna li tkun ingħatat jew li tkun ġiet trasferita lilha
liċenza skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att tkun ġiet misjuba
ħatja ta’ delitt li, fil-fehma tal-Bord, ikun ta’ dik ix-xorta li jirrendi
lil dik il-persuna hekk misjuba ħatja mhux aktar persuna tajba jew
xierqa li jkollha dik il-liċenza, il-Bord jista’ jħassar il-liċenza
maħruġa lil dik il-persuna.
(5) It-tħassir ta’ liċenza skond is-subartikolu (3) jew (4)
għandu jkollu effett malli jgħaddu għaxart ijiem mid-data li fiha l-
avviż ta’ dak it-tħassir ikun ġie komunikat lill-lukandier, lid-
diriġent ta’ hostel jew lid-diriġent ta’ l-istabbiliment li jipprovdi
ikel, skond il-każ:
Iżda, meta jkun sar appell kontra dak it-tħassir, ma għandux
jieħu effett jekk il-Ministru ma jikkonfermahx, u jekk jikkonferma
t-tħassir għandu jieħu effett malli jgħaddu għaxart ijiem mid-data li
fiha l-konferma tal-Ministru tkun ġiet komunikata lill-appellant.
Għoti ta’ liċenza 
lill-persuna 
nominata minn 
kumpannija jew 
minn persuna oħra.
Emendat:
I. 1986.7.
8. (1) Ebda kumpannija ma għandha tħaddem lukanda, hostel
jew stabbiliment li jipprovdi ikel kemm-il darba dik il-lukanda,
hostel jew stabbiliment li jipprovdi ikel ma jkunx dirett minn
lukandier, minn diriġent ta’ hostel jew minn diriġent ta’
stabbiliment li jipprovdi ikel, skond il-każ.
(2) Meta lukanda jew stabbiliment li jipprovdi ikel ikun
imħaddem minn kumpannija, jew minn individwu li ma jkunx fi
ħsiebu japplika għall-għoti ta’ liċenza f’ismu, il-Bord għandu, bla
ħsara tad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 5, jagħti liċenza dwar dik
il-lukanda, hostel jew stabbiliment li jipprovdi ikel, skond il-każ,
lill-persuna msemmija mill-kumpannija jew minn dak l-individwu.
(3) B’dak kollu li hemm fid-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu
4(2), il-Bord għandu jħassar liċenza mogħtija skond l-aħħar
subartikolu qabel dan minnufih kif il-Bord ikun informat b’avviż
bil-miktub mill-kumpannija jew mill-individwu li jkun għamel in-
nomina għall-iskop ta’ dik il-liċenza li dik in-nomina ġiet irtirata,
jew mill-persuna li lilha tkun ingħatat il-liċenza li mhux fi ħsiebha
aktar li tagħmilha bħala lukandier, diriġent ta’ hostel jew diriġent
ta’ stabbiliment li jipprovdi ikel, skond il-każ, tal-lukanda, hostel
jew stabbiliment li jipprovdi ikel li relattivament għalih tkun
ingħatat il-liċenza.
(4) Kull avviż mogħti għall-fini ta’ l-aħħar subartikolu qabel
dan ma għandux jolqot, bejn il-partijiet interessati, xi talba għad
danni jew xi talba oħra li tiġi mid-drittijiet kontrattwali u obbligi
tagħhom reċiproċi.
(5) Meta persuna tikser id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1),
kull min, fiż-żmien ta’ dak il-ksur, kien direttur, manager,
LUKANDIUSTABBILIMENTI LI JIPPROVDUIKEL ġ K AP. 197.    7
segretarju jew uffiċjal simili ieħor ta’ dik il-kumpannija jew kien
jidher li qiegħed jaġixxi f’xi kariga tali, jkun ħati ta’ reat, jekk ma
jippruvax illi l-ksur sar mingħajr it-tagħrif tiegħu u li eżerċita d-
diliġenza kollha xierqa biex jevitah, u jeħel meta jinsab ħati multa
ta’ mhux anqas minn għaxar liri u mhux iżjed minn mitt lira.
Klassifikazzjoni ta’ 
lukandi u ta’ 
stabbilimenti li 
jipprovdu ikel. 
Emendat: 
XL. 1973.5; 
VII. 1980.3;
I. 1986.8. 
9. (1) Il-Bord għandu jikklassifika l-lukandi, l-hostels u l-
istabbilimenti li jipprovdu ikel b’dak il-mod li fil-fehma tiegħu
jkun jaqbel l-aħjar mar-regolamenti magħmula għal dak l-iskop
skond l-artikolu 16(1)(a):
Iżda l-Bord ma jkunx obbligat li jikklassifika mill-ġdid
lukanda, hostel jew stabbiliment li jipprovdi ikel qabel ma tgħaddi
sena mill-aħħar klassifikazzjoni tiegħu.
(2) Kemm jista’ jkun malajr wara li l-Bord ikun ikklassifika
lukanda, hostel jew stabbiliment li jipprovdi ikel, il-lukandier jew
id-diriġent tal-hostel jew id-diriġent ta’ l-istabbiliment li jipprovdi
ikel għandu jiġi avżat b’dan.
(3) Meta, skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 13, isir appell
kontra klassifikazzjoni magħmula mill-Bord skond is-subartikolu
(1), dik il-klassifikazzjoni ma tibdiex isseħħ qabel ma l-Ministru
jagħti d-deċiżjoni tiegħu dwarha.
(4) Kull klassifikazzjoni deċiża mill-Ministru jew magħmula
mill-Bord iżda li kontra tagħha ma jsirx appell għandha tibda sseħħ
u għandha tiġi pubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern kemm jista’ jkun
malajr.
(5) Kull min, bil-miktub, jagħmel reklam dwar jew xort’oħra
juri stabbiliment bħala lukanda, hostel jew stabbiliment li jipprovdi
ikel meta dak l-istabbiliment ma jkollux liċenza mill-Bord jew jekk
ikollu dik il-liċenza, hekk jagħmel reklam dwar jew juri
stabbiliment bħala li jkun ta’ kategorija ogħla minn dik li tagħha
jkun attwalment skond il-klassifikazzjoni tiegħu, jew bħala li joffri
faċilitajiet jew servizzi speċjali li fil-fatt ma jkollux, fiż-żmien ta’
dan ir-reklam jew wiri, ikun ħati ta’ reat u jeħel meta jinsab ħati
multa ta’ mhux anqas minn mitejn lira u mhux iżjed minn ħames
mitt lira.
Liċenza u 
klassifikazzjoni 
flimkien ta’ 
lukanda u ta’ 
stabbiliment li 
jipprovdu ikel. 
Miżjud: 
VI. 1971.3. 
Emendat: 
I. 1986.9.
10. Meta lukanda jew hostel u stabbiliment wieħed jew iżjed li
jipprovdu ikel jifformaw parti mill-istess bini jew minn-numru ta’
bini aggruppat flimkien u jkunu taħt l-istess direzzjoni ġenerali,
għandhom jingħataw liċenza waħda u klassifikazzjoni waħda:
Iżda l-Bord meta jagħti l-klassifikazzjoni għandu
jikkunsidra s-servizzi u l-faċilitajiet li jkun hemm f’dak il-bini jew
grupp ta’ bini, u għall-iskopijiet ta’ dan l-artikolu jista’ jagħti l-
klassifikazzjoni aktar baxxa jew l-aktar baxxa li kienet tkun tmiss
lil-lukanda jew lill-hostel, jew lil dawk is-servizzi u l-faċilitajiet:
Iżda wkoll il-Bord jista’, għall-iskop ta’ din il-
klassifikazzjoni, ma jagħtix każ ta’ xi stabbiliment li jipprovdi ikel
li jkun prinċipalment maħsub għall-pubbliku in ġenerali.
  8      KAP. 197. ħ     LUKANDIUSTABBILIMENTI  UIKEL
Klassifikazzjoni 
mill-ġdid ta’ 
lukandi u ta’ 
stabbilimenti li 
jipprovdu ikel. 
Emendat: 
I. 1986.10. 
11. (1) Meta jkun jidher lill-Bord, wara dak l-istħarriġ li
jidhirlu xieraq, li lukanda, hostel jew stabbiliment li jipprovdi ikel
ma jkunx qed jiġi miżmum jew dirett b’mod konformi għall-grad
ta’ lukanda, hostel jew stabbiliment li jipprovdi ikel tal-kategorija
li fiha dik il-lukanda, hostel jew stabbiliment li jipprovdi ikel ikun
klassifikat, skond id-disposizzjonijiet ta’ xi regolamenti magħmula
skond dan l-Att, il-Bord jista’, wara li jagħti avviż dwar hekk lil-
lukandier, lid-diriġent ta’ hostel jew lid-diriġent ta’ l-istabbiliment
li jipprovdi ikel, skond il-każ, ineħħi l-isem ta’ dik il-lukanda, tal-
hostel jew ta’ l-istabbiliment li jipprovdi ikel minn dik il-kategorija
u jqiegħdu f’kategorija aktar baxxa.
(2) Il-klassifikazzjoni mill-ġdid ta’ dik il-lukanda, dak il-hostel
jew dak l-istabbiliment li jipprovdi ikel magħmula skond l-aħħar
subartikolu qabel dan għandu jkollha effett malli jgħaddu għaxart
ijiem mid-data li fiha jiġi komunikat avviż dwar hekk lil-lukandier,
lid-diriġent ta’ hostel jew lid-diriġent ta’ stabbiliment li jipprovdi
ikel, skond il-każ:
Iżda, meta jkun sar appell kontra dik il-klassifikazzjoni
mill-ġdid, ma għandhiex tieħu effett jekk ma tkunx konfermata
mill-Ministru jew, jekk tkun ġiet modifikata minnu, ikollha effett
skond hekk u d-deċiżjoni tal-Ministru għandu jkollha effett malli
jgħaddu għaxart ijiem mid-data li fiha jkun ġie komunikat avviż
dwar hekk lill-appellant.
Konsenja ta’ 
ċertifikat. 
Emendat:
I. 1986.11. 
12. (1) Kull ċertifikat ta’ klassifikazzjoni li jkun ġie mħassar
għandu jiġi konsenjat lill-Bord.
(2) Kull ċertifikat ta’ klassifikazzjoni relattivament għal
lukanda, jew għal hostel jew għal stabbiliment li jipprovdi ikel li
jkun ġie klassifikat mill-ġdid għandu jiġi konsenjat lill-Bord u
ċertifikat ġdid, mibdul skond iċ-ċirkostanzi tal-każ, għandu jiġi
maħruġ minfloku.
(3) Kull lukandier, diriġent ta’ hostel jew diriġent ta’
stabbiliment li jipprovdi ikel li ma jħarisx xi talba tal-Bord
magħmula għall-fini ta’ dan l-artikolu jkun ħati ta’ reat u jeħel meta
jinsab ħati multa ta’ mhux anqas minn ħames liri u mhux iżjed
minn ħamsin lira.
Appelli.
Emendat: 
XXVII.1969.5;
XL .1973.6; 
XXXVI. 1977.8;
I. 1986.12.
13. (1) Kull min ikun aggravat bi -
(a) id-deċiżjoni tal-Bord li jiċħad l-għoti jew it-
trasferiment ta’ liċenza skond dan l-Att,
(b) id-deċiżjoni tal-Bord dwar il-klassifikazzjoni ta’
lukanda, ta’ hostel jew ta’ stabbiliment li jipprovdi
ikel,
(ċ) id-deċiżjoni tal-Bord li jħassar liċenza mogħtija skond
dan l-Att,
(d) xi ordni jew direttiva tal-Bord mogħtija skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew ta’ xi regolamenti
magħmula bis-saħħa tiegħu,
jista’, fi żmien għaxart ijiem mid-data li fiha d-deċiżjoni, ordni jew
direttiva, skond il-każ, tkun komunikata lilu, jagħmel appell
LUKANDIUSTABBILIMENTI LI JIPPROVDUIKEL ġ K AP. 197.    9
minnha bil-miktub lill-Ministru:
Iżda, meta il-perijodu speċifikat fl-ordni magħmul skond l-
artikolu 7(1) ikun anqas minn xahar, dak l-appell għandu jsir fi
żmien jumejn tax-xogħol minn dik id-data.
(2) Il-Ministru għandu jikkunsidra dak l-appell u, wara dak l-
istħarriġ l-ieħor kif jista’ jidhirlu xieraq, huwa għandu jikkonferma,
jirrevoka jew jimmodifika d-deċiżjoni, ordni jew direttiva, skond
il-każ, tal-Bord skond dak li jaħseb li jkun għall-aħjar interessi tat-
turiżmu f’Malta.
(3) Id-deċiżjoni tal-Ministru skond id-disposizzjonijiet tas-
subartikolu (2) tkun finali u konklużiva.
(4) Meta jsir appell skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-
artikolu, il-lukandier, id-diriġent ta’ hostel jew id-diriġent ta’ l-
istabbiliment li jipprovdi ikel, skond il-każ, għandu jħallas lis-
segretarju tal-Bord dak id-dritt li jista’ jiġi preskritt:
Iżda, meta dak l-appell jiġi milqugħ għal kollox mill-
Ministru dak id-dritt għandu jingħata lura lill-appellant.
Reġistru ta’ 
alloġġjanti. 
Emendat: 
VII. 1980.4; 
I. 1986.13. 
14. (1) Kull lukandier, jew diriġent ta’ hostel għandu jżomm
reġistru f’forma preskritta li fih għandu jara li kull alloġġjant jikteb
ismu flimkien ma’ dawk il-partikolaritajiet l-oħra li jistgħu jkunu
preskritti.
(2) Kull lukandier jew diriġent ta’ hostel għandu jippreżenta
dak ir-reġistru għall-ispezzjon kull meta jkun hekk meħtieġ minn xi
uffiċjal tal-Pulizija mhux taħt il-grad ta’ spettur, minn membru tal-
Bord jew minn xi persuna oħra awtorizzata għal hekk bil-miktub
miċ-chairman tal-Bord.
(3) Kull lukandier jew diriġent ta’ hostel li -
(a) jonqos li jżomm ir-reġistru fuq imsemmi, jew
(b) jonqos, jittraskura jew jirrifjuta li jħares l-ħtiġiet ta’
dan l-artikolu,
ikun ħati ta’ reat u jeħel meta jinsab ħati multa ta’ mhux inqas minn
mitt lira iżda mhux iżjed minn tliet mitt lira.
(4) Kull alloġġjant li jagħmel jew iġiegħel li ssir f’xi reġistru
miżmum skond id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) xi
dikjarazzjoni jew reġistrazzjoni li jkun jaf li l-istess tkun falza
f’dettall sostanzjali, ikun ħati ta’ reat u jeħel meta jinsab ħati multa
ta’ mhux iżjed minn tletin lira.
Dritt ta’ aċċess u 
spezzjon. 
Emendat: 
VII. 1980.5;
I. 1986.14.
15. (1) Kull membru tal-Bord jew persuna oħra awtorizzata
bil-miktub f’dak is-sens mill-Ministru jew miċ-chairman tal-Bord
ikollha f’kull żmien raġonevoli aċċess, għal kull skop li għandu
x’jaqsam ma’ dan l-Att, għal kull lukanda, hostel jew stabbiliment
li jipprovdi ikel li relattivament għalih ikun hemm liċenza in vigore
u jkollu d-dritt li jispezzjona kull parti tal-bini ta’ dik il-lukanda,
hostel jew stabbiliment li jipprovdi ikel.
(2) Kull min jirrifjuta l-imsemmi dritt ta’ aċċess jew b’xi mod
ifixkel jew jopponi l-imsemmi dritt ta’ spezzjon jeħel meta jinsab
ħati multa ta’ mhux anqas minn mitt lira u mhux iżjed minn tliet
  10      KAP. 197. ħ     LUKANDIUSTABBILIMENTI  UIKEL
mitt lira.
Regolamenti. 
Emendat: 
XL. 1973.7;
VII. 1980.6; 
I. 1986.15; 
IV. 1989.2.
16. (1) Il-Ministru jista’ min żmien għal żmien jagħmel
regolamenti biex jingħata effett lid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att,
sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb u effiċjenti ta’ lukandi,
hostels u stabbilimenti li jipprovdu ikel u, mingħajr ħsara għall-
ġeneralità  ta’ dawk is-setgħat, jista’ jagħmel regolamenti għall-
iskopijiet kollha jew għal kull wieħed mill-iskopijiet li ġejjin:
(a) biex jipprovdi għall-klassifikazzjoni ta’ lukandi, ta’
hostels u ta’ stabbilimenti li jipprovdu ikel u għall-
ħruġ ta’ ċertifikati ta’ klassifikazzjoni relattivament
għalihom, u biex jippreskrivi relattivament għal kull
kategorija l-ħtiġiet minimi li lukandi, hostels u
stabbilimenti li jipprovdu ikel għandhom jissodisfaw
sabiex jiġu klassifikati f’dik il-kategorija;
(b) biex jippreskrivi d-drittijiet li għandhom jinġabru
relattivament għall-għoti ta’ xi liċenza jew għall-ħruġ
ta’ xi ċertifikat ta’ klassifikazzjoni jew ta’ xi ċertifikat
ieħor skond dan l-Att;
(ċ) biex jistabbilixxi jew jagħti setgħa lill-Bord biex
jistabbilixxi l-anqas u l-ogħla rati li jistgħu jiġu
mitluba minn lukandier, minn diriġent ta’ hostel jew
minn diriġent ta’ stabbiliment li jipprovdi ikel, dwar
dawk il-kategoriji ta’ lukandi, ta’ hostels jew
stabbilimenti li jipprovdu ikel kif il-Ministru jista’
minn żmien għal żmien jiddeċidi, għall-alloġġ, inklużi
s-servizzi, provduti f’lukanda li tkun f’xi waħda mill-
imsemmija kategoriji jew għal rinfreski, ikel u xorb,
inklużi servizzi, prokurati fi stabbiliment li jipprovdi
ikel li jkun f’xi waħda mill-kategoriji msemmija, u
biex jippreskrivi l-mod li bih dawk ir-rati għandhom
jinġiebu għall-konjizzjoni tal-kljenti;
(d) biex jirregola l-kontenut ta’ kull foljett stampat,
brochure, reklam u kull materjal ieħor publiċitarju
dwar lukandi jew stabbilimenti li jipprovdu ikel
maħsub għad-distribuzzjoni jew biex jitqiegħed f’xi
pubblikazzjoni f’Malta jew barra minn Malta;
(e) biex jipprovdi għan-nomina ta’ spetturi ta’ lukandi u
ta’ stabbilimenti li jipprovdu ikel u biex jppreskrivi s-
setgħat u d-dmirijiet tagħhom;
(f) biex jistabilixxi jew jagħti setgħa lill-Bord li
jistabilixxi l-inqas faċilitajiet u servizzi li għandhom
jingħataw f’lukandi, hostels u stabbilimenti li
jipprovdu l-ikel ta’ kull klassi, u biex jistabilixxi jew
jagħti setgħa lill-Bord jistabilixxi l-prezzijiet għal
dawk il-faċilitajiet u servizzi;
(g) biex jippreskrivi kull ħaġa li għandha tiġi preskritta.
(2) Dawn ir-regolamenti jistgħu jimponu pieni għall-ksur
tagħhom li ma jeċċedux multa ta’ mitejn lira.
(3) Kull regolamenti magħmula skond dan l-artikolu għandhom
LUKANDIUSTABBILIMENTI LI JIPPROVDUIKEL ġ K AP. 197.    11
jitqiegħdu quddiem il-Kamra tad-Deputati kemm jista’ jkun malajr
wara li jsiru, u jekk, fi żmien l-għoxrin ġurnata ta’ wara li jibdew
mill-ġurnata li fiha dawk ir-regolamenti hekk jitqiegħdu
quddiemha, il-Kamra tad-Deputati tirriżolvi illi r-regolamenti jiġu
annullati, ir-regolamenti għandhom wara dan ikunu nulli, iżda
mingħajr ħsara ta’ kull ħaġa li tkun saret qabel bis-saħħa tagħhom
jew għall-egħmil ta’ regolamenti ġodda:
Iżda ma għandux ikun inkluż fil-kalkolu ta’ l-imsemmija
għoxrin ġurnata ebda perijodu ta’ erbat ijiem konsekuttivi jew iżjed
li jaħbtu bejn xi żewġ laqgħat konsekuttivi tal-Kamra tad-Deputati.
TAQSIMA III 
MIXXELLANJI
Dritt ta’ ritenzjoni. 
Sostitwit:
I. 1986.11. 
17. Lukandier u diriġent ta’ hostel ikollu d-dritt li jżomm kull
ħaġa li alloġġjant iġib fil-lukanda jew fil-hostel u li tkun fil-pussess
tal-lukandier jew tad-diriġent tal-hostel sakemm dak l-alloġġjant
ikun iħallas ir-rati mitluba legalment mil-lukandier jew mid-
diriġent tal-hostel, skond il-każ.
Applikabbiltà . 
Emendat: 
VI. 1971.4;
I. 1986.17. 
Kap. 10.
18. (1) Ebda ħaġa f’dan l-Att ma għandha tapplika jew titqies
li tapplika b’xi mod għal xi kunvent, monasteru, boarding school,
kulleġġ jew għal xi dar jew lokal użati esklussivament għall-alloġġ
jew boarding ta’ persuni f’istitut ta’ karità  jew għal xi korp jew
istituzzjoni oħra simili jew għal xi każin li għandu jiġi reġistrat
skond xi regolamenti magħmula bis-saħħa ta’ l-artikolu 195 tal-
Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija.
(2) Meta l-Bord ikun tal-fehma illi lukanda, hostel jew
stabbiliment li jipprovdi ikel ikun ta’ dak il-grad hekk baxx li
jiġġustifika l-ħruġ mill-Bord, relattivament għalih, ta’ ċertifikat
fis-sens li dik il-lukanda, dak il-hostel jew dak l-istabbiliment li
jipprovdi ikel, skond il-każ, mhux klassifikabbli, il-Bord għandu
joħroġ dak iċ-ċertifikat u d-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att ma
għandhomx japplikaw għal dik il-lukanda, dak il-hostel jew dak l-
istabbiliment li jipprovdi ikel, skond il-każ, sakemm dak iċ-
ċertifikat jibqa’ jseħħ:
Kap. 10.
Iżda, sakemm dak iċ-ċertifikat jibqa’ jseħħ, il-lukanda jew
hostel li għaliha ċ-ċertifikat jirreferixxi għandha titqies li tkun
alloġġ għall-finijiet tal-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija:
Iżda wkoll il-Bord jista’, f’kull żmien, meta t-tibdil taċ-
ċirkostanzi tal-każ jiġġustifikaw hekk, minn jeddu jew fuq talba
tas-sid tal-lukanda, tal-hostel jew ta’ l-istabbiliment li jipprovdi
ikel, skond il-każ, iħassar l-imsemmi ċertifikat u joħroġ liċenza
skond l-artikolu 4.
(3) Kull min ikun aggravat bid-deċiżjoni tal-Bord dwar xi ħaġa
kontemplata fl-aħħar subartikolu qabel dan ikollu dritt għall-appell
lill-Ministru li għalih japplikaw id-disposiz-zjonijiet ta’ l-artikolu
13.
  12      KAP. 197. ħ     LUKANDIUSTABBILIMENTI  UIKEL
Att dwar il-
Probation ta’ 
Ħatjin ma 
japplikax. 
Kap. 446.
19. Id-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar il-Probation ma
japplikawx dwar reati taħt l-artikoli 4, 8, 9, 12, 14 u 15 u dwar xi
ksur ta’ xi regolament magħmul taħt l-artikolu 16.
