LIBERAZZJONIUTRASPORTTA’MERKANZIJAġ K AP. 203.    1
KAPITOLU 203
ATT DWAR IL-LIBERAZZJONI U 
T-TRASPORT TA’ MERKANZIJA
Biex jirregola l-liberazzjoni u t-trasport ta’ merkanzija.
11 ta’ Novembru, 1967
L-ATT XXIX ta’ l-1967, kif emendat bl-Atti VIII ta’ l-1976 u IX ta’ l-
2003. 
Titolu fil-qosor. 
u t-Trasport ta’ Merkanzija.
Tifsir.
Emendat: 
VIII. 1976.2;
IX. 2003.18.
2. F’dan l-Att, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx
xort’oħra - 
"burdnar'' tfisser kull min ikun id-detentur ta’ permess maħruġ
mid-Dwana u li xogħlu jkun:
(a) li jagħmel id-dikjarazzjonijiet tad-Dwana u li jgħaddi
mid-Dipartiment tad-Dwana dokumenti li għandhom
x’jaqsmu mal-merkanzija; u
(b) l-irtir ta’ merkanzija minn xi tinda tad-dwana, maħżen
tad-depożt, depożt, veranda, moll jew post ieħor ta’
depożt u t-trasport ta’ dik il-merkanzija minn hemm
għal post ta’ konsenja; u
(ċ) l-irtir ta’ merkanzija minn xi fabbrika, depożt jew
lokal ieħor u t-trasport ta’ dik il-merkanzija minn
hemm għal moll jew post ieħor ta’ depożt għall-
imbark;
''detentur ta’ permess mid-Dwana'' tfisser persuna awtorizzata kif
imiss taħt dan l-Att biex tagħmilha ta’ burdnar;
"Kontrullur" tfisser il-Kontrullur tad-Dwana;
"merkanzija" tfisser oġġetti li jkunu ġew importati jew li jkunu
ser jiġu esportati;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għad-Dwana; 
"persuna" tinkludi korp ta’ persuni;
"trasport" ma tinkludix iċ-ċaqliq ta’ merkanzija minn xi tinda
tad-dwana, maħżen tad-depożt, depożt, veranda, moll jew post
ieħor ta’ depożt f’port għal xi post ieħor bħal dawn u l-ġarr ta’
merkanzija bil-baħar, u d-derivattivi tagħha għandhom jiftehmu
skond hekk.
Il-burdnara għandu 
jkollhom permess 
tad-Dwana.
Emendat:
IX. 2003.19; 20.
3. (1) Ħadd ma jista’ jagħmilha ta’ burdnar ħlief b’permess
tad-Dwana u skond permess tad-Dwana mogħti għal hekk mill-
Kontrullur.
(2) Kull permess tad-Dwana tali jiskadi fil-wieħed u tletin ta’
Diċembru li jaħbat wara d-data tal-ħruġ tiegħu, iżda jista’ jiġi
mġedded mill-Kontrullur minn sena għal sena:
  2      KAP. 203. ħ       LIBERAZZJONIUTRASPORTTA’MERKANZIJA
Iżda l-Kontrullur jkun jista’ f’kull żmien iħassar kull
permess tad-Dwana mogħti jew imġedded skond dan l-Att.
(3) Kull permess tad-Dwana tali għandu jiġi maħruġ jew
imġedded wara l-ħlas ta’ dak id-dritt li l-Kontrullur, bi ftehim mal-
Ministru, jista’ jistabbilixxi, u għandu jkollu dawk il-pattijiet,
kondizzjonijiet u limitazzjonijiet li bihom u li suġġett għalihom
ikun ġie mogħti l-permess tad-Dwana.
(4) Id-detentur ta’ permess mid-Dwana għandu f’kull waqt
ikollu fil-pussess tiegħu permess ta’ operatur maħruġ mill-Awtorità
ta’ Malta dwar it-Trasport.
Depożitu mid-
detentur ta’ 
permess tad-
Dwana jew 
produzzjoni ta’ 
garanzija bankarja. 
Emendat: 
VIII. 1976.3;
IX. 2003.19.
4. (1) Ebda permess tad-Dwana ma jkun maħruġ jew
imġedded kemm-il darba d-detentur ta’ permess tad-Dwana ma
jiddepożitax għand il-Kontrullur somma ta’ mhux inqas minn mitt
lira u mhux iżjed minn elf lira kif il-Kontrullur jista’ jistabbilixxi
jew garanzija bankarja għall-istess ammont maħruġa minn bank
lokali u li tkun titħallas fuq talba lill-Kontrullur.
(2) Dak id-depożitu jew garanzija bankarja tkun meħtieġa li
tkopri kull ħlas jew parti minn ħlas ta’ dazju fuq merkanzija li
relattivament għaliha jkunu preżentati dikjarazzjonijiet għad-
dwana minn detentur ta’ permess tad-Dwana, u l-Kontrollur ikun
jista’ jiġbed minn dak id-depożitu jew garanzija kull ammont bi
ħlas jew bħala parti minn ħlas ta’ dazju kif intqal qabel.
(3) Ebda ħaġa f’dan l-artikolu ma għandha tiftiehem li tillimita
b’xi mod ir-responsabbiltà  tad-detentur ta’ permess tad-Dwana
dwar id-dazju. 
Avviż mill-
Kontrullur dwar 
ġbid minn depożitu 
jew minn 
garanzija. 
Emendat: 
VIII. 1976.4;
IX. 2003.19.
5. Għandu jiġi mogħti rendikont bil-miktub lil kull detentur
ta’ permess tad-Dwana li jkun sar ġbid mid-depożitu jew mill-
garanzija bankarja tiegħu skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu
4(2) ta’ l-ammont hekk miġbud mid-depożitu jew garanzija tiegħu
u, meta jkun hekk mitlub mill-Kontrullur, għandu, fiż-żmien
speċifikat fit-talba, iġib dak id-depożitu jew dik il-garanzija għall-
ammont qabel mitlub mill-Kontrullur biex jiġi depożitat jew
garantit favur tiegħu skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 4(1).
Nuqqas ta’ tħaris 
tal-ħtiġiet tad-
depożitu jew 
garanzija.
Emendat: 
VIII. 1976.5;
IX. 2003.19.
6. Meta detentur ta’ permess tad-Dwana jonqos milli jħares
talba magħmula skond l-artikolu 5, il-permess tad-Dwana tiegħu
għandu jitqies li jkun ġie mħassar.
Id-detentur ta’ 
permess tad-
Dwana għandu 
jkun awtorizzat kif 
imiss.
Emendat:
IX. 2003.19.
7. Detentur ta’ permess tad-Dwana ma jistax jagħmilha ta’
burdnar għal u f’isem ebda persuna jekk ma jkunx awtorizzat bil-
miktub biex jagħmilha ta’ hekk minn dik il-persuna u ma
jipproduċix dik l-awtorità  lill-Kontrullur.
Setgħa li jagħmel 
regolamenti. 
Emendat: 
VIII. 1976.6;
IX. 2003.19.
8. (1) Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti biex jesegwixxi
d-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u, mingħajr ħsara għall-ġeneralità
ta’ ’l fuq imsemmi, biex jippreskrivi - 
(a) il-mod li bih ix-xogħol tal-burdnara jista’ jiġi regolat,
ristrett jew xort’oħra ikkontrollat;
LIBERAZZJONIUTRASPORTTA’MERKANZIJAġ K AP. 203.    3
(b) ix-xorta u l-kwantità  tat-tagħmir, magħduda vetturi
tat-trasport tat-triq, li jistgħu jintużaw mill-burdnara;
(ċ) l-età , l-anqas grad ta’ edukazzjoni u kwalifiki oħra
meħtieġa qabel ma persuna tiġi mogħtija permess tad-
Dwana skond dan l-Att;
(d) mingħajr ħsara għas-setgħa ġenerali mogħtija bl-
artikolu 3(3), iċ-cirkostanzi li fihom permess tad-
Dwana mogħti jew imġedded skond dan l-Att jista’ jiġi
revokat;
(e) id-drittijiet li għandhom jintalbu minn u, jew, jitħallsu
lill-burdnara għas-servizzi tagħhom, inkluż l-użu ta’
kull mezz ta’ trasport u ta’ kull tagħmir.
(2) Is-setgħa tal-Ministru li jordna l-ħlas tad-drittijiet skond
dan l-artikolu għandha tinkludi s-setgħa li jippreskrivi drittijiet
differenti għal servizzi differenti u li jippreskrivi drittijiet minimi
u, jew, massimi jew drittijiet fissi.
Eżenzjoni.
Emendat:
IX. 2003.21, 22.
9. Ebda ħaġa f’dan l-Att ma għandha tiftiehem li tipprekludi
importatur jew esportatur jew sid ta’ xi merkanzija milli jagħmel
id-dikjarazzjonijiet tad-Dwana jew milli jirtira u, jew jittrasporta xi
merkanzija importata jew li tkun ser tiġi esportata minnu, jew li
tappartjeni lilu, skond il-każ, minn jew għal xi tinda tad-dwana,
maħżen tad-depożt, depożt, veranda, moll jew post ieħor ta’ depożt,
jew milli jiġu moqdija dawk l-operazzjonijiet jew servizzi għalih u
f’ismu mill-impjegati tiegħu regolari awtorizzati kif imiss minnu:
Iżda ebda importatur, esportatur jew sid ta’ xi merkanzija
ma jista’ jġiegħel li dik il-merkanzija tiġi trasportata minn jew għal
xi post tali kif ingħad qabel, ħlief permezz tas-servizzi ta’ burdnar
liċenzjat kif imiss għal hekk, kemm-il darba ma jużax għal dak l-
iskop mezzi ta’ trasport li jappartjenu lilu u, meta jkun hekk
meħtieġ mill-Kontrullur, ma jissodisfax lill-Kontrullur qabel ma l-
merkanzija tiġi hekk trasportata li huwa l-importatur, l-esportatur
jew is-sid, skond il-każ, ta’ dik il-merkanzija.
Reati u pieni. 
Emendat: 
VIII. 1976.7;
IX. 2003.21, 23.
10. (1) Kull min jikser xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ l-
artikoli 3, 7 jew  9 jew ta’ xi regolamenti magħmula taħt dan l-Att
ikun ħati ta’ reat skond dan l-Att u jeħel meta jinsab ħati multa ta’
mhux iżjed minn elf lira jew priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed
minn sitt xhur jew dik il-multa u priġunerija flimkien.
(2) Meta reat skond dan l-Att jiġi magħmul minn korp ta’
persuni, kull min, fil-mument ta’ l-egħmil tar-reat, kien direttur,
manager, segretarju jew funzjonarju ieħor simili ta’ dak il-korp ta’
persuni jew kien jidher li qiegħed jaġixxi f’xi kariga tali jkun ħati
ta’ dak ir-reat jekk ma jippruvax illi dak ir-reat kien ġie magħmul
mingħajr ma kien jaf u li eżerċita d-diliġenza kollha xierqa biex jiġi
evitat l-egħmil tar-reat.
Relazzjoni ma’ l-
Att dwar id-Dazji 
ta’ Importazzjoni.
Miżjud:
IX. 2003.24.
Kap. 337.
11. Xejn f’dan l-Att ma għandu jidderoga minn ebda
disposizzjoni ta’ l-Att dwar id-Dazji ta’ Importazzjoni.
