RESTRIZZJONI TA’ UŻU TA’ L-EMBLEMA 
U TA’ L-ISEM TA’ L-UNESCO  ġKAP. 198.   1
KAPITOLU 198
ATT DWAR IR-RESTRIZZJONI TA’ UŻU TA’ 
L-EMBLEMA U TA’ L-ISEM TA’ L-UNESCO 
Biex jirrestrinġi l-użu ta’ l-emblema u ta’ l-isem ta’ l-Organizzazzjoni
Edukattiva, Xjentifika u Kulturali tan-Nazzjonijiet Uniti.
(28 ta’ April, 1967)*
Sar liġi bl-ATT XIII ta’ l-1967, kif emendat bl-Att LVIII ta’ l-1974. 
Titolu fil-qosor. 
ta’ l-Emblema u ta’ l-Isem ta’ l-Unesco. 
Tifsir.
"emblema" tfisser l-emblema murija fl-Iskeda li tinsab ma’ dan l-
Att;
"isem abbrevjat ta’ l-Organizzazzjoni" tfisser abbrevjazzjoni ta’
l-isem ta’ l-Organizzazzjoni permezz ta’ l-użu ta’ l-inizjali
UNESCO, sew f’ittri kbar sew f’ittri żgħar jew fit-tnejn, sew
f’karattri latini sew f’karattri oħra;
"Organizzazzjoni" tfisser l-Organizzazzjoni Edukattiva, Xjenti-
fika u Kulturali tan-Nazzjonijiet Uniti.
Projbizzjoni ta’ l-
użu ta’ l-emblema 
u ta’ l-isem 
UNESCO.
3. Ħadd ma jista’, mingħajr l-awtorizzazzjoni bil-miktub
minn qabel tad-Direttur Ġenerali ta’ l-Organizzazzjoni -
(a) b’xi mod jew għal xi skop, ikun li jkun, juża l-
emblema ta’ l-Organizzazzjoni jew xi imitazzjoni
tagħha li tista’ normalment tittieħed għall-emblema;
jew
(b) juża, bi kwalunkwe lingwa, l-isem ta’ l-
Organizzazzjoni b’mod tali li juri li l-pubblikazzjoni
jew ħaġa oħra li relattivament għaliha dak l-isem ikun
użat bħallikieku tkun saret, tkun ġiet prodotta jew tkun
ġiet patroċinata mill-Organizzazzjoni; jew
(ċ) juża l-isem abbrevjat ta’ l-Organizzazzjoni bħala trade
mark  jew parti minnha, sew jekk it-trade  mark  tkun
reġistrata sew jekk le, jew bħala tikketta kummerċjali
jew għal xi skop ieħor kummerċjali simili.
Pieni għal reati.
qabel dan ikun ħati ta’ reat u jeħel meta jinsab ħati multa ta’ mhux
anqas minn għoxrin lira u mhux iżjed minn mitt lira.
(2) Ma’ kull kundanna tali, il-qorti għandha tordna l-konfiska
favur il-Gvern ta’ kull oġġett in kontravvenzjoni li jkun instab fil-
pussess tal-persuna misjuba ħatja. 
(3) F’kull proċeduri kriminali skond dan l-artikolu, il-piż tal-
*Ara Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 284 tat-28 ta’ April, 1967.
    RESTRIZZJONI TA’ UŻU TA’ L-EMBLEMA 
2      KAP. 198.ħ   U TA’ L-ISEM TA’ L-UNESCO 
prova li l-emblema, l-isem jew l-isem abbrevjat ta’ l-
Organizzazzjoni kien użat bl-awtorizzazzjoni bil-miktub minn
qabel tad-Direttur Ġenerali ta’ l-Organizzazzjoni, ikun fuq l-
akkużat. 
Reati minn għaqda 
ta’ persuni. 
5. Meta reat skond dan l-Att ikun ġie magħmul minn għaqda
ta’ persuni, kull min fiż-żmien ta’ l-egħmil tar-reat kien direttur,
general manager, segretarju jew uffiċjal simili ieħor ta’ dik l-
għaqda jew kien jidher li qiegħed jaġixxi f’xi kariga tali, jkun ħati
ta’ dak ir-reat jekk ma jippruvax illi dak ir-reat ġie magħmul
mingħajr ma kien jaf huwa u li eżerċita dik id-diliġenza kollha
xierqa biex jiġi evitat l-egħmil tar-reat kif missu jeżerċita wara li
jittieħed kont tax-xorta tal-funzjonijiet tiegħu f’dik il-kariga u taċ-
ċirkostanzi kollha.
Kunsens ta’ l-
Avukat Generali 
għall-
prosekuzzjonijiet.
Emendat: 
LVIII. 1974.68.
6. Ebda proċeduri għal reat skond dan l-Att ma għandhom
jittieħdu ħlief bil-kunsens ta’ l-Avukat Ġenerali.
