MANUMORTA ġKAP. 201.    1
KAPITOLU 201
ATT DWAR IL-MANUMORTA
Biex jipprovdi mill-ġdid dwar il-Manumorta, minflok id-
disposizzjonijiet tal-Liġi dwar il-Manumorta.
(1 ta’ Settembru, 1967)*
Sar liġi bl-ATT XXVI ta’ l-1967 kif emendat bl-Att LVIII ta’ l-1974; bl-
Avviż Legali 148 ta’ l-1975; u bl-Atti XIV ta’ l-1991 u IV ta’ l-1992.
Titolu fil-qosor. 
Tifsir.
Emendat: 
XIV. 1991.2.
2. F’dan l-Att, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx
xort’oħra -
"arkitett" tinkludi inġinier ċivili;
"awtoritajiet ekklesjastiċi kompetenti" tfisser dwar il-Knisja
Kattolika Rumana, l-Arċisqof ta’ Malta jew l-Isqof ta’ Għawdex
skond jekk il-proprjetà immobbli tkunx fil-limiti territorjali tad-
djoċesi ta’ Malta jew ta’ Għawdex, u dwar kull knisja oħra jew
istituzzjoni oħra pija jew reliġjuża li tkun tappartjeni għal
denominazzjoni oħra li ma tkunx il-Knisja Kattolika Rumana, l-
ogħla awtorità ta’ dik id-denominazzjoni f’Malta li tista’ tingħata
għarfien mill-Avukat Ġenerali għall-finijiet ta’ dan l-Att;
"Malta" tfisser il-Gżira ta’ Malta, il-Gżira ta’ Għawdex u l-
Gżejjer l-oħra ta’ l-Arċipelagu Malti;
"perijodu estiż" tfisser kull perijodu kif estiż skond l-artikolu 4
ta’ dan l-Att jew il-perijodu li jibda mid-data tar-radd lura msemmi
fl-artikolu 9 ta’ dan l-Att;
"perijodu preskritt" tfisser -
(a) relattivament għal kull proprjetà immobbli li tkun
akkwistata minn xi knisja jew istituzzjoni oħra pija
jew reliġjuża suġġetta għad-dritt temporanju ta’
użufrutt favur persuna waħda jew iżjed li ma tkunx
knisja jew istituzzjoni oħra pija jew reliġjuża, sena
mill-ġurnata tat-terminazzjoni ta’ dak l-użufrutt u l-
konsolidazzjoni tiegħu man-nuda proprjetà;
(b) relattivament għal kull proprjetà immobbli li tkun
akkwistata minn xi knisja jew istituzzjoni oħra pija
jew reliġjuża suġġetta għad-dritt ta’ użu favur persuna
waħda jew iżjed li ma tkunx knisja jew istituzzjoni
oħra pija jew reliġjuża jew suġġetta għad-dritt ta’
abitazzjoni favur persuna waħda jew iżjed, sena mill-
ġurnata tat-terminazzjoni ta’ dak id-dritt ta’ użu jew
ta’ abitazzjoni;
(ċ) relattivament għal kull proprjetà immobbli, li ma taqax
taħt il-paragrafu (a) jew (b) ta’ dan l-artikolu, li tkun
*Ara Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 573 ta’ l-1 ta’ Settembru, 1967.
 2      KAP. 201.ħ      MANUMORTA
ġiet akkwistata minn xi knisja jew istituzzjoni oħra
pija jew reliġjuża b’titolu ta’ legat, sena mill-ġurnata li
fiha dik il-knisja jew istituzzjoni oħra tiġi mogħtija l-
pussess ta’ dik il-proprjetà jew sentejn mill-ġurnata
tal-mewt tat-testatur, liema taħbat l-ewwel;
(d) relattivament għal kull proprjetà immobbli li ma taqax
taħt il-paragrafu (a), (b) jew (ċ) ta’ dan l-artikolu, sena
mid-data ta’ l-akkwist ta’ dik il-proprjetà mill-knisja
jew istituzzjoni oħra pija jew reliġjuża;
"proprjetà immobbli" tfisser kull art jew bini, u tinkludi d-dirett
dominju, l-utili dominju, in-nuda proprjetà jew id-dritt ta’ użufrutt
fuq kull art jew bini;
"skop ċertifikat" tfisser l-użu speċifikat fiċ-ċertifikat maħruġ
mill-awtoritajiet ekklesjastiċi kompetenti għall-fini tas-subartikolu
(1) ta’ l-artikolu 8 ta’ dan l-Att.
Proprjetà mmobbli 
akkwistata minn 
knejjes jew 
istituzzjonijiet oħra 
piji jew reliġjużi 
għandu jkun 
dispost minnha fiż-
żmien preskritt. 
3. Ebda proprjetà immobbli li qiegħda f’Malta ma għandha
titqies bħala aljenabbli lil, jew ma għandha, taħt ebda titolu, tiġi
akkwistata minn xi knisja jew istituzzjoni oħra pija jew reliġjuża,
ħlief taħt il-kondizzjoni espressa li dik il-proprjetà għandha, fil-
perijodu preskritt, tiġi trasferita definittivament u b’mod assolut,
minn dik il-knisja jew istituzzjoni, lil xi persuna jew persuni mhux
suġġetti għal-limitazzjoni fuq imsemmija.
Estensjonijiet tal-
perijodu preskritt. 
4. Meta jiġi pruvat, għas-sodisfazzjon tal-Prim Ministru, li
mhux possibbli li knisja jew istituzzjoni oħra pija jew reliġjuża
tiddisponi minn xi proprjetà immobbli li taqa’ taħt id-disposizzjoni
ta’ l-aħħar artikolu qabel dan fil-perijodu preskritt, il-Prim
Ministru jista’, fuq talba bil-miktub mill-amministratur jew minn
rappreżentant ieħor leġittimu ta’ dik il-knisja jew istituzzjoni,
jagħti estensjonijiet tal-perijodu preskritt li ma jeċċedux b’kollox
il-perijodu totali ta’ tliet snin:
Iżda l-Prim Ministru jista’, fuq rakkomandazzjoni
b’risoluzzjoni tal-Kamra tad-Deputati, jagħti estensjonijiet oħra
wara dak il-perijodu ta’ tliet snin.
Konfiska ta’ 
proprjetà immobbli 
f’nuqqas ta’ 
trasferiment. 
5. Meta xi proprjetà immobbli li taqa’ taħt id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 3 ta’ dan l-Att ma tkunx ġiet
mibjugħa jew trasferita b’mod assolut, kif provdut f’dak l-artikolu,
fil-perijodu preskritt jew, jekk dak il-perijodu jkun ġie estiż, fiż-
żmien il-perijodu estiż, f’dak il-każ, mat-terminazzjoni tal-perijodu
preskritt jew tal-perijodu estiż, skond il-każ, dik il-proprjetà
għandha ipso facto tiġi konfiskata favur il-Gvern.
L-Avukat Ġenerali 
inkarigat mill-
esekuzzjoni ta’ l-
Att.
Emendat: 
LVIII. 1974.68.
6. (1) L-Avukat Ġenerali huwa inkarigat mill-esekuzzjoni ta’
dan l-Att. 
Dmirijiet tan-
nutara.
(2) Kull nutar li jirċievi xi att  inter vivos  li jidher li juri li
qiegħed jittrasferixxi jew jassenja xi proprjetà immobbli lil knisja
jew istituzzjoni oħra pija jew reliġjuża, għandu, fi żmien ħmistax-il
ġurnata mid-data ta’ xi att tali, jibgħat lill-Avukat Ġenerali
MANUMORTA ġKAP. 201.    3
ċertifikat iffirmat min-nutar stess, li jkun fih id-data ta’ l-att, ix-
xorta ta’ l-att, l-isem tal-partijiet u l-proprjetà immobbli li għaliha
jirriferixxi.
Kap. 55. 
(3) B’dak kollu li hemm fid-disposizzjoni ta’ l-artikoli 128 u
131 ta’ l-Att dwar il-Professjoni Nutarili u l-Arkivji Nutarili, kull
nutar li jikser id-disposizzjonijiet ta’ l-aħħar subartikolu qabel dan
jeħel multa, li tiġi mwaħħla mill-Qorti tar-Reviżjoni ta’ l-Atti
Nutarili fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħha skond dak l-Att, minn
ħamsa sa għoxrin lira.
Proprjetà immobbli 
eżenti mid-
disposizzjonijiet 
ta’ l-artikoli 3 u 5 
ta’ l-Att. 
Emendat: 
LVIII.1974.68. 
A.L. 148 ta’ l-
1975.
Kap. 88. 
7. Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 3 u 5 ta’ dan l-Att ma
għandhomx japplikaw -
(a) għal kull proprjetà immobbli akkwistata minn xi knisja
jew istituzzjoni oħra pija jew reliġjuża, waqt li tkun
isseħħ relattivament għal dik il-proprjetà dikjarazzjoni
magħmula mill-President ta’ Malta skond l-artikolu 3
ta’ l-Ordinanza dwar l-Akkwist ta’ Artijiet għal
Skopijiet Pubbliċi:
Iżda, meta l-Prim Ministru javża bil-miktub lill-
amministratur jew lil rappreżentant leġittimu ieħor tal-
knisja jew istituzzjoni oħra pija jew reliġjuża
interessata illi l-proprjetà jew xi parti minnha ma
għadhiex aktar meħtieġa taħt l-imsemmija
dikjarazzjoni, id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 3 u 5
ta’ dan l-Att għandhom japplikaw bħallikieku dik il-
proprjetà jew parti minnha tkun ġiet akkwistata mill-
knisja jew istituzzjoni oħra pija jew reliġjuża
interessata fid-data li fiha l-amministratur jew
rappreżentant leġittimu ieħor tagħha ikun irċieva l-
imsemmi avviż bil-miktub;
Kap. 88. 
(b) għal kull proprjetà immobbli akkwistata minn xi knisja
jew istituzzjoni oħra pija jew reliġjuża jew għal xi
parti minn dik il-proprjetà waqt li tkun miżmuma mill-
Gvern b’titolu ta’ pussess u użu jew b’titolu ta’
dominju pubbliku skond id-disposizzjonijiet ta’ l-
Ordinanza dwar l-Akkwist ta’ Artijiet għal Skopijiet
Pubbliċi:
Iżda, meta l-proprjetà jew parti minnha ma tibqax
f’idejn il-Gvern b’titolu ta’ pussess u użu, id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 3 u 5 għandhom
japplikaw bħallikieku dik il-proprjetà jew parti minnha
kienet ġiet akkwistata mill-knisja jew istituzzjoni oħra
pija jew reliġjuża interessata fil-ġurnata li fiha l-
amministratur jew rappreżentant leġittimu ieħor ta’ dik
il-knisja jew istituzzjoni oħra jkun irċieva mingħand
il-Prim Ministru avviż bil-miktub ta’ dik it-
terminazzjoni;
(ċ) għal xi proprjetà immobbli akkwistata minn xi knisja
jew istituzzjoni oħra pija jew reliġjuża b’titolu ta’
tpartit kontra trasferiment ta’ proprjetà immobbli oħra
u - 
 4      KAP. 201.ħ      MANUMORTA
(i) il-proprjetà immobbli mogħtija bi tpartit minn
dik il-knisja jew istituzzjoni oħra tkun eżenti
mid-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 3 u 5 ta’ dan
l-Att għal xi raġuni ħlief skond l-artikolu 8 ta’
dan l-Att;
(ii) il-valur tal-proprjetà immobbli riċevut bi tpartit
minn dik il-knisja jew istituzzjoni oħra ma jkunx
iżjed mill-valur tal-proprjetà immobbli mogħtija
bi tpartit b’iżjed minn ħamsa fil-mija u jkun
hemm annessa ma’ l-att tat-tpartit dikjarazzjoni
iffirmata minn arkitett li jiċċertifika dak il-fatt u
iffirmata wkoll mid-Direttur tax-Xogħlijiet
Pubbliċi b’aċċettazjoni ta’ dak il-fatt;
(d) għal kull proprjetà immobbli akkwistata taħt kull
titolu, barra titolu ta’ tpartit f’liema każ id-
disposizzjonijiet ta’ l-aħħar paragrafu qabel dan
għandhom japplikaw, minn xi knisja jew istituzzjoni
oħra pija jew reliġjuża mingħand xi knisja oħra jew
istituzzjoni oħra pija jew reliġjuża, jekk dik il-
proprjetà kienet miżmuma miċ-ċedent bħala eżenti
mid-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 3 u 5 ta’ dan l-Att
ħlief skond l-artikolu 8 ta’ dan l-Att;
(e) għar-riversjoni, għal kull raġuni, ta’ l-utili dominju ta’
kull proprjetà immobbli u konsolidazzjoni mad-dirett
dominju favur xi knisja jew istituzzjoni oħra pija jew
reliġjuża li, qabel l-għoti ta’ dik il-proprjetà b’titolu
ta’ enfitewsi, kienet iżżommha bħala eżenti mid-
disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 3 u 5 ta’ dan l-Att ħlief
skond l-artikolu 8 ta’ dan l-Att;
(f) għal kull proprjetà immobbli mixtrija minn knisja jew
istituzzjoni oħra pija jew reliġjuża, bil-ħlas, bħala
prezz ta’ xiri, ta’ l-ammont ta’ kumpens li dik il-knisja
jew istituzzjoni tkun irċeviet relattivament għat-
trasferiment lill-Gvern ta’ xi proprjetà immobbli
miżmuma minnha bħala eżenti mid-disposizzjonijiet
ta’ l-artikoli 3 u 5 ta’ dan l-Att ħlief skond l-artikolu 8
ta’ dan l-Att; basta li dak il-kumpens ma jkunx anqas
minn mitt lira, u li d-disposizzjonijiet li ġejjin jiġu
mħarsa:
(i) l-amministratur jew rappreżentant ieħor
leġittimu tal-knisja jew ta’ l-istituzzjoni li
jixtieq li jimpjega, fl-akkwist ta’ xi proprjetà
immobbli, is-somma hekk imħallsa lilu bħala
kumpens għandu, b’rikors fis-Sekond’Awla tal-
Qorti Ċivili, fi żmien sitt xhur li jiġu kalkolati
mill-ġurnata li fiha jirċevi l-ħlas tal-kumpens,
(liema żmien jista’, għal raġuni ġusta, jiġi estiż
mill-imsemmija qorti), japplika għall-awtorità
bix jakkwista l-proprjetà immobbli maħsuba li
tinxtara f’isem il-knisja jew istituzzjoni oħra bil-
ħlas ta’ l-imsemmi kumpens bħala prezz ta’ xiri;
(ii) ir-rikors għandu jkollu miegħu kopja ta’ l-att tat-
MANUMORTA ġKAP. 201.    5
trasferiment tal-proprjetà immobbli lill-Gvern u
stima, magħmula minn arkitett, tal-proprjetà
immobbli maħsuba li tiġi akkwistata;
(iii) il-qorti, meta tkun sodisfatta li l-valur tal-
proprjetà immobbli li tkun ser tiġi akkwistata ma
jkunx akbar mill-ammont tal-kumpens riċevut
mill-knisja jew istituzzjoni oħra pija jew
reliġjuża għat-trasferiment favur il-Gvern tal-
proprjetà immobbli tagħha, jew ikun akbar
b’ħamsa fil-mija biss u mhux iżjed, għandha
tilqa’ r-rikors;
(iv) sabiex jiġi aċċertat il-valur tal-proprjetà
maħsuba li tiġi akkwistata, il-qorti tista’
tinnomina arkitett wieħed jew iżjed, magħżulin
minnha u titlobhom dikjarazzjoni bil-ġurament li
huma qdew fedelment u b’eżattezza d-dmir fdat
lilhom.
Proprjetà immobbli 
akkwistata għal 
ċerti skopijiet 
speċifikati tkun 
eżenti wkoll. 
Emendat: 
LVIII.1974.68.
8. (1) Bla ħsara tad-disposizzjonijiet tas-subartikoli (2), (3) u
(4) ta’ dan l-artikolu, id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 3 u 5 ta’ dan
l-Att ma għandhom anqas japplikaw -
(a) għal kull sit li jkun ġie akkwistat, taħt xi titolu jkun li
jkun, minn xi knisja jew istituzzjoni oħra pija jew
reliġjuża għall-iskop tal-kostruzzjoni fuqu ta’ knisja
jew tal-bini ta’ istituzzjoni pija jew reliġjuża, jew
għall-estensjoni fuqu ta’ xi knisja jew bini tali, jew
għall-użu ta’ knejjes, jew għall-kostruzzjoni jew
estensjoni fuqu ta’ dar parrokkjali, seminarju jew dar
għal xi kommunità reliġjuża jew għall-kostruzzjoni ta’
ċimiterji, basta li ċertifikat dwar l-approvazzjoni ta’ l-
użu għal xi wieħed minn dawn l-iskopijiet, mogħti
mill-awtoritajiet ekklesjastiċi kompetenti, jiġi riċevut
mill-Avukat Ġenerali fi żmien disgħin ġurnata mid-
data tal-pubblikazzjoni ta’ l-att li bis-saħħa tiegħu jkun
sar dak l-akkwist;
(b) għal kull bini li jkun ġie akkwistat, taħt xi titolu jkun li
jkun, minn xi knisja jew istituzzjoni oħra pija jew
reliġjuża għal xi wieħed mill-iskopijiet imsemmija,
basta li ċertifikat kif imsemmi fl-aħħar paragrafu qabel
dan jiġi riċevut mill-Avukat Ġenerali fi żmien il-
perijodu preskritt fih.*
(2) Ħlief meta s-sit jew il-bini msemmi fl-aħħar subartikolu
qabel dan ikun ġie akkwistat għall-iskop tal-kostruzzjoni jew ta’ l-
estensjoni fuqu ta’ knisja, dak is-sit jew bini għandu jiġi ipso facto
konfiskat favur il-Gvern jekk ma jkunx ġie applikat għall-użu
speċifikat fiċ-ċertifikat ta’ l-awtoritajiet ekklesjastiċi kompetenti fi
*Att XIV ta’ l-1991  (disposizzjoni transitorja): Il-perijodu ta’ disgħin ġurnata
msemmi fil-paragrafu (b) tas-subartikolu (1) ta’ l-artikolu 8 ta’ dan l-Att għandu,
għar-rigward ta’ proprjetà immobbli akkwistata minn knisja jew istituzzjoni oħra
pija jew reliġjuża li tappartjeni għal denominazzjoni oħra li ma tkunx il-Knisja
Kattolika Rumana, f’kull żmien wara l-1 ta’ Jannar, 1990, iżda qabel it-12 ta’
Lulju 1991, jitqies li jibda għaddej mit-12 ta’ Lulju 1991.
 6      KAP. 201.ħ      MANUMORTA
żmien sentejn, fil-każ ta’ sit, jew fi żmien sena, fil-każ ta’ bini,
mid-data li fiha, kieku ma kienx għad-disposizzjoni ta’ l-imsemmi
subartikolu, il-perijodu preskritt kien jibda jgħodd, jew fi żmien
dak il-perijodu l-ieħor, li ma jistax ikun iżjed minn sentejn, kif il-
Prim Ministru, fuq talba ta’ l-amministratur jew ta’ rappreżentant
leġittimu ieħor tal-knisja jew istituzzjoni oħra pija jew reliġjuża
interessata, ikun ippermetta bil-miktub qabel it-terminazzjoni tal-
perijodu oriġinali.
(3) Meta s-sit jew il-bini msemmi fis-subartikolu (1) ta’ dan l-
artikolu jkun ġie akkwistat għall-iskop tal-kostruzzjoni jew ta’ l-
estensjoni fuqu ta’ knisja, dak is-sit jew bini għandu jiġi ipso facto
konfiskat favur il-Gvern jekk l-istruttura tal-knisja jew l-estensjoni
tagħha ma tkunx ġiet imtella’ fi żmien tliet snin mid-data li fiha,
kieku ma kienx għad-disposizzjoni ta’ l-imsemmi subartikolu, il-
perijodu preskritt kien jibda jgħodd jew dak il-perijodu itwal, li ma
jistax ikun iżjed minn sitt snin, kif l-awtoritajiet ekklesjastiċi
kompetenti jkunu speċifikaw għal dak l-iskop fiċ-ċertifikat
tagħhom imsemmi fis-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu.
(4) Meta sit jew bini, li jkun eżenti mid-disposizzjonijiet ta’ l-
artikoli 3 u 5 ta’ dan l-Att skond is-subartikolu (1) ta’ dan l-
artikolu, ma jibqax jiġi wżat għall-iskop ċertifikat -
(i) l-amministratur jew rappreżentant leġittimu
ieħor tal-knisja jew istituzzjoni oħra pija jew
reliġjuża li lilha dak is-sit jew bini jkun
jappartjeni għandu, taħt piena li jiġi  ipso facto
konfiskat favur il-Gvern, fi żmien tliet xhur mid-
data meta s-sit jew bini ma jkunx baqa’ hekk
użat, javża bil-miktub dwar dak il-fatt lill-
Avukat Ġenerali; u
(ii) ħlief meta jkun ġie konfiskat favur il-Gvern
minħabba nuqqas ta’ avviż skond id-
disposizzjoni ta’ l-aħħar sub-paragrafu qabel
dan, dak is-sit jew bini għandu jitqies, għall-
finijiet ta’ dan l-Att, li jkun ġie akkwistat mill-
knisja jew istituzzjoni oħra pija jew reliġjuża li
lilha jkun jappartjeni fil-ġurnata li fiha ma baqax
jiġi wżat għall-iskop ċertifikat u, wara dan, id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 3 u 5 ta’ dan l-Att
għandhom japplikaw skond hekk.
(5) Mingħajr ħsara tad-disposizzjonijiet tas-subartikoli (2), (3)
u (4) ta’ dan l-artikolu, il-kliem "bini", "dar parrokkjali",
"seminarju" u "dar għal xi kommunità reliġjuża", li hemm fis-
subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu, għandhom jitqiesu li jinkludu kull
art fil-beraħ tali annessa ma’ xi waħda minn dawk il-
kostruzzjonijiet u inkluża fiċ-ċertifikat ta’ l-awtoritajiet
ekklesjastiċi kompetenti kif il-Prim Ministru jista’ japprova fid-
diskrezzjoni tiegħu:
Iżda l-approvazzjoni tal-Prim Ministru ma tkunx meħtieġa
dwar xi bitħa jew spazju fil-beraħ ieħor simili li jista’ normalment
jifforma parti minn bini.
MANUMORTA ġKAP. 201.    7
Setgħa tal-Prim 
Ministru li jrodd 
lura proprjetà 
konfiskata. 
9. Meta xi proprjetà immobbli tkun ġiet konfiskata favur il-
Gvern minħabba nuqqas ta’ tħaris ta’ xi waħda mid-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u l-amministratur jew rappreżentant
leġittimu ieħor tal-knisja jew istituzzjoni oħra pija jew reliġjuża li
minn għandha dik il-proprjetà  tkun ġiet konfiskata juri
sodisfaċentement li dak in-nuqqas kien raġonevolment ġustifikat,
il-Prim Ministru jkun jista’, fuq ir-rakkomandazzjoni
b’riżoluzzjoni tal-Kamra tad-Deputati, jordna r-radd lura ta’ dik il-
proprjetà lill-knisja jew istituzzjoni oħra interessata, u f’dak il-każ
il-perijodu għat-tħaris tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att għandu
jibda mid-data ta’ dak ir-radd lura jekk il-proprjetà ma tingħatax
lura bħala eżenti mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att:
Iżda ma għandu jsir ebda ordni għal radd lura dwar
proprjetà konfiskata u li l-Gvern ikun diġà iddispona minnha jew
dwar profitti fuq proprjetà mogħtija lura skond dan l-artikolu li
jkunu ġa ġew riċevuti mill-Gvern sal-ġurnata tar-radd lura.
Setgħa tal-Prim 
Ministru li jeżenta 
proprjetà mill-
effetti ta’ dan l-Att.
10. Il-Prim Ministru jista’, fuq ir-rakkomandazzjoni
b’riżoluzzjoni tal-Kamra tad-Deputati, u bi ftehim bil-miktub ma’
l-awtoritajiet ekklesjastiċi kompetenti, li jeżenta b’ordni kull knisja
jew istituzzjoni oħra pija jew reliġjuża mill-effetti ta’ dan l-Att
dwar kull proprjetà immobbli speċifika, u mid-data ta’ dak l-ordni
l-knisja jew istituzzjoni hekk eżentata tkun libera li żżomm u
tgawdi dik il-proprjetà mingħajr ir-restrizzjonijiet li hemm f’dan l-
Att.
Radd lura ta’ 
proprjetà 
konfiskata. 
Emendat: 
A.L. 148 ta’ l-
1975.
11. (1) Kull proprjetà immobbli li, f’kull żmien qabel ma jkun
beda jseħħ dan l-Att, tkun ġiet konfiskata favur il-Gvern minħabba
nuqqas ta’ tħaris tad-disposizzjonijiet tal-Liġi dwar il-Manumorta,
hija bis-saħħa ta’ dan l-Att mogħtija lura lill-knisja jew istituzzjoni
oħra pija jew reliġjuża li lilha kienet tappartjeni dik il-proprjetà
minnufih qabel ma ġiet hekk konfiskata u d-disposizzjonijiet ta’
dan l-Att għandhom japplikaw għal dik il-proprjetà bħallikieku
kienet ġiet akkwistata mill-knisja jew istituzzjoni oħra pija jew
reliġjuża malli jibda jseħħ dan l-Att:
Iżda, meta xi proprjetà tali tkun ġiet trasferita qabel ma
jkun beda jseħħ dan l-Att skond id-disposizzjonijiet tal-Liġi dwar
il-Manumorta, għalkemm mhux fiż-żmien stabbilit f’dik il-liġi jew
bis-saħħa tagħha, id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att għandhom
jitqiesu li ġew imħarsa u kull trasferiment tali għandu jitqies li jkun
sar validament.
(2) Id-disposizzjoni ta’ l-aħħar subartikolu qabel dan ma
għandhiex tapplika għal xi proprjetà immobbli li kienet dikjarata li
ġiet konfiskata favur il-Gvern b’sentenza tal-qrati superjuri jew li,
wara li ġiet konfiskata favur il-Gvern, il-Gvern ikun iddispona
minnha qabel ma jkun beda jseħħ dan l-Att, u dik il-proprjetà
għandha tibqa’ hekk konfiskata minkejja r-revoka tal-Liġi dwar il-
Manumorta.
 8      KAP. 201.ħ      MANUMORTA
Jedd tal-Knisja jew 
ta’ istituzzjonijiet 
oħra piji jew 
reliġjużi li 
jkollhom u 
jamministraw 
proprjetà. 
Miżjud;
IV. 1992.11.
12. (1) B’seħħ minn dik id-data li l-Prim Ministru jista’
b’avviż fil-Gazetta jistabbilixxi,*(hawnhekk iżjed ’il quddiem
imsejħa d-data effettiva) kull knisja jew istituzzjoni pija jew
reliġjuża oħra jkollha, bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ kull liġi
li tirrigwarda l-akkwist ta’ proprjetà immobbli minn persuni li
mhumiex residenti u ta’ kull liġi oħra ta’ applikazzjoni ġenerali, l-
jedd li takkwista u jkollha pussess ta’ proprjetà immobbli f’Malta
mingħajr ebda obbligu li tiddisponi minnha f’xi terminu ta’ żmien u
mingħajr ebda restrizzjoni li toħroġ minn dan l-Att dwar l-użu
tagħha u tista’ tibqa’ żżomm kull proprjetà immobbli li setgħet ġiet
akkwistata minnha qabel id-data effettiva mingħajr ebda obbligu
jew restrizzjoni bħal dik.
(2) Id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2) ta’ l-artikolu 6 ta’
dan l-Att ma għandhomx japplikaw għal kull att hemmhekk
imsemmi pubblikat fid-data effettiva jew warajha.
(3) Kull proprjetà immobbli li fid-data effettiva jew qabilha
setgħet ġiet konfiskata favur il-Gvern bis-saħħa ta’ dan l-Att, u li
fid-data effettiva kienet għadha fil-pussess jew fid-detenzjoni ta’
knisja jew istituzzjoni pija jew reliġjuża oħra qegħda b’dan
tingħata lura lill-Knisja jew istituzzjoni pija jew reliġjuża oħra li
kienet tappartjeni lilha qabel ma kienet ġiet hekk konfiskata:
Iżda meta dik il-proprjetà tkun ġiet aljenata qabel id-data
effettiva skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, għalkemm fiż-
żmien stabbilit fih jew bis-saħħa tiegħu, id-disposizzjonijiet ta’ dan
l-Att għandhom jitqiesu li jkunu twettqu u kull aljenazzjoni bħal
dik għandha titqies bħala li tkun saret validament.
 
*18 ta’ Frar 1993 - ara A.L. 58 ta’ l-1993.
