BANKĊENTRALITA’MALTAġ K AP. 204.    1
KAPITOLU 204
ATT DWAR IL-BANK ĊENTRALI TA’ MALTA
Biex jipprovdi għat-twaqqif ta’ Bank Ċentrali ta’ Malta u biex jiġu stabbiliti l-funzjonijiet u
s-setgħat tiegħu; biex jipprovdi għal-trasferiment ta’ l-attiv u tal-passiv tal-Fond għas-Sigurtà
tal-Biljetti tal-Flus imwaqqaf bl-Ordinanza ta’ l-1949 dwar il-Biljetti tal-Flus għall-Bank
Ċentrali ta’ Malta; u biex jipprovdi għall-ħwejjeġ anċillari jew inċidentali għalihom.
17 ta’ April, 1968
7 ta’ Ġunju, 1968
1 ta’ Jannar, 2000
L-ATT XXXI ta’ l-1967, kif emendat bl-Atti X u XXIX ta’ l-1968, XVII u XX ta’ l-1971, XXIV
ta’ l-1972, XIX u LVIII ta’ l-1974; bl-Avviż Legali 148 ta’ l-1975; u bl-Atti: XX ta’ l-1981 ,
XIII ta’ l-1983, XXXVIII ta’ l-1986, XI ta’ l-1988, XIV u XXVI ta’ l-1994, XXIV ta’ l-1995, IX
u XVI ta’ l-1997, u XVII ta’ l-2002. 
TAQSIM TA’ L-ATT
Artikoli 
Taqsima I.  Preliminari  1-2 
Taqsima II.  Twaqqif u Tmexxija tax-Xogħol ta’ Bank  3-17
 Taqsima III.  Dispożizzjonijiet Finanzjarji  18-24 
Taqsima IV.  Relazzjonijiet mal-Gvern  25-32 
Taqsima V.  Relazzjonijiet ma’ Banek u Istituzzjonijiet Finanzjarji  33-38C 
Taqsima VI.  Relazzjonijiet ma’ l-Awtorità  Kompetenti  38D-38F 
Taqsima VII.  Flus  39-49A 
Taqsima VIII.  Ġenerali  53-55 
  2      KAP. 204. ħ        BANKĊENTRALITA’MALTA
TAQSIMA I 
PRELIMINARI
Titolu.  1. It-titolu fil-qosor ta’ dan l-Att hu Att dwar il-Bank Ċentrali
ta’ Malta. 
Tifsir.
Emendat: 
XX. 198I.2; 
XI. 1988.2; 
XXVI. 1994.3;
XVII. 2002.66.
Kap. 371.
Kap. 376.
Kap. 370.
Kap. 403.
Kap. 404.
Kap. 345.
2. F’dan l-Att, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx
xort’oħra - 
"attiv estern" tinkludi titoli u kull attiv ieħor fil-munita ta’ xi
pajjiż barra minn Malta jew unitajiet ta’ kont tkun xi tkun il-forma
li fihom ikunu miżmuma;
"awtorità  kompetenti" tfisser dik l-awtorità  nnominata sabiex
tirregola l-kummerċ bankarju, istituzzjonijiet finanzjarji jew kull
servizz finanzjarju ieħor taħt l-Att dwar il-Kummerċ Bankarju, l-
Att dwar l-Istituzzjonijiet Finanzjarji, l-Att dwar is-Servizzi ta’
Investiment, l-Att dwar il-Kummerċ ta’ l-Assigurazzjoni, l-Att
dwar il-Brokers ta’ l-Assigurazzjoni u Intermedjarji Oħra, l-Att
dwar is-Swieq Finanzjarji, jew dik il-liġi l-oħra li l-Ministru jista’
minn żmien għal żmien b’avviż fil-Gazzetta jistabbilixxi u taħt l-
awtorità  ta’ dan l-artikolu;
"bank" jew "istituzzjoni ta’ kreditu" tfisser kull persuna li tmexxi
kummerċ bankarju u tinkludi kull fergħa, aġenzija jew uffiċċju
f’Malta ta’ bank jew istituzzjoni ta’ kreditu mhux inkorporata
f’Malta;
"bank" tfisser kull persuna li tmexxi kummerċ bankarju u
tinkludi kull fergħa, aġenzija jew uffiċju f’Malta ta’ bank mhux
inkorporat f’Malta;
"Bord" tfisser il-Bord tad-Diretturi tal-Bank imwaqqaf bl-
artikolu 7;
"direttiva" tfisser direttiva maħruġa mill-Bank taħt dan l-Att;
"direttur", relattivament għall-Bank, tinkludi l-Gvernatur u d-
Deputat Gvernatur;
"Gazzetta" tfisser il-Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta; 
"Gvern" tfisser il-Gvern ta’ Malta;
"Gvernatur" u "Deputat Gvernatur" ifissru rispettivament il-
Gvernatur u d-Deputat Gvernatur tal-Bank nominati skond l-
artikolu 8, u "Gvernatur" tinkludi persuna li tkun għal dak iż-żmien
taġixxi ta’ Gvernatur;
Kap. 376.
"istituzzjoni finanzjarja" tfisser istituzzjoni li għandha liċenza
maħruġa taħt l-Att dwar Istituzzjonijiet Finanzjarji u tinkludi kull
fergħa f’Malta ta’ istituzzjoni mhux inkorporata f’Malta;
Cap. 371.
"kummerċ bankarju" għandha l-istess tifsir mogħti lilha taħt l-Att
dwar il-Kummerċ Bankarju;
"Malta" għandha l-istess tifsir kif mogħti lilha bl-artikolu 124
tal-Kostituzzjoni ta’ Malta;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-finanzi.
BANKĊENTRALITA’MALTAġ K AP. 204.    3
TAQSIMA II
TWAQQIF U TMEXXIJA TAX-XOGĦOL TA’ BANK
Twaqqif ta’ Bank.
ta’ Malta.
(2) Il-Bank ikun enti morali li jkollu personalità  legali distinta
u jkun jista’, bla ħsara tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, jagħmel
kuntratti, jakkwista, iżomm u jiddisponi minn kull proprjetà  għall-
iskop tal-funzjonijiet tiegħu, jħarrek u jiġi mħarrek, u jagħmel
dawk il-ħwejjeġ kollha u t-transazzjonijiet kollha li jkunu
inċidentali jew li jwasslu għall-eżerċizzju jew qadi tal-funzjonijiet
tiegħu skond dan l-Att.
Oġġettiv 
prinċipali. 
Emendat: 
XXVI. 1994.4.
Sostitwit:
XVII. 2002.67.
4. (1) L-oġġettiv prinċipali tal-Bank huwa li jżomm stabbilità
fil-prezz. Bla ħsara għall-oġġettiv prinċipali tiegħu, il-Bank għandu
jippromovi żvilupp ekonomiku regolari u bilanċjat.
(2) Sal-limitu li ma jfixkilx l-oġġettiv prinċipali tiegħu, il-
Bank ikollu wkoll l-oġġettiv 
(a) li jinfluwenza l-volum u l-kondizzjonijiet tal-provvista
ta’ kreditu;
(b) li jamministra u jżomm riżervi esterni, sabiex jiġi
mħares il-valur internazzjonali tal-flus;
(ċ)  li jiżgura l-istabbilità  tas-sistema finanzjarja;
(d) li jippromovi u jipparteċipa fl-istabbiliment ta’ sistema
ta’ pagament b’saħħitha u effiċjenti;
(e) li joħroġ biljetti tal-flus u muniti li jkunu ta’ valuta
legali;
(f) li jagħti parir lill-Gvern b’mod ġenerali fuq ħwejjeġ
finanzjarji u ekonomiċi;
(g) li jiġbor u jippubblika l-istatistika li tkun meħtieġa biex
iwettaq ix-xogħol tiegħu taħt id-disposizzjonijiet ta’
dan l-Att u ta’ xi liġi oħra;
(h) li jaqdi dawk il-funzjonijiet l-oħra li jistgħu jingħataw
lilu bil-liġi.
(3) Il-Bank jista’ joħroġ, jemenda jew jirrevoka direttivi li
jistgħu jkunu meħtieġa sabiex tingħata effett lil kull waħda mid-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
Uffiċċju prinċipali 
ta’ Bank.
Emendat: 
XI. 1988.3.
Sostitwit:
XVII. 2002.68.
5. Il-Bank għandu jkollu l-uffiċċju prinċipali tiegħu f’Malta;
jista’ jiftaħ uffiċċji barra minn Malta u jista’ jaħtar aġenti u
korrispondenti.
Kapital u Riservi.
Bord ta’ diretturi.
Emendat:
XVII. 2002.69.
7. (1) Għandu jkun hemm Bord ta’ Diretturi li jkun
responsabbli għall-politika u għall-amministrazzjoni ġenerali ta’ l-
affarijiet u tan-negozju tal-Bank, ħlief dwar ħwejjeġ ta’ policy
monetarja taħt l-artikoli minn 17 sa 17D.
  4      KAP. 204. ħ        BANKĊENTRALITA’MALTA
(2) Il-Bord ikun jikkonsisti minn Gvernatur, minn Deputat
Gvernatur u minn tliet diretturi oħra.
(3) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli minn 39 sa
49A la l-Bank, lanqas xi membru tal-Bord fil-waqt li jkun qed
jeżerċita l-funzjonijiet, id-dmirijiet u s-setgħat taħt dan l-Att ma
għandu jitlob jew jieħu struzzjonijiet mingħand il-Gvern jew
mingħand xi korp ieħor.
Gvernatur u 
Deputat Gvernatur. 
Emendat: 
XIX. 1974.2; 
LVIII. 1974.68;
XIII. 1983.2; 
XI. 1988.4;
XXVI. 1994.6;
XVII. 2002.70.
8. (1) Il-Gvernatur u d-Deputat Gvernatur ikunu persuni ta’
pożizzjoni u esperjenza magħrufa f’materji ekonomiċi jew bankarji
u kull wieħed minnhom għandu jiġi nominat mill-President ta’
Malta, li jaġixxi fuq il-parir tal-Prim Ministru. Huma għandhom
jiġu nominati għal perjodu ta’ ħames snin, iżda jkunu jistgħu
jerġgħu jiġu nominati. Għandhom jirċievu dak il-kumpens kif ikun
muri fl-ittra tan-nomina rispettiva tagħhom.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 17, il-
Gvernatur ikun inkarigat mid-direzzjoni u mill-operazzjonijiet ta’
kuljum tal-Bank skond il-politika tal-Bord u jkun responsabbli lejn
il-Bord għal atti u deċiżjonijiet tiegħu. Ir-rappreżentanza tal-Bank
fi proċeduri ġudizzjarji tkun fil-Gvernatur.
(3) Id-Deputat Gvernatur għandu jaqdi dawk id-dmirijiet kif il-
Gvernatur jista’ jordna u, fil-każ ta’ assenza tal-Gvernatur, jew fil-
każ ta’ vakanza fil-kariga tiegħu, id-Deputat Gvernatur għandu
jaqdi d-dmirijiet tal-Gvernatur u jkollu u jkun jista’ jeżerċita s-
setgħat u jaqdi l-funzjonijiet tal-Gvernatur.
(4) Imħassar bl-Att XVII. 2002.70.
(5) Il-Gvernatur u d-Deputat Gvernatur għandhom jagħtu l-ħin
professjonali tagħhom kollu għas-servizz tal-Bank u waqt li
jkollhom dik il-kariga ma għandhom jokkupaw ebda kariga jew
impieg ieħor sew jekk b’kumpens sew jekk le:
Iżda jistgħu jinħatru fil-kariga tagħhom ta’ Gvernatur jew
Deputat Gvernatur, skond il-każ, joqgħodu fuq xi bord,
kummissjoni jew kumitat, ikun x’ikun l-isem, sew f’Malta jew
barra minn Malta u iżda wkoll li dik l-attività  ma tkunx fil-fehma
tal-Bord ta’ konflitt mal-qadi tad-dmirijiet tagħhom taħt dan l-Att.
Diretturi barra 
mill-Gvernatur u 
mid-Deputat 
Gvernatur.
Emendat: 
XIX. 1974.3;
XVII. 2002.71.
9. Id-diretturi tal-Bank, barra mill-Gvernatur u mid-Deputat
Gvernatur, għandhom - 
(a) jiġu nominati mill-Prim Ministru;
(b) ikunu persuni ta’ pożizzjoni magħrufa u esperjenza
professjonali f’affarijiet ekonomiċi, finanzjarji jew
bankarji;
(ċ) jibqgħu fil-kariga għal perijodu ta’ ħames snin u
b’dawk il-pattijiet u kondizzjonijiet kif jista’ jiġi muri
fl-ittra tan-nomina rispettiva tagħhom, u jkunu jistgħu
jerġgħu jiġu nominati;
(d) ikunu intitolati għal dak l-onorarju kif il-Prim Ministru
jista’ jistabbilixxi.
BANKĊENTRALITA’MALTAġ K AP. 204.    5
Żvelar ta’ interess.
Emendat:
XVII. 2002.72.
10. (1) Direttur li jkun direttament jew indirettament
interessat, ħlief bħala direttur jew flimkien ma’ diretturi oħra,
f’kuntratt magħmul jew maħsub li jsir mill-Bank għandu jiddikjara
x-xorta ta’ l-interess tiegħu fl-ewwel laqgħa tal-Bord li fiha jkun
preżenti wara li jsir jaf bil-fatti rilevanti.
(2) Kull dikjarazzjoni magħmula skond is-subartikolu ta’ qabel
dan għandha tiġi reġistrata fil-minuti tal-Bord u, wara d-
dikjarazzjoni, dak id-direttur għandu jirtira mill-laqgħa waqt li l-
Bord jiddiskuti jew jiddeċiedi dwar dak il-kuntratt.
(3) Ebda direttur ma għandu jirċievi konċessjoni ta’ kreditu
mill-Bank waqt il-perijodu tal-kariga tiegħu.
Skwalifika, riżenja 
u mili ta’ vakanzi.
Emendat:
XIX. 1974.4; 
XXVI. 1994.7;
XVII. 2002.73.
11. (1) Ħadd ma għandu jiġi nominat jew jibqa’ direttur jekk -
(a) ikun membru tal-Kamra tad-Deputati;
(b) ikun direttur jew funzjonarju salarjat f’istituzzjoni
liċenzjata biex tipprovdi servizzi finanzjarji jew
bankarji jew azzjonista fl-istess istituzzjoni għal aktar
minn wieħed fil-mija tal-kapital azzjonarju ordinarju
mħallas;
(ċ) ikun uffiċjal fis-servizz pubbliku;
(d) skond il-liġi ta’ xi pajjiż ikun dikjarat fallut b’sentenza
jew ikun għamel akkordju mal-kredituri tiegħu jew
ikun inabilitat skond il-liġi jew ikun ġie misjub ħati ta’
delitt kontra il-fiduċja pubblika jew ta’ serq jew ta’
qerq jew talli xjentement ikun irċieva proprjetà
miksuba b’serq jew b’qerq;
(e) ikollu xi pożizzjoni oħra, jew xort’oħra jkun
f’pożizzjoni, li tkun f’konflitt mad-dmirijiet tiegħu
bhala direttur taħt dan l-Att.
(2) Direttur jista’ jitneħħa mill-kariga tiegħu biss jekk ma
jibqax kapaċi li jaqdi d-dmirijiet tiegħu jew jekk ikun ħati ta’
mġieba ħażina serja.
(3) Direttur jista’ jirriżenja mill-kariga tiegħu billi jagħti avviż
bil-miktub lill-Prim Ministru ta’ mill-anqas tliet xhur dwar il-ħsieb
tiegħu.
(4) Jekk direttur imut, jew jirriżenja jew xort’oħra jivvaka l-
kariga tiegħu qabel l-iskadenza tal-perijodu li għalih ikun ġie
nominat, għandha tiġi nominata persuna oħra minfloku skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 8 jew 9, skond il-każ.
Proċedura u 
quorum tal-Bord 
12. (1) Il-laqgħat tal-Bord għandhom isiru hekk spiss kemm
jista’ jkun hemm bżonn iżda bi frekwenza ta’ mhux anqas minn
għaxar darbiet fis-sena, u ma għandux ikun hemm intervall ta’ aktar
minn xahrejn bejn laqgħa tal-Bord u l-laqgħa ta’ wara.
(2) Il-laqgħat tal-Bord għandhom jiġu msejħa mill-Gvernatur
jew fuq l-inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba ta’ tnejn mid-
diretturi l-oħra.
(3) Il-Gvernatur għandu jippresjedi bħala chairman fil-laqgħat
tal-Bord u, fl-assenza tiegħu minn xi laqgħa, għandu jippresjedi d-
  6      KAP. 204. ħ        BANKĊENTRALITA’MALTA
Deputat Gvernatur; u ebda deċiżjoni li tittieħed f’laqgħa tal-Bord
ma tkun valida jekk fiha ma jkun hemm la l-Gvernatur u l-anqas id-
Deputat Gvernatur.
(4) Tliet membri tal-Bord jiffurmaw quorum ta’ laqgħa.
(5) Ebda att jew proċedura tal-Bord ma tkun invalida minħabba
biss l-eżistenza ta’ vakanza jew vakanzi fost id-diretturi. 
(6) Id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu b’maġġoranza sempliċi
tal-voti tad-diretturi preżenti u li jivvotaw. Iċ-chairman ikollu vot
inizjali u, fil-każ ta’ voti ndaqs, ikollu u jeżerċita vot deċiżiv.
(7) L-atti kollha magħmula minn xi persuna li taġixxi in bona
fede bħala direttur ikunu validi bħallikieku kienet direttur
għalkemm wara jinsab li kien hemm xi difett fin-nomina jew fil-
kwalifika tagħha. Ma tistax titqajjem kwistjoni dwar ebda att jew
proċedura tal-Bord minħabba l-ksur minn direttur tad-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 10(1).
(8) Bla ħsara tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, il-Bord
jista’ jirregola l-proċedura tiegħu.
Nomina tal-
persunal.
13. In-nomina ta’ uffiċjali u impjegati oħra tal-Bank għandha
ssir mill-Bord u b’dawk il-pattijiet u kondizzjonijiet kif jista’ jiġi
stabbilit mill-Bord.
Eżenżjoni mir-
responsabbilità  
għad-danni. 
Miżjud:
XXVI. 1994.8.
Emendat:
XVII. 2002.74.
13A. (1) Il-Bank, diretturi, funzjonarji jew impjegati tiegħu, u
kull persuna oħra appuntata biex teżerċita xi funzjoni taħt dan l-
Att, jew taħt xi regoli jew regolamenti magħmula taħtu, ma jkunux
responsabbli għad-danni dwar dak li jsir jew jonqos milli jsir fl-
eżekuzzjoni jew eżekuzzjoni maħsuba ta’ xi funzjoni taħt dan l-Att,
jew xi regoli jew regolamenti kif imsemmi aktar ’l fuq, kemm il-
darba dak li jsir jew jonqos li jsir jintwera bħala li jkun sar jew
naqas li jsir, skond il-każ, in male fede.
(2) Id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) għandhom
japplikaw ukoll għall-Bank u għal kull direttur, funzjonarju jew
impjegat tiegħu u għal kull persuna oħra maħtura mill-Bank, fil-
qadi jew fil-qadi maħsub ta’ xi funzjoni mogħtija lill-Bank jew lil
xi direttur, funzjonarju, impjegat jew persuna oħra taħt xi liġi oħra.
Kumpens, eċċ. 14. Ebda salarju, dritt, paga, allowance jew kumpens ieħor
imħallas mill-Bank ma għandu jiġi kalkolat b’riferenza għall-
profitti netti jew profitti oħra tal-Bank.
Xogħol prinċipali u 
setgħat tal-Bank. 
Emendat: 
XXIX. 1968.2; 
XIX. 1974.5;
XX. 1981.3; 
XIII. 1983.3; 
XXXVIII. 1986.2;
XI. 1988.5; 
XXVI. 1994.9;
IX. 1997.4.
Sostitwit:
XVII. 2002.75.
15. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan l-Att,
il-Bank jista’ sabiex jilħaq l-oġġettivi tiegħu u sabiex jaqdi l-
funzjonijiet tiegħu taħt dan l-Att:
(a) jiftaħ kontijiet u jaċċetta u jagħmel depożiti kif
provdut fl-artikoli 26 sa 33, u, f’każijiet speċjali, bl-
approvazzjoni minn qabel tal-Bord, jiftaħ kontijiet
għal u jaċċetta depożiti minn persuni oħra;
(b) iżomm kontijiet ma’ banek ċentrali jew istituzzjonijiet
ta’ kreditu oħra u aġenti barra minn Malta, jaċċetta
mingħand, u jiddepożita ma’ kull istituzzjoni ta’
kreditu jew aġent bħal dawk, u jaġixxi ta’
korrispondent, bankier jew aġent għal xi bank ċentrali
BANKĊENTRALITA’MALTAġ K AP. 204.    7
jew istituzzjoni ta’ kreditu oħra jew awtorità  monetarja
oħra u għal kull istituzzjoni finanzjarja internazzjonali
stabbilita taħt trattati internazzjonali;
(ċ) jissottoskrivi għal, jixtri, ibiegħ, jiskonta jew jiskonta
mill-ġdid ekwità , dejn jew strumenti finanzjarji oħra
kif jista’ jiġi approvat mill-Bord, kemm-il darba kull
interessi b’ekwità  f’xi intrapriża li l-Bank jista’ b’xi
mod jakkwista biex jitħallsu djun dovuti lilu, il-Bank
għandu jiddisponi minnhom fl-ewwel mument xieraq;
(d) joħroġ, jixtri, ibiegħ, jiskonta jew jiskonta mill-ġdid
strumenti finanzjarji f’isem il-Bank f’dik il-forma u
għal termini u maturitajiet kif jista’ jiġi approvat mill-
Bord;
(e) fid-diskrezzjoni tiegħu, jagħti lil xi istituzzjoni ta’
kreditu jew finanzjarja f’Malta self u avvanzi b’dawk
il-pattijiet u l-kondizzjonijiet kif jistgħu jiġu approvati
mill-Bord u għal dawk il-perijodi li ma jkunux iżjed
minn tnax-il xahar kontra dik il-garanzija adegwata li
l-Bord jidhirlu xierqa;
(f) jidħol fi ftehim kuntrattwali għal repurchase u reverse
repurchase ta’ titoli maħruġin għall-pubbliku mill-
Gvern jew garantiti minnu u ta’ dawk l-istrumenti
finanzjarji l-oħra li jistħu jiġu approvati mill-Bord; u
(g) meta jidhirlu dik l-azzjoni meħtieġa biex iħares l-
istabbilità  finanzjarja jew f’ċirkostanzi eċċezzjonali
oħra, jagħti self jew avvanz lil xi istituzzjoni ta’
kreditu inkorporata f’Malta kontra dik il-forma ta’
garanzija kif il-Bord jidhirlu xieraq.
(2) Fl-amministrazzjoni u żamma ta’ riżervi esterni, il-Bank
jista’ jagħmel kull operazzjoni li jidhirlu addatta, u b’mod
partikolari jista’:
(a) iżomm, jamministra, jakkwista u jbiegħ, jagħmel
operazzjonijiet spot u forward fuq, kull xorta ta’ assi
esterni u metalli prezzjużi; u
(b) iwettaq kull xorta ta’ operazzjoni finanzjarja ma’
istituzzjonjiet lokali jew barranin jew ma’
organizzazzjonijiet internazzjonali, inklużi
operazzjonijiet li jissellef jew jislef.
(3) Il-Bank jista’ jimpjega l-fondi tal-persunal tiegħu u tal-
pensjoni u fondi oħra interni tal-Bank f’titoli tal-Gvern jew f’titoli
oħra ta’ l-ewwel klassi approvati mill-Bord.
(4) Bla ħsara għal kull disposizzjoni oħra ta’ dan l-Att, il-Bank
jista’ b’mod ġenerali jinnegozja bħala bank, u jagħmel il-ħwejjeġ
kollha li huma inċidentali jew konsegwenzjali għall-eżerċizzju tas-
setgħat tiegħu jew għall-qadi ta’ dmirijietu taħt dan l-Att.
(5) (a) Il-Bank għandu fil-qadi tal-funzjonijiet tiegħu bħala
Bank Ċentrali taħt dan l-Att igawdi privileġġ speċjali
fuq il-fondi kollha miżmuma fil-kontijiet tal-Bank kif
ukoll kull titolu, metalli prezzjużi jew xi assi oħra li
  8      KAP. 204. ħ        BANKĊENTRALITA’MALTA
jkunu proprjetà  tad-debituri tagħhom u depożitati
miegħu kif ukoll fuq kull fond jew assi oħra mirhuna
favur tiegħu mid-debituri tiegħu jew minn terzi biex
jiggarantixxu l-obbligi tad-debituri tiegħu.
(b) Il-privileġġ speċjali mogħti b’dan is-subartikolu
għandu jiġi qabel kull privileġġ ieħor taħt xi ligi oħra u
minkejja d-disposizzjonijiet ta’ kull liġi oħra l-fondi u
assi oħra suġġetti għal dak il-privileġġ għandhom
ikunu applikati biex jissodisfaw id-dejn dovut lill-
Bank qabel kull pretensjoni oħra.
(ċ) Il-Bank jista’, wara li tkun saret in-notifika minn qabel
lid-debitur, japplika kull fond jew assi bħal dawk ghas-
sodisfazzjoni tad-djun dovuti lilu mingħajr il-ħtieġa ta’
xi awtorizzazzjoni jew sanzjoni oħra minn xi qorti jew
awtorità  oħra, u jista’ wkoll, għal dak l-għan,
jiddisponi minn l-assi kollha bħal dawk li jkunu
miżmuma minn jew mirhuna favur tiegħu u japplika d-
dħul minn dak id-disponiment direttament biex
jissodisfa l-pretensjonijiet tiegħu.
Attivitajiet projbiti. 
Emendat: 
XXIX. 1968.3; 
XIX. 1974.6; 
XX. 1981.4; 
XI. 1988.6; 
XXVI. 1994.10.
Sostitwit:
XVII. 2002.75.
16. Il-Bank ma jistax -
(a) jixtri, jakkwista jew jikri proprjetà  immobbli ħlief
skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew ħlief safejn
il-Bank jista’ jqis meħtieġ jew spedjenti għall-
provdiment, jew provdiment futur, ta’ postijiet għat-
tmexxija tan-negozju tiegħu, għall-użu ta’ u għar-
residenza tal-persunal jew tal-ħtiġiet oħra simili
inċidentali għall-qadi tal-funzjonijiet tiegħu taħt dan l-
Att;
(b) jaċċetta għal skont, jew bħala garanzija għal avvanz
magħmul mill-Bank, xi strumenti ffirmati mill-membri
tal-Bord jew mill-uffiċjali jew impjegati oħra tal-
Bank;
(ċ) iħallas imgħax ħlief, fid-diskrezzjoni tiegħu, fuq
depożiti miżmuma mal-Bank skond l-artikolu 26, jew
l-artikolu 33(1), jew fuq kontijiet speċjali miżmuma
bl-approvazzjoni tal-Bord;
(d) jiftaħ kontijiet u jaċċetta u jqiegħed depożiti ħlief kif
provdut fil-artikolu 15(1)(a) u (b); u
(e)  jikkonċedi jew jippermetti li jibqgħu pendenti għar-
rigward ta’ xi wieħed mill-impjegati tiegħu avvanzi
jew faċilitajiet ta’ kreditu li ma jkunux assigurati li
lkoll flimkien ikunu jeċċedu l-emolumenti ta’ tnax-il
xahar ta’ dawk l-impjegati.
BANKĊENTRALITA’MALTAġ K AP. 204.    9
Miżjuda:
XVII. 2002.77.
TAQSIMA IIA
POLICY MONETARJA
Kunsill 
Konsultattiv dwar 
Policy Monertarja.
Miżjud:
XVII. 2002.77.
17. (1) Għandu jkun hemm kunsill tal-Bank, li jkun magħruf
bħala l-Kunsill Konsultativ dwar Policy Monetarja, li jkollu r-
responsabbiltà  li jagħti parir lill-Gvernatur fuq ħwejjeġ li
għandhom x’jaqsmu mal-policy monetarja.
(2) Il-Kunsill ikun magħmul minn -
(i) il-Gvernatur, id-Deputat Gvernatur u mit-tliet
Diretturi l-oħra tal-Bank, u
(ii) tliet membri maħtura mill-Gvernatur, wara
konsultazzjoni mal-Bord, minn fost uffiċjali
anzjani fil-Bank, jew minn fost individwi
kwalifikati b’mod xieraq minn barra l-Bank, li
f’kull każ ikunu persuni li l-Gvernatur ikun
sodisfatt li jkollhom it-tagħrif u l-esperjenza li
x’aktarx tkun rilevanti għall-funzjonijiet tal-
Kunsill.
Il-Gvernatur jieħu 
d-deċiżjonijiet fuq 
policy monetarja.
Miżjud:
XVII. 2002.77.
17A. (1) L-unika awtorità  u responsabbiltà  fil-Bank biex tieħu
deċiżjonijiet u biex taqdi kull funzjoni jew dmir jew biex teżerċita
xi setgħa dwar policy monetarja tkun vestita fil-Gvernatur.
(2) Il-Gvernatur għandu jżomm lill-Kunsill infurmat dwar, u
jista’ jiddiskuti mal-Kunsill, il-funzjonijiet, id-dmirijiet u s-setgħat
vestiti lilu taħt dan l-artikolu.
(3) Kull meta l-Gvernatur ma jkunx jista’, minħabba assenza,
mard jew xi raġuni oħra li jaqdi l-funzjonijiet, id-dmirijiet u setgħat
imsemmija f’dan l-artikolu, jew meta l-kariga tal-Gvernatur tkun
vakanti, l-awtorità  u r-responsabbiltà  vestiti fil-Gvernatur taħt is-
subartikolu (1) għandhom, matul dik l-inkapaċità  jew vakanza,
ikunu vestiti fid-Deputat Gvernatur.
(4) La l-Bank u lanqas xi membru ieħor tal-Kunsill, inkluż il-
Gvernatur, fil-waqt li jkunu qed jeżerċitaw il-funzjonijiet, id-
dmirijiet u s-setgħat tagħhom taħt dan l-artikolu, ma għandhom
jitolbu jew jieħdu struzzjonijiet mingħand il-Gvern jew mingħand
xi korp ieħor.
(5) Il-Gvernatur, wara li jikkonsulta lill-Kunsill, jista’ jagħti
dawk id-direttivi u gwida fuq il-miżuri li għandhom jiġu adottati
mill-Bank fl-implimentazzjoni tal-funzjonijiet ta’ policy monetarja
stabbiliti skond dan l-Att.
Gvernatur 
jirrapporta lill-
Kamra tad-
Deputati.
Miżjud:
XVII. 2002.77.
17B. Il-Gvernatur jista’ jkun mitlub mill-Kamra tad-Deputati li
jirrapporta fuq it-tmexxija tal-Bank dwar il-funzjonijiet ta’ policy
monetarja quddiem kumitat tal-Kamra tad-Deputati maħtura għal
hekk u sabiex jipprovdi lil dak il-kumitat b’kull informazzjoni
meqjusa li tkun meħtieġa:
Iżda l-Gvernatur ma jistax ikun hekk mitlub iktar spiss
minn darba kull sitt xhur.
  10      KAP. 204. ħ        BANKĊENTRALITA’MALTA
Proċeduri.
Miżjud:
XVII. 2002.77.
17Ċ.  (1) Erba’ membri tal-Kunsill jifformaw quorum għal kull
laqgħa, kemm-il darba l-Gvernatur ikun preżenti għal laqgħat
kollha; xort’oħra l-Kunsill għandu jirregola l-proċeduri tiegħu
stess.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 17D, il-
membri tal-Kunsill ikunu marbuta bid-dmir tas-segretezza
professjonali dwar ħwejjeġ li għandhom x’jaqsmu mal-policy
monetarja.
Pubblikazzjoni ta’ 
deċiżjonijiet u rati 
ta’ mgħax.
Miżjud:
XVII. 2002.77.
17D. (1) Kemm jista’ jkun malajr wara kull laqgħa tal-Kunsill
Konsultativ dwar Policy Monetarja, il-Bank għandu jippubblika
dikjarazzjoni tad-deċiżjoni dwar policy monetarja li tittieħed mill-
Gvernatur.
(2) Il-Bank għandu wkoll jagħmel pubbliċi f’kull żmien ir-rati
ta’ mgħax uffiċjali tiegħu.
(3) Il-pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet u tar-rati ta’ l-imgħax
taħt dan l-artikolu għandha ssir b’dak il-mod li l-Bank jidhirlu
xieraq.
TAQSIMA III
DISPOSIZZJONIJIET FINANZJARJI
Kapital u Riżervi. 
Sostitwit: 
XXVI. 1994.11.
Emendat:
XVII. 2002.78.
18. (1) Il-kapital awtorizzat tal-Bank ikun ta’ ħames miljun
lira li jkun kollu mħallas għal kollox u miżmum esklussivament
mill-Gvern.
(2) Il-Bank għandu jżomm Fond Ġenerali ta’ Riżerva u Fond
Speċjali ta’ Riżervali, fit-tmiem ta’ kull sena finanzjarja tal-Bank,
ma għandhomx ikunu inqas minn ħames miljun lira u żewġ miljun
lira rispettivament.
(3) Il-Fond Ġenerali ta’ Riżerva għandu jkun disponibbli għal
kull skop kif ikun deċiż mill-Bord u l-Fond Speċjali ta’ Riżerva
għandu jkun disponibbli għall-iskop speċifikat fl-artikolu 24(2).
Riservi esterni. 
Sostitwit: 
XIX.1974.7; 
XX. 1981.5. 
Emendat: 
XXXVIII. 1986.3; 
XI. 1988.7; 
XXVI. 1994.12.
Sostitwit:
XVII. 2002.79.
19. (1) Fl-amministrazzjoni u ż-żamma tar-riżervi esterni taħt
id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 15(2), il-Bank għandu jżomm
riżerva ta’ attiv estern li għandha f’kull żmien tiġi stabbilita għal
mhux inqas minn sittin fil-mija tal-valur tal-passiv tal-Bank.
(2) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu "passiv tal-Bank" tfisser:
(i) il-valur tal-biljetti ta’ flus u muniti tal-Bank
maħruġa, barra minn muniti maħruġin għal
għanijiet ta’ numismatika;
(ii) il-passiv ta’ depożitu tal-Bank; u
(iii) l-ammont nominali ta’ strumenti finanzjarji
maħruġa u li jkunu pendenti skond l-artikolu
15(1)(d).
BANKĊENTRALITA’MALTAġ K AP. 204.    11
Kumitat ta’ 
Investiment. 
Miżjud: 
XX. 1981.6. 
20. Imħassar bl-artikolu 8 ta’ l-Att XI ta' l-1988.
Sena finanzjarja. 
Emendat: 
XXVI. 1994.13. 
21. Is-sena finanzjarja tal-Bank tibda fl-ewwel ta’ Jannar u
tagħlaq fil-wieħed u tletin ta’ Diċembru.
Verifika. 
Emendat:
XVI. 1997.7;
XVII. 2002.80.
22. Il-kontijiet tal-Bank għandhom jiġu verifikati minn udituri
esterni indipendenti nominati kull sena mill-Bord bl-approvazzjoni
tal-Ministru.
Kontijiet annwali. 
Emendat: 
XX. 1981.7;
XI. 1988.9;
XVII. 2002.81.
23. (1) Il-Bank għandu, kemm jista’ jkun malajr iżda mhux
aktar tard minn tliet xhur wara li tagħlaq is-sena finanzjarja tal-
Bank, jibgħat lill-Ministru - 
(a) kopja tal-kontijiet annwali awtentikati mill-udituri,
(b) dikjarazzjoni ta’ l-investimenti tal-Bank; u
(ċ) rapport dwar l-operazzjonijiet tiegħu matul dik is-
sena,
u għandu jippubblika r-rapport imsemmi fil-paragrafu (ċ).
(2) Il-Ministru għandu, kemm jista’ jkun malajr u,
relattivament għall-ħtieġa tal-paragrafu (a), mhux aktar tard mill-
ewwel seduta tal-Kamra tad-Deputati wara is-sebgħa ta’ April - 
(a) jara li kopja tal-kontijiet annwali, u tad-dikjarazzjoni u
tar-rapport imsemmija fuq titqiegħed quddiem il-
Kamra tad-Deputati; u
(b) jara li kopja tal-kontijiet annwali tal-Bank tiġi
pubblikata fil-Gazzetta.
(3) Il-Bank għandu, kemm jista’ jkun malajr wara l-aħħar
ġurnata tax-xogħol ta’ kull xahar, jagħmel u jippubblika prospett
ta’ l-attiv u tal-passiv tiegħu kif ikun fl-egħluq tan-negozju f’dik il-
ġurnata. Kopja tal-prospett għandha tiġi mibgħuta lill-Ministru li
għandu jara li tiġi pubblikata fil- Gazzetta.
Kif jiġu stabbiliti u 
allokati profitti. 
Emendat: 
X. 1968.2;
XIX. 1974.8. 
Sostitwit:
XX. 1981.8. 
Emendat: 
XXXVIII. 1986.4; 
XI. 1988.10; 
XXVI. 1994.14;
XVII. 2002.82.
24. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet li ġejjin ta’ dan l-
artikolu, il-profitti netti tal-Bank ta’ kull sena finanzjarja
għandhom jiġu stabbiliti mill-Bank wara li titħallas in-nefqa kollha
kurrenti għal dik is-sena u wara li jsir dak il-provvediment kif
jidhirlu xieraq għal krediti ineżiġibbli u dubbjużi, għal
deprezzament fl-attiv, għal kontribuzzjonijiet għall-fondi tal-
persunal u tal-pensjoni u għar-riservi u kontinġenzi l-oħra kollha.
(2) Il-profitti u t-telf dovuti għal xi rivalutazzjoni ta’ l-attiv jew
passiv estern nett tal-Bank li ssir minħabba xi aġġustament fil-valur
estern tal-lira Maltija skond l-artikolu 40 għandhom ikunu esklużi
mill-kalkolu tal-profitti u telf annwali tal-Bank u għandhom ikunu
akkreditati jew addebitati, skond il-każ, fil-Fond Speċjali ta’
Riżerva stabbilit taħt l-artikolu 18(2). Bla ħsara għad-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 18(2), il-bilanċ f’dak il-Fond għandu
jiġi trattat skond kif stabbilit mill-Bord.
(3) Imħassar bl-Att XVII. 2002.82.
(4) Wara li jsiru dawk l-allokazzjonijiet kif jiġi stabbilit mill-
  12      KAP. 204. ħ        BANKĊENTRALITA’MALTA
Bord taħt id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1), il-bqija tal-
profitti netti stabbiliti kif intqal qabel għandhom jitħallsu lill-
Gvern.
Miżjuda:
XVII. 2002.83.
TAQSIMA IIIA
ĠBIR TA’ INFORMAZZJONI
Ġbir ta’ 
informazzjoni.
Miżjud:
XVII. 2002.83.
24A. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 38A(2),
il-Bank jista’ jeħtieġ lil aġent li jirraporta kif imfisser fis-
subartikolu (3) biex jipprovdi lill-Bank dik l-informazzjoni li l-
Bank jidhirlu meħtieġa sabiex jaqdi l-funzjonijiet tiegħu taħt dan l-
Att, u l-Bank jista’ jistħarreġ u jitlob kjarifiki dwar kull
informazzjoni hekk provduta.
(2) Ikun id-dmir ta’ kull aġent li jirraporta li hu meħtieġ li
jipprovdi lill-Bank b’informazzjoni kif speċifikat fis-subartikolu
(1), li jħares dik il-ħtieġa.
(3) Għall-fini ta’ dan l-artikolu u ta’ l-artikolu ta’ wara, "aġent
li jirrapporta" tista’ tinkludi:
Kap. 371. (a) istituzzjoni ta’ kreditu liċenzjata taħt l-Att dwar il-
Kummerċ Bankarju;
Kap. 376. (b) istituzzjoni finanzjarja liċenzjata taħt l-Att dwar l-
Istituzzjonijiet Finanzjarji;
Kap. 370. (ċ) persuna liċenzjata taħt l-Att dwar is-Servizzi ta’
Investiment;
Kap. 403.
Kap. 404.
(d) persuna liċenzjata biex tmexxi kummerċ ta’ l-
assigurazzjoni taħt l-Att dwar il-Kummerċ ta’ l-
Assigurazzjoni jew persuna reġistrata jew elenkata
biex tmexxi attivitajiet ta’ intermedjarji ta’ l-
assigurazzjoni taħt l-Att dwar Brokers fl-
Assigurazzjoni u Intermedjarji Oħra;
Kap. 371.
Kap. 370.
(e) persuna li tkun ħarġet garanzija ta’ dejn, u li ma tkunx
istituzzjoni ta’ kreditu liċenzjata taħt l-Att dwar il-
Kummerċ Bankarju jew persuna liċenzjata taħt l-Att
dwar is-Servizzi ta’ l-Investiment;
Kap. 371.
Kap. 370.
(f) persuna li tkun aġixxiet bħala aġent dwar l-
arranġament jew l-amministrazzjoni tal-ħruġ ta’
garanzija ta’ dejn, u ma tkunx istituzzjoni ta’ kreditu
liċenzjata taħt l-Att dwar il-Kummerċ Bankarju jew
persuna liċenzjata taħt l-Att dwar is-Servizzi ta’ l-
Investiment;
(g) persuna li żżomm attiv u passiv estern jew li twettaq
operazzjonijiet minn pajjiż għal ieħor li l-Bank jidhirlu
rilevanti biex jiġbor statistika dwar il-bilanċ tal-
pagamenti jew biex jistabbilixxi l-karta tal-bilanċ ta’ l-
istokk ta’ attiv u passiv finanzjarji esterni għal Malta,
xort’oħra ssir referenza għalih bħala pożizzjoni ta’
investiment internazzjonali; jew
BANKĊENTRALITA’MALTAġ K AP. 204.    13
(h) kull persuna oħra li l-Bank jistabbilixxi, wara
konsultazzjoni ma’ dik il-persuna, li jkollha fil-pussess
tagħha nformazzjoni rilevanti li fil-fehma tal-Bord
tkun rilevanti biex jaqdi l-funzjonijiet tiegħu taħt dan
l-Att.
(4) Ħlief kif provdut taħt Taqsima VI ta’ dan l-Att,
informazzjoni miġbura taħt id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu
tkun suġġetta għad-dmir tas-segretezza professjonali.
Ġbir ta’ 
informazzjoni għal 
statistika.
Miżjud:
XVII. 2002.83
24B. (1) Il-Bank jista’ joħroġ direttivi li jipprovdu biex
jiddefinixxu u jimponu ħtiġiet biex isiru rapporti għal statistika,
biex jiġu stabbiliti standards ta’ kif tintbagħat informazzjoni għal
statistika u l-preċiżjoni tagħha u biex jispeċifikaw il-
kondizzjonijiet li taħthom il-jedd għall-verifika u għall-ġbir
obbligatorju ta’ informazzjoni għal statistika jistgħu jitwettqu taħt
id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2).
(2) Il-Bank ikollu l-jedd li jivverifika l-preċiżjoni u l-kwalità
ta’ l-informazzjoni għal statistika mogħtija taħt is-subartikolu (1),
u li jwettaq ġbir obbligatorju. Il-jedd li tkun verifikata
informazzjoni għal statistika jew li jitwettaq il-ġbir obbligatorju
tagħha jinkludi l-jedd li:
(a) jitlob is-sottomissjoni ta’ dokumenti;
(b) jeżamina l-kotba u r-records ta’ l-aġent li jirraporta;
(ċ) jieħu kopji jew estratti minn dawk il-kotba jew dawk
ir-records; u 
(d) jikseb spjegazzjonijiet bil-miktub jew verbali.
Kull riferenza għad-dokumenti, kotba jew records taħt
dawn l-artikoli tinkludi riferenza għall-forma elettronika ta’ kull
dokument, ktieb jew records bħal dawk. 
(3) Kull meta jidhirlu meħtieġ biex iwettaq il-funzjonijiet
tiegħu taħt dan l-Att, il-Bank għandu jħejji u jippubblika
dikjarazzjonijiet, jikkonsolida u, jew, jgħaqqad flimkien
informazzjoni għal statistika mogħtija taħt dan l-artikolu u, meta
meħtieġ, taħt l-artikolu 38A(1).
TAQSIMA IV 
RELAZZJONIJIET MAL-GVERN
Konsulent tal-
Gvern.
Emendat:
XVII. 2002.84.
25. Il-Bank għandu jagħti parir lill-Gvern b’mod ġenerali fuq
materji finanzjarji u ekonomiċi.
Bankier tal-Gvern.
Emendat:
XVII. 2002.85.
26. (1) Il-Bank għandu jaġixxi bħala bankier tal-Gvern u jista’
jiftaħ kontijiet għall-Gvern u jaċċetta depożiti minn għandu.
(2) Il-Bank jista’ jiftaħ kontijiet għal u jaċċetta depożiti minn
fondi, korporazzjonijiet u istituzzjonijiet kontrollati mill-Gvern jew
imwaqqfin b’liġi u jista’ jaġixxi bħala bankier għal kull fond,
  14      KAP. 204. ħ        BANKĊENTRALITA’MALTA
korporazzjoni u istituzzjoni tali.
Projbizzjoni ta’ 
finanzjament tas-
settur pubbliku.
Sostitwit:
XXVI.1994.15;
XVII. 2002.86.
27. (1) Il-Bank ma għandux jagħti overdrafts jew xi xorta
oħra ta’ faċilità  ta’ kreditu lill-Gvern jew lil xi intrapriża pubblika,
awtorità  pubblika jew korporazzjoni li tkun proprjetà  tal-Gvern,
lanqas ma l-Bank għandu jixtri direttament l-istrumenti tad-dejn
tagħhom.
(2) Istituzzjoni ta’ kreditu kontrollata mill-Gvern għandha tiġi
ttrattata l-istess bħal istituzzjonijiet ta’ kreditu oħra dwar il-
provvista ta’ riżervi.
Bank bħala aġent 
tal-Gvern. 
Sostitwit:
XVII. 2002.86.
28. Il-Bank jista’ b’mod ġenerali jaġixxi bħala aġent tal-Gvern
u jista’ jiġi inkarigat mill-ħruġ u mill-amministrazzjoni ta’ bills tat-
Teżor u self tal-Gvern maħruġa pubblikament f’Malta -
(a) meta l-Bank ikun jista’ jagħmel hekk b’mod adatt u
konsistenti mad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u skond
id-dmirjiet u l-funzjonijiet tiegħu bħala Bank Ċentrali;
u
(b) b’dawk il-pattijiet u kondizzjonijiet kif jista’ jiġi
miftiehem bejn il-Gvern u l-Bank.
Ħruġ u 
amministrazzjoni 
ta’ self tal-Gvern. 
29. Imħassar bl-Att XVII .2002.87.
Fond għall-
Posterità . 
Miżjud:
XX. 1981.9. 
Emendat: 
XXXVIII. 1986.5.
30. Imħassar bl-artikolu 9 ta’ l-Att XI ta’ l-1988. *
BANKĊENTRALITA’MALTAġ K AP. 204.    15
Informazzjoni lill-
Ministru. 
31. Il-Bank għandu jżomm lill-Ministru informat dwar il-
politika tal-Bank.
Direttivi mill-
Ministru. 
Sostitwit: 
XXVI. 1994.16. 
32. Imħassar bl-Att XVII .2002.87.
TAQSIMA V 
Emendat: 
XXVI. 1994.17;
XVII. 2002.88.
RELAZZJONIJIET MA’ ISTITUZZJONIJIET TA’ KREDITU
U DAWK FINANZJARJI
Bankier ta’ 
istituzzjonijiet ta’ 
kreditu u 
finanzjarji.
Sostitwit: 
XXIX. 1968.4. 
Emendat: 
XXVI. 1994.18;
XVII. 2002.89.
33. (1) Il-Bank jista’ jaġixxi bħala bankier ta’ istituzzjonijiet
ta’ kreditu u finanzjarji f’Malta u jista’ jiftaħ kontijiet għal dawk il-
banek u istituzzjonijiet finanzjarji u jaċċetta depożiti minn
għandhom.
(2) Il-Bank jista’ wkoll jiftaħ kontijiet u jagħmel depożiti
f’istituzzjonijiet ta’ kreditu.
Istituzzjonijiet ta’ 
kreditu oħra bħala 
aġenti.
Emendat:
XVII. 2002.90.
34. Il-Bank jista’ f’ċirkostanzi eċċezzjonali jinnomina
istituzzjoni ta’ kreditu waħda oħra jew iżjed f’Malta biex
jagħmluha ta’ aġent tiegħu għall-ħruġ, ħruġ mill-ġdid, tibdil u rtir
ta’ biljetti tal-flus u ta’ munita, jew għal skopijiet oħra, taħt dawk
il-pattijiet u kondizzjonijiet kif jista’ jkun miftiehem bejn il-Bank u
kull waħda minn dawk l-istituzzjonijiet ta’ kreditu l-oħra.
*Att XI ta’ l-1988: Disposizzjoni Transitorja
(2) Minkejja r-revoka ta’ l-artikolu 30 ta’ l-Att prinċipali, il-Fond għall-
Posterità  għandu jibqa’ jeżisti iżda għandu jiġi xjolt minn data li ma tkunx iktar
tard mit-30 ta’ Ġunju, 1988, u li tkun speċifikata mill-Ministru b’avviż fil-
Gazzetta.
(3) Fid-data li tiġi hekk speċifikata mill-Ministru l-attiv kollu, il-passiv
kollu u l-profitti netti tal-Fond għall-Posterità  sa dik id-data għandhom jiġu
trasferiti lill-Gvern u mgħoddijin lill-Fond Konsolidat u l-jeddijiet u l-obbligi
kollha tal-Fond għandhom jiġu vestiti fil-Gvern.
(4) Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ kull liġi ohra, it-tmexxija, kontroll u
amministrazzjoni tal-Fond għall-Posterità  għandhom jitqiesu li ġew vestiti fil-
Bank mit-12 ta’ Mejju, 1987, sad-data speċifikata mill-Ministru kif provdut
taħt is-subartikolu (2) ta’ dan l-artikolu u kull ma jkun sar mill-Bank fit-
tmexxija, kontroll u amministrazzjoni ta’ dak il-Fond kif imsemmi qabel matul
dak il-perijodu msemmi għandu jitqies li jkun sar taħt l-awtorità  ta’ dan l-
artikolu.
(5) Il-Bank għandu jkun responsabbli għax-xoljiment tal-Fond għall-
Posterità  u sabiex jifformula kontijiet verifikati ta’ dak il-Fond għas-sena li
tagħlaq fil-31 ta’ Diċembru, 1987 u għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar, 1988 sad-
data speċifikata mill-Ministru taħt is-subartikolu (2) ta’ dan l-artikolu.
(6) Il-Bank għandu kemm jista’ jkun malajr iżda mhux iktar tard minn
sitt xhur wara li l-kontijiet verifikati tal-Fond għall-Posterità  jkunu ġew
finalizzati kif provdut taħt is-subartikolu (5) ta’ dan l-artikolu, jibgħat lill-
Ministru kopja ta’ dawk il-kontijiet verifikati u l-Ministru għandu jara li dik il-
kopja titqiegħed quddiem il-Kamra tad-Deputati u li tiġi pubblikata fil-
Gazzetta.
  16      KAP. 204. ħ        BANKĊENTRALITA’MALTA
Kooperazzjoni ma’ 
istituzzjonijiet ta’ 
kreditu oħra. 
Sostitwit: 
XXVI. 1994.19.
Emendat:
XVII. 2002.91.
35. Il-Bank għandu jfittex il-koperazzjoni ta’ u jikkopera ma’,
istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji f’Malta biex jippromwovi
dawk l-oġġettivi li ma jkunux inkonsistenti ma’ dan l-Att skond l-
interessi nazzjonali.
Sistemi ta’ 
pagamenti.
Sostitwit:
XVII. 2002.92.
36. (1) Il-Bank għandu jissorvelja u jirregola l-operat ta’ u l-
parteċipazzjoni fi, sistemi ta’ pagamenti domestiċi kif ukoll kull
xorta ta’ operazzjonijiet ta’ flus jew titoli, sew jekk domestiċi jew
ma’ barra, li jkun involut fihom, u jista’ hu stess jistabbilixxi u
jopera sistema ta’ pagament bħal dik.
(2) Ebda persuna ma tista’ torganizza, tistabbilixxi, topera jew
tipparteċipa f’sistema ta’ pagament domestiku kemm-il darba dik
is-sistema ma tkunx approvata u awtorizzata mill-Bank.
(3) Kull persuna li tikser jew li tonqos li tħares id-
disposizzjonijiet tas-subartikolu (2) tkun ħatja ta’ reat u teħel meta
tinsab ħatja multa ta’ mhux iżjed minn għoxrin elf lira jew
priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn sentejn, jew dik il-
multa u priġunerija flimkien.
(4) Ebda proċedimenti għal reat taħt is-subartikolu (3) ma
għandhom jinbdew mingħajr il-kunsens ta’ l-Avukat Ġenerali.
(5) Il-Bank jista’ joħroġ direttivi dwar:
(a) kull wieħed mill-oġġettivi jew l-oġġettivi kollha
msemmija fis-subartikolu (1) magħduda, bla ħsara
għall-ġeneralità  ta’ dak li ntqal qabel, ir-
regolamentazzjoni ta’ clearing houses, aġent dwar
settlement u parteċipanti f’sistemi ta’ ħlas kif ukoll l-
infurzar legali ta’ ħlasijiet magħmula permezz ta’
dawk is-sistemi u l-kollaterali li jingħata
b’konnessjoni ma’ l-operat ta’ sistema ta’ pagament
bħal dik;
(b) servizzi ta’ trasferiment ta’ kreditu ma’ barra l-pajjiz
provduti minn istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji
jew minn xi persuna li bħala negozju tesegwixxi
trasferimenti ta’ kreditu ma’ barra l-pajjiz; u
(ċ) servizzi ta’ ħlas elettroniku, inklużi, iżda mhux limitati
għal, servizzi għall-provvediment ta’ karti ta’ debitu u
ta’ kreditu u flus elettroniċi.
(6) Kemm-il-darba ma jkunx provdut xort’oħra fid-direttivi
magħmula bis-saħħa tas-subartikolu (5), ħlasijiet, set-off jew
netting magħmul permezz ta’ jew f’sistema ta’ pagament, magħdud
kull kollaterali mogħti minn parteċipant in konnessjoni ma’ xi
sistema bħal dik, għandu, minkejja kull liġi oħra dwar falliment jew
insolvenza jew ir-regolamentazzjoni u l-infurzar ta’ kollaterali jew
xort’oħra li tirregola l-validità  ta’ dawk il-ħlasijiet, set-off jew
netting u l-għoti ta’ kollaterali, ikun finali u jorbot lill-partijiet
kollha tiegħu u ma jistax ikun attakkat jew impunjat f’xi qorti. Kull
ordni ta’ ħlas, set-off jew netting magħmul permezz jew f’sistema
ta’ pagament minn parteċipant u kull kollaterali mogħti in
konnessjoni ma’ sistemi bħal dik ma għandhomx, minkejja kull liġi
oħra kif intqal qabel, ikunu suġġetti għal mandat ta’ sekwestru jew
BANKĊENTRALITA’MALTAġ K AP. 204.    17
ta’ qbid, lanqas għal mandat ta’ inibizzjoni maħruġa fuq it-talba
tal-kredituri tal-parteċipant.
(7) F’dan l-artikolu u f’kull direttiva maħruġa taħtu, kemm-il
darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx xort’oħra -
"parteċipant" tfisser kull persuna, inkluż il-Bank, li tipparteċipa
f’sistema ta’ pagament u tista’ tinkludi parteċipant indirett approvat
mill-Bank;
"sistema ta’ pagament" jew "sistema" tfisser arranġament formali
bejn tliet parteċipanti jew iktar b’regoli komuni u b’arranġamenti
standardizzati, għall-eżekuzzjoni ta’ ordnijiet ta’ trasferiment bejn
il-parteċipanti, inkluża clearing house, jew għall-ħlas ta’
pagamenti dwar titoli, kif jiġi approvat mill-Bank, u tista’ tinkludi
ħlas, clearing, settlement, netting u, jew sistema simili. Il-Bank
jista’ wkoll, fuq bażi ta’ każ b’każ, jittratta bħala sistema ta’
pagament dak l-arranġament formali bejn żewg parteċipanti meta l-
Bank hekk jidhirlu meħtieġ fuq bażi ta’ riskju sistemiku.
Appelli.
Miżjud:
XVII. 2002.92.
36A.  Kull persuna li:
(a) tħossha aggravata b’deċiżjonijiet meħuda mill-bank
taħt l-artikolu 36(2) jew taħt xi direttivi maħruġa taħt
l-artikolu 36(5)(a);
(b) tkun parti f’xi kwistjoni dwar drittijiet u obbligi li
jinqalgħu minn xi direttivi maħruġa taħt l-artikolu
36(5)(b) u (ċ); jew
(ċ) kellha xi penali amministrattiva mposta fuqha skond l-
artikolu 52A(1);
Kap. 330.
tista’ tappella lit-Tribunal għas-Servizzi Finanzjarji mwaqqaf taħt
l-Att dwar l-Awtorità  ta’ Malta għal Servizzi Finanzjarji f’dak iż-
żmien u taħt dawk il-kondizzjonijiet kif stabbiliti taħt dak l-Att.
Depożiti ta’ 
istituzzjonijiet ta’ 
kreditu mal-Bank. 
Emendat: 
LVIII. 1974.68; 
A.L. 148 ta’ l-
1975;
XXVI. 1994.20;
XXIV. 1995.362;
IX. 1997.4.
Sostitwit:
XVII. 2002.92.
37. (1) Il-Bank jista’ jeħtieġ istituzzjonijiet ta’ kreditu li
jkunu qed imexxu kummerċ bankarju f’Malta biex iżommu
depożitu ta’ riżerva mal-Bank b’dawk il-pattijiet u kondizzjonijiet
li l-Bank jista’ jippreskrivi minn żmien għal żmien b’direttivi dwar
il-funzjonijiet ta’ policy monetarju tiegħu.
(2) Ebda istituzzjoni ta’ kreditu ma tkun meħtieġa żżomm
proporzjon minimu akbar minn istituzzjoni ta’ kreditu oħra.
(3) Sabiex jiżgura t-tħaris ta’ kull direttiva maħruġa taħt is-
subartikolu (1) u fil-ġbir obbligatorju ta’ informazzjoni, il-Bank
ikollu s-setgħat mogħtija lilu taħt, u għandu jaġixxi skond, id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 52A.
Kap. 371.
(4) Għall-fini ta’ dan l-artikolu, il-frażi "istituzzjoni ta’
kreditu" tinkludi istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi kif imfissra fl-
Att dwar il-Kummerċ Bankarju.
  18      KAP. 204. ħ        BANKĊENTRALITA’MALTA
Rati ta’ imgħax ta’ 
istituzzjonijiet ta’ 
kreditu u 
finanzjarji. 
Emendat: 
LVIII.1974.68; 
A.L. 148 ta’ l-
1975;
XXVI. 1994.21;
XXIV.1995.362.
Sostitwit:
XVII. 2002.92.
38. Minkejja kull ħaġa li tinsab f’xi liġi oħra, istituzzjonijiet
ta’ kreditu u finanzjarji jistgħu jistabbilixxu r-rata ta’ mgħax li
titħallas fuq depożiti miżmuma minn istituzzjonijiet ta’ kreditu, u r-
rata ta’ mgħax li huma jistgħu jżommu fuq self, avvanzi u kull
faċilità  ta’ kreditu oħra kif ukoll il-ħruġ ta’ debentures jew
debenture stocks jew strumenti oħra li joħolqu jew li jirrikonoxxu
debitu.
 
Miżjuda:
XVII. 2002.92.
TAQSIMA VI
RELAZZJONIJIET MA’ L-AWTORITÀ  KOMPETENTI
Tagħrif, eżami u 
rapportaġġ mill-
awtorità  
kompetenti. 
Miżjud:
XXVI. 1994.22. 
Sostitwit:
XVII. 2002.92.
38A. (1) Il-Bank jista’ jitlob lill-awtorità  kompetenti biex
tgħaddilu kull informazzjoni fil-pussess ta’ jew aċċessibbli għall-
awtorità  kompetenti li l-Bank ikollu bżonn fil-qadi ta’ dmirijietu
taħt dan l-Att jew xi Att ieħor.
(2) Il-Bank jista’ bil-miktub jitlob lill-awtorità  kompetenti biex
teżamina, tivverifika u tissottometti rapport lill-Bank fuq kull ħaġa
li l-Bank jista’ b’mod raġonevoli jitlob fil-qadi ta’ dmirijietu taħt
dan l-Att jew xi Att ieħor u l-awtorità  kompetenti għandha tħares
dik it-talba.
Informazzjoni lill-
awtorità  
kompetenti. 
Miżjud:
XXVI. 1944.22. 
Sostitwit:
XVII. 2002.92.
38B. (1) Il-Bank għandu jgħaddi lill-awtorità  kompetenti kull
informazzjoni fil-pussess ta’ jew aċċessibbli għall-Bank meta jkun
hekk mitlub mill-awtorità  kompetenti fil-qadi ta’ dmirijietha taħt xi
liġi.
(2) Il-Bank għandu jiddiskuti ma’ l-awtorità  kompetenti
ħwejjeġ li jkunu jinteressaw lit-tnejn li jkunu jirriżultaw mill-
informazzjoni miġbura taħt l-artikolu 24A.
Konfidenzjalità .
Miżjud:
XXVI. 1994.22. 
Sostitwit:
XVII. 2002.92.
38Ċ. Kull informazzjoni mibdula bejn il-Bank u l-awtorità
kompetenti tkun suġġetta għad-dmir tas-segretezza professjonali.
TAQSIMA VII 
Emendat: 
XXVI. 1994.24. 
FLUS
Flus ta’ Malta. 
Sostitwit:
XX. 1971.2. 
Emendat: 
XIX. 1974.9; 
XIII. 1983.4; 
XXVI. 1994.25. 
39. (1) L-unità  tal-flus f’Malta tkun il-lira Maltija; u s-
simbolu tal-lira Maltija jkun Lm.
(2) Il-lira Maltija tkun maqsuma f’mitt ċenteżmu u kull
ċenteżmu jkun maqsum f’għaxar milleżmi.
(3) Il-Ministru jista’ joħroġ regolamenti dwar it-trattament tal-
lira Maltija għal skopijiet ta’ kontabilità .
BANKĊENTRALITA’MALTAġ K AP. 204.    19
Valur esteru tal-lira 
Maltija. 
Emendat: 
X. 1968.3. 
Sostitwit: 
XIX. 1974.10;
XX. 1981.10. 
Emendat:
XVII. 2002.93.
40. Il-valur esteru tal-lira Maltija għandu jkun stabbilit u wara
jista’ jiġi aġġustat jew sospiż mill-Ministru fuq ir-
rakkomandazzjoni tal-Bank u bil-kunsens tal-Prim Ministru. Avviż
ta’ meta tiġi stabbilita, aġġustata jew sospiża jkun pubblikat fil-
Gazzetta malajr kemm jista’ jkun.
Ħruġ u fidwa ta’ 
flus.
Emendat: 
XVII. 1971.2; 
XXIV. 1972.2. 
Sostitwit: 
XIX. 1974.11. 
Emendat: 
XX. 1981.11;
XVII. 2002.94.
41. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ xi liġi dwar il-
kontroll tal-kambju u tas-subartikolu (2), il-Bank għandu fl-
uffiċċju prinċipali tiegħu f’Malta joħroġ u jifdi flus Maltin fid-
diskrezzjoni tiegħu kontra assi esterni f’dawk l-ammonti u b’dik ir-
rata ta’ kambju li l-Bank jistabbilixxi.
(2) Ir-rati ta’ kambju kwotati mill-Bank għal transazzjonijiet
b’konsenja immedjata skond is-subartikolu (1) ma għandhomx
ikunu differenti mill-valur esteru tal-lira Maltija skond flus oħra
b’marġini iżjed minn dak li jista’ jiġi stabbilit minn żmien għal
żmien mill-Ministru b’avviż fil-Gazzetta.
Biljetti tal-flus. 
Emendat: 
XIX. 1974.12; 
XI. 1988.12;
XXVI. 1994.26;
XVII. 2002.95.
42. (1) Il-Bank ikollu d-dritt esklużiv li joħroġ biljetti tal-flus
ta’ valuta legali f’Malta, u għandu jipprovdi għall-istampar ta’
dawk il-biljetti tal-flus u għall-ħwejjeġ kollha relattivi għas-sigurtà
ta’ dawk il-biljetti tal-flus.
(2) Il-biljetti tal-flus maħruġa mill-Bank ikunu f’dawk id-
denominazzjonijiet, u ta’ dawk il-forom u disinji, kif jiġu approvati
mill-Ministru fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Bank.
(3) Il-biljetti tal-flus maħruġa jew meqjusa li jkunu maħruġa
mill-Bank skond dan l-Att ikunu valuta legali f’Malta skond il-
valur nominali tagħhom għall-ħlas ta’ kull ammont.
(4) Bla ħsara tad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (3), il-Bank
ikollu s-setgħa, wara li jingħata avviż xieraq permezz tal-Ministru
fil-Gazzetta, li jiġbor kull biljetti tal-flus li jkunu valuta legali
kurrenti wara ħlas tal-valur nominali tagħhom u kull biljetti tal-flus
tali għandhom, malli jiskadi l-perijodu msemmi fl-avviż, jispiċċaw
milli jkunu valuta legali iżda, bla ħsara tad-disposizzjonijiet tas-
subartikolu (5) u sa l-egħluq ta’ għaxar snin wara li jispiċċa l-
imsemmi perijodu, ikunu jistgħu jiġu mifdija mill-Bank fuq talba
b’valur pari u mingħajr ħlas.
(5) Ħadd ma jkun jista’ jieħu lura mill-Bank il-valur ta’ xi
biljett tal-flus mitluf, misruq, mutilat jew imperfett. Iċ-ċirkostanzi
li fihom u l-kondizzjonijiet u l-limitazzjonijiet li taħthom ikun
jista’ jiġi rifuż bi grazzja l-valur ta’ biljetti ta’ flus mitlufa,
misruqa, mutilati jew imperfetti għandhom ikunu fid-diskrezzjoni
assoluta tal-Bank.
(6) Meta tgħaddi sena wara li jiskadi l-perijodu msemmi fl-
avviż li jsejjaħ lura l-ġbir ta’ biljetti ta’ flus taħt is-subartikolu (4),
il-biljetti ta’ flus hekk imsejħa lura iżda li ma jiġux preżentati biex
ikunu mifdija ma jibqgħux jiġu nklużi fil-passiv kurrenti tal-Bank,
u l-valur ta’ dawk il-biljetti ta’ flus, wara li jkun tnaqqas minnu l-
valur ta’ kull biljetti ta’ flus li sussegwentement jiġu mifdija,
għandu jitqassam fuq il-profitti tal-Bank fuq il-perijodu li jkun
fadal biex jagħlaq il-perijodu ta’ għaxar snin speċifikat taħt id-
  20      KAP. 204. ħ        BANKĊENTRALITA’MALTA
disposizzjonijiet tas-subartikolu (4).
(7) Kull biljett ta’ flus li jkun ġie mimsus jew li ma jkunx baqa’
valuta legali jew li jkun falz jista’ jissejjaħ lura, jitqatta’, jiġi
distrutt jew xort’oħra jiġi dispost b’dak il-mod u taħt dawk il-
kondizzjonijiet li l-Bank jista’ jiddeċiedi. Kull uffiċjal tal-Pulizija
jista’ jieħu kull biljett ta’ flus kif intqal qabel mill-pussess ta’ kull
persuna wkoll jekk dik il-persuna ma tkunx ġiet akkużata jew
suspettata li għamlet delitt.
Muniti. 
Emendat: 
XX. 1971.3; 
XI. 1988.13;
XXVI. 1994.27;
XVII. 2002.96.
43. (1) Il-Bank ikollu d-dritt esklużiv li joħroġ muniti ta’
valuta legali f’Malta, u għandu jipprovdi għaz-zekka ta’ dawk il-
muniti u għall-ħwejjeġ kollha dwar is-sigurtà  ta’ l-istess muniti.
(2) Il-muniti maħruġa mill-Bank ikunu ta’ dawk id-
denominazzjonijiet, u f’dawk il-forom u disinji, kif jiġi approvat
mill-Ministru fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Bank.
(3) Il-piż standard u l-komposizzjoni tal-muniti maħruġa mill-
Bank u l-ammont ta’ rimedju u varjazzjoni jkunu stabbiliti mill-
Ministru fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Bank.
(4) Il-muniti maħruġa mill-Bank għandhom, jekk dawk il-
muniti ma jkunux ġew mimsusa, ikunu valuta legali f’Malta għal
dawk l-ammonti kif jista’ jiġi avżat fil-Gazzetta mill-Ministru fuq
rakkomandazzjoni tal-Bank.
(5) Munita għandha titqies li tkun ġiet mimsusa jekk il-munita
tkun ġiet imħażżna fil-kwalità , imnaqqsa jew imħaffa fil-piż, jekk
mhux minħabba tqagħbir bl-użu, jew tkun ġiet sfigurata.
(6) Bla ħsara tad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (4), il-Bank
ikollu s-setgħa, wara li jingħata avviż xieraq mill-Ministru fil-
Gazzetta, li jiġbor kull munita li tkun ta’ valuta legali korrenti bil-
ħlas tal-valur nominali tagħha u kull munita tali, malli jiskadi l-
perijodu msemmi fl-avviż, tispiċċa milli tkun valuta legali iżda, bla
ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikoli (5) u (9) u sakemm
jiskadu sentejn wara t-tmiem tal-perijodu msemmi qabel għandha
tinfeda mill-Bank fuq talba b’kemm tiswa u mingħajr spiża.
(7) Wara li jgħaddu sitt xhur wara t-tmiem tal-perijodu
msemmi fl-avviż li jsejjaħ lura kull muniti taħt is-subartikolu (6),
kull muniti hekk imsejħa lura iżda li ma jiġux preżentati biex ikunu
mifdija ma jibqgħux jiġu nklużi fil-passiv monetarju tal-Bank u l-
valur ta’ dawk il-muniti, wara li jkun tnaqqas minnu l-valur ta’ kull
muniti li sussegwentement jiġu mifdija, għandu jitqassam fuq il-
profitti tal-Bank fuq il-perijodu li jkun fadal biex jagħlaq il-
perijdou ta’ sentejn speċifikat taħt id-disposizzjonijiet tas-
subartikolu (6).
(8) Kull munita li tkun ġiet mimsusa jew li ma tibqax valuta
legali jew li tkun falsifikata tista’ tinġabar lura, tinqasam, titkisser,
tinqered jew xort’oħra titneħħa b’dak il-mod u taħt dawk il-
kondizzjonijiet kif jiddeċidi l-Bank. Kull uffiċjal tal-Pulizija jkun
jista’ jaqbad kull munita tali kif intqal qabel mill-pussess ta’ kull
persuna anki jekk dik il-persuna ma tkunx akkużata b’delitt jew
suspetta li tkun ikkommettiet delitt.
(9) Ħadd ma jkun jista’ jieħu lura mill-Bank il-valur ta’ xi
BANKĊENTRALITA’MALTAġ K AP. 204.    21
munita mitlufa, misruqa, mutilata jew imperfetta. Iċ-ċirkostanzi u l-
kondizzjonijiet li taħthom dak il-valur jista’ jiġi rifuż bi grazzja
jkunu fid-diskrezzjoni assoluta tal-Bank.
Tifsir ta’ biljett jew 
munita tal-flus.
Sostitwit:
XVII. 2002.97.
44. Għall-finijiet tas-sitt artikoli li jaħbtu minnufih wara dan,
"biljett" jew "munita tal-flus" tfisser biljett jew munita tal-flus
maħruġ jew meqjus li jkun maħruġ skond dan l-Att u kull biljett
ieħor jew munita oħra tal-flus, imsejjaħ b’isem ikun li jkun, li jkun
jew tkun valuta legali fil-pajjiż barra minn Malta li minnu jkun ġie
maħruġ jew tkun ġiet maħruġa.
Falsifikazzjoni u 
tqegħid fiċ-
ċirkolazzjoni ta’ 
flejjes.
Emendat: 
XXVI. 1994.28.
45. Kull min jiffalsifika xi biljett tal-flus jew imexxi biljett tal-
flus falsifikat li jkun jaf li hu falsifikat jista’ jeħel, meta jinsab ħati,
priġunerija għal żmien ta’ mhux anqas minn sentejn u mhux iżjed
minn disa’ snin:
Iżda meta biljett tal-flus falsifikat jitmexxa minn persuna li
tipprova li fiż-żmien li fih ġie f’idejha jew fil-pussess tagħha ma
kienitx taf li kien falsifikat, il-piena tiġi ridotta għal żmien ta’
priġunerija għal mhux anqas minn xahrejn u mhux iżjed minn tlett
snin.
Pussess ta’ biljetti 
tal-flus falsifikati. 
46. Kull min mingħajr awtorità  legali jew mingħajr skuża
leġittima jew raġonevoli (liema prova tkun fuq l-akkużat) jixtri jew
jirċievi mingħand xi persuna, jew ikollu fil-kustodja jew pussess
tiegħu, biljett tal-flus falsifikat li jkun jaf li l-istess ikun falsifikat
jeħel, meta jinsab ħati, priġunerija għal żmien ta’ mhux anqas minn
tlettax-il xahar u mhux iżjed minn ħames snin.
Egħmil jew 
pussess ta’ karta 
jew għodod għal 
falsifikazzjoni.
Emendat:
XVII. 2002.98.
47. Kull min mingħajr awtorità  legali jew skuża leġittima jew
raġonevoli (liema prova tkun fuq l-akkużat) -
(a) jagħmel, juża, jew xjentement ikollu fil-kustodja jew
pussess tiegħu, xi karta maħsuba biex tixbaħ u biex
tgħaddi bħala karta speċjali bħal dik provduta u wżata
għall-egħmil ta’ xi biljett tal-flus, jew xi karta speċjali
tali,
(b) jagħmel, juża, jew xjentement ikollu fil-kustodja jew
pussess tiegħu, xi tilar, forma jew strument biex
jagħmel dik il-karta, jew biex jipproduċi f’dik jew fuq
dik il-karta xi kliem, figuri, ittri, marki, linji, jew
disinji, partikolari għal u wżati f’xi karta tali jew
fuqha,
(ċ) jagħmel inċiżjoni jew b’xi mod ieħor jagħmel fuq
pjanċa, injam, ġebla jew materjal ieħor, jew jipproduċi
f’forma elettronika jew diġitali xi kliem, figuri, ittri,
marki, linji, jew disinji, li l-istampar tagħhom jixbaħ
għal kollox jew f’parti l-kliem, figuri, ittri, marki,
linji, jew disinji, partikolari għal u wżati f’xi biljett
tal-flus jew fuqu,
(d) juża jew xjentement ikollu fil-kustodja jew pussess
tiegħu xi pjanċa, injam, ġebla, jew materjal ieħor, jew
xi apparat ieħor ta’ ħżin elettroniku jew diġitali li
fuqhom xi kliem, ittri, figuri, marki, linji, jew disinji,
ikunu ġew inċiżi, prodotti jew maħżunin f’forma
  22      KAP. 204. ħ        BANKĊENTRALITA’MALTA
elettronika jew diġitali, jew b’xi mod ieħor magħmula
kif intqal qabel,
(e) juża jew xjentement ikollu fil-kustodja jew pussess
tiegħu xi karta li fuqha xi kliem, figuri, ittri, marki,
linji, jew disinji tali, ikunu ġew stampati jew b’xi mod
ieħor magħmula kif intqal qabel,
jeħel, meta jinsab ħati, priġunerija għal żmien ta’ mhux anqas minn
tlettax-il xahar u mhux iżjed minn ħames snin.
Mutilazzjoni u 
sfigurazzjoni ta’ 
biljetti tal-flus. 
Emendat: 
XXVI. 1994.29. 
48. Kull min mingħajr awtorità  legali jew skuża leġittima jew
raġonevoli (liema prova tkun fuq l-akkużat) jimmutila, jaqta’,
jqatta’, jew jipperfora b’toqob, xi biljett tal-flus jew b’xi mod
jisfigura xi biljett tal-flus b’kitba, stampar, tpinġija, jew b’timbrar
fuqu jew billi jwaħħal jew iżid miegħu xi ħaġa ta’ natura jew forma
ta’ reklam, jeħel, meta jinsab ħati, multa ta’ mhux iżjed minn
ħamsin lira.
Reati dwar muniti.
Emendat: 
XXVI. 1994.30. 
49. (1) Kull min jiffalsifika jew iħaffef il-piż jew iħażżen il-
kwalità  ta’ xi munita jew idewwibha jew jintroduċi jew imexxi xi
munita falza jew imħażżna meta jkun jaf li l-istess tkun falza jew
imħażżna jeħel, meta jinsab ħati, priġunerija għal żmien ta’ mhux
anqas minn tlettax il-xahar u mhux iżjed minn disa’ snin:
Iżda meta munita falsifikata jew imħażżna tiġi introdotta
jew immexxijja minn persuna li tipprova li fiż-żmien li fih ġiet
f’idejha jew fil-pussess tagħha ma kienitx taf li l-istess kienet
falsifikata jew imħażżna, il-piena għandha tiġi ridotta għal żmien
ta’ priġunerija ta’ mhux anqas minn xahrejn u mhux iżjed minn tlett
snin.
(2) Kull min, mingħajr l-awtorità  tal-Bank, jagħmel jew
xjentement iżomm fil-pussess tiegħu xi konn jew strument ieħor
jew makna esklużivament maħsuba għall-egħmil ta’ muniti, jeħel,
meta jinsab ħati, priġunerija għal żmien ta’ mhux anqas minn disa’
xhur u mhux iżjed minn sentejn.
(3) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu, "munita" tfisser munita,
imsejħa bl-isem ikun li jkun, li tkun valuta legali f’Malta jew li
tkun valuta legali fil-pajjiż barra minn Malta mnejn tkun ġiet
maħruġa.
Obbligi ta’ 
istituzzjonijiet ta’ 
kreditu u 
finanzjarji.
Miżjud:
XVII. 2002.99.
Kap. 376.
49A. Istituzzjonijiet ta’ kreditu, inklużi istituzzjonijiet finanzjarji
liċenzjati taħt l-Att dwar Istituzzjonijiet Finanzjarji sabiex jibdlu
biljetti u muniti ta’ flus ta’ valuta differenti bħala attività  ta’
negozju, għandhom l-obbligu li jirtiraw miċ-ċirkolazzjoni l-biljetti
u l-muniti ta’ flus kollha li dawn l-istituzzjonijiet ikunu rċevew u li
jafu jew għandhom raġuni biżżejjed biex jemmnu li huma foloz, u
għandhom jikkonsenjawhom minnufih lill-Bank.
Riproduzzjoni ta’ 
karti ta’ flus u 
muniti. 
Miżjud:
XXVI. 1994.31.
Emendat:
XVII. 2002.99.
49B. Minkejja kull disposizzjoni fl-artikoli ta’ hawn fuq,
f’ċirkustanzi ġustifikati il-Bank jista’, taħt kondizzjonijiet
speċifiċi, jawtorizza ir-riproduzzjoni ta’ karti ta’ flus jew muniti.
BANKĊENTRALITA’MALTAġ K AP. 204.    23
TAQSIMA VIII 
Emendat: 
XXVI. 1994.32. 
ĠENERALI
Spejjeż 
preliminari. 
50. Imħassar bl-artikolu 33 ta’ l-Att XXVI ta’ l-1994. 
Trasferiment ta’ 
attiv mill-Bord 
Monetarju. 
51. Imħassar bl-artikolu 33 ta’ l-Att XXVI ta’ l-1994.
Attiv żejjed 
trasferit. 
52. Imħassar bl-artikolu 33 ta’ l-Att XXVI ta’ l-1994.
Penalitajiet 
amministrattivi.
Miżjud:
XVII. 2002.100.
52A. (1) Il-Ministru jista’ b’regolamenti jipprovdi għal
penalitajiet amministrattivi li jistgħu jiġu mposti u miġbura mill-
Bank mingħajr rikors għal smigħ minn qorti:
Iżda penalità  amministrattiva ma għandhix tkun ikbar minn
ħamest elef lira.
(2) Bla ħsara għall-ġeneralità  tad-disposizzjonijiet tas-
subartikolu (1), il-Ministru jista’ b’dawk ir-regolamenti
jippreskrivi penalitajiet amministrattivi għall-infrazzjonijiet li
ġejjin:
(a) meta aġent li jirraporta jikser jew jonqos li jħares
ħtieġa biex jirrapporta taħt id-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 24A jew ta’ l-artikolu 24B jew jonqos li jħares
ħtieġa li tkun tinsab f’xi direttiva maħruġa taħt l-
artikolu 24B(1); u
(b) meta parteċipant f’sistema ta’ pagament jikser jew
jonqos li jħares ħtieġa li tkun tinsab f’xi direttiva
maħruġa taħt l-artikolu 36.
(3) Il-Ministru jista’ iktar minn hekk b’regolamenti jipprovdi
dwar pieni amministrattivi li jistgħu jiġu imposti u miġbura mill-
Bank mingħajr ebda ħtieġa ta’ proċeduri fil-qorti:
(a) fuq istituzzjoni ta’ kreditu jew finanzjarja, skond il-
każ, meta l-istituzzjoni -
(i) tikser jew tonqos milli tħares xi ħtieġa ta’
depożitu ta’ riserva kif jista’ jkun hemm f’xi
direttiva maħruġa taħt id-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 37; u
(ii) tikser jew tonqos milli tħares id-disposizzjonijiet
ta’ l-artikolu 49A;
(b) fuq kull enti morali meta l-offiżi msemmija fl-artikoli
45 sa 49 isiru għal benefiċċju tiegħu minn xi persuna li
taġixxi jew waħedha jew bħala parti minn organu ta’ l-
enti morali u li għandha kariga għolja fl-enti morali,
fuq il-bażi ta’ -
(i) setgħa ta’ rappreżentanza ta’ l-enti morali, jew
(ii) awtorità  li tieħu deċiżjonijiet għan-nom ta’ l-enti
morali, jew
(iii) awtorità  li teżerċita kontroll fl-enti morali,
kif ukoll li jassisti jew ikun kompliċi fit-twettiq ta’
  24      KAP. 204. ħ        BANKĊENTRALITA’MALTA
dawn l-offiżi jew li jipprova jwettaq dawn l-offiżi; u
(ċ) fuq kull enti morali meta n-nuqqas ta’ superviżjoni jew
kontroll mill-persuna msemmija fil-paragrafu (b)
wassal għat-twettiq ta’ l-offiża msemmija f’dak il-
paragrafu għal benefiċċju ta’ dak l-enti morali minn
persuna taħt l-awtorità  tiegħu.
Ħbir ta’ penalitajiet 
amministrattivi.
Miżjud:
XVII. 2002.100.
52B. (1) Meta bis-saħħa ta’ regolamenti magħmula taħt l-
artikolu 52A, il-Bank jimponi penali amministrattiva, dan għandu
jinnotifika lill-persuna li fuqha tkun imposta l-penali bil-mezz ta’
avviż bil-miktub.
(2) Meta penali amministrattiva tkun imposta fuq aġent li
jirrapporta dwar xi ksur tad-disposizzjonijiet imsemmija fl-artikolu
52A(2)(a), dik il-penali tkun bla ħsara għall-obbligu ta’ l-intrapriża
li tħallas l-ispejjeż tal-verifika, u, jew tal-proċedura għall-ġbir
obbligatorju, skond il-kaz.
(3) Meta avviż li jimponi penali amministrattiva jkun notifikat
lil xi persuna u:
(a) dik il-persuna ma tappellax lit-Tribunal għas-Servizzi
Finanzjarji (hawnhekk iżjed ’il quddiem f’dan l-
artikolu msejjaħ "it-Tribunal") skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 36A u tonqos li tħallas
lill-Bank il-penali amministrattiva fi żmien tletin jum
mid-data tan-notifika ta’ dak l-avviż; jew
(b) dik il-persuna tappella lit-Tribunal u tonqos li tħallas
lill-Bank il-penali amministrattiva kif konfermata jew
imnaqqsa mit-Tribunal fi żmien ħmistax-il jum mid-
deċiżjoni tat-Tribunal;
f’kull każ bħal dan, il-Bank ikollu d-dritt li jiġbor is-somma dovuta
bħala dejn ċivili u d-disposizzjonijiet tas-subartikolu (4) għandhom
japplikaw.
Kap. 12.
(4) Avviż kif imsemmi fis-subartikolu (3) jew skond il-każ,
deċiżjoni tat-Tribunal għandhom, man-notifika ta’ kopja tagħhom
b’att ġudizzjarju lill-persuna indikata fl-avviż jew fid-deċiżjoni tat-
Tribunal, jikkostitwixxu titolu eżekuttiv għall-fini tat-Titlu VII tat-
Taqsima I tat-Tieni Ktieb tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u
Proċedura Ċivili.
Bye-laws. 
Sostitwit:
XVII. 2002.100.
53. Il-Bord jista’ jagħmel bye-laws li ma jkunux inkonsistenti
ma’ dan l-Att, għall-bonordni u l-amministrazzjoni tal-Bank.
Eżenzjoni mit-
taxxa tad-dħul u 
dazju tal-boll fuq 
dokumenti u 
trasferimenti. 
Sostitwit: 
XXVI. 1994.34. 
54. Il-Bank għandu jkun eżentat mill-ħlas tat-taxxa tad-dħul u
dazju tal-boll fuq dokumenti u trasferimenti skond kull liġi li hi fis-
seħħ.
BANKĊENTRALITA’MALTAġ K AP. 204.    25
Sabiex jinżammu 
kondizzjonijiet 
ordinati fis-suq ta’ 
kapitali. 
Emendat:
LVIII. 1974.68; 
A.L. 148 ta’ l-
1975.
55. Imħassar bl-artikolu 35 ta’ l-Att XXVI ta’ l-1994. *
*Att XXVI ta’ l-1994: Disposizzjoni Transitorja.
36. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Att (l-Att XXVI ta l-1994) li jemendaw
l-Att prinċipali (il-Kapitolu 204) f’materji li għandhom x’jaqsmu mal-kariga
ta’ Deputat Gvernatur għandhom japplikaw biss għall-persuni nominati f’dik il-
kariga wara d-data tal-bidu fis-seħħ tad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Att u, għar-
rigward ta’ persuna nominata qabel dik id-data, id-dispożizzjonijiet ta’ l-Att
prinċipali dwar il-materji msemmija qabel għandhom jibqgħu japplikaw kif
kienu fis-seħħ qabel dawk l-emendi.
