TIĠDIDTA’KIRITA’RABAġ K AP. 199.     1
KAPITOLU 199
ATT DWAR IT-TIĠDID TA’ KIRI TA’ RABA’ 
Biex jirregola l-kiri mill-ġdid ta’ raba’ u biex jipprovdi għall-ħwejjeġ
konnessi u anċillari.
20 ta’ Ġunju, 1967
L-ATT XVI ta’ l-1967, kif emendat bl-Atti: XXVIII ta’ l-1969, IX ta’ l-
1972, V ta’ l-1973, LVIII ta’ l-1974, V ta’ l-1975; bl-Avviż Legali 148 ta’ l-
1975; u bl-Atti XIX ta’ l-1979, VIII ta’ l-1990, XIX ta’ l-1993, XXIV ta’ l-
1995, VI ta’ l-2001 u XXXI ta’ l-2002.
Titolu fil-qosor. 
Kiri ta’ Raba’.
Tifsir.
xort’oħra -
"Bord" tfisser il-Bord dwar il-Kontroll tal-Kiri ta’ Raba’
mwaqqaf skond l-artikolu 5;
"ċessjonarju tal-kirja" tinkludi sub-konduttur u, meta ma jkun
hemm la persuna li lilha tkun ġiet ċeduta l-kirja u l-anqas sub-
konduttur, il-persuna li tkun attwalment tgawdi l-kirja bil-kunsens
espress jew taċitu tal-kerrej, u "ċessjoni" għandha tiftiehem skond
hekk;
"data ta’ terminazzjoni" tfisser l-aħħar ġurnata li fiha l-perijodu
tal-kirja li sid il-kera jipproponi li jbiddel il-kondizzjonijiet tagħha
jew li sid il-kera ma hux fi ħsiebu jġedded jiskadi;
"kerrej" tinkludi kull membru tal-familja li jkun ċessjonarju tal-
kirja u, wara l-mewt tal-kerrej, meta ma jkun hemm ebda membru
bħal dak, tinkludi f’ordni ta’ preferenza kull membru tal-familja li
jkun legatarju tal-kirja jew li, matul l-aħħar sena minnufih qabel il-
mewt tal-kerrej, kien jgħix mal-kerrej jew kien qed jaħdem ir-raba’
miegħu jew għalih jew ikun il-werriet tal-kerrej; tinkludi wkoll,
relattivament għal sullokatur, sub-konduttur, liema kelma għandha
titqies f’dik ir-relazzjoni bħala li jkollha l-istess tifsir bħal kerrej
fl-estensjoni sħiħa tiegħu;
"kirja" tfisser kirja għal żmien totali miftiehem ta’ mhux iżjed
minn sittax-il sena għal kera, bi flus jew b’kumpens ieħor, li
jitħallas bis-sena b’rata waħda jew iżjed u tinkludi kirja taċitament
imġedda minn sena għal sena jew imġedda b’deċiżjoni tal-Bord
skond dan l-Att, iżda ma tinkludix la enfitewsi u lanqas ftehim ta’
kirja li bis-saħħa tiegħu l-prodott għandu jinqasam bejn sid il-kera
u l-kerrej; tinkludi wkoll "sullokazzjoni" relattivament għal
sullokatur u sub- konduttur;
"kondizzjonijiet" tinkludi l-kera li jitħallas relattivament għal
kirja;
"Malta" tfisser il-Gżira ta’ Malta u l-Gżejjer ta’ Għawdex u
Kemmuna;
  2      KAP. 199. ħ       TIĠDIDTA’KIRITA’RABA
"membru tal-familja" tfisser axxendent lineari, dixxendent
lineari, armla jew armel, raġel tat-tifla, u l-armla tat-tifel sakemm
ma terġax tiżżewweġ, tal-kerrej;
"raba" tfisser kull art li tkun prinċipalment mikrija għall-
koltivazzjoni ta’ prodotti agrikoli, fjuri, siġar tal-frott jew dwieli u
għal skopijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ l-agrikoltura, inkluż it-
twaqqif ta’ serer, cloches jew cold frames, iżda ma tinkludix art
intiża biex jirgħu l-annimali;
"sid il-kera" tinkludi sullokatur relattivament għal sub-konduttur.
Tibdil ta’ 
kondizzjonijiet ta’ 
kirja. 
Emendat: 
IX. 1972.2.
3. (1) Bla ħsara tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, meta sid
il-kera jkun irid jagħmel xi tibdil fil-kondizzjonijiet ta’ kirja
f’egħluq it-terminu tagħha, jekk ma jkunx sar ftehim bil-miktub
mal-kerrej, hu għandu japplika lill-Bord permezz ta’ rikors li jkun
fih dettalji tat-tibdil propost, ippreżentat mhux aktar tard minn tliet
xhur qabel id-data li fiha t-terminu jagħlaq.
(2) Il-Bord ma għandu japprova ebda kondizzjonijiet ġodda li
jkunu jinsabu f’xi rikors jekk jiġi ipprovat li -
(a) dawk il-kondizzjonijiet ġodda jkunu ġustifikati biss
minħabba benefikati ta’ natura permanenti li jkunu
saru fir-raba’, waqt il-perijodu ta’ tmien snin minnufih
qabel id-data tat-terminazzjoni, mill-kerrej stess jew
minn membru tal-familja, mingħajr ma huma kienu
taħt xi obbligu li jeffettwaw dawk il-benefikati; jew
(b) dawk il-kondizzjonijiet ġodda jkunu ġustifikati biss
minħabba benefikati ta’ natura permanenti li jkunu
saru fir-raba’ bl-użu ta’ fondi provduti mill-Gvern jew
f’isem il-Gvern fil-forma ta’ għotja jew f’xi forma
oħra li, salv it-tħaris tal-kondizzjonijiet li jirregolaw
il-provvista ta’ dawk il-fondi, ma timplikax ħlas lura;
jew
(ċ) dawk il-kondizzjonijiet ġodda ma jkunux ekwi għal
paragun ma’ kondizzjonijiet ta’ kiri li jkunu jeżistu
f’egħlieqi paragunabbli fl-istess parti tal-Gżira, wara li
jittieħed kont prinċipalment tal-kwalità  u profondità
medja tal-ħamrija, tan-natura ta’ l-art ta’ taħt il-
ħamrija, tad-direzzjoni li fiha r-raba’ mżerżaq ikun
qiegħed faċċata, ta’ l-aċċessibiltà  għat-triq u d-
distanza tiegħu mill-eqreb raħal.
(3) Il-Bord jista’, minflok ma jiċħad il-kondizzjonijiet ġodda
proposti minn sid il-kera, jimmodifikahom u japprovahom safejn
ikunu ġustifikati bl-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet li hemm fil-
paragrafi (a), (b) u (ċ) ta’ l-aħħar subartikolu qabel dan:
Iżda f’ebda każ ma għandhom dawk il-kondizzjonijiet
ikunu anqas favorevoli għal sid il-kera minn dawk ta’ l-aħħar kirja
preċedenti.
Nuqqas ta’ tiġdid 
ta’ kirja. 
Emendat: 
XXVIII. 1969.2;
IX. 1972.3.
4. (1) Bla ħsara tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, meta sid
il-kera jkun irid jieħu lura l-pussess ta’ xi raba’, jekk il-kerrej ma
jkunx ftiehem bil-miktub kemm dwar it-tmiem tal-lokazzjoni u
TIĠDIDTA’KIRITA’RABAġ K AP. 199.     3
kemm dwar il-kumpens dovut, huwa għandu japplika lill-Bord
permezz ta’ rikors li jkun fih -
(a) raġunijiet dettaljati l-għala jrid jieħu lura l-pussess, u
(b) talba għal-likwidazzjoni ta’ kull kumpens li jkollu
jitħallas skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu,
u jiġi ippreżentat mhux aktar tard minn tliet xhur qabel id-data li
fiha tagħlaq il-kirja:
Iżda, meta xi kirja bħal dik ma tagħlaqx fil-15 ta’ Awissu
ta’ xi sena, ebda deċiżjoni li tapprova dak it-teħid lura ta’ pussess
ma għandha sseħħ qabel il-15 ta’ Awissu li jiġi wara d-data tat-
terminazzjoni tal-kirja korrenti.
(2) Il-Bord jilqa’ r-rikors ta’ sid il-kera jekk sid il-kera
jipprova li -
(a) jeħtieġ ir-raba’ biex jiġi wżat għal skopijiet agrikoli
minnu personalment jew minn xi membru tal-familja
personalment għal perijodu ta’ mhux anqas minn erba’
snin konsekuttivi li jibdew minnufih wara d-data tat-
terminazzjoni; jew
(b) jeħtieġ ir-raba’, basta ma jkunx raba’ saqwi, għall-
kostruzzjoni fuqu ta’ bini għal skopijiet ta’ residenza,
negozju jew industrjali; jew
(ċ) ir-raba’ jkun ġie sullokat jew il-kirja tiegħu tkun ġiet
trasferita mingħajr il-kunsens ta’ sid il-kera lil xi
persuna oħra li ma tkunx xi kerrej ieħor ta’ l-istess
raba’ jew membru tal-familja; jew
(d) matul is-sentejn minnufih qabel id-data tat-
terminazzjoni, l-għalqa tħalliet ma tinħadimx għal
mill-anqas tnax-il xahar konsekuttivi skond il-
kalendarju; jew
(e) matul is-sentejn minnufih qabel id-data tat-
terminazzjoni, il-kerrej ikun naqas, relattivament għal
żewġ perijodi jew iżjed, li jħallas il-kera, f’kull
okkażjoni, fi żmien ħmistax-il ġurnata mill-ġurnata li
fiha sid il-kera jkun talbu bil-miktub biex iħallas; jew
(f) matul is-sentejn minnufih qabel id-data tat-
terminazzjoni, il-kerrej, li jkun marbut li jsewwi u
jżomm fi stat tajjeb il-ħitan tar-raba’, naqas li jwettaq
dak l-obbligu jew abitwalment naqas li jħares xi
kondizzjoni oħra tal-kirja jew deliberatament jew bi
traskuraġni kkaġuna jew ħalla li tiġi kaġunata ħsara,
ħlief ħsara ta’ importanza żgħira, f’xi siġar tal-frott
fir-raba’:
Iżda ċ-ċirkostanza msemmija fil-paragrafu (a) ta’ dan is-
subartikolu ma tkunx raġuni biżżejjed biex jiġi milqugħ ir-rikors
ta’ sid il-kera, jekk il-kerrej jipprova li r-raba’ in kwistjoni jkun
fonti importanti ta’ l-għajxien tiegħu u tal-familja tiegħu u jekk il-
Bord ikun sodisfatt li l-kerrej ibati aktar minn sid il-kera jekk ir-
rikors jiġi milqugħ:
  4      KAP. 199. ħ       TIĠDIDTA’KIRITA’RABA
Iżda wkoll, meta r-raba’ jinkludi razzett li jkun użat mill-
kerrej bħala l-uniku post ta’ residenza tiegħu u tal-familja tiegħu,
iċ-ċirkostanza msemmija taħt il-paragrafu (b) ta’ dan is-subartikolu
ma tkunx raġuni biżżejjed biex jiġi milqugħ ir-rikors ta’ sid il-kera
jekk il-kerrej ma jitħallix iżomm dak ir-razzett bil-kera u taħt il-
kondizzjonijiet li jiġu stabbiliti mill-Bord jew jekk ma jkunx
provdut minn sid il-kera dar oħra fejn joqgħod, raġonevolment
tajba għall-mezzi tiegħu u għall-mezzi tal-familja tiegħu u għall-
bżonnijiet tagħhom dwar il-kobor.
(3) Meta parti biss mir-raba’ tkun meħtieġa għal xi wieħed
mill-iskopijiet imemmija fis-subartikolu (2)(a) jew (b) u l-kejl tal-
bqija ta’ dik l-art teċċedi 124 metru kwadru, il-kerrej jista’ jitlob
lill-Bord u l-Bord għandu jordna illi l-kirja tiġi mġedda
relattivament għal bqija tar-raba’, taħt dawk il-kondizzjonijiet kif
il-Bord, wara li jieħu kont tal-kondizzjonijiet ta’ l-aħħar kirja ta’
qabel, jista’ jidhirlu xieraq li jistabbilixxi.
(4) Meta sid il-kera jieħu pussess lura tar-raba’ jew ta’ parti
minnu bis-saħħa ta’ deċiżjoni tal-Bord bażata fuq is-subartikolu
(2)(a), huwa għandu jħallas lill-kerrej kumpens xieraq għal kull
benefikat agrikolu li jkun sar mill-kerrej jew minn membru tal-
familja fl-imsemmi raba’ jew parti minnu matul il-perijodu ta’
tmien snin konsekuttivi minnufih qabel id-data tat-terminazzjoni.
(5) Meta sid il-kera jieħu pussess lura tar-raba’ jew ta’ parti
minnu bis-saħħa ta’ deċiżjoni tal-Bord bażata fuq is-subartikolu
(2)(b), huwa għandu jħallas lill-kerrej kumpens xieraq kif provdut
fl-aħħar subartikolu qabel dan u, barra minn dan, ammont daqs il-
valur tal-prodotti miġbura mill-kerrej jew minn membru tal-familja
mill-imsemmi raba’ jew parti minnu, wara li jitnaqqsu l-ispejjeż li
jkunu saru għall-koltivazzjoni tiegħu, fl-aħħar erba’ snin minnufih
qabel id-data tat-terminazzjoni:
Iżda ma għandhomx jitnaqqsu bħala parti minn dawk l-
ispejjeż il-prezz tax-xogħol tal-kerrej stess jew tax-xogħol ta’ xi
membru tal-familja fir-raba’ jew parti minnu.
(6) L-ammont li għandu jitħallas skond is-subartikolu (4) jew
(5) għandu jiġi stabbilit mill-Bord, suġġett għal appell kif provdut
skond l-artikolu 10. Dak l-ammont għandu jitħallas lill-kerrej fi
żmien xahar mid-data li fiha d-deċiżjoni li tawtorizza t-teħid lura
tal-pussess tkun finali fil-partijiet kollha tagħha. Fin-nuqqas ta’ dak
il-ħlas f’dak iż-żmien l-imsemmija deċiżjoni tkun mingħajr ebda
effett.
(7) Jekk il-kerrej jerġa’ jieħu l-pussess ta’ xi raba’ jew ta’ parti
minnu bis-saħħa ta’ deċiżjoni tal-Bord skond l-artikolu 13, huwa
għandu jħallas lura lill-sid il-kera kull ammont riċevut
relattivament għar-raba’ jew parti minnu skond is-subartikolu (4)
jew (5).
TIĠDIDTA’KIRITA’RABAġ K AP. 199.     5
Kif inhu kostitwit 
il-Bord u ħatra ta’ 
żewġ Listi.
Emendat:
IX. 1972.4; 
V. 1973.2; 
LVIII. 1974.68.
Sostitwit:
XIX. 1993.2.
5. (1) Għandu jkun hemm Bord li jkun magħruf bħala l-Bord
dwar il-Kontroll tal-Kiri ta’ Raba’.
(2) Il-Bord ikun magħmul minn chairman li jkun maġistrat jew
persuna li tkun ħadmet ta’ avukat f’Malta għal perijodu, jew
perijodi, li b’kollox jammontaw għal mhux anqas minn seba’ snin,
maħtur mill-Prim Ministru.
(3) Il-Prim Ministru jista’ jaħtar diversi maġistrati jew persuni
li jkollhom il-kwalifiki meħtieġa skond kif hemm fis-subartikolu
(2) biex joqogħdu fuq il-Bord, iżda għandu joqgħod maġistrat
wieħed biss jew persuna oħra bil-kwalifiki kif imsemmi waħda biss
f’kull każ partikolari.
(4) Il-Prim Ministru għandu wkoll jaħtar żewġ listi kif ġej:
Kap. 44. 
(a) lista ta’ Arkitetti u Inġinieri Ċivili minn fost persuni li
jkollhom il-warrant biex jaħdmu ta’ Arkitett u Inġinier
Ċivili skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Ordinanza dwar
l-Arkitetti u li jkunu ilhom fil-prattika ta’ dik il-
professjoni għal mhux inqas minn seba’ snin; u
(b) lista ta’ persuni (sew mis-servizz pubbliku sew jekk le)
li jkunu kompetenti u jifhmu f’affarijiet tar-raba’.
Kap. 12.
(5) Iċ-chairman jew kull membru li jinsab fuq il-lista jista’
jastjeni ruħu jew jista’ jiġi rikużat minn kull waħda mill-partijiet
kontendenti għal kull waħda mir-raġunijiet imsemmija fl-artikolu
739 tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili u kull
kwistjoni li tinqala’ dwar jew in konnessjoni ma’ xi raġuni ta’
rikuża jew astensjoni għandha tiġi deċiża miċ-chairman.
(6) (a) Meta ċ-chairman ma jkunx maġistrat huwa ma
għandux jibda jaqdi d-dmirijiet tal-kariga tiegħu qabel
ma jieħu quddiem l-Avukat Ġenerali ġurament li
jwettaq il-funzjonijiet tiegħu u li jittratta u jiddeċiedi
kull kwistjoni li tinġieb quddiemu bil-ħaqq u
imparzjalità .
(b) Il-membri li jinsabu fuq il-listi ma għandhomx jibdew
iwettqu d-dmirijiet tal-kariga tagħhom sakemm ma
jkunux ħadu ġurament quddiem iċ-chairman li jwettqu
l-funzjonijiet tagħhom taħt dan l-Att bl-imparzjalità  u
skond il-liġi.
(7) Il-membri tal-listi jistgħu jinħatru għal żmien sentejn u
jistgħu jerġgħu jinħatru mill-ġdid.
(8) Kull meta jkun hemm kwistjoni quddiem il-Bord li tkun
teħtieġ l-istima ta’ xi raba’ jew kull fehma teknika oħra dwar każ li
jkun qed jittratta l-Bord, iċ-chairman għandu jassenja membru
minn fuq kull lista sabiex jeżaminaw ir-raba’ relattiva, jew sabiex
jaraw dik il-parti tal-proċess li jkollha x’taqsam mal-kwistjoni li
dwarha tinħtieġ il-fehma teknika, u dawk iż-żewġ membri
għandhom jippreżentaw ir-rapport tagħhom liċ-chairman waqt is-
seduta jew jippreżentaw dak ir-rapport fir-Reġistru tal-Bord hekk
kif iċ-chairman jista’ jordna.
(9) Iċ-chairman jista’ wkoll jeħtieġ lil dawk iż-żewġ membri li
jattendu għas-seduta tal-Bord meta dak il-każ ikun qiegħed
  6      KAP. 199. ħ       TIĠDIDTA’KIRITA’RABA
jinstema’ mill-Bord jekk xi wieħed mill-imsemmija żewġ membri
jkun jeħtieġ tagħrif iktar mill-partijiet jew jeħtieġ li jisma’ xi
xhieda partikolari.
Setgħa tal-Bord. 
Emendat: 
A.L. 148 ta’ l-
1975.
Kap. 12. 
6. (1) Il-Bord għandu jkollu dawk is-setgħat kollha li huma
mogħtija lill-Prim Awla tal-Qorti Ċivili mill-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.
(2) Kull mandat jew ordni maħruġ mill-Bord għandu jkun
iffirmat miċ-chairman u awtentikat mir-reġistratur.
Kap. 12. 
(3) It-twettiq tad-deċiżjonijiet tal-Bord, bil-mod preskritt fil-
Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili, għandu jkun fil-
Bord stess.
Reġistru tal-Bord u 
post fejn isiru s-
seduti. 
Emendat: 
VIII. 1990.3. 
7. (1) Relattivament għal kull proċeduri li jkollhom x’jaqsmu
ma’ art li tkun fil-Gżira ta’ Malta, il-Bord għandu jżomm is-seduti
tiegħu fil-qrati superjuri ta’ Malta u r-reġistru ta’ dawk il-qrati jkun
ir-Reġistru tal-Bord.
(2) Relattivament għal kull proċeduri li jkollhom x’jaqsmu ma’
art li tkun fil-Gżira ta’ Għawdex jew ta’ Kemmuna, il-Bord għandu
jżomm is-seduti tiegħu fil-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) u r-
reġistru ta’ dik il-qorti jkun ir-Reġistru tal-Bord.
Dehra quddiem il-
Bord.
8. Il-partijiet jistgħu jidhru quddiem il-Bord kemm
personalment kemm permezz ta’ avukat jew prokuratur legali u
jistgħu jiġu assistiti minn avukat jew prokuratur legali.
Deċiżjonijiet tal-
Bord.
Emendat: 
XIX. 1993.2. 
9. (1) Id-deċiżjonijiet tal-Bord għandhom jiġu mogħtija
f’seduta pubblika.
(2) Imħassar bl-artikolu 2 ta’ l-Att XIX ta’ l-1993.
(3) Iċ-chairman ikun biss obbligat li joqgħod fuq ir-rapporti
taż-żewġ membri li jinsabu fuq iż-żewġ listi li jkunu ġew assenjati
każ partikolari skond l-artikolu 5(8) kull meta r-rapporti jkunu
unanimi; meta dawk iż-żewġ membri ma jkunux unanimi, iċ-
chairman għandu fuq il-bażi tar-rapporti magħmulin miż-żewġ
membri imsemmija, jiddeċiedi l-kwistjoni hu nnifsu.
Dritt ta’ appell. 
Emendat:
IX. 1972.5; 
A.L. 148 ta’ l-
1975;
XIX. 1993.2;
XXXI. 2002.259. 
10. (1) Għandu jkun hemm appell minn deċiżjoni tal-Bord
biss -
(a) fil-każijiet kollha meta d-deċiżjoni tingħata fuq rikors
magħmul skond l-artikolu 4 jew skond l-artikolu 25;
(b) fil-każijiet l-oħra kollha, fuq punt ta’ liġi biss.
Kap. 12. 
(2) L-appell jinġieb quddiem il-Qorti ta’ l-Appell kif kostitwita
skond l-artikolu 41(6) tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura
Ċivili permezz ta’ rikors preżentat fir-reġistru ta’ dik il-qorti fi
żmien għoxrin ġurnata mill-ġurnata li fiha tingħata d-deċiżjoni tal-
Bord.
Kap. 12.  (3) Il-Bord imwaqqaf skond l-artikolu 29 tal-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili jista’ jagħmel regoli dwar
appelli lill-Qorti ta’ l-Appell li jsiru skond dan l-artikolu.
TIĠDIDTA’KIRITA’RABAġ K AP. 199.     7
Notifika ta’ ittra 
uffiċjali u 
proċeduri quddiem 
il-Bord.
Emendat: 
IX. 1972.6. 
11. (1) Kull rikors kif imsemmi fl-artikoli 3 u 4 għandu jiġi
ippreżentat kontra u notifikat lill-kerrej li mingħandu s-sid ikun
irċieva l-aħħar kera qabel ma r-rikors ikun ġie ippreżentat fir-
Reġistru tal-Bord jew, fil-każ ta’ ċessjoni li tkun ġiet notifikata bil-
miktub mill-kerrej lis-sid qabel il-preżentata tar-rikors, għandu jiġi
ippreżentat kontra u notifikat liċ-ċessjonarju.
(2) Il-Bord jista’ f’kull żmien jippermetti li ssir kull
korrezzjoni fir-rikors bil-ħsieb li tagħmlu aktar ċar.
(3) Jekk ir-rikorrent personalment jew permezz ta’ avukat jew
prokuratur legali jonqos milli jidher għas-smigħ tar-rikors, il-Bord,
ħlief jekk ikun sodisfatt li hemm raġuni tajba għal dak in-nuqqas,
għandu jiċħad ir-rikors u jordna li l-ispejjeż jitħallsu mir-rikorrent:
Iżda r-rikorrent jista’, fiż-żmien għaxart ijiem minn dik id-
deċiżjoni, japplika lill-Bord għal smigħ mill-ġdid tar-rikors tiegħu
u l-Bord għandu jilqa’ dak ir-rikors jekk jiġġustifika n-nuqqas
tiegħu għas-sodisfazzjon tal-Bord.
Spejjez tal-
proċeduri quddiem 
il-Bord. 
12. L-ispejjeż tal-proċeduri quddiem il-Bord għandhom
jitħallsu mill-partijiet jew minn xi waħda mill-partijiet kif
jiddeċiedi l-Bord.
Ritratazzjoni. 
Emendat: 
A.L. 148 ta’ l-
1975.
13. (1) Kull parti fi proċeduri miżmuma skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att tista’, b’rikors, titlob lill-Bord li ssir
ritrattazzjoni, u l-Bord għandu jilqa’ t-talba, jekk - 
(a) ir-rikorrent jipprova għas-sodisfazzjon tal-Bord illi d-
deċiżjoni tiegħu fil-proċeduri tkun ġiet determinata
minn rappreżentazzjoni ħażina ta’ fatti jew minn
dikjarazzjoni falza magħmula mill-parti l-oħra fil-
proċeduri; jew
(b) ir-rikorrent jipprova għas-sodisfazzjon tal-Bord li sid
il-kera, wara li jkun ħa lura l-pussess tar-raba’ jew
parti minnu bis-saħħa ta’ deċiżjoni tal-Bord bażata fuq
l-artikolu 4(2)(a) jew (b), naqas li jużah għall-iskop li
jkun iddetermina d-deċiżjoni tal-Bord.
(2) Jekk il-Bord ibiddel id-deċiżjoni li tkun ifformat l-oġġett
tar-ritrattazzjoni, il-parti li favur tagħha tkun ġiet mibdula dik id-
deċiżjoni jkollha azzjoni quddiem il-Prim’ Awla tal-Qorti Ċivili
għar-rifuzjoni ta’ danni mingħand il-parti l-oħra u għall-ħlas minn
dik il-parti l-oħra ta’ penali li tiġi stabbilita mill-qorti f’somma ta’
mhux iżjed minn ħames mitt lira:
Iżda meta sid il-kera, billi jkun iddispona mir-raba’ jew
xort’oħra, ikun qiegħed lilu nnifsu f’posizzjoni li ma jkunx jista’
jikkonforma ruħu mad-deċiżjoni tal-bord fir-ritrazzjoni, l-
imsemmija penali ma għandhiex tkun anqas minn mitejn lira.
Kap. 12.
(3) Il-Bord għandu jagħti wkoll ritrattazzjoni f’kull wieħed
mill-każijiet imsemmija fl-artikolu 811 tal-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili, iżda d-disposizzjoni ta’ l-aħħar
subartikolu qabel dan ma għandhiex tapplika ħlief relattivament
għal każ li jaqa’ taħt id-disposizzjonijiet ta’ l-imsemmi artikolu
811(a).
(4) Ma tistax tintalab ritrattazzjoni f’każ li fih id-deċiżjoni
  8      KAP. 199. ħ       TIĠDIDTA’KIRITA’RABA
tkun suġġetta għal appell skond l-artikolu 10 u meta l-fatti li
jikkostitwixxu r-raġunijiet għal dik ir-ritrattazzjoni jkunu ġew
għall-konjizzjoni tal-parti li tallegahom qabel l-iskadenza tat-
terminu preskritt għall-appell.
Klawsola jew 
kondizzjoni li 
tippriva lill-kerrej 
minn xi benefiċċju 
mogħti b’dan l-Att.
14. Kull klawsola jew kondizzjoni li tippriva lill-kerrej minn xi
benefiċċju mogħti b’dan l-Att, sew jekk dik il-klawsola jew
kondizzjoni tkun ġiet stipulata qabel ma jibda jseħħ dan l-Att sew
wara, tkun nulla u bla effett.
Disposizzjonijiet 
dwar il-lingwa. 
Kap. 189. 
15. Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 2, 4, 5, 6 u 7 ta’ l-Att dwar
Proċeduri Ġudizzjarji (Użu ta’ l-Ilsien Ingliż) għandhom japplikaw
relattivament għal kull att ġudizzjarju preżentat għall-finijiet ta’
dan l-Att u għal kull proċedura tal-Bord, u kull riferenza f’xi waħda
minn dawk id-disposizzjonijiet għall-qorti għandha tiftiehem bħala
riferenza għall-Bord.
Għajnuna legali bla 
ħlas. 
Sostitwit: 
IX. 1972.7;
XXIV. 1995.360. 
Kap. 12. 
16. Id-disposizzjonijiet tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u
Proċedura Ċivili dwar il-benefiċċju ta’ għajnuna legali għandhom
japplikaw għall-partijiet fi proċeduri quddiem il-Bord, li jkunu
persuni li jkollhom dritt għal dak il-benefiċċju skond kif imfisser
f’dawk id-disposizzjonijiet.
Drittijiet dovuti 
lill-membri li 
jinsabu fuq il-listi.
Miżjud: 
V. 1975.2. 
Emendat: 
XIX. 1979.2. 
Sostitwit: 
XIX. 1993.2. 
Emendat:
VI. 2001.11.
17. Il-Ministru responsabbli għall-ġustizzja jista’ b’avviż
jippreskrivi d-drittijiet li jitħallsu liċ-chairman u lill-membri li
jinsabu fuq iż-żewġ listi.
Nefqa ta’ l-
amministrazzjoni 
tal-Bord. 
Sostitwit:
XIX. 1993.2.
18. L-ispejjeż in konnessjoni ma’ l-amministrazzjoni tal-Bord,
inklużi d-drittijiet li jitħallsu skond regolamenti magħmulin taħt l-
artikolu 19, jitħallsu mill-Fond Konsolidat mingħajr il-ħtieġa ta’
ebda approprjazzjoni oħra.
Regolamenti.
Emendat:
VI. 2001.11.
19. (1) Il-Ministru responsabbli għall-ġustizzja jista’ jagħmel
regolamenti li jirregolaw il-proċeduri tal-Bord u, mingħajr ħsara
għall-ġeneralità  ta’ hawn fuq, jista’ jagħmel regolamenti -
(a) li jippreskrivu l-kontenut ta’ rikors lill-Bord u l-
proċedura għan-notifika tiegħu lill-parti li jkollha
interess li topponi r-rikors;
(b) li jippreskrivu l-proċedura biex il-Bord jistabbilixxi d-
data tas-smigħ ta’ rikors u biex jingħata avviż dwar dik
id-data lill-partijiet interessati;
(ċ) li jippreskrivu l-ħlasijiet, inkluż il-ħlas ta’ dritt tar-
reġistru li jiġi stabbilit mill-imsemmi Ministru, li
għandhom isiru mal-preżentata tar-rikors lill-Bord;
(d) li jippreskrivu liema parti tad-dritt tar-Reġistru
għandha tiġi mogħtija lura jekk ir-rikors ikun
abbandunat u l-proċedura dwar rifużjoni;
(e) li jippreskrivu d-dritt li għandu jitħallas lill-avukat jew
lill-prokuratur legali għal rikors quddiem il-Bord u
biex il-Bord ikun jista’ jiffissa, fil-limiti stabbiliti
TIĠDIDTA’KIRITA’RABAġ K AP. 199.     9
mill-imsemmi Ministru, id-dritt li jitħallas lill-avukat
jew lill-prokuratur legali dwar proċeduri quddiem il-
Bord;
(f) li jippreskrivu kull ħaġ‘oħra li tista’ tkun meħtieġa
għall-esekuzzjoni aħjar tal-funzjonijiet tal-Bord:
Kap. 12.
Iżda sakemm jiġu preskritti d-drittijiet skond il-paragrafi
(ċ), (d) jew (e), għandhom japplikaw id-drittijiet li hemm fl-Iskeda
A li tinsab mal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.
(2) Kull regolamenti magħmula skond dan l-artikolu għandhom
jitqiegħdu quddiem il-Kamra tad-Deputati kemm jista’ jkun malajr
wara li jsiru, u jekk, fi żmien l-għoxrin ġurnata ta’ wara li jibdew
mill-ġurnata li fiha xi regolamenti tali jkunu ġew hekk imqiegħda
quddiemha, il-Kamra tad-Deputati tirriżolvi illi r-regolamenti jiġu
annullati, għandhom minn dik inhar ikunu nulli, iżda mingħajr
ħsara ta’ xi ħaġa li tkun saret qabel bis-saħħa tagħhom jew ta’ l-
egħmil ta’ xi regolamenti oħra ġodda:
Iżda fil-kalkolu ta’ l-imsemmija għoxrin ġurnata ma għandu
jiġi nkluż ebda perijodu ta’ erbat ijiem konsekuttivi jew iżjed li
jkun hemm bejn xi żewġ seduti konsekuttivi tal-Kamra tad-
Deputati.
Nuqqas ta’ tiġdid 
ta’ kirja ta’ raba li 
jappartjeni lil jew 
huwa amministrat 
mill-Gvern. 
Miżjud: 
XXVIII. 1969.4. 
Emendat: 
LVIII. 1974.68. 
20. B’dak kollu li hemm fid-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 4 u
d-disposizzjonijiet ta’ kull liġi oħra, il-Gvern jista’ fit-
terminazzjoni ta’ kirja jieħu lura l-pussess tar-raba’ li jappartjeni lil
jew huwa amministrat mill-Gvern li dwaru tkun saret dikjarazzjoni
tal-President ta’ Malta li huwa meħtieġ għal skop pubbliku.
Dikjarazzjoni tal-
President ta’ 
Malta.
Miżjud: 
XXVIII. 1969.4. 
Emendat: 
LVIII. 1974.68. 
21. (1) Il-President ta’ Malta jista’ jiddikjara b’dikjaraz-zjoni
ffirmata minnu illi xi raba’ li jappartjeni lil jew huwa amministrat
mill-Gvern huwa meħtieġ għal skop pubbliku.
(2) Ħadd ma jista’ jitlob prova oħra ta’ l-iskop pubbliku
msemmi fis-subartikolu (1) minbarra d-dikjarazzjoni tal-President
ta’ Malta.
(3) Il-Kummissarju ta’ l-Artijiet jista’ jittratta dwar u
jiddisponi minn raba’ li dwaru tkun saret dikjarazzjoni taħt is-
subartikolu (1) b’dak il-mod u suġġett għal dawk il-kondizzjonijiet
kif jidhirlu xieraq wara li jieħu kont ta’ l-interess jew qadi tal-
pubbliku.
Mod kif il-
Kummissarju ta’ l-
Artijiet jista’ ma 
jħallix li tiġi 
mġedda kirja. 
Miżjud:
XXVIII. 1969.4. 
Emendat: 
LVIII. 1974.68; 
A.L. 148 ta’ l-
1975.
22. (1) Meta l-President ta’ Malta jagħmel dikjarazzjoni
skond l-aħħar artikolu qabel dan, il-Kummissarju ta’ l-Artijiet jista’
ma jħallix li tiġi mġedda kirja tar-raba’ li dwaru tkun saret dik id-
dikjarazzjoni, billi jieħu ħsieb li kopja tad-dikjarazzjoni, flimkien
mal-partikolaritajiet biżżejjed sabiex jiġi identifikat ir-raba’ u ma’
l-indikazzjoni tal-kirja li l-Gvern mhux qed iħalli li tiġġedded, tiġi
pubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern u fuq il-bord ta’ l-avviżi ta’ l-
Għassa tal-Pulizija, jew, skond il-każ, ta’ kull Għassa tal-Pulizija
tal-belt jew raħal fejn jew li fil-limiti tagħhom ikun qiegħed ir-
raba’.
(2) Il-Kummissarju ta’ l-Artijiet għandu wkoll, kemm jista’
  10      KAP. 199. ħ       TIĠDIDTA’KIRITA’RABA
jkun malajr wara l-imsemmija pubblikazzjoni, jieħu ħsieb li kopja
tad-dikjarazzjoni, partikolaritajiet u indikazzjoni msemmija fis-
subartikolu (1) tiġi notifikata permezz ta’ ittra uffiċjali preżentata
fil-Qorti Ċivili, Prim’Awla, lill-kerrej tar-raba’ li għalih tirreferixxi
d-dikjarazzjoni:
Iżda t-tħaris għal kollox tas-subartikolu (1) jkun biżżejjed
biex ma titħallix tiġġedded kirja li tkun fis-seħħ. 
Tehid ta’ pussess 
tar-raba’. 
Miżjud:
XXVIII. 1969.4. 
23. (1) Salv li d-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) ta’ l-
aħħar artikolu qabel dan ikunu ġew imħarsa għal kollox, dwar
dikjarazzjoni magħmula skond l-artikolu 21, mhux inqas minn
xahar qabel id-data tat-terminazzjoni tal-kirja li tkun fis-seħħ fiż-
żmien tad-dikjarazzjoni, il-kerrej jew kull okkupant ieħor tar-raba’
li dwaru tkun saret id-dikjarazzjoni għandu f’dik id-data tat-
terminazzjoni jagħti l-pussess ta’ dak ir-raba’ lill-Kummissarju ta’
l-Artijiet u mill-ġurnata li tiġi minnufih wara dik id-data l-
Kummissarju ta’ l-Artijiet jista’ mingħajr ebda formalità  oħra
jidħol fi u jieħu pussess tar-raba’ jew jawtorizza lil kull persuna
biex tidħol fi u tieħu pussess tar-raba’ u li tagħmel jew iġġiegħel li
jsir fuqu kull xogħlijiet.
(2) Qabel ma jinbdew xi xogħlijiet fuq ir-raba’ skond is-
subartikolu (1), rappreżentant tal-Kummissarju ta’ l-Artijiet
għandu jagħmel, meta jkun prattikabbli fil-preżenza tal-kerrej,
deskrizzjoni bil-miktub tal-kondizzjoni tar-raba’ u ta’ kull
miljoramenti fuqu u, jekk il-kerrej ikun preżenti u jkun irid jiffirma
dik id-deskrizzjoni, hu għandu jiffirmaha.
Kumpens għal 
nuqqas ta’ tiġdid 
ta’ kirja.
Miżjud: 
XXVIII. 1969.4. 
24. Meta l-Kummissarju ta’ l-Artijiet jieħu pussess lura tar-
raba’ minħabba nuqqas ta’ tiġdid ta’ kirja skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, il-kerrej ikollu dritt dwar dak ir-
raba’ għall-ħlas ta’ l-istess kumpens xieraq u ta’ l-istess ammont
kif għandu jitħallas lil kerrej skond l-artikolu 4(5).
Kif jiġi stabbilit 
kumpens. 
Miżjud:
XXVIII. 1969.4. 
Emendat:
IX. 1972.8. 
25. Jekk il-Kummissarju ta’ l-Artijiet u l-kerrej ma jaslux għal
ftehim fuq xi ammont li għandu jitħallas skond l-artikolu 24, dak l-
ammont għandu jiġi stabbilit mill-Bord, fuq rikors jew tal-
Kummissarju ta’ l-Artijiet jew tal-kerrej, u d-deċiżjoni tiegħu tkun
suġġetta għal appell skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 10.
Meta dikjarazzjoni 
ssir dwar parti biss 
tar-raba’ mikri.
Miżjud:
XXVIII. 1969.4.
26. (1) Meta dikjarazzjoni skond l-artikolu 21(1) issir dwar
parti biss mir-raba’ li jkun oġġett ta’ kirja, il-kerrej tar-raba’ jkollu
d-dritt, li jista’ jeżerċita fi żmien sena minn meta l-Gvern jidħol fuq
dik il-parti tar-raba’ skond l-artikolu 23(1), li jittermina l-kirja
rigward ukoll il-parti li tibqa’ mir-raba’:
Iżda kumpens dwar terminazzjoni tali tal-kirja għall-parti li
tibqa’ mir-raba’ għandu jitħallas lill-kerrej skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att biss jekk hu jipprova li ma jkunx
ekonomikament konvenjenti għalih li jkompli l-kirja ta’ dik il-
parti.
(2) Meta, fil-każ ta’ dikjarazzjoni kif imsemmija fl-aħħar
subartikolu qabel dan, il-kerrej ma jeżerċitax id-dritt imsemmi fih,
il-kirja tal-parti li tibqa’ tar-raba’ għandha tiġġedded taħt dawk il-
kondizzjonijiet kif il-Bord, fuq rikors tal-Kummissarju ta’ l-
TIĠDIDTA’KIRITA’RABAġ K AP. 199.     11
Artijiet, jidhirlu xieraq li jistabbilixxi meta jieħu in konsiderazzjoni
l-kondizzjonijiet tal-kirja tar-raba’ kollu li ġie maqsum.
Inapplikabbilità  ta’ 
l-artikolu 1591 tal-
Kodiċi Ċivili.
Emendat: 
XXVIII. 1969.3. 
Kap. 16.
27. Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 1591 tal-Kodiċi Ċivili ma
għandhiex tapplika dwar it-tiġdid ta’ kiri ta’ raba’.
