ARJAPURA ġKAP. 200.   1
KAPITOLU 200
ATT DWAR L-ARJA PURA
Biex jipprovdi għat-tnaqqis tal-kontaminazzjoni ta’ l-arja.
(21 ta’ Marzu, 1968)*
(15 ta’ April, 1969)#
Sar liġi bl-ATT XVIII ta’ l-1967 kif emendat bl-Avviż Legali 148 ta’ l-
1975; u bl-Atti XI ta’ l-1977 u VIII ta’ l-1990.
Titolu fil-qosor. 
Tifsir.
Emendat: 
XI. 1977.2.
2. F’dan l-Att, kemm-il darba r-rabta tal-kliema ma teħtieġx
xort’oħra - 
"il-Bord" tfisser il-Bord dwar l-Arja Pura mwaqqaf bl-artikolu
10 ta’ dan l-Att;
"ċumnija" tinkludi kull struttura jew fetħa ta’ kull xorta li
minnha jew permezz tagħha jista’ joħroġ duħħan jew ħaġa oħra
estranea għall-arja normali, u riferenzi għal ċumnija ta’ bini
tinkludi riferenzi għal ċumnija li sservi għall-bini kollu jew għal
parti minnu imma tkun strutturalment separata minnu;
"duħħan" tinkludi nigrufum, irmied, ħmieġ u frak ta’ ħmieġ li
joħroġ mid-duħħan;
"duħħan sewdieni" tfisser duħħan li, jekk ikun paragunat bil-mod
xieraq ma’ chart tat-tip magħruf fid-data meta jgħaddi dan l-Att
bħala ir-Ringelmann Chart, ikun jidher iswed daqs jew aktar iswed
mill-gradazzjoni 2 taċ-chart, u tinkludi duħħan li għandu jitqies li
jkun sewdieni skond xi metodu ieħor li ma jkunx ir-Ringelmann
Chart preskritt b’regolamenti magħmula skond l-artikolu 13 ta’ dan
l-Att sabiex jiġi żgurat jekk duħħan mhux duħħan sewdieni jew le;
"forn" tinkludi kull forma ta’ retort jew reċipjent użat biex
jassoġġetta kombustibbli solidu għal xi proċess li jinvolvi l-
applikazzjoni ta’ sħana;
"ġurnata" tfisser perijodu ta’ erbgħa u għoxrin siegħa li jibda
min-nofs il-lejl;
"impjant industrjali" tinkludi kull lampik, reċipjent għat-tidwib
jew impjant ieħor użat għal xi skopijiet industrjali jew tal-
kummerċ, u kull inċineratur użat għal jew in konnessjoni ma’ xi
skopijiet tali;
"Malta" għandha l-istess tifsir kif mogħti lilha bl-artikolu 124
tal-Kostituzzjoni ta’ Malta;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għas-saħħa pubblika u
tinkludi, sal-limitu ta’ l-awtorità mogħtija, kull persuna awtorizzata
*Ara l-artikolu 1 ta’ l-Att kif oriġinarjament promulgat, li parti minnu ġiet
imħollija barra taħt l-Att ta’ l-1980 dwar ir-Reviżjoni tal-Liġijiet Statutarji, u l-
Avviż Legali 25 ta’ l-1968.
#Ara l-Avviż Legali 29 ta l-1969.
 2      KAP. 200.ħ      ARJAPURA
mill-Ministru għal hekk għal xi wieħed mill-għanijiet ta’ dan l-Att;
"prattikabbli" tfisser prattikabbli raġonevolment wara li jittieħed
kont, fost ħwejjeġ oħra, tal-kondizzjonijiet u ċ-ċirkostanzi lokali, l-
implikazzjonijiet finanzjarji u l-istat korrenti tat-tagħrif tekniku, u
"mezzi prattikabbli" tinkludi il-provvediment u l-manutenzjoni ta’
l-impjant u l-użu tajjeb tiegħu;
"uffiċjal awtorizzat" tfisser uffiċjal pubbliku awtorizzat mill-
Ministru, sew b’mod ġenerali sew b’mod speċjali, biex jaġixxi
dwar xi ħaġa msemmija f’dan l-Att.
Projbizzjoni ta’ 
duħħan sewdieni 
minn ċmieni. 
3. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, ma
għandux joħroġ duħħan sewdieni minn ċumnija ta’ xi bini, u jekk,
f’xi ġurnata, hekk joħroġ duħħan sewdieni, min jokkupa dak il-bini
jkun ħati ta’ reat.
(2) Il-ħruġ ta’ duħħan minn xi ċumnija li jdum għal mhux aktar
minn dawk il-perijodi kif jiġu speċifikati mill-Ministru
b’regolamenti magħmula skond l-artikolu 13 ta’ dan l-Att ma
għandux, f’dawk il-klassijiet ta’ każi u salvi dawk il-
limitazzjonijiet kif jistgħu jiġu hekk speċifikati, jittieħed ebda kont
tiegħu għall-finijiet ta’ dan l-artikolu.
(3) F’kull proċeduri dwar reat taħt dan l-artikolu tkun difiża
jekk jiġi ippruvat li - 
(a) il-kontravvenzjoni magħmula kienet saret unikament
minħabba xi nuqqas milli taħdem sewwa fornaċi jew
apparat użat in konnessjoni ma’ fornaċi; u
(b)dak in-nuqqas ma setgħax jiġi previst b’mod
raġonevoli, jew, jekk previst, ma setgħax jiġi evitat
b’mod raġonevoli; u
(ċ) il-kontravvenzjoni ma setgħatx b’mod raġonevoli tiġi
evitata jew minimizzata b’aġir meħud wara li jkun sar
in-nuqqas.
(4) Dan l-artikolu japplika relattivament għal ċumnija li sservi
fornaċi ta’ xi kaldarun jew impjant industrjali (li jkun kaldarun jew
impjant imqiegħed ma’ bini jew li jkun għall-mument imwaħħal
ma’ xi art jew installat fuqha) kif japplika relattivament għal
ċumnija ta’ bini:
Iżda relattivament għal xi ċumnija tali kif intqal qabel li ma
tkunx ċumnija ta’ bini, ir-riferenza f’dan l-artikolu għal min
jokkupa l-bini għandha tiftiehem bħala riferenza għall-persuna li
jkollha l-pussess tal-kaldarun jew ta’ l-impjant.
Fornaċi ġodda 
għandhom ikunu 
kemm jista’ jkun 
mingħajr duħħan.
4. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, ebda
fornaċi ma għandha tiġi installata f’bini jew f’xi kaldarun jew
impjant industrjali mqiegħed ma’ bini jew imwaħħal għall-mument
ma’ xi art jew installat fuqha ħlief jekk, safejn ikun prattikabbli,
tkun tista’ tiġi mħaddma kontinwament mingħajr ma joħroġ duħħan
waqt il-ħruq ta’ kombustibbli ta’ tip li għalih kienet maħsuba l-
fornaċi u kull min jinstalla fornaċi bi ksur ta’ dan is-subartikolu
jew li fuq ordni tiegħu tiġi hekk installata fornaċi ikun ħati ta’ reat:
Iżda dan is-subartikolu ma japplikax għal fornaċi li l-
ARJAPURA ġKAP. 200.   3
installazzjoni tagħha tkun bdiet, jew li jkun sar ftehim għax-xiri
jew għall-installazzjoni tagħha, qabel id-data li fiha jibda jseħħ dan
l-Att.
(2) Kull fornaċi installata skond il-pjanti u l-
ispeċifikazzjonijiet sottomessi lill-Bord, u approvati għall-finijiet
ta’ dan l-artikolu minnu, għandha titqies li tħares id-
disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu.
(3) Fornaċi li għaliha s-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu
japplika ma għandhiex tiġi installata f’bini jew f’xi kaldarun jew
impjant tali kif jingħad fl-imsemmi subartikolu (1) ħlief jekk ikun
ingħata lill-Bord avviż bil-miktub dwar il-proposta biex tiġi
installata, u kull min jinstalla fornaċi bi ksur ta’ dan is-subartikolu
jew li fuq l-ordni tiegħu fornaċi tkun ġiet hekk installata ikun ħati
ta’ reat.
(4) Dan l-artikolu ma japplikax għal fornaċi maħsuba
unikament għall-użu ta’ skopijiet domestiċi, li ma tkunx fornaċi ta’
kaldaruni b’kapaċità massima ta’ sħana ta’ ħamsa u ħamsin elf jew
iżjed Unitajiet Termali Britanniċi kull siegħa.
(5) Dan l-artikolu japplika relattivament għat-tqegħid ma’ bini
ta’ kaldarun jew impjant industrjali li ġa jkollu fornaċi jew it-
twaħħil ma’ l-art jew installazzjoni fuqha ta’ xi kaldarun jew
impjant tali kif japplika relattivament għall-installazzjoni ta’
fornaċi f’xi kaldarun jew impjant industrjali mqiegħed ma’ bini jew
għal mument imwaħħal ma’ xi art jew installat fuqha.
Għandu jiġi 
minimizzat il-ħruġ 
ta’ ħmieġ u trab 
minn fornaċi.
5. (1) Min jokkupa xi bini li fih tkun użata fornaċi biex
taħraq kombustibbli solidu jew waste solidu, jew xi bini jew art li
fiha jew fuqha jkun użat forn biex jassoġġetta kombustibbli solidu
għal xi proċess li jinvolvi l-applikazzjoni ta’ sħana, għandu juża
kull mezzi prattikabbli li jista’ jkun hemm biex inaqqas il-ħruġ ta’
ħmieġ u trab minn xi ċumnija li sservi l-fornaċi jew il-forn u jekk
jonqos milli jagħmel hekk ikun ħati ta’ reat.
(2) Dan l-artikolu japplika relattivament għal fornaċi ta’ kull
kaldarun jew impjant industrjali (li jkun kaldarun jew impjant
imqiegħed ma’ bini jew ikun għall-mument imwaħħal jew installat
ma’ xi art jew fuqha) kif japplika relattivament għal fornaċi f’bini:
Iżda relattivament għal fornaċi li ma tkunx f’bini, ir-
riferenza f’dan l-artikolu għal min jokkupa l-bini għandha tiftiehem
bħala riferenza għall-persuna li jkollha l-pussess tal-kaldarun jew
ta’ l-impjant.
(3) Dan l-artikolu ma japplikax għal fornaċi maħsuba
unikament għal skopijiet domestiċi, li ma tkunx fornaċi ta’
kaldaruni b’kapaċità massima ta’ sħana ta’ ħamsa u ħamsin elf jew
iżjed Unitajiet Termali Britanniċi kull siegħa.
Għoli ta’ ċmieni.
tieħu duħħan, ħmieġ, trab jew gassijiet minn bini, li ma jkunx bini
użat jew li għandu jiġi wżat bħala residenza, ħanut jew uffiċċju,
ebda ċumnija bħal dik ma għandha tiġi mibnija jew tiġi mkabbra
ħlief skond il-pjanti, elevazzjonijiet u sezzjonijiet sottomessi lill-
Bord u approvati minnu u li jagħtu dettalji u tagħrif suffiċjenti
 4      KAP. 200.ħ      ARJAPURA
dwar iċ-ċumnija, il-bini li għandu jiġi moqdi minnha u r-relazzjoni
taċ-ċumnija għall-bini viċin u għal-livelli ta’ l-artijiet viċini; u kull
min jibni jew ikabbar ċumnija bi ksur ta’ dan is-subartikolu jew li
fuq l-ordni tiegħu tiġi hekk mibnija jew imkabbra ċumnija jkun ħati
ta’ reat.
(2) Il-Bord ma għandux japprova l-pjanti, l-elevazzjonijiet u s-
sezzjonijiet sottomessi skond is-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu
ħlief jekk ikun sodisfatt illi l-għoli taċ-ċumnija kif muri fihom ikun
biżżejjed biex jiġi evitat, safejn ikun prattikabbli, id-duħħan,
ħmieġ, trab jew gassijiet milli jkunu ta’ ħsara għas-saħħa jew ta’
inkonvenjent wara li jittieħed kont ta’ -
(a) l-iskop taċ-ċumnija;
(b) il-posizzjoni u d-deskrizzjoni tal-bini ta’ ħdejha; 
(ċ) il-livelli ta’ l-art viċina;
(d) kull ħaġa oħra li teħtieġ konsiderazzjoni fiċ-
ċirkostanzi. 
Tneħħija ta’ 
inkonvenzjenzi ta’ 
duħħan. 
Emendat: 
VIII. 1990.3.
7. (1) Duħħan, barra minn -
(a) duħħan li joħroġ minn ċumnija ta’ dar ta’ l-abitazzjoni
privata; jew
(b) duħħan sewdieni li joħroġ minn ċumnija ta’ bini jew
minn ċumnija li sservi għall-fornaċi ta’ kaldarun jew
ta’ impjant industrjali mqiegħed ma’ bini jew li jkun
għall-mument imwaħħal ma’ jew installat fuq xi art,
għandu, jekk ikun, sew minħabba l-kwantità tiegħu jew xort’oħra,
inkonvenjent għall-abitanti tal-viċinanzi, li jitqies li jkun
inkonvenjent statutarju għall-finijiet ta’ dan l-Att.
(2) Jekk il-Bord ikun sodisfatt li jkun sar inkonvenjent
statutarju għandu jinnotifika b’avviż (hawnhekk iżjed ’il quddiem
imsejjaħ "avviż ta’ tneħħija") lil kull persuna li bl-aġir, nuqqas jew
tolleranza tagħha jinħoloq jew jitkompla l-inkonvenjent jew, jekk
dik il-persuna ma tkunx tista’ tinstab, lil kull sid ta’ jew lil kull min
ikun jokkupa l-lokal jew l-art fejn jinħoloq l-inkonvenjent, li bih
jordnalu jneħħi l-inkonvenjent u biex jesegwixxi dawk ix-xogħlijiet
u jieħu dawk il-passi li jkunu meħtieġa għal dak l-iskop.
(3) Jekk xi persuna li tkun notifikata b’avviż ta’ tneħħija
tonqos milli tħares xi waħda mill-ħtiġiet ta’ l-avviż, jew jekk l-
inkonvenjent, għalkemm ikun imneħħi jew ikun waqaf, ikun, fil-
fehma tal-Bord, aktarx li ser jerġa’ jsir fl-istess lokal jew art, il-
Bord jista’ joħroġ ċitazzjoni permezz tal-Pulizija Esekuttiva u
jitlob lil kull persuna li tkun ġiet notifikata bl-avviż biex tidher
quddiem il-Qorti tal-Maġistrati.
(4) Jekk fis-smigħ tal-kawża jiġi pruvat li l-inkonvenjent
allegat jeżisti, jew jekk għalkemm imnaqqas jew ikun waqaf huwa
aktarx jerġa’ jsir fuq l-istess lokal jew art, il-qorti għandha tagħmel
ordni għal wieħed jew għaż-żewġ skopijiet li ġejjin:
(a) li jeħtieġ lill-imputat biex iħares il-ħtiġiet kollha ta’ l-
avviż ta’ tneħħija jew biċċa minnhom, jew xort’oħra
biex ineħħi l-inkonvenjent, fi żmien speċifikat fl-
ARJAPURA ġKAP. 200.   5
ordni, u biex jesegwixxi kull xogħlijiet meħtieġa għal
hekk;
(b) li jipprojbixxi r-rikorrenza ta’ l-inkonvenjent u jeħtieġ
lill-imputat, fi żmien speċifikat fl-ordni, biex
jesegwixxi kull xogħlijiet meħtieġa biex tiġi evitata
rikorrenza,
u tista’ wkoll twaħħal lill-imputat multa ta’ mhux iżjed minn
għaxar liri.
(5) Ordni magħmul mill-qorti skond is-subartikolu (4) ta’ dan
l-artikolu għandu jipprovdi wkoll għall-imposizzjoni ta’ ammenda
ta’ mhux iżjed minn ħames liri għal kull ġurnata li matulha l-
imputat jonqos milli jħares, jew jikser, l-ordni wara li jiskadi ż-
żmien speċifikat fl-ordni.
(6) Meta ordni magħmul mill-qorti skond is-subartikolu (4) ta’
dan l-artikolu jipprojbixxi r-rikorrenza ta’ inkonvenjent, l-imputat
fil-proċeduri li fihom isir l-ordni jista’ jeħel multa ta’ mhux iżjed
minn għaxar liri jekk l-inkonvenjent jirrikorri bl-aġir, nuqqas jew
tolleranza tiegħu.
(7) Meta inkonvenjent statutarju jidher li jkun kaġunat għal
kollox jew in parti bl-att jew nuqqasijiet ta’ żewġ persuni jew iżjed,
jistgħu jsiru proċeduri skond id-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-
artikolu kontra kull wieħed minnhom, jew kontra kollha jew kontra
xi tnejn jew iżjed minnhom; u, bla ħsara ta’ dawk id-
disposizzjonijiet, kull waħda jew iżjed minn dawk il-persuni li tkun
ittieħdet proċedura kontra tagħha tista’ tiġi ordnata biex tneħħi l-
inkonvenjent, safejn jidher lill-qorti li jkun sar bl-atti jew
nuqqasijiet tagħha jew tagħhom, jew tista’ tiġi projbita milli
tkompli xi atti jew nuqqasijiet li, fl-opinjoni tal-qorti,
jikkontribwixxu għall-inkonvenjent, jew tista’ tiġi mmultata,
għalkemm l-atti jew nuqqasijiet ta’ xi waħda minn dawk il-persuni
ma kienux separatament jikkaġunaw inkonvenjent.
(8) F’kull proċeduri skond dan l-artikolu tkun difiża għall-
imputat li jipprova illi l-aħjar mezzi prattikabbli kienu saru biex
jiġi evitat l-inkonvenjent.
(9) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu avviż ta’ tneħħija għandu
jitqies li jkun ġie notifikat jekk ikun ġie konsenjat, jew mibgħut
bil-posta, lill-persuna li għandha tiġi notifikata b’dak l-avviż u,
jekk mibgħut bil-posta, għandu, jekk ma jiġix pruvat il-kuntrarju,
jitqies li ġie riċevut fil-ġurnata li taħbat minnufih wara dik li fiha
jiġi impustat.
Bastimenti.
għall-bastimenti fl-ibħra li għalihom japplika dan l-artikolu kif
japplika relattivament għal bini, iżda bħallikieku minflok ir-
riferenzi għal min jokkupa l-bini kien hemm riferenzi għas-sid tal-
bastiment u għall-kaptan jew uffiċjal ieħor jew persuna oħra
inkarigata minnu, u bħallikieku riferenzi għal fornaċi kienet
tinkludi riferenzi għal makna ta’ bastiment.
(2) Ħlief kif provdut f’dan l-artikolu, fil-paragrafu (ċ) tas-
subartikolu (1) u fis-subartikolu (2) ta’ l-artikolu 13, ebda ħaġa
 6      KAP. 200.ħ      ARJAPURA
f’dan l-Att ma tapplika għal duħħan, ħmieġ jew trab minn xi
bastiment.
(3) L-ibħra li għalihom japplika dan l-artikolu huma l-ibħra
kollha navigabbli li jinsabu f’xi port jew bajja f’Malta.
Fondi u bastimenti 
tal-Gvern.
Emendat: 
A.L. 148 ta’ l-
1975. 
9. (1) Ikun parti mid-dmirijiet ta’ uffiċjal awtorizzat,
f’każijiet fejn jidhirlu xieraq li jagħmel hekk, li jirrapporta lill-
Bord xi każijiet ta’ - 
(a) ħruġ ta’ duħħan sewdieni jew ta’ ħmieġ jew trab, minn
xi lokal li jkun taħt il-kontroll ta’ xi dipartiment tal-
Gvern u li jkun okkupat għal xi wieħed mill-iskopijiet
ta’ xi dipartiment tal-Gvern; jew
(b) ħruġ ta’ duħħan, sew duħħan sewdieni jew le, minn xi
lokal tali kif intqal qabel li jidhirlu li jikkostitwixxi
inkonvenjent lill-abitanti tal-viċinanza; jew
(ċ) ħruġ ta’ duħħan sewdieni minn xi bastiment proprjetà
tal-Gvern għall-iskopijiet tal-forzi armati tiegħu jew
minn xi bastiment fis-servizz tal-Gvern waqt li jkun
imqabbad għall-iskopijiet li ntqalu qabel, li jidhirlu li
jikkostitwixxi dak l-inkonvenjent kif intqal qabel;
u meta jirċievi xi rapport bħal dak il-Bord għandu jindaga dwar iċ-
ċirkostanzi u, jekk l-istħarriġ juri li hemm raġuni għall-ilment,
għandu jġib il-kwistjoni għall-attenzjoni ta’ l-uffiċjal inkarigat
mid-dipartiment b’talba biex jieħu l-miżuri kollha prattikabbli biex
jevita jew jimminimizza l-ħruġ ta’ duħħan, ħmieġ jew trab jew biex
ineħħi l-inkonvenjent u jevita r-rikorrenza tiegħu, skond il-każ.
(2) Il-fatt illi jkun hemm f’xi lokal interess tal-Gvern ma
għandux jolqot l-applikazzjoni ta’ dan l-Att għal dak il-lokal
sakemm dak l-interess ma jkunx l-interess ta’ min jokkupa l-lokal,
u dan l-Att għandu jkollu effett skond hekk relattivament għal-
lokal, u għal dak l-interess u għall-interessi l-oħra kollha fih.
(3) L-artikolu 8 ta’ dan l-Att għandu, bl-ommissjoni tar-
riferenza fis-subartikolu (1) tiegħu għas-sid, japplika għall-
bastimenti ta’ proprjetà tal-Gvern, iżda ma għandux japplika għall-
bastimenti ta’ proprjetà tal-Gvern għall-iskopijiet tal-forzi armati
tiegħu jew għall-bastimenti fis-servizz tal-Gvern waqt li jkunu
mqabbdin għall-iskopijiet imsemmija qabel.
Bord dwar l-Arja 
Pura.
10. (1) Għandu jkun hemm Bord, li jkun magħruf bħala l-
Bord dwar l-Arja Pura, li jkun nominat mill-Ministru u li jkun
jikkonsisti f’mhux anqas minn ħamsa u mhux iżjed minn disa’
membri, li minnhom wieħed ikun nominat mill-Ministru bħala ċ-
Chairman tal-Bord.
(2) Tkun il-funzjoni tal-Bord li jaqdi kull att meħtieġ li jiġi
moqdi minnu skond dan l-Att u li - 
(a) iżomm taħt eżami l-progress magħmul fit-tnaqqis tal-
kontaminazzjoni ta’ l-arja f’Malta;
(b) jikseb il-parir ta’ persuni li jkollhom tagħrif speċjali,
esperjenza jew responsabbiltà relattiva għat-tħaris
mill-kontaminazzjoni ta’ l-arja;
ARJAPURA ġKAP. 200.   7
(ċ) jagħti parir lill-Ministru fuq kull ħaġa li jidhirlu xieraq
li jirriferixxi lill-Bord għall-parir.
(3) Il-Ministru jista’ b’ordni jagħmel provvediment dwar il-
proċeduri tal-Bord u kull ordni tali jista’ jiġi mibdul jew imħassar
b’ordni sussegwenti; iżda sakemm ma jkunx hemm xi
provvediment tali, il-Bord jista’ jirregola l-proċeduri tiegħu.
(4) Il-Ministru għandu jinnomina wkoll persuna biex tagħmilha
ta’ segretarju tal-Bord.
Setgħat ta’ uffiċjali 
awtorizzati. 
11. (1) Uffiċjal awtorizzat ikun jista’ sabiex jiżgura li d-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, jew ta’ xi regolament, avviż jew
ordni, magħmul jew mogħti bis-saħħa ta’ dan l-Att, ikunu qed jiġu
mħarsa -
(a) fil-ħinijiet kollha raġonevoli jidħol liberament u
mingħajr avviż preċedenti f’kull lokal jew post ieħor,
jew jitla’ abbord ta’ bastiment, li jkollu raġuni ġusta li
jaħseb li xi waħda mid-disposizzjonijiet imsemmija
qabel tapplika għalih:
Iżda uffiċjal awtorizzat m’għandux jidħol f’ebda
lokal użat bħala residenza ħlief jekk ikun ingħata pre-
avviż ta’ erbgħa u għoxrin siegħa dwar id-dħul maħsub
lil min ikun jokkupa l-lokal jew jekk dan l-okkupant
jagħti l-kunsens għal dak id-dħul;
(b) jagħmel f’xi lokal, post jew bastiment tali, kull eżami
jew indaġni li jqis meħtieġ għal xi wieħed mill-
iskopijiet imsemmija qabel;
(ċ) jeħtieġ minn kull persuna dak it-tagħrif (li ma jkunx
tagħrif li jista’ jinkrimina lill-persuna li tagħtih) li jqis
meħtieġ għal xi wieħed mill-iskopijiet imsemmija
qabel;
u kull min volontarjament ifixkel, jimpedixxi jew idewwem uffiċjal
awtorizzat fl-esekuzzjoni tas-setgħat tiegħu skond dan l-artikolu,
jew li volontarjament jonqos milli jagħti t-tagħrif meħtieġ minn
uffiċjal awtorizzat skond dan l-artikolu jew li jagħti lil dak l-
uffiċjal xi tagħrif illi jkun jaf li ma jkunx veru, ikun ħati ta’ reat.
(2) Uffiċjal awtorizzat għandu jiġi mogħti ċertifikat dwar l-
awtorità tiegħu biex jaġixxi skond dan l-Att u, meta jitlob li jidħol
f’xi lokal, post jew bastiment għall-finijiet ta’ dan l-Att, għandu,
jekk hekk meħtieġ, jipproduċi l-imsemmi ċertifikat.
Kxif mhux 
ġustifikat ta’ 
tagħrif.
12. Jekk xi ħadd jikxef xi tagħrif dwar xi proċess ta’
manifattura jew sigriet kummerċjali wżat fit-tmexxija ta’ xi impriża
partikolari li jkun ingħata lilu jew ġie miksub minnu skond dan l-
Att jew in konnessjoni ma’ l-esekuzzjoni tiegħu, ikun ħati ta’ reat
ħlief jekk il-kxif ikun sar - 
(a) bil-kunsens tal-persuna li tkun tmexxi dik l-impriża;
jew
(b) in konnessjoni ma’ l-esekuzzjoni ta’ dan l-Att; jew
(ċ) għall-finijiet ta’ xi proċeduri legali li jsiru minħabba
 8      KAP. 200.ħ      ARJAPURA
dan l-Att jew ta’ xi rapport ta’ dawk il-proċeduri.
Setgħa li jagħmel 
regolamenti. 
13. (1) Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti sabiex jingħata
effett lil kull waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u, mingħajr
ħsara għall-ġeneralità ta’ dak ta’ qabel, biex -
(a) jippreskrivi jew jispeċifika xi ħaġa li għandha tkun,
jew li tista’ tkun, preskritta jew speċifikata skond dan
l-Att;
(b) jagħmel provvediment għat-teħid u reġistrazzjoni ta’
qisien minn żmien għal żmien tad-duħħan li joħroġ
minn xi ċumnija;
(ċ) jikkontrolla l-ħruġ minn xi ċumnija ta’ dak id-duħħan
jew ħaġa oħra li tista’ tikkontamina l-arja jew tista’
tkun ta’ preġudizzju għas-saħħa jew tista’
tikkostitwixxi inkonvenjent.
(2) Kull regolament magħmul skond dan l-artikolu jista’
jipprovdi li kull min jikser jew jonqos milli jħares xi waħda mid-
disposizzjonijiet tiegħu jkun ħati ta’ reat u jeħel, meta jinsab ħati,
pieni li ma jeċċedux ammenda ta’ ħames liri jew multa ta’ mitt lira
u relattivament għal reat kontinwu ammenda ta’ mhux iżjed minn
ħames liri għal kull ġurnata li matulha jkompli r-reat.
Pieni. 14. (1) Min ikun ħati ta’ reat skond xi waħda mid-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, barra mis-subartikolu (3) ta’ l-
artikolu 4 u mill-artikolu 7, jeħel, meta jinsab ħati, multa ta’ mhux
iżjed minn tliet mitt lira:
Iżda min ikun ħati ta’ reat skond l-artikolu 12 ta’ dan l-Att
jeħel dik il-multa kif intqal qabel jew priġunerija għal żmien ta’
mhux iżjed minn tliet xhur jew dik il-multa u priġunerija flimkien.
(2) Min ikun ħati ta’ reat skond is-subartikolu (3) ta’ l-artikolu
4 ta’ dan l-Att jeħel, meta jinsab ħati, ammenda ta’ mhux iżjed
minn ħames liri.
(3) Meta xi ħadd jiġi misjub ħati ta’ reat skond xi waħda mid-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew ta’ xi regolamenti magħmula bis-
saħħa tiegħu, il-qorti tista’, mingħajr preġudizzju tad-
disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-artikolu jew tad-
disposizzjonijiet ta’ xi regolament magħmul kif intqal qabel, iżda
bla ħsara tad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 7 ta’ dan l-Att, tordna
lill-ħati biex ineħħi l- inkonvenjent jew l-inkonvenjenza li tinħoloq
mir-reat, jew, skond iċ-ċirkostanzi, biex jesegwixxi l-liġi, fi żmien,
biżżejjed għal dak l-iskop, li jiġi stabbilit mill-qorti, u jekk il-ħati
jonqos milli jħares xi ordni tali fiż-żmien hekk stabbilit, jeħel
ammenda ta’ mhux iżjed minn ħames liri għal kull ġurnata li
matulha jkompli n-nuqqas wara li jiskadi dak iż-żmien.
Reati minn korpi 
ta’ persuni.
15. Meta min ikun ħati ta’ reat skond id-disposizzjonijiet ta’
dan l-Att ikun korp ta’ persuni, kull min, fiż-żmien ta’ l-egħmil tar-
reat, kien direttur, manager, segretarju jew uffiċjal simili ta’ dak il-
korp ta’ persuni jew kien jidher li qiegħed jaġixxi f’xi kariga tali
għandu jitqies li jkun ħati ta’ dak ir-reat jekk ma jippruvax illi dak
ir-reat kien ġie magħmul mingħajr ma kien jaf u li eżerċita d-
ARJAPURA ġKAP. 200.   9
diliġenza kollha xierqa biex evita l-egħmil tar-reat.
Applikazzjoni ta’ l-
Att għall-fran ta’ 
tisjir.
16. Dan l-Att ma japplikax għall-fran ta’ tisjir eżistenti meta
jibda jseħħ dan l-Att ħlief jekk u sakemm il-Ministru, b’avviż fil-
Gazzetta tal-Gvern, jordna li għandu japplika għal dawk il-fran ta’
tisjir.
