ŻIBELUSKART ġKAP. 206.  1
KAPITOLU 206
ATT DWAR ŻIBEL U SKART 
Biex jipprovdi għat-tneħħija ta’ żibel u skart.
(27 ta’ Frar, 1968)*
Sar liġi bl-ATT VIII ta’ l-1968, kif emendat bl-Atti: LIII ta’ l-1975, III
ta’ l-1978, u XIX ta’ l-1984.
Titolu fil-qosor. 
Tifsir.
xort’oħra -
"Malta" għandha l-istess tifsir kif mogħti lilha bl-artikolu 124
tal-Kostituzzjoni ta’ Malta;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għas-saħħa pubblika; 
"post fil-beraħ" tinkludi kull post mgħotti u li jkun miftuħ għall-
arja almenu fuq naħa waħda u li jkun għall-użu pubbliku..
Tħollija ta’ żibel u 
skart.
3. Ħadd ma’ jista’ jarmi, jitfa’ jew xort’oħra jiddepożita
f’post, ġewwa post, jew minn xi post, fil-beraħ li l-pubbliku għandu
d-dritt jew jista’ jidħol fih mingħajr ħlas, u jħalli, xi ħaġa tkun li
tkun f’ċirkostanzi tali li tikkaġuna, tikkontribwixxi, jew li tista’
twassal għal, it-tkerrih biż-żibel u skart ta’ xi post fil-beraħ, kemm-
il darba dak id-depożitu u t-tħollija ma jkunux awtorizzati b’liġi.
Depożitu ta’ żibel 
għall-ġbir. 
4. Ħadd ma jista’ jiddepożita u jħalli f’xi post fil-beraħ xi
landa taż-żibel, kaxxa wżata, flixkun, landa, kaxxa tal-kartun jew
reċipjent ieħor, jew xi karta, tiben jew materjal ieħor użat għall-
ippakkjar, sabiex jiġu miġbura jekk dak id-depożitu ma jsirx f’ħin
raġonevolment viċin għal, u qabel, il-ħin li fih ordinarjament isir il-
ġbir taż-żibel f’dak il-post.
Għażla ta’ żibel. 
post jew waqt li jkun qed jiġi trasportat wara l-ġbir.
Tneħħija illegali 
ta’ reċipjent, eċċ. 
6. Ħadd ma jista’ jneħħi illegalment jew xort’oħra jmiss xi
reċipjent għaż-żibel u skart provdut mill-Gvern f’xi triq jew f’xi
post ieħor pubbliku jew imiss xi landa taż-żibel depożitata għall-
ġbir f’xi post.
Twaqqif ta’ 
Kumitat 
Konsultattiv għall-
Indafa Pubblika.
Emendat:
III. 1978.2.
7. (1) Għandu jkun hemm Kumitat Konsultattiv għall-Indafa
Pubblika (hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejjaħ "il-Kumitat"), li
jkun kompost mis-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika, jew mir-
rappreżentant tiegħu, bħala chairman, u mir-rappreżentant tal-
Ministru tat-turiżmu, mill-Kummissarju tal-Pulizija jew mir-
rappreżentant tiegħu u mid-Direttur tax-Xogħlijiet Pubbliċi jew
mir-rappreżentant tiegħu, bħala membri. Il-Ministru jista’
jinnomina wkoll biex joqogħdu fil-Kumitat, taħt dawk il-pattijiet u
kondizzjonijiet li jistabbilixxi, dawk il-persuni l-oħra li jidhrulu li
jkunu xierqa. 
*Ara Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 161 tas-27 ta’ Frar, 1968.
 2      KAP. 206.ħ    ŻIBELUSKART
(2) Il-Kumitat ikollu d-dmir li jagħti parir lill-Ministru fuq kull
ħaġa li tirrigwarda t-tnaddif pubbliku u fuq kull ħaġa oħra li tidħol
fl-iskop ta’ dan l-Att.
Laned standard 
taż-żibel. 
8. (1) Il-Ministru jista’ b’ordni jipprojbixxi d-depożitu ta’
żibel f’xi post għall-ġbir jekk ma jkunx f’landa taż-żibel waħda jew
iżjed mgħottija u ta’ dak il-materjal, daqs u kostruzzjoni kif ikun
approvat mis-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika.
(2) Kull ordni tali jista’ jirriferixxi għal Malta kollha jew għal
lokalità waħda jew iżjed ta’ Malta, u jista’ jkun limitat għal ċerti
kategoriji ta’ lokali biss.
(3) Kull ordni magħmul skond dan l-artikolu jista’ jiġi segwit
b’ordni ieħor li jemenda, iħassar jew jissostitwixxi xi ordni
preċedenti.
(4) Kull ordni tali għandu jibda jseħħ wara li jgħaddi xahar
mill-pubblikazzjoni tiegħu jew f’dik id-data wara li l-Ministru
jista’ jistabbilixxi.
Pieni.
Emendat: 
LIII. 1975.2; 
XIX. 1984.2.
9. (1) Jekk xi ħadd jikser xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’
dan l-Att, barra mill-artikolu 4, jew jikser xi ordni magħmul skond
l-artikolu 8 ta’ dan l-Att, ikun ħati ta’ reat u jeħel, meta jinsab ħati,
multa ta’ mhux anqas minn għaxar liri.
(lA) Jekk f’reat li għalih japplika s-subartikolu (1) ta’ dan l-
artikolu min jagħmel ir-reat jarmi skart, swill jew żibel ta’ dak id-
daqs jew f’dik il-kwantità jew ta’ dak il-kumulu li, meta tqisu
waħdu jkun biżżejjed biex iwassal għat-tħassir ta’ xi post fil-beraħ,
dan jeħel, meta jinsab ħati, multa ta’ mhux inqas minn ħames mitt
lira iżda mhux iżjed minn elf lira.
(2) Jekk xi ħadd jikser id-disposizzjoni ta’ l-artikolu 4 ta’ dan
l-Att, ikun ħati ta’ reat u jeħel, meta jinsab ħati, multa ta’ mhux
anqas minn ħames liri.
(3) Jekk xi vettura tkun ġiet użata fl-egħmil ta’ reat kontra d-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 3 ta’ dan l-Att, il-Qorti għandha, fuq
talba tal-prosekuzzjoni u b’żieda għall-piena preskritta fis-
subartikolu (1) u (lA) ta’ dan l-artikolu, tordna l-konfiska ta’ dik il-
vettura għal żmien ta’ mhux anqas minn xahrejn iżda ta’ mhux
iżjed minn sena u s-sospensjoni għal żmien daqs dak ta’ kull
liċenza tas-sewqan li tkun f’isem min jagħmel ir-reat, matul liema
żmien ir-riskju tal-vettura jibqa’ għas-sid:
Iżda meta xi persuna li ma tkunx ħadet sehem fir-reat,
ikollha jedd għal dik il-vettura l-konfiska tkun ordnata biss jekk il-
qorti tkun sodisfatta li ebda jedd bħal dak ma jkun qed jiġi
preġudikat f’dak l-ordni.
(3A) Jekk min jagħmel ir-reat ma jkunx is-sid tal-vettura
msemmija fis-subartikolu (3) ta’ dan l-artikolu iżda jkun aġixxa
taħt l-istruzzjonijiet ta’ dak is-sid jew meta s-sid għad li kien jista’
jimpedih, ħalla li r-reat isir, is-sid jeħel meta jinsab ħati, il-piena
stabbilita fis-subartikoli (1), (lA) u (3) ta’ dan l-artikolu.
(3B) Jekk ikun jidher miċ-ċirkostanzi li fihom jinstab xi materjal
mormi kontra l-liġi, min kien is-sid jew il-persuna l-oħra
ŻIBELUSKART ġKAP. 206.  3
responsabbli għal dak il-materjal minnufih qabel ir-rimi tiegħu, dak
is-sid jew dik il-persuna għandha titqies li tkun iddepożitat dak il-
materjal u tista’ teħel il-piena stabbilita fis-subartikoli (1), (lA) u
(3) ta’ dan l-artikolu, kemm-il darba ma tippruvax li dak ir-reat ma
kenitx taf bih, jew għalkemm kienet taf bih ma setgħatx timpedih
milli jsir.
(4) Meta xi ħadd ikun ġie misjub ħati ta’ reat kontra d-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 6 ta’ dan l-Att, il-qorti tista’, bl-
istess sentenza, u wara prova tal-ħsara batuta, tordna lill-ħati li
jħallas lis-sid tar-reċipjent jew landa taż-żibel in kwistjoni, bħala
danni, somma ta’ mhux iżjed minn għaxar liri, u kull ordni tali
għandu jkun ta’ l-istess forza u effett u għandu jiġi esegwit bl-istess
mod bħallikieku ingħata f’kawża ċivili magħmula kif imiss bejn is-
sid u l-ħati.
Proċedura speċjali 
f’ċerti każijiet.
Miżjud:
III. 1978.3. 
10. (1) Minkejja kull liġi oħra li tipprovdi għall-proċediment
u l-piena għal reati, meta xi persuna tagħmel reat kontra xi waħda
mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew ta’ xi ordni magħmul bis-
saħħa tiegħu, għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet li ġejjin ta’
dan l-artikolu.
(2) Kull uffiċjal tal-Pulizija u kull Spettur tas-Saħħa li fil-
fehma tiegħu jkun sar xi reat bħal dak jista’ jagħti lil min jagħmel
ir-reat avviż li jkun fih deskrizzjoni ġenerali tar-reat.
(3) Meta jkun ingħata xi avviż kif provdut fis-subartikolu (2)
ta’ dan l-artikolu, il-persuna msemmija f’dak l-avviż tista’ tħallas
fid-Dipartiment tas-Saħħa fil-Belt Valletta jew fir-Rabat,
Għawdex, fi żmien sebat ijiem, multa ta’ ħames liri dwar kull reat
imsemmi f’kull avviż bħal dak.
Kap. 9. 
(4) Meta xi multa mwaħħla taħt is-subartikolu (3) ta’ dan l-
artikolu ma titħallasx fiż-żmien fuq imsemmi, jistgħu jittieħdu l-
proċedimenti ordinarji dwar ir-reat skond id-disposizzjonijiet ta’
dan l-Att u tal-Kodiċi Kriminali.
(5) Il-ħlas ta’ kull multa bħal dik għandu, għall-finijiet u effetti
kollha tal-liġi, jitqies bħala ammissjoni ta’ l-egħmil tar-reat.
Setgħa għall-
egħmil ta’ 
regolamenti. 
Miżjud: 
XIX. 1984.3.
10A. Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti għat-twettieq aħjar
tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, u bla ħsara għall-ġeneralità ta’
din id-disposizzjoni, jista’:
(a) jippreskrivi l-postijiet fejn jista’ jsir rimi ta’ żibel u
skart;
(b) jippreskrivi l-kondizzjonijiet u l-mod li suġġett
għalihom xi waħda mill-imsemmija attivitajiet jistgħu
jsiru skond il-liġi;
(ċ) jippreskrivi l-mod li bih swill prodott lokalment jista’
jinġabar u jiġi disponut;
(d) jipprovdi għal kull ħaġa inċidentali jew supplementari
għal kull waħda mid-disposizzjonijiet ta’ qabel;
(e) jippreskrivi l-pieni għal kull ksur ta’ xi regolamenti
magħmula taħt id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu,
liema pieni għandhom, kemm-il darba m’hemmx
 4      KAP. 206.ħ    ŻIBELUSKART
provduta għalih piena ogħla fl-Att, ma jkunx iktar
minn multa ta’ mitt lira għal kull reat.
Setgħa tal-qorti li 
tordna t-tneħħija 
ta’ żibel eċċ.
Miżjud: 
XIX. 1984.4.
10B. Meta r-reat ikollu x’jaqsam ma’ rimi, il-qorti għandha
wkoll b’żieda ma’ kull piena li tista’ tiġi mposta skond dan l-Att
tordna lil min jagħmel ir-reat li jneħħi mill-post fejn ikun sar ir-reat
il-materjal kollu li dwaru jkun instab ħati fi żmien biżżejjed għal
hekk, li jiġi stabbilit mill-qorti, u li fin-nuqqas tat-tħaris ta’ dak l-
ordni dak il-materjal jitneħħa mill-Pulizija għas-spejjeż ta’ min
jagħmel ir-reat, f’liema każ jista’ jiġi mġiegħel iħallas lura l-
ispejjeż bħala dejn ċivili.
