KORPORAZZJONIGĦALŻVILUPPTA’MALTA   ġKAP. 202.   1
KAPITOLU 202
ATT DWAR IL-KORPORAZZJONI GĦAL 
ŻVILUPP TA’ MALTA
Biex jipprovdi għat-twaqqif ta’ Korporazzjoni għal Zvilupp għal Malta, biex jistabbilixxi l-
funzjonijiet u s-setgħat tagħha u biex jipprovdi għal ħwejjeġ anċillari u inċidentali għaliha.
(1 ta’ Novembru, 1967)*
(1 ta’ Mejju, 1968)#
Sar liġi bl-ATT XXVII ta’ l-1967, kif emendat bl-Atti: LIX ta’ l-1975, XXII ta’ l-1976, XI
ta’ l-1977, VIII ta’ l-1982 u XV ta’ l-1995.
TAQSIM TA’ L-ATT
Artikoli 
Taqsima I.  Preliminari  1-2 
Taqsima II.  Twaqqif, Tmexxija ta’ l-Affarijiet u Funzjonijiet
tal-Korporazzjoni  3-9 
Taqsima III.  Disposizzjonijiet Finanzjarji  10-16 
Taqsima IV.  Uffiċjali u Impjegati tal-Korporazzjoni  17-18 
Taqsima V.  Mixxellanji  19
SKEDA 
Disposizzjonijiet dwar il-Bord tad-Diretturi
*Ara l-artikolu 1 ta’ l-Att kif oriġinarjament promulgat, li parti minnu ġiet imħollija barra taħt l-Att ta’
l-1980 dwar ir-Reviżjoni tal-Liġijiet Statutarji, u l-Avviż Legali 70 ta’ l-1967.
#Ara l-Avviż Legali 33 ta’ l-1968.
 2      KAP. 202.ħ   KORPORAZZJONIGĦALŻVILUPPTA’MALTA
TAQSIMA I 
PRELIMINARI
Titolu fil-qosor.  1. Dan l-Att jista’ jissejjaħ l-Att dwar il-Korporazzjoni għal
Żvilupp ta’ Malta.
Tifsir.
Emendat: 
XI. 1977.2; 
VIII. 1982.2. 
2. F’dan l-Att, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx
xort’oħra - 
"il-Bord" tfisser il-Bord tad-Diretturi tal-Korporazzjoni
mwaqqaf bl-artikolu 4 ta’ dan l-Att;
"iċ-chairman" tfisser iċ-Chairman tal-Bord nominat skond dan l-
Att;
"direttur" tfisser direttur tal-Korporazzjoni nominat skond dan l-
Att;
"il-Gazzetta" tfisser il-Gazzetta tal-Gvern; 
"il-Gvern" tfisser il-Gvern ta’ Malta;
"industrja" tfisser kull impriża li twassal għall-iżvilupp ta’ l-
ekonomija ta’ Malta li l-iskop tagħha huwa biex tipproduċi jew
tipprovdi oġġetti jew servizzi għall-bejgħ jew kiri ġewwa Malta
jew barra minn Malta; u "industrjali" għandha tiftiehem skond
hekk;
"il-Kamra" tfisser il-Kamra tad-Deputati ta’ Malta; 
"il-Korporazzjoni" tfisser il-Korporazzjoni għal Żvilupp ta’
Malta mwaqqfa bl-artikolu 3 ta’ dan l-Att;
"Malta" għandha l-istess tifsir kif mogħti lilha bl-artikolu 124
tal-Kostituzzjoni ta’ Malta;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-industrja u
tinkludi, sal-limitu ta’ l-awtorità mogħtija, kull persuna awtorizzata
għal hekk għal xi wieħed mill-għanijiet ta’ dan l-Att;
"sena finanzjarja" tfisser perijodu ta’ tnax-il xahar li jispiċċa fil-
31 ta’ Diċembru;
 "uffiċjal pubbliku" għandha l-istess tifsir kif mogħti lilha bl-
artikolu 124 tal-Kostituzzjoni ta’ Malta.
TAQSIMA II
TWAQQIF, TMEXXIJA TA’ L-AFFARIJ1ET U FUNZJONIJIET TAL-
KORPORAZZJONI
Twaqqif tal-
Korporazzjoni.
3. (1) Għandu jkun hemm korp, li jissejjaħ il-Korporazzjoni
għal Żvilupp ta’ Malta, sabiex jiżgura l-iżvilupp ta’ l-ekonomija ta’
Malta skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
(2) Il-Korporazzjoni għandha tkun enti morali li jkollha
personalità legali distinta u tkun tista’, salvi d-disposizzjonijiet ta’
dan l-Att, tagħmel kuntratti, takkwista, iżżomm u tiddisponi minn
kull proprjetà għall-finijiet tal-funzjonijiet tagħha, tħarrek u tiġi
mħarrka, u tagħmel dawk il-ħwejjeġ kollha u dawk l-
KORPORAZZJONIGĦALŻVILUPPTA’MALTA   ġKAP. 202.   3
operazzjonijiet kollha li jkunu inċidentali jew li jwasslu għall-
eżerċizzju jew għall-qadi tal-funzjonijiet tagħha skond dan l-Att.
Tmexxija ta’ 
affarijiet tal-
Korporazzjoni. 
Sostitwit: 
LIX. 1975.2. 
4. (1) L-affarijiet u x-xogħol tal-Korporazzjoni jkunu r-
responsabbiltà ta’ Bord tad-Diretturi u jitmexxew minnu; iżda,
ħlief kif intqal qabel u bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att
u ta’ kull direttivi mill-Bord, it-tmexxija esekuttiva tal-
Korporazzjoni, l-amministrazzjoni u l-organizzazzjoni tagħha u l-
kontroll amministrattiv ta’ l-uffiċjali u ta’ l-impjegati tagħha, ikunu
r-responsabbiltà taċ-Chairman tal-Bord, li jkollu wkoll dawk is-
setgħat l-oħra li minn żmien għal żmien jiġu delegati lilu mill-
Bord.
(2) Il-Bord ikun magħmul minn dak in-numru ta’ diretturi, li
ma jkunx anqas minn ħamsa, li minnhom wieħed jiġi nominat
chairman u ieħor deputat chairman, kif il-Ministru jista’ jaħtar
minn żmien għal żmien.
(3) Iċ-chairman u d-diretturi l-oħra kollha barra minn tlieta
jkunu nominati mill-Ministru minn fost persuni, li ma jkunux
uffiċjali pubbliċi jew uffiċjali jew impjegati tal-Korporazzjoni, li
fil-fehma tiegħu kellhom esperjenza u wrew ħila fi ħwejjeġ dwar
industrja, kummerċ, finanzi, xjenza, il-professjonijiet, jew fl-
organizzazzjonijiet ta’ prinċipali jew ta’ ħaddiema; id-deputat
chairman jista’ jkun nominat mill-Ministru minn fost l-uffiċjali tal-
Korporazzjoni jew minn fost il-persuni msemmija qabel, u ż-żewġ
diretturi l-oħra jkunu nominati mill-Ministru minn fost uffiċjali
pubbliċi.
(4) Iċ-chairman u d-diretturi l-oħra jkunu nominati għal dak iż-
żmien u taħt dawk il-pattijiet u l-kondizzjonijiet li l-Ministru
jidhirlu xieraq; u jkunu jistgħu jiġu nominati mill-ġdid.
(5) Il-Ministru jista’, dwar kull direttur barra miċ-chairman,
jinnomina persuna li jkollha l-kwalifiki meħtieġa b’dan l-Att biex
tkun direttur alternattiv. Persuna hekk nominata tista’ tattendi kull
laqgħa tal-Bord li għaliha ma jattendix id-direttur li tiegħu tkun
alternattiv, jew li jattendi dak id-direttur bħala chairman, u f’kull
laqgħa bħal dik id-direttur alternattiv ikollu s-setgħat u d-dmirijiet
kollha ta’ direttur.
Skwalifika għal 
nomina, tneħħija u 
riżenja ta’ diretturi.
Emendat: 
XXII. 1976.4.
5. (1) Ħadd ma għandu jiġi nominat jew jibqa’ direttur jew
direttur alternattiv li - 
(a) ikun membru tal-Kamra;
(b) skond il-liġi ta’ xi pajjiż ikun ġie dikjarat fallut
b’sentenza jew ikun għamel akkordju mal-kredituri
tiegħu jew ikun inabilitat skond il-liġi jew ikun ġie
misjub ħati ta’ delitt li jolqot il-fiduċja pubblika jew
ta’ serq jew ta’ qerq jew talli jkun xjentement irċieva
proprjetà li tkun ġiet akkwistata b’serq jew b’qerq.
(2) Mingħajr ħsara tad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) ta’
dan l-artikolu, direttur jew direttur alternattiv jista’ jitneħħa mill-
kariga tiegħu mill-Ministru jekk ma jibqax kapaċi li jkompli d-
dmirijiet tiegħu jew jekk ikun ħati ta’ mġieba ħażina serja dwar id-
dmirijiet tiegħu jew jonqos milli jattendi l-laqgħat tal-Bord
 4      KAP. 202.ħ   KORPORAZZJONIGĦALŻVILUPPTA’MALTA
mingħajr raġuni tajba għal dak il-perijodu kif il-Ministru jista’, fiċ-
ċirkostanzi, iqis suffiċjenti għall-finijiet ta’ dan is-subartikolu; u,
relattivament għal direttur jew direttur alternattiv nominat minn
fost uffiċjali pubbliċi, persuna tispiċċa milli tibqa’ f’dik il-kariga
meta ma tibqax uffiċjal pubbliku.
(3) Direttur jew direttur alternattiv, ħlief persuna li tkun
nominata minn fost uffiċjali pubbliċi, tista’ tirriżenja mill-kariga
tagħha b’avviż bil-miktub lill-Ministru.
Assenza jew 
inabilità taċ-
chairman u 
vakanza ta’ post.
Sostitwit: 
LIX. 1975.3. 
6. Meta ċ-chairman  ikun nieqes minn Malta jew
temporanjament ma jkunx jista’ jaqdi l-funzjonijiet tal-kariga
tiegħu, jew ikun bil-vaganzi, u meta l-post ta’ chairman ikun
temporanjament battal, id-deputat chairman għandu jaġixxi minflok
iċ-chairman u għandu jeżerċita u jaqdi l-funzjonijiet taċ-chairman.
Disposizzjonijiet 
dwar il-Bord. 
7. Id-disposizzjonijiet ta’ l-Iskeda li tinsab ma’ dan l-Att
għandu jkollhom effett relattivament għall-Bord.
Funzjonijiet tal-
Korporazzjoni.
8. (1) Mingħajr ħsara ta’ kull disposizzjoni oħra ta’ dan l-Att,
il-Korporazzjoni jkollha l-funzjoni - 
(a) li tinvestiga, tifformula u tesegwixxi proġetti għat-
twaqqif, kontinwazzjoni, espansjoni jew miljorament
ta’ impriżi industrjali li jwasslu għall-iżvilupp ta’ l-
ekonomija ta’ Malta;
(b) li tinkoraġġixxi u tippromovi l-parteċipazzjoni ta’
kapital privat, tant lokali kemm barrani, fl-iżvilupp ta’
impriżi ta’ manifattura, turiżmu, agrikoltura, sajd u
impriżi oħra industrjali;
(ċ) li tagħti għajnuna u parir fil-formulazzjoni u
esekuzzjoni ta’ proġetti industrjali billi tipprovdi
għajnuna teknika fuq ħwejjeġ ta’ direzzjoni, inġinerija,
kontabbiltà u ħwejjeġ oħra li jeħtieġu kapaċità teknika,
u li tinkoraġġixxi l-iżvilupp ta’ kapaċità fid-direzzjoni
u fit-teknika;
(d) li żżomm u tamministra, u jekk u meta jidhrilha xieraq
biex tirrealizza, l-attiv li jista’ jkollha minn żmien għal
żmien;
Kap. 53.
Kap. 159.
(e) li taqdi l-funzjonijiet li jaqgħu fuq il-Korporazzjoni
bis- saħħa ta’ l-Att dwar l-Inkuraġġiment ta’ Industrji
Ġodda u ta’ l-Ordinanza dwar l-Għajnuna lill-
Industrji;
(f) li taġixxi bi ftehim mal-Gvern bħala aġent biex
timplimenta l-politika tal-Gvern relattivament għall-
għoti u għas-self b’pattijiet speċjali lill-impriża
industrjali;
(g) li tagħti parir lill-Ministru fuq kull ħaġa dwar il-
funzjonament u l-iskopijiet ta’ dan l-Att li l-Ministru
jista’ minn żmien għal żmien jirriferixxi lill-
Korporazzjoni.
(2) Fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħha skond dan l-Att, il-
Korporazzjoni tista’ - 
KORPORAZZJONIGĦALŻVILUPPTA’MALTA   ġKAP. 202.   5
(a) tagħmel kull xorta ta’ mpieg ta’ flus, inkluża proprjetà
diretta ta’ l-impriżi industrjali, tagħti self u avvanzi
lill-industrji, tissottoskrivi, underwrite  jew tinnegozja
f’azzjonijiet u obbligazzjonijiet ta’ kumpanniji,
tiggarantixxi self u avvanzi lill-industrji, u tiddirieġi u
tikkontrolla impriżi industrjali:
Iżda f’kull operazzjoni tali kif intqal qabel l-
impieg ta’ flus jew ir-responsabbiltà tal-Korporazzjoni
għandha ssir jew tiġi assunta f’riskju ġust;
(b) takkwista, tbiegħ jew xort’oħra tiddisponi minn art jew
tagħti b’kiri art għall-iskop ta’ żvilupp ekonomiku; 
(ċ) tippjana jew tippjana u tiżviluppa  industrial estates
għall-bejgħ jew xorta oħra ta’ tneħħija jew kiri;
(d) tagħmel studji ta’ fattibiltà, inklużi analiżi ta’ proġetti
finanzjarji u ekonomiċi, fir-riċerka tagħha għal
industrji ġodda jew għat-titjib jew żvilupp ieħor ta’
impriżi industrjali eżistenti;
(e) b’mod ġenerali tagħmel dawk il-ħwejjeġ kollha li
jkunu inċidentali jew li jwasslu għall-qadi tal-
funzjonijiet tagħha.
(3) Il-Korporazzjoni tista’, bl-approvazzjoni tal-Ministru,
teżerċita l-funzjonijiet tagħha skond dan l-Att permezz ta’ l-
aġenzija ta’ persuni oħra, u tista’ taġixxi bħala aġent jew xort’oħra
f’isem persuni oħra.
Setgħat tal-
Ministru u rapporti 
magħmula lilu.
9. (1) Il-Ministru jista’, relattivament għal ħwejjeġ li jidhrulu
li jolqtu l-interess pubbliku, minn żmien għal żmien wara
konsultazzjoni mal-Korporazzjoni jagħti lill-Korporazzjoni
direttivi ta’ karattru ġenerali, mhux inkonsistenti mad-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, dwar il-politika li għandha ssegwi l-
Korporazzjoni fit-tmexxija tal-funzjonijiet tagħha skond dan l-Att,
u l-Korporazzjoni għandha, malli jkun prattikabbli, tagħti effett
għal dawk id-direttivi kollha.
(2) Il-Korporazzjoni għandha, mhux aktar tard minn erba’ xhur
wara l-aħħar ta’ kull sena finanzjarja, tagħmel rapport sħiħ lill-
Ministru dwar l-eżerċizzju u l-qadi minnha tal-funzjonijiet tagħha
matul dik is-sena, u l-Ministru għandu, malli jkun prattikabbli, jara
li kopja tar-rapport titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
(3) Il-Korporazzjoni għandha tagħti lill-Ministru faċilitajiet
biex jakkwista informazzjoni dwar il-proprjetà u l-attivitajiet tal-
Korporazzjoni, u tagħtih prospetti, kontijiet u tagħrif ieħor
relattivament għalihom, u tagħtih faċilitajiet għall-verifika ta’
tagħrif mogħti b’dak il-mod u f’dawk iż-żminijiet kif jista’ jeħtieġ
raġonevolment.
TAQSIMA III 
 6      KAP. 202.ħ   KORPORAZZJONIGĦALŻVILUPPTA’MALTA
DISPOSIZZJONIJIET FINANZJARJI
Kapital tal-
Korporazzjoni. 
10. (1) Il-kapital inizjali tal-Korporazzjoni għandu jkun
miljun lira mħallas mill-Gvern. Kapital ieħor ta’ mhux iżjed minn
disa’ miljun lira għandu jinġabar b’dak il-mod kif il-Ministru
responsabbli għall-finanzi jista’, fuq il-parir tal-Korporazzjoni,
jistabbilixxi minn żmien għal żmien:
Iżda l-kapital tal-Korporazzjoni għandu jkun kollu miżmum
mill-Gvern.
(2) Il-Korporazzjoni għandha, bi tpattija għal kull flejjes u għal
kull drittijiet jew interessi fi proprjetà mħallsa jew trasferiti minn
żmien għal żmien lill-Korporazzjoni mill-Gvern bħala
sottoskrizzjoni għall-kapital tal-Korporazzjoni, toħroġ lill-Ministru
responsabbli għall-finanzi f’isem il-Gvern capital stock fl-ammont
ta’ kull flejjes hekk imħallsa u riċevuti u f’ammont tal-valur
nominali daqs l-ammont miftiehem bejn il-Korporazzjoni u l-Gvern
bħala li jirrappreżenta l-valur ta’ kull drittijiet u interessi fi
proprjetà hekk trasferiti.
Setgħat ta’ self.  11. (1) Il-Korporazzjoni tista’, bl-approvazzjoni tal-Ministru
responsabbli għall-finanzi, tissellef minn żmien għal żmien dawk
is-somom li tista’ teħtieġ sabiex tissodisfa kull wieħed mill-obbligi
tagħha jew sabiex taqdi kull waħda mill-funzjonijiet tagħha.
(2) B’dak kollu li hemm fid-disposizzjonijiet tas-subartikolu
(1) ta’ dan l-artikolu, il-Korporazzjoni tista’ mingħajr awtorità oħra
teżerċita s-setgħat tagħha ta’ self sabiex tissellef temporanjament,
permezz ta’ overdraft jew xort’oħra, somom li minnhom l-ammont
totali dovut ma jkun f’ebda żmien iżjed minn mitt elf lira.
(3) Sabiex jiġu żgurati kull somom li tissellef il-Korporazzjoni
jew kull obbligu assunt mill-Korporazzjoni fl-eżerċizzju tal-
funzjonijiet tagħha, il-Korporazzjoni tista’ tipoteka jew taddebita l-
impriża jew il-proprjetà tagħha, jew xi parti minnhom, u tista’
toħroġ obbligazzjonijiet, stock ta’ obbligazzjonijiet, bonds jew
titoli oħra, sew bħala sigurtà ta’ xi dejn, responsabbiltà jew obbligu
tal-Korporazzjoni jew ta’ xi terzi sew le.
Garanzija mill-
Gvern ta’ self tal-
Korporazzjoni.
12. (1) Il-Ministru responsabbli għall-finanzi jista’, bl-
approvazzjoni tal-Kamra, jiggarantixxi f’isem il-Gvern, b’dak il-
mod sa dak l-ammont u b’dawk il-kondizzjonijiet kif jidhrulu
xierqa, il-ħlas lura tal-kapital, u l-ħlas ta’ l-imgħax u drittijiet oħra
fuq il-kapital, ta’ kull self awtorizzat tal-Korporazzjoni.
(2) Malli jkun prattikabbli wara li tiġi mogħtija xi garanzija
skond dan l-Att, il-Ministru responsabbli għall-finanzi għandu jara
li jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra dikjarazzjoni li turi l-ammont
u l-pattijiet tagħha.
(3) Kull flejjes li jitħallsu mill-Gvern bis-saħħa ta’ xi waħda
mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu jiġu addebitati lill-Fond
Konsolidat.
 Fond ta’ riserva. 13. (1) Il-Korporazzjoni għandha twaqqaf fond ta’ riserva.
KORPORAZZJONIGĦALŻVILUPPTA’MALTA   ġKAP. 202.   7
(2) Il-Korporazzjoni għandha ma’ l-aħħar ta’ kull sena
finanzjarja sakemm il-fond ta’ riserva jilħaq l-ammont ta’ miljun
lira, tqiegħed fil-fond ta’ riserva, mill-profitti tagħha ta’ dik is-sena
u qabel ma tiddikjara ebda dividend, dik is-somma li ma tkunx
anqas minn ħamsa u għoxrin fil-mija ta’ dawk il-profitti kif il-
Ministru responsabbli għall-finanzi jistabbilixxi wara
konsultazzjoni mal-Korporazzjoni, u għandha tħallas kull profitt li
jibqa’ bħala dividend fuq l-istock li jkun maħruġ dak iż-żmien.
(3) Il-fond ta’ riserva għandu jiġi dirett mill-Korporazzjoni
b’dak il-mod kif tista’ tiddeċidi; iżda ebda parti minn dak il-fond
ma għandha tiġi applikata xort’oħra milli għall-iskopijiet tal-
Korporazzjoni.
Dħul biex jitħallsu 
l-ispejjeż. 
14. Il-Korporazzjoni jkollha d-dmir li tikkonserva l-attiv
tagħha u teżerċita u taqdi l-funzjonijiet tagħha skond dan l-Att
b’mod li tiżgura illi d-dħul totali tal-Korporazzjoni jkunu
suffiċjenti biex jitħallsu s-somom kollha addebitabbli kif imiss lill-
kont tad-dħul tagħha, inklużi, mingħajr ħsara għall-ġeneralità ta’
dik il-frażi, id-deprezzament u l-ħlas ta’ djun minn self.
Estimi annwali u 
kontijiet tal-
Korporazzjoni. 
15. (1) Il-Korporazzjoni għandha f’kull sena finanzjarja tara li
jiġu preparati u adottati estimi ta’ dħul u ta’ spejjeż tal-
Korporazzjoni għas-sena finanzjarja li taħbat wara.
(2) Il-Korporazzjoni għandha tara li jiġu miżmuma kontijiet
xierqa u records oħra dwar l-operazzjonijiet u t-transazzjonijiet
tagħha, u għandha tara li tiġi preparata dikjarazzjoni tal-kontijiet
dwar kull sena finanzjarja.
(3) Il-kontijiet tal-Korporazzjoni għandhom jiġu verifikati
minn uditur jew udituri approvati mill-Ministru u nominati mill-
Korporazzjoni minn sena għal sena.
(4) Il-Korporazzjoni għandha, mhux aktar tard minn erba’ xhur
wara l-aħħar ta’ kull sena finanzjarja, tara li kopja ta’ dikjarazzjoni
tal-kontijiet verifikati tagħha tiġi mibgħuta lill-Ministru u lill-
Ministru responsabbli għall-finanzi flimkien ma’ kopja tar-rapport
ta’ l-uditur jew udituri relattivament għal dik id-dikjarazzjoni u l-
Ministru għandu mingħajr dewmien jara li dik id-dikjarazzjoni u
dak ir-rapport jiġu pubblikati fil-Gazzetta.
Eżenzjoni minn 
ċerti taxxi u dazji.
Sostitwit:
XV.1995.9.
16. Il-korporazzjoni għandha tkun eżenta minn kull obbligu
għall-ħlas ta’ taxxa fuq l-income u taxxa tal-boll skond kull liġi li
tkun fis-seħħ dak iż-żmien.
TAQSIMA IV
 8      KAP. 202.ħ   KORPORAZZJONIGĦALŻVILUPPTA’MALTA
UFFIĊJALI U IMPJEGATI TAL-KORPORAZZJONI
Uffiċjali u 
impjegati tal-
Korporazzjoni. 
Sostitwit: 
LIX. 1975.4.
17. (1) Il-Korporazzjoni għandha timpjega b’dak il-kumpens
u b’dawk il-pattijiet u l-kondizzjonijiet li l-Bord jista’, bl-
approvazzjoni tal-Ministru jistabbilixxi, segretarju u dawk l-
uffiċjali u l-impjegati l-oħra li minn żmien għal żmien ikunu
meħtieġa għall-qadi xieraq tal-funzjonijiet tagħha.
(2) Is-segretarju u l-uffiċjali u l-impjegati l-oħra tal-
Korporazzjoni ma għandu jkollhom ebda interess dirett jew indirett
f’xi kuntratt magħmul jew maħsub li jiġi magħmul mill-
Korporazzjoni jew f’xi impriża li jkollha jew li fi ħsiebha jkollha xi
relazzjonijiet kummerċjali mal-Korporazzjoni jew xi relazzjoni li
tinvolvi xi forma ta’ għajnuna mill-Korporazzjoni dwar xi
għajnuna, eżenzjoni jew għoti ta’ dritt.
Proġetti ta’ 
pensjoni għall-
uffiċjali u 
impjegati. 
18. (1) Il-Korporazzjoni tista’, bl-approvazzjoni tal-Ministru
responsabbli għall-finanzi, twaqqaf proġett jew proġetti għall-ħlas
lill-uffiċjali jew impjegati tagħha, jew lid-dipendenti tagħhom,
wara l-irtir, mewt jew korriment tagħhom, ta’ pensjonijiet,
gratifikazzjonijiet jew benefiċċji oħra simili.
(2) Jista’ jsir provvediment għal dawk il-pensjonijiet,
gratifikazzjonijiet jew benefiċċji oħra simili sew b’arranġament
kontributorju sew mhux kontributorju sew parti b’wieħed u parti
bl-ieħor.
TAQSIMA V 
MIXXELLANJI 
Stralċjar tal-
Korporazzjoni.
19. Il-Korporazzjoni ma għandhiex tiġi stralċjata ħlief bl-
awtorità jew taħt l-awtorità ta’ Att tal-Parlament.
KORPORAZZJONIGĦALŻVILUPPTA’MALTA   ġKAP. 202.   9
SKEDA 
(Artikolu _7) 
DISPOSIZZJONIJIET DWAR IL-BORD TAD-DIRETTURI
1. Il-Bord jista’ jaġixxi għalkemm ikun hemm vakanza fost il-membri tiegħu. 
2. Il-quorum  fil-laqgħat kollha tal-Bord ikun nofs in-numru ta’ diretturi li
jkunu dak iż-żmien jikkostitwixxu l-Bord u f’ebda każ ma jkun anqas minn tlieta; u
fl-assenza taċ-chairman f’xi laqgħa tal-Bord, dak id-direttur li d-diretturi preżenti
jistgħu jagħżlu għandu jaġixxi ta’ chairman tal-laqgħa.
3. Id-deċiżjonijiet tal-Bord ikunu b’maġġoranza tal-voti tal-membri preżenti u
li jivvotaw. Iċ-chairman tal-laqgħa (sew jekk ikun iċ-Chairman tal-Bord sew jekk le)
ma jkollux vot ieħor jew vot deċiżiv.
4. Il-Bord għandu jiltaqa’ skond kif ikun meħtieġ jew espedjenti biex jitmexxa
x-xogħol tiegħu; u f’kull każ mhux anqas minn darbtejn kull sitt xhur. Iċ-chairman
fuq mozzjoni tiegħu stess jew fuq talba ta’ xi żewġ diretturi jista’ f’kull żmien
isejjaħ laqgħa tal-Bord.
5. Il-Bord għandu jara li minuti ta’ kull laqgħa jiġu miżmuma u dawk il-minuti
għandhom jiġu konfermati fil-laqgħa li taħbat sew sew wara. Kopji awtentikati tal-
minuti ta’ kull laqgħa tal-Bord għandhom jiġu mibgħuta lill-Ministru fuq talba
tiegħu.
6. Ir-rappreżentanza legali tal-Korporazzjoni tkun fiċ-chairman u/jew f’dak id-
direttur l-ieħor jew diretturi oħra kif il-Bord jista’ jispeċifika b’riżoluzzjoni. Kull
riżoluzzjoni tali tal-Bord għandha tiġi pubblikata fil-Gazzetta.
7. (1) Direttur li jkun b’xi mod direttament jew indirettament interessat
f’kuntratt magħmul jew maħsub li jiġi magħmul mill-Korporazzjoni jew f’xi impriża
li jkollha jew li fi ħsiebha jkollha relazzjonijiet kummerċjali mal-Korporazzjoni jew
xi relazzjoni li tinvolvi xi forma ta’ għajnuna mill-Korporazzjoni jew xi
rakkomandazzjoni jew parir mill-Korporazzjoni dwar xi għajnuna, eżenzjoni jew
għoti ta’ dritt, għandu, kemm jista’ jkun malajr wara li ċ-ċirkostanzi relattivi jiġu
għak-konjizzjoni tiegħu, juri x-xorta ta’ l-interess tiegħu f’laqgħa tal-Bord.
(2) Kull wiri magħmul skond is-sub-paragrafu (1) ta’ dan il-paragrafu għandu
jiġi reġistrat fil-minuti tal-laqgħa li jsir fiha, u d-direttur - 
(a) għandu, wara l-wiri, jirtira mis-seduta waqt li dik il-ħaġa qed tiġi
diskussa jew deċiża mill-Bord; u
(b) ma għandux jittieħed kont tiegħu dwar il-kostituzzjoni ta’ quorum  tal-
Bord għal xi diskussjoni jew deċiżjoni tali.
(3) Iċ-chairman tal-laqgħa għandu mingħajr telf ta’ żmien jinforma lill-Ministru
b’kull wiri magħmul taħt dan il-paragrafu.
8. Kull dokument li jidher li jkun dokument magħmul jew maħruġ mill-
Korporazzjoni u li jkun iffirmat miċ-chairman u mis-segretarju f’isem il-
Korporazzjoni għandu jservi bħala prova u għandu, sakemm ma jiġix pruvat il-
kuntrarju, jitqies li jkun dokument magħmul jew maħruġ mill-Korporazzjoni.
9. Il-Bord jista’ jagħmel ordnijiet permanenti li jirregolaw il-proċedura tiegħu
stess b’mod ġenerali, u, b’mod partikolari, relattivament għat-tiżmim ta’ laqgħat tal-
Bord, l-avviż li għandu jingħata dwar dawk il-laqgħat, il-proċeduri fihom, it-tiżmim
ta’ minuti, il-kustodja, produzzjoni u spezzjon ta’ dawk il-minuti, u l-ftuħ, tiżmim,
 10      KAP. 202.ħ   KORPORAZZJONIGĦALŻVILUPPTA’MALTA
egħluq u verifikar ta’ kontijiet.
10. Bla ħsara tad-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ din l-Iskeda u ta’ kull ordnijiet
permanenti magħmula bis-saħħa tagħhom, il-Bord jista’ jirregola l-proċedura tiegħu.
