SELFMINGĦANDIL-GVERNTALJAN  ġKAP. 208.    1
KAPITOLU 208
ATT DWAR SELF MINGĦAND 
IL-GVERN TALJAN
Biex jipprovdi għal self jew għall-aċċettazzjoni ta’ faċilitajiet ta’ kreditu
mingħand il-Gvern tar-Repubblika ta’ l-Italja jew awtorizzati minnu għal
skopijiet ta’ żvilupp jew skopijiet konnessi miegħu, u għall-ħwejjeġ
inċidentali għalihom.
(1 ta’ Lulju, 1968)*
Sar liġi bl-ATT XVIII ta’ l-1968.
Titolu fil-qosor. 
Taljan.
Setgħa ta’ self 
mingħand il-Gvern 
Taljan. 
2. (1) Bla ħsara tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, il-Gvern
ta’ Malta jista’ jissellef dik is-somma jew dawk is-somom li jkunu
meħtieġa, li ma jkunux iżjed fit-total minn żewġ miljun lira jew dik
is-somma ogħla li l-Kamra tad-Deputati, b’riżoluzzjoni, tapprova,
permezz ta’ self jew selfijiet jew permess ta’ faċilitajiet ta’ kreditu
magħmula, mogħtija jew awtorizzati mill-Gvern tar-Repubblika ta’
l-Italja.
(2) Kull self jew faċilità ta’ kreditu skond id-disposizzjonijiet
tas-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu għandu jkun b’dak il-mod,
b’dawk il-pattijiet u suġġetti għal dawk il-kondizzjonijiet li jiġu
miftehma bejn il-Gvern ta’ Malta u l-Gvern tar-Repubblika ta’ l-
Italja jew li jiġu miftehma skond arranġamenti li għalihom isir
provvediment bi ftehim bejn il-Gvernijiet fuq imsemmija.
Il-ħlas lura jiġi 
addebitat lill-Fond 
Konsolidat.
3. Il-ħlas lura tal-kapital ta’ kull somma li tissellef skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, u l-ħlas ta’ kull imgħax li jitħallas
fuqu u l-ispejjeż li jitħallsu in konnessjoni miegħu, jiġu addebitati
lill-Fond Konsolidat.
Applikazzjoni tal-
flejjes li jisselfu.
4. Kull flejjes li jisselfu skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-
Att għandhom jiġu applikati għal dawk l-iskopijiet ta’ żvilupp jew
għal skopijiet konnessi miegħu kif il-Gvern ta’ Malta, bla ħsara ta’
xi ftehim dwar hekk bejn il-Gvern ta’ Malta u l-Gvern tar-
Repubblika ta’ l-Italja, iqis xieraq.
*Ara Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 470 ta’ l-1 ta’ Lulju, 1968.
