DĦUL TA’ MALTA BĦALA MEMBRU TAL-FOND 
MONETARJUINTERNAZZJONALI ġKAP. 209.   1
KAPITOLU 209
ATT DWAR ID-DĦUL TA’ MALTA BĦALA 
MEMBRU TAL-FOND MONETARJU 
INTERNAZZJONALI
Biex Malta tkun tista’ ssir membru tal-Fond Monetarju Internazzjonali.
(31 ta’ Lulju, 1968)*
Sar liġi bl-ATT XXI ta’ l-1968, kif emendat bl-Att XXXI ta’ l-1969.
Titolu fil-qosor. 
membru tal-Fond Monetarju Internazzjonali.
Tifsir.
Emendat: 
XXXI. 1969.2. 
Kap. 204. 
2. F’dan l-Att, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx
xort’oħra - 
"Bank Ċentrali ta’ Malta" tfisser il-Bank imwaqqaf bl-artikolu 3
ta’ l-Att dwar il-Bank Ċentrali ta’ Malta;
"drittijiet speċjali ta’ ġbid" tfisser kull drittijiet speċjali ta’ ġbid
li joħorġu minn, jew in konnessjoni ma’, l-parteċipazzjoni fil-Kont
Speċjali ta’ Ġbid;
"Fond" tfisser il-Fond Monetarju Internazzjonali imwaqqaf bil-
Ftehim tal-Fond;
"Ftehim tal-Fond" tfisser l-Istatut ta’ Ftehim tal-Fond Monetarju
Internazzjonali (li huwa l-Istatut tal-Ftehim adottat fil-Konferenza
Monetarja u Finanzjarja tan-Nazzjonijiet Uniti fit-22 ta’ Lulju,
1944) kif muri fl-Iskeda li tinsab ma’ dan l-Att iżda, għall-fini ta’ l-
artikoli 6 u 8, kif emendat minn żmien għal żmien;
"Kont Speċjali ta’ Ġbid" tfisser il-Kont Speċjali ta’ Ġbid
stabbilit mill-Ftehim tal-Fond kif modifikat bl-emendi approvati
mill-Bord tal-Gvernaturi tal-Fond fil-31 ta’ Mejju, 1968;
"Malta" għandha l-istess tifsir kif mogħti lilha bl-artikolu 124
tal-Kostituzzjoni;
"Ministru" tfisser il-Ministru li f’dak iż-żmien ikun inkarigat
mill-finanzi;
"Riżoluzzjoni dwar Membri" tfisser ir-riżoluzzjoni adottata mill-
Bord tal-Gvernaturi tal-Fond, li tispeċifika l-pattijiet u
kondizzjonijiet li bihom Malta tidħol bħala membru tal-Fond.
Awtorizzazzjoni 
biex jiġi iffirmat u 
aċċettat il-Ftehim 
tal-Fond.
3. Il-Ministru huwa b’dan l-Att awtorizzat f’isem il-Gvern ta’
Malta biex jiffirma l-Ftehim tal-Fond u biex jiddepożita għand il-
Gvern ta’ l-Istati Uniti l-att ta’ aċċettazzjoni ta’ l-imsemmi Ftehim
tal-Fond u tal-pattijiet u kondizzjonijiet preskritti bis-saħħa tiegħu
relattivament għad-dħul ta’ Malta bħala membru, jew biex b’att bil-
firma tiegħu jagħti setgħa lil dik il-persuna li tiġi msemmija f’dak
l-att li tiffirma l-imsemmi Ftehim tal-Fond u biex tiddepożita l-
*Ara n-Notifikażzjoni tal-Gvern Nru. 549 tal-31 ta’ Lulju, 1968.
    DĦUL TA’ MALTA BĦALA MEMBRU TAL-FOND
2      KAP. 209.ħ    MONETARJUINTERNAZZJONALI
imsemmi att ta’ aċċettazzjoni kif intqal qabel.
Awtorizzazzjoni 
għal 
parteċipazzjoni fil-
Kont Speċjali ta’ 
Ġbid. 
Miżjud:
XXXI. 1969.3. 
4. Il-Ministru huwa b’dan l-Att awtorizzat f’isem il-Gvern ta’
Malta li jieħu dawk il-passi kollha li jkunu meħtieġa sabiex Malta
tkun tista’ ssir parti fil-Kont Speċjali ta’ Ġbid u għal dak l-iskop li
jiddepożita għand il-Fond dak l-att kif ikun meħtieġ għall-fini ta’ l-
imsemmija parteċipazzjoni.
Effett tal-firmar. 
Emendat: 
XXXI. 1969.4. 
5. Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli li ġejjin għandu jkollhom
effett minnufih illi l-Ftehim tal-Fond jiġi iffirmat kif intqal qabel
ħlief dwar id-disposizzjonijiet tal-paragrafu (b) tas-subartikolu (1)
ta’ l-artikolu 6, tas-subartikolu (4) ta’ l-istess artikolu, u tas-
subartikolu (2) ta’ l- artikolu 7 ta’ dan l-Att, li jibdew iseħħu mad-
data tad-depożitu minn Malta għand il-Fond ta’ l-att imsemmi fl-
artikolu 4 ta’ dan l-Att.*
Disposizzjonijiet 
finanzjarji dwar id-
dħul bħala membru 
tal-Fond.
Emendat: 
XXXI. 1969.5.
6. (1) Il-Bank Ċentrali ta’ Malta jkollu l-funzjoni -
(a) li jħallas l-ammonti li minn żmien għal żmien
għandhom jitħallsu lill-Fond akkont ta’ Malta skond
id-disposizzjonijiet tar-Riżoluzzjoni dwar Membri u
dwar il-Ftehim tal-Fond;
(b) li f’isem Malta jissodisfa l-obbligazzjonijiet kollha
tagħha, li jeżerċita d-drittijiet kollha tagħha u li jaqdi
l- funzjonijiet kollha tagħha li joħorġu mill-
parteċipazzjoni ta’ Malta fil-Kont Speċjali ta’ Ġbid.
(2) Il-Bank Ċentrali ta’ Malta jista’, jekk jidhirlu xieraq, joħloq
u joħroġ lill-Fond dawk il-biljetti tal-flus mingħajr imgħax u mhux
negozjabbli jew dawk l-obbligazzjonijiet l-oħra kif provdut
għalihom fl-Artikolu 5 tas-Sezzjoni III tal-Ftehim tal-Fond (liema
Artikolu jirriferixxi għall-aċċettazzjoni mill-Fond ta’ biljetti tal-
flus jew obbligazzjonijiet simili minflok flejjes).
(3) Il-Bank Ċentrali ta’ Malta huwa hawnhekk awtorizzat li
jirċievi mill-Fond kull somma li tirriferixxi għas-sottoskrizzjoni ta’
Malta u kull somma li tiġi riċevuta għall-operazzjonijiet jew
transazzjonijiet bejn Malta u l-Fond skond is-Sezzjoni V tal-Ftehim
tal- Fond.
(4) Kull imgħax dovut lil Malta jew kull charge jew assessment
dovut minn Malta, skond il-każ, minħabba l-parteċipazzjoni u l-
qagħda ta’ Malta fil-Kont Speċjali ta’ Ġbid, għandhom jitħallsu lil
jew mill-Bank Ċentrali ta’ Malta f’isem Malta.
Ċerti 
disposizzjonijiet 
tal-Ftehim tal-Fond 
mogħtija forza ta’ 
liġi f’Malta. 
Emendat: 
XXXI. 1969.6.
7. (1) Id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 2 sad-9 inklużi tas-
Sezzjoni IX tal-Ftehim tal-Fond u l-ewwel sentenza ta’ l-Artikolu 2
(b) tas-Sezzjoni VIII tal-Ftehim tal-Fond għandu jkollhom forza ta’
liġi f’Malta, hekk illi ebda ħaġa fl-Artikolu 9 tas-Sezzjoni IX tal-
Ftehim tal-Fond ma għandha tiftiehem - 
(a) li tagħti setgħa lill-Fond li jimporta merkanzija ħielsa
mid-dazju tad-dwana mingħajr restrizzjoni fuq il-bejgħ
sussegwenti tagħha f’Malta;
*Il-Ftehim tal-Fond ġie ffirmat fil-11 ta’ Settembru, 1968 u l-att imsemmi fl-
artikolu 4 ta’ dan l-Att ġie depożitat fit-28 ta’ Novembru, 1969.
DĦUL TA’ MALTA BĦALA MEMBRU TAL-FOND 
MONETARJUINTERNAZZJONALI ġKAP. 209.   3
(b) li tagħti lill-Fond xi eżenzjoni minn taxxi jew dazji li
jifformaw parti mill-prezz tal-merkanzija miksuba
mill-Fond f’Malta; jew
(ċ) li jagħti lill-Fond xi eżenzjoni minn taxxi jew dazji li
jkunu fil-fatt drittijiet għal servizzi mogħtija.
(2) B’dak kollu li hemm fid-disposizzjonijiet ta’ kull liġi oħra,
ebda xorta ta’ taxxa ma għandha tiġi mposta fuq drittijiet speċjali
ta’ ġbid jew fuq operazzjonijiet jew transazzjonijiet dwar drittijiet
speċjali ta’ ġbid.
Setgħa tal-Ministru 
li jagħmel 
ordnijiet.
8. Il-Ministru jista’ b’ordni jagħmel dawk id-disposizzjonijiet
li jkunu meħtieġa biex jagħti effett lil kull waħda mid-
disposizzjonijiet tal-Ftehim tal-Fond.
    DĦUL TA’ MALTA BĦALA MEMBRU TAL-FOND
4      KAP. 209.ħ    MONETARJUINTERNAZZJONALI
SKEDA 
(Artikolu 2)
STATUT TA’ FTEHIM 
TAL-FOND MONETARJU INTERNAZZJONALI 
Il-Gvernijiet li f’isimhom dan il-Ftehim ġie iffirmat ftehmu dan li ġej:
Sezzjoni ta’ Introduzzjoni
Il-Fond Monetarju Internazzjonali ġie mwaqqaf u għandu jaħdem skond id-
disposizzjonijiet li ġejjin:
Sezzjoni I.  Skopijiet 
L-iskopijiet tal-Fond Monetarju Internazzjonali huma:
(i) Biex jippromovi koperazzjoni monetarja internazzjonali permezz ta’
istituzzjoni permanenti li tipprovdi l-makkinarju għal konsultazzjoni u
kollaborazzjoni fuq problemi monetarji internazzjonali.
(ii) Biex jiffaċilita l-espansjoni u t-tkabbir bilanċjat ta’ kummerċ
internazzjonali, u biex b’hekk jikkontribwixxi għall-promozzjoni u tiżmim
ta’ livelli għolja ta’ impieg u introjti veri u għall-iżvilupp tar-riżorsi
produttivi tal-membri kollha bħala objettivi primarji ta’ politika ekonomika.
(iii) Biex jippromovi stabbilità ta’ kambju, biex iżomm arranġamenti regolari ta’
kambju fost membri, u biex jevita deprezzament kompetittiv ta’ kambju.
(iv) Biex igħin fit-twaqqif ta’ sistema multilaterali ta’ ħlasijiet dwar
transazzjonijiet korrenti bejn membri u fit-tneħħija ta’ restrizzjonijiet ta’
kambju stranġier li jfixkel it-tkabbir ta’ kummerċ mondjali.
(v) Biex jagħti fiduċja lill-membri billi jagħmel ir-riżorsi tal-Fond disponibbli
għalihom taħt tħaris xieraq, u b’hekk jipprovdihom bl-opportunità li
jikkoreġu diskrepanzi fil-bilanċ tal-ħlasijiet tagħhom mingħajr ma jirrikorri
għal miżuri distruttivi ta’ prosperità nazzjonali jew internazzjonali.
(vi) Skond ma intqal hawn fuq biex iqassar id-durata u jnaqqas il-grad ta’ żbilanċ
fil-bilanċi internazzjonali ta’ ħlasijiet tal-membri.
Il-Fond jiġi regolat fid-deċiżjonijiet tiegħu kollha bl-iskopijiet murija f’din is-
Sezzjoni.
Sezzjoni II.  Dħul bħala membru
ARTIKOLU 1. Membri oriġinali. - Il-membri oriġinali tal-Fond ikunu dawk
il-pajjiżi rappreżentati fil-Konferenza Monetarja u Finanzjarja tan-Nazzjonijiet Uniti
li l-gvernijiet tagħhom aċċettaw li jkunu membri qabel id-data speċifikata fis-
Sezzjoni XX, Artikolu 2 (e).
ARTIKOLU 2.    Membri obra.  - Il-gvernijiet ta’ pajjiżi oħra jistgħu jidħlu
membri f’dawk iż-żminijiet u skond dawk il-pattijiet li jiġu preskritti mill-Fond.
Sezzjoni III.  Kwoti u Sottoskrizzjonijiet
ARTIKOLU 1.   Kwoti.  - Lil kull membru għandha tiġi assenjata kwota. Il-
kwoti tal-membri rappreżentati fil-Konferenza Monetarja u Finanzjarja tan-
DĦUL TA’ MALTA BĦALA MEMBRU TAL-FOND 
MONETARJUINTERNAZZJONALI ġKAP. 209.   5
Nazzjonijiet Uniti li jaċċettaw li jkunu membri qabel id-data speċifikata fis-Sezzjoni
XX, Artikolu 2 (e), ikunu dawk murija fl-Iskeda A. Il-kwoti ta’ membri oħra jiġu
stabbiliti mill-Fond.
ARTIKOLU 2.   Aġġustament ta’ kwoti. - Il-Fond jirrivedi f’intervalli ta’
ħames snin il-kwoti tal-membri u jekk jidhirlu xieraq jipproponi aġġustament ta’
dawk il-kwoti. Jista’ wkoll, jekk jidhirlu xieraq, iqis f’kull żmien ieħor l-
aġġustament ta’ kull kwota partikolari fuq talba tal-membru interessat. Tkun
meħtieġa maġġoranza ta’ erbgħa minn ħamsa tas-saħħa totali ta’ voti għal kull tibdil
fil-kwoti u ebda kwota ma għandha titbiddel mingħajr il-kunsens tal-membru
interessat.
ARTIKOLU 3.   Sottoskrizzjonijiet: Żmien, post, u mod ta’ ħlas. - (a)Is-
sottoskrizzjoni ta’ kull membru tkun daqs il-kwota tiegħu u għandha titħallas sħiħa
lill-Fond fid-depożitu xieraq fid-data meta l-membru jsir eliġibbli skond is-Sezzjoni
XX, Artikolu 4 (ċ) jew (d), biex jixtri flejjes mill-Fond jew qabel.
(b) Kull membru għandu jħallas f’deheb, bħala minimum, l-anqas minn 
(i) ħamsa u għoxrin fil-mija tal-kwota tiegħu; jew
(ii) għaxra fil-mija tal-holdings tiegħu netti uffiċjali ta’ deheb u ta’ dollari ta’ l-
Istati Uniti kif ikunu fid-data meta l-Fond javża lill-membri skond is-
Sezzjoni XX, Artikolu 4 (a) li ma jdumx ma jkun f’posizzjoni li jibda
transazzjonijiet fil-kambju.
Kull membru għandu jagħti lill-Fond il-partikolaritajiet meħtieġa biex
jistabbilixxi l-holdings netti uffiċjali tiegħu ta’ deheb u ta’ dollari ta’ l-Istati Uniti.
(ċ) Kull membru għandu jħallas il-bilanċ tal-kwota tiegħu bil-flejjes tiegħu
stess. 
(d) Jekk il-holdings  netti uffiċjali ta’ deheb u dollari ta’ l-Istati Uniti ta’ xi
membru kif ikunu fid-data msemmija fil-(b) (ii) ta’ hawn fuq ma jkunux jistgħu jiġu
aċċertati minħabba li t-territorji tiegħu jkunu ġew okkupati mill-għadu, il-Fond
għandu jiffissa data oħra xierqa biex jistabbilixxi dawk il-holdings. Jekk dik id-data
tkun aktar tard minn dik li fiha l-pajjiż isir eliġibbli skond is-Sezzjoni XX, Artikolu
4 (ċ) jew (d), biex jixtri flejjes mill-Fond, il-Fond u l-membru għandhom jiftehmu
fuq ħlas provviżorju ta’ deheb li għandu jsir skond il-(b) ta’ hawn fuq, u l-bilanċ tas-
sottoskrizzjoni tal-membru għandu jitħallas bil-flejjes tal-membru, salv aġġustament
xieraq bejn il-membru u l-Fond meta l-holdings netti uffiċjali jkunu ġew aċċertati.
ARTIKOLU 4.  Ħlasijiet meta jitbiddlu l-kwoti. - (a) Kull membru li jaċċetta
żieda fil-kwota tiegħu għandu, fi żmien tletin ġurnata wara d-data ta’ l-aċċettazjoni
tiegħu, iħallas lill-Fond ħamsa u għoxrin fil-mija taż-żieda f’deheb u l-bilanċ fi
flejjes tiegħu stess. Iżda, jekk fid-data meta l-membru jaċċetta żieda, ir-riżervi
monetarji tiegħu jkunu anqas mill-kwota ġdida tiegħu, il-Fond jista’ jnaqqas il-
proporzjon taż-żieda li għandha titħallas f’deheb.
(b) Jekk membru jaċċetta t-tnaqqis tal-kwota tiegħu, il-Fond għandu, fi żmien
tletin ġurnata mid-data ta’ l-aċċettazzjoni, iħallas lill-membru ammont daqs it-
tnaqqis. Il-ħlas għandu jsir bil-flejjes tal-membru u b’dak l-ammont ta’ deheb li jkun
meħtieġ biex jevita t-tnaqqis tal-holdings tal-flejjes tal-Fond taħt il-ħamsa u sebgħin
fil-mija tal-kwota l-ġdida.
ARTIKOLU 5.  Sostituzzjoni ta’ titoli għal flejjes. - Il-Fond għandu jaċċetta
mingħand kull membru minflok xi parti tal-flejjes tal-membru li fil-fehma tal-Fond
ma tkunx meħtieġa għall-operazzjonijiet tiegħu, biljetti ta’ flus jew obbligazzjonijiet
    DĦUL TA’ MALTA BĦALA MEMBRU TAL-FOND
6      KAP. 209.ħ    MONETARJUINTERNAZZJONALI
simili maħruġa mill-membru jew mid-depożitorju msemmi mill-membru skond is-
Sezzjoni XIII, Artikolu 2, li jkunu mhux negozjabbli, li ma jingħatax imgħax
fuqhom u li jitħallsu fil-valur pari tagħhom fuq talba billi jiġi akkreditat il-kont tal-
Fond fid-depożitorju msemmi. Dan l-Artikolu japplika mhux biss għall-flejjes
sottoskritti mill-membri iżda għal kull flejjes dovuti xort’oħra lill-Fond jew
akkwistati minnu.
Sezzjoni IV.  Valuri Pari ta’ flejjes
ARTIKOLU 1.   Espressjoni ta’ valuri pari.  - (a) Il-valur pari tal-flejjes ta’
kull membru għandu jkun espress b’deheb bħala denominatur komuni jew bħala
dollaru ta’ l-Istati Uniti tal-piż u finezza kif kien fl-1 ta’ Lulju, 1944.
(b) Il-kalkoli kollha dwar il-flejjes ta’ membri sabiex jiġu applikati d-
disposizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim ikunu fuq il-bażi tal-valuri pari tagħhom.
ARTIKOLU 2. Xiri ta’  deheb bażat fuq valuri pari. -  Il-Fond għandu
jippreskrivi marġini ’il fuq u taħt il-valur pari għal transazzjonijiet f’deheb minn
membri, u ebda membru ma għandu jixtri bi prezz ’il fuq mill-valur pari b’żieda tal-
marġini preskritta, jew ibiegħ deheb bi prezz taħt il-valur pari b’anqas mill-marġini
preskritta.
ARTIKOLU 3.  Negozji ta’ kambju stranġier bażat fuq parità. - L-akbar u l-
anqas rati ta’ transazzjonijiet ta’ kambju bejn il-flejjes ta’ membri li jsiru fit-
territorji tagħhom ma għandhomx ikunu differenti mill-parità
(i) fil-każ ta’ transazzjonijiet ta’ kambju b’konsenja immedjata, b’iżjed minn
wieħed fil-mija; u
(ii) fil-każ ta’ transazzjonijiet oħra ta’ kambju, b’marġini li teċċedi l-marġini ta’
transazzjonijiet ta’ kambju b’konsenja immedjata b’iżjed milli l-Fond iqis
raġonevoli.
ARTIKOLU 4.   Obbligazzjonijiet dwar stabbilità ta’ kambju. - (a) Kull
membru jobbliga ruħu li jikkollabora mal-Fond biex jippromovi stabbilità tal-
kambju, biex iżomm arranġamenti regolari ta’ kambju ma’ membri oħra, u biex
jevita tibdil kompetittiv ta’ kambju.
(b) Kull membru jobbliga ruħu, permezz ta’ miżuri xierqa konsistenti ma’ dan
il-Ftehim, li jippermetti fit-territorju tiegħu transazzjonijiet ta’ kambju bejn il-flejjes
tiegħu u l-flejjes ta’ membri oħra fil-limiti biss preskritti skond l-Artikolu 3 ta’ din
is-Sezzjoni. Membru li l-awtoritajiet monetarji tiegħu, għall-konklużjoni tat-
transazzjonijiet internazzjonali, fil-fatt jixtru u jbiegħu deheb fil-limiti preskritti
mill-Fond skond l-Artikolu 2 ta’ din is-Sezzjoni għandu jitqies li jkun qed iwettaq
dan l-obbligu.
ARTIKOLU 5.   Tibdil f’valuri pari.  - (a) Membru ma għandux jipproponi
tibdil fil-valur pari tal-flejjes tiegħu ħlief biex jikkoreġi żbilanċ fondamentali.
(b) Tibdil fil-valur pari ta’ flejjes ta’ membru jista’ jsir biss fuq il-proposta tal-
membru u biss wara konsultazzjoni mal-Fond.
(ċ) Meta jiġi propost tibdil, il-Fond għandu l-ewwel jieħu każ tat-tibdil, jekk
ikun hemm, li jkun ġa sar fil-valur pari inizjali tal-flejjes tal-membru kif imfisser fis-
Sezzjoni XX, Artikolu 4. Jekk it-tibdil propost, flimkien mat-tibdiliet kollha ta’
qabel, sew jekk jiżdied sew jekk jonqos,
DĦUL TA’ MALTA BĦALA MEMBRU TAL-FOND 
MONETARJUINTERNAZZJONALI ġKAP. 209.   7
(i) ma jeċċedix l-għaxra fil-mija tal-valur pari inizjali, il-Fond ma għandu
jagħmel ebda oġġezzjoni;
(ii) ma jeċċedix għaxra fil-mija oħra tal-valur pari inizjali, il-Fond jista’ jew
jaqbel jew joġġezzjona, iżda għandu jiddikjara l-attitudni tiegħu fi żmien
tnejn u sebgħin siegħa jekk il-membru hekk jitlob;
(iii) ma jkunx taħt il-(i) jew (ii) ta’ hawn fuq, il-Fond jista’ jew jaqbel jew
joġġezzjona, iżda jkollu dritt għal perijodu itwal li fih jiddikjara l-attitudni
tiegħu.
(d) Tibdil uniformi f’valuri pari magħmul skond l-Artikolu 7 ta’ din is-Sezzjoni
ma għandux jittieħed qies tiegħu biex jiġi stabbilit jekk it-tibdil propost jaqax taht il-
(i), (ii) jew (iii) taċ-(ċ) ta’ hawn fuq.
(e) Membru jista’ jibdel il-valur pari tal-flejjes tiegħu mingħajr ftehim mal-
Fond jekk it-tibdil ma jolqotx it-transazzjonijiet internazzjonali ta’ membri tal-Fond.
(f) Il-Fond għandu jaqbel f’tibdil propost li jkun skond iċ-(ċ) (ii) jew iċ-(ċ) (iii)
ta’ hawn fuq jekk ikun sodisfatt li t-tibdil huwa meħtieġ biex jikkoreġi żbilanċ
fondamentali. B’mod partikolari, jekk ikun hekk sodisfatt, ma għandux joġġezzjona
għal tibdil propost minħabba policies domestiċi soċjali jew politiċi tal-membru li
jipproponi t-tibdil.
ARTIKOLU 6.   Effett ta’  tibdil mhux awtorizzat - Jekk membru jibdel il-
valur pari tal-flejjes tiegħu għalkemm ikun hemm oġġezzjoni tal-Fond, f’każijiet
meta l-Fond ikollu dritt joġġezzjona, il-membru ma jkunx jista’ juża r-riżorsi tal-
Fond, jekk il-Fond ma jiddeċidix xort’oħra; u jekk, wara li jgħaddi perijodu
raġonevoli, id-diverġenza bejn il-membru u l-Fond tkompli, il-kwistjoni tkun
suġġetta għad-disposizzjonijiet tas-Sezzjoni XV, Artikolu 2 (b).
ARTIKOLU 7.   Tibdil uniformi f’valuri pari:  B’dak kollu li hemm fid-
disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 5 (b) ta’ din is-Sezzjoni, il-Fond b’maġġoranza tas-
saħħa totali tal-voti jista’ jagħmel tibdil uniformi proporzjonat fil-valuri pari tal-
flejjes tal-membri kollha, basta li kull tibdil bħal dak ikun approvat minn kull
membru li jkollu għaxra fil-mija jew iżjed tat-total tal-kwoti. Iżda l-valur pari tal-
flejjes ta’ membru ma għandux jitbiddel skond din id-disposizzjoni jekk, fiż-żmien
tnejn u sebgħin siegħa mill-azzjoni tal-Fond, il-membru ma jinformax lill-Fond li ma
jixtieqx li l-valur pari tal-flejjes tiegħu jitbiddel b’dik l-azzjoni.
ARTIKOLU 8.   Tiżmim tal-valur ta’ deheb ta’ l-attiv tal-Fond.- (a) Il-valur
ta’ deheb ta’ l-attiv tal-Fond għandu jinżamm għalkemm ikun hemm tibdil fil-parità
jew fil-valur tal-kambju stranġier tal-flejjes ta’ kull membru.
(b) Kull meta (i) il-valur pari ta’ flejjes ta’ membru jiġi mnaqqas, jew (ii) il-
valur tal-kambju stranġier ta’ flejjes ta’ membru jkun, fil-fehma tal-Fond, deprezzat
sa grad rilevanti fit-territorji ta’ dak il-membru, il-membru għandu jħallas lill-Fond
fi żmien raġonevoli ammont tal-flejjes tiegħu stess daqs it-tnaqqis fil-valur tad-
deheb tal-flejjes tiegħu miżmuma mill-Fond.
(ċ) Kull meta l-valur pari ta’ flejjes ta’ membru jiżdied, il-Fond għandu jagħti
lura lil dak il-membru fi żmien raġonevoli ammont fil-flejjes tiegħu daqs iż-żieda
fil-valur ta’ deheb tal-flejjes tiegħu miżmuma mill-Fond.
(d) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu japplikaw għal tibdil proporzjonat
uniformi fil-valuri pari tal-flejjes tal-membri kollha, jekk fiż-żmien meta jiġi propost
dak it-tibdil il-Fond ma jiddeċidix xort’oħra.
    DĦUL TA’ MALTA BĦALA MEMBRU TAL-FOND
8      KAP. 209.ħ    MONETARJUINTERNAZZJONALI
ARTIKOLU 9.   Flejjes separati f’territorji ta’ membru. - Membru li
jipproponi tibdil fil-valur pari tal-flejjes tiegħu jitqies, kemm-il darba huwa ma
jiddikjarax xort’oħra, li jkun qed jipproponi tibdil korrispondenti fil-valur pari tal-
flejjes separati tat-territorji kollha li dwarhom ikun aċċetta dan il-Ftehim skond is-
Sezzjoni XX, Artikolu 2 (g). Iżda membru jkun jista’ jiddikjara li l-proposta tiegħu
tirriferixxi jew unikament għall-flejjes metropolitani, jew biss għal waħda jew iżjed
mill-flejjes separati speċifikati, jew għall-flejjes metropolitani u waħda jew iżjed
mill-flejjes separati speċifikati.
Sezzjoni V.  Transazzjonijiet mal-Fond
ARTIKOLU 1.   Aġenziji li jinnegozjaw mal-Fond.  - Kull membru għandu
jinnegozja mal-Fond permezz biss tat-Teżorerija, ta’ bank ċentrali, ta’ fond ta’
stabilizzazzjoni jew ta’ aġenzija oħra simili fiskali tiegħu u l-Fond għandu
jinnegozja biss ma’ jew permezz ta’ l-istess aġenziji.
ARTIKOLU 2.   Limitazzjoni dwar l-operazzjonijiet tal-Fond.  - Ħlief kif
provdut xort’oħra f’dan il-Ftehim, l-operazzjonijiet akkont tal-Fond ikunu limitati
għal transazzjonijiet sabiex ifornu membru, fuq l-inizjattiva ta’ dak il-membru, bil-
flejjes ta’ membru ieħor b’tibdil għal deħeb jew għall-flejjes tal-membru li jixtieq
jixtri.
ARTIKOLU 3.  Kondizzjonijiet li jirregolaw l-użu tar-riżorsi tal-Fond.  - (a)
Membru jkun jista’ jixtri l-flejjes ta’ membru ieħor mingħand il-Fond b’tibdil mal-
flejjes tiegħu stess suġġett għall-kondizzjonijiet li ġejjin:
(i) Il-membru li jixtieq jixtri l-flejjes juri illi huma meħtieġa immedjatament
biex jagħmel ħlasijiet b’dawk il-flejjes li huma konsistenti mad-
disposizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim;
(ii) Il-Fond ma tax avviż skond is-Sezzjoni VII, Artikolu 3, li l-holdings tiegħu
tal-flejjes mixtieqa saru skarsi;
(iii) Ix-xiri propost ma jżidx il-holdings li jkollu l-Fond ta’ flejjes tal-membru li
jkun ser jixtri b’iżjed minn ħamsa u għoxrin fil-mija tal-kwota tiegħu fi
żmien ta’ tnax-il xahar li jagħlqu fid-data tax-xiri u lanqas li jeċċedu l-
mitejn fil-mija tal-kwota tiegħu, iżda l-limitazzjoni ta’ ħamsa u għoxrin fil-
mija għandha tapplika biss safejn il-holdings li jkollu l-Fond tal-flejjes tal-
membru jkunu nġiebu ’l fuq minn ħamsa u sebgħin fil-mija tal-kwota tiegħu
kieku kienu taħt dak l-ammont;
(iv) Il-Fond ma ddikjarax qabel skond l-Artikolu 5 ta’ din is-Sezzjoni, Sezzjoni
IV, Artikolu 6, Sezzjoni VI, Artikolu 1, jew Sezzjoni XV, Artikolu 2 (a), illi
l-membru li jixtieq jixtri ma jistax juża r-riżorsi tal-Fond.
(b) Membru ma jistax mingħajr il-permess tal-Fond juża r-riżorsi tal-Fond biex
jikseb flejjes biex iżomm għat-transazzjonijiet ta’ kambju li jistgħu jinqalgħu ’l
quddiem.
ARTIKOLU 4.  Rinunzja ta’ kondizzjonijiet. - Il-Fond jista’ fid-diskrezzjoni
tiegħu, u b’pattijiet li jħarsu l-interessi tiegħu, jirrinunzja għal kull kondizzjoni
preskritta fl-Artikolu 3 (a) ta’ din is-Sezzjoni, b’mod speċjali fil-każ ta’ membri
magħrufa li jevitaw użu kbir jew kontinwu tar-riżorsi tal-Fond. Meta ssir rinunzja
għandu jittieħed qies tal-ħtiġijiet perjodiċi jew eċċezzjonali tal-membru li jitlob ir-
rinunzja. Il-Fond għandu wkoll jieħu qies tal-volontà tal-membru li jirhan bħala
sigurtà kollaterali deheb, fidda, titoli, jew attiv ieħor aċċettabbli li jkollu valur
biżżejjed fil-fehma tal-Fond li jipproteġi l-interessi tiegħu u jista’ jeħtieġ bħala
DĦUL TA’ MALTA BĦALA MEMBRU TAL-FOND 
MONETARJUINTERNAZZJONALI ġKAP. 209.   9
kondizzjoni tar-rinunzja r-rahan ta’ dik is-sigurtà kollaterali.
ARTIKOLU 5.  Ma jistgħux jiġu wżati r-riżorsi tal-Fond. - Kull meta l-Fond
ikun tal-fehma li xi membru jkun qed juża r-riżorsi tal-Fond b’mod kuntrarju għall-
iskopijiet tal-Fond, huwa għandu jagħti lill-membru rapport fejn juri l-veduti tal-
Fond u jippreskrivi żmien xieraq għar-risposta. Wara li jagħti dak ir-rapport lill-
membru l-Fond jista’ jillimita l-użu tar-riżorsi tiegħu mill-membru. Jekk ma tiġix
riċevuta ebda risposta mill-membru fiż-żmien preskritt, jew jekk ir-risposta riċevuta
ma tkunx sodisfaċenti, il-Fond jista’ jkompli jillimita l-użu mill-membru tar-riżorsi
tal-Fond jew jista’, wara li jagħti avviż raġonevoli lill-membru, jiddikjarah mhux
eliġibbli li juża r-riżorsi tal-Fond.
ARTIKOLU 6.   Xiri ta’ flejjes mill-Fond bid-deheb.  - (a) Kull membru li
jixtieq jikseb, direttament jew indirettament, il-flejjes ta’ membru ieħor minflok
deheb għandu, kemm-il darba jkun jista’ jagħmel hekk b’vantaġġ ugwali, jiksibhom
bil-bejgħ ta’ deheb lill-Fond.
(b) Ebda ħaġa f’dan l-Artikolu ma għandha titqies li tipprekludi lil xi membru
milli jbiegħ f’xi suq deheb prodott ġdid minn mini li jkunu fit-territorji tiegħu. 
ARTIKOLU 7.  Xiri mill-ġdid minn membru ta’ flejjes tiegħu miżmuma mill-
Fond. (a) Membru jista’ jixtri mill-ġdid mill-Fond u l-Fond għandu jbiegħ bid-deheb
kull parti tal-holdings tal-Fond tal-flejjes ta’ dak il-membru b’eċċess tal-kwota
tiegħu. 
(b) Fl-aħħar ta’ kull sena finanzjarja tal-Fond, membru għandu jixtri mill-ġdid
mingħand il-Fond b’deheb jew bi flejjes konvertibbli, kif imfisser fl-Iskeda B, parti
mill-holdings tal-Fond tal-flejjes tiegħu taħt il-kondizzjonijiet li ġejjin:
(i) Kull membru għandu juża fix-xiri mill-ġdid tal-flejjes tiegħu stess mingħand
il-Fond ammont tar-riżervi monetarji tiegħu daqs fil-valur għal nofs ta’ kull
żieda li tkun saret matul is-sena fil-holdings tal-Fond tal-flejjes tiegħu kif
ukoll nofs ta’ kull żieda, jew nieqes nofs ta’ kull tnaqqis, li jkun sar matul is-
sena fir-riżervi monetarji tal-membru. Din ir-regola ma għandhiex tapplika
meta riżervi monetarji tal-membru jkunu tnaqqsu matul is-sena b’iżjed milli
l-holdings tal-Fond tal-flejjes tiegħu jkunu żdiedu.
(ii) Jekk wara li jkun sar ix-xiri mill-ġdid deskritt fil-(i) ta’ hawn fuq ( jekk ikun
meħtieġ), il-holdings ta’ membru ta’ flejjes ta’ membru ieħor (jew ta’ deheb
miksub mingħand dak il-membru) jinsabu li jkunu żdiedu minħabba
transazzjonijiet f’dawk il-flejjes ma’ membri jew persuni oħra fit-territorji
tagħhom, il-membru li l-holdings tiegħu ta’ dawk il-flejjes (jew deheb)
ikunu b’hekk żdiedu għandu juża ż-żieda biex jixtri mill-ġdid il-flejjes
tiegħu stess mingħand il-Fond. 
(ċ) Ebda aġġustament preskritt fil-(b) ta’ hawn fuq ma għandu jwassal illi
(i) ir-riżervi monetarji tal-membru jkunu taħt il-kwota tiegħu, jew
(ii) il-holdings tal-Fond tal-flejjes tiegħu jkunu taħt il-ħamsa u sebgħin fil-mija
tal-kwota tiegħu, jew
(iii) il-holdings tal-Fond ta’ kwalunkwe flejjes meħtieġa li jiġu wżati jkunu ’l fuq
minn ħamsa u sebgħin fil-mija tal-kwota tal-membru interessat.
ARTIKOLU 8.  Drittijiet. - (a) Kull membru li jixtri flejjes ta’ membru ieħor
mill-Fond b’bidla mal-flejjes tiegħu stess għandu jħallas dritt ta’ servizz xorta
waħda għall-membri kollha ta’ tliet-kwarti fil-mija b’żieda għall-prezz ta’ parità. Il-
    DĦUL TA’ MALTA BĦALA MEMBRU TAL-FOND
10      KAP. 209.ħ    MONETARJUINTERNAZZJONALI
Fond fid-diskrezzjoni tiegħu jista’ jżid dan il-prezz ta’ servizz b’mhux aktar minn
wieħed fil-mija jew inaqqsu b’mhux anqas minn nofs fil-mija.
(b) Il-Fond jista’ jiġbor dritt raġonevoli għall-maniġġ mingħand kull membru li
jixtri deheb mill-Fond jew li jbiegħ deheb lill-Fond.
(ċ) Il-Fond għandu jiġbor drittijiet xorta waħda mingħand il-membri kollha li
għandhom jitħallsu minn kull membru fuq il-bilanċi medji ta’ kuljum tal-flejjes
tiegħu miżmuma mill-Fond b’eċċess tal-kwota tiegħu. Dawn id-drittijiet ikunu bir-
rati li ġejjin:
(i) Fuq ammonti ta’ mhux aktar minn ħamsa u għoxrin fil-mija b’eċċess tal-
kwota: ebda dritt għall-ewwel tliet xhur; nofs fil-mija fis-sena għad-disa’
xhur ta’ wara; u wara dan żieda fid-dritt ta’ nofs fil-mija għal kull sena
sussegwenti.
(ii) Fuq ammonti ta’ iżjed minn ħamsa u għoxrin fil-mija u mhux iżjed minn
ħamsin fil-mija b’eċċess tal-kwota: nofs fil-mija addizzjonali għall-ewwel
sena; u nofs fil-mija addizzjonali għal kull sena sussegwenti.
(iii) Fuq kull lott addizzjonali ta’ ħamsa u għoxrin fil-mija b’eċċess tal-kwota:
nofs fil-mija addizzjonali għall-ewwel sena; u nofs fil-mija addizzjonali għal
kull sena sussegwenti.
(d) Kull meta l-holdings  tal-Fond ta’ flejjes ta’ membru jkunu tali illi d-dritt
applikabbli għal lott għal xi perijodu jkun laħaq ir-rata ta’ erbgħa fil-mija fis-sena,
il-Fond u l-membru għandhom iqisu l-mezzi li bihom il-holdings tal-Fond tal-flejjes
jistgħu jiġu mnaqqsa. Wara dan, id-drittijiet għandhom jogħlew skond id-
disposizzjonijiet taċ-(ċ) ta’ hawn fuq sakemm jilħqu ħamsa fil-mija u jekk ma
jintlaħaqx ftehim, il-Fond għandu allura jimponi dawk id-drittijiet kif jidhirlu
xieraq.
(e) Ir-rati msemmija fiċ-(ċ) u fid-(d) ta’ hawn fuq jistgħu jitbiddlu
b’maġġoranza ta’ tliet kwarti tas-saħħa totali tal-voti.
(f) Id-drittijiet kollha għandhom jitħallsu f’deheb. Iżda, jekk ir-riżervi
monetarji tal-membru jkunu anqas minn nofs il-kwota tiegħu, huwa għandu jħallas
b’deheb biss f’dik il-proporzjon tad-drittijiet dovuti li dawk ir-riżervi jkollhom ma’
nofs il-kwota tiegħu, u għandu jħallas il-bilanċ bi flejjes tiegħu stess.
Sezzjoni VI.  Trasferimenti ta’ Kapital
ARTIKOLU 1.   Użu tar-riżorsi tal-Fond għal trasferimenti ta’ kapital. - (a)
Membru ma jistax jagħmel użu nett tar-riżorsi tal-Fond biex jaffronta ħruġ kbir jew
sostenut ta’ kapital, u l-Fond jista’ jitlob membru biex jeżerċita kontrolli biex jiġi
evitat dak l-użu tar-riżorsi tal-Fond. Jekk, wara li jirċievi talba bħal dik, membru
jonqos li jeżerċita kontroll xieraq, il-Fond jista’ jiddikjara lill-membru mhux
eliġibbli li juża r-riżorsi tal-Fond.
(b) Ebda ħaġa f’dan l-Artikolu ma għandha titqies
(i) li timpedixxi l-użu tar-riżorsi tal-Fond għal transazzjonijiet ta’ kapital ta’
ammont xieraq meħtieġ għall-espansjoni ta’ esportazzjoni jew fil-kors
ordinarju ta’ negozju, kummerċ bankarju jew negozju ieħor, jew
(ii) li tolqot movimenti ta’ kapital li jitħallsu mir-riżorsi ta’ deheb u ta’ kambju
stanġier ta’ membru, iżda l-membri jobbligaw ruħhom li dawk il-movimenti
tal-kapital jkunu skond l-iskopijiet tal-Fond.
DĦUL TA’ MALTA BĦALA MEMBRU TAL-FOND 
MONETARJUINTERNAZZJONALI ġ K AP. 209.
ARTIKOLU 2.  Disposizzjonijiet speċjali għal trasrerimenti ta’ kapital. - Jekk
il-holdings tal-Fond tal-flejjes ta’ membru jkunu baqgħu taħt il-ħamsa u sebgħin fil-
mija tal-kwota tiegħu għall-perijodu minnufih qabel ta’ mhux anqas minn sitt xhur,
dak il-membru, jekk ma jkunx ġie dikjarat mhux eliġibbli li juża r-riżorsi tal-Fond
skond l-Artikolu 1 ta’ din is-Sezzjoni, is-Sezzjoni IV, Artikolu 6, Sezzjoni V,
Artikolu 5, jew Sezzjoni XV, Artikolu 2 (a), ikollu dritt, b’dak kollu li hemm fid-
disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 1 (a) ta’ din is-Sezzjoni, li jixtri l-flejjes ta’ membru
ieħor mill-Fond bil-flejjes tiegħu stess għal kwalunkwe skop, inklużi trasferimenti
ta’ kapital. Iżda xiri għal trasferimenti ta’ kapital skond dan l-Artikolu ma għandux
ikun permess jekk ikollu l-effett illi jkabbar il-holdings tal-Fond tal-flejjes tal-
membru li jixtieq jixtri b’aktar minn ħamsa u sebgħin fil-mija tal-kwota tiegħu, jew
li jnaqqas il-holdings tal-Fond tal-flejjes mixtieqa b’anqas minn ħamsa u sebgħin fil-
mija tal-kwota tal-membru li l-flejjes tiegħu jkunu mixtieqa.
ARTIKOLU 3.   Kontrolli ta’ trasfrimenti ta’ kapital. -  Il-membri jistgħu
jeżerċitaw dawk il-kontrolli li jkunu meħtieġa biex jirregolaw movimenti ta’ kapital
internazzjonali, iżda ebda membru ma jista’ jeżerċita dawn il-kontrolli b’mod li
jillimitaw ħlasijiet għal transazzjonijiet korrenti jew li jdewmu indebitament
trasferimenti ta’ fondi b’konklużjoni ta’ impenji, ħlief kif provdut fis-Sezzjoni VII,
Artikolu 3 (b), u fis-Sezzjoni XIV, Artikolu 2.
Sezzjoni VII.  Flejjes skarsi
ARTIKOLU 1. Skarsità ġenerali ta’ flejjes. - Jekk il-Fond jara li tkun ser tiġri
skarsità ġenerali ta’ flejjes partikolari, il-Fond jista’ jinforma dwar hekk lill-membri
u jista’ joħroġ rapport fejn juri r-raġunijiet ta’ l-iskarsità  u li jkun fih
rakkmandazzjonijiet li juru kif għandha tintemm. Rappreżentant tal-membru li l-
flejjes tiegħu jkunu milquta għandu jieħu sehem fil-preparazzjoni tar-rapport.
ARTIKOLU 2.   Miżuri biex il-holdings tal-Fond ta’ flejjes skarsi jerġgħu
għal li kienu. - Il-Fond jista’, jekk jidhirlu li dan ikun xieraq biex ireġġa’ għal li
kienu il-holdings tiegħu ta’ flejjes ta’ xi membru, jieħu wieħed minn dawn il-passi
jew iż-żewġ passi li ġejjin:
(i) Jipproponi lill-membru illi, b’pattijiet u kondizzjonijiet miftehma bejn il-
Fond u l-membru, dan ta’ l-aħħar jislef il-flejjes tiegħu lill-Fond jew illi, bl-
approvazzjoni tal-membru, il-Fond jissellef dawk il-flejjes minn xi oriġini
oħra sew fit-territorji sew barra mit-territorji tal-membru, iżda ebda membru
ma jkun taħt xi obbligu li jagħmel dak is-self lill-Fond jew li japprova t-tislif
tal-flejjes tiegħu lill-Fond minn xi oriġini oħra.
(ii) Jitlob lill-membru li jbigħ il-flejjes lill-Fond b’deheb.
ARTIKOLU 3.  Skarsità tal-holdings tal-Fond. - (a) Jekk il-Fond ikun jidhirlu
ċar illi t-talba għal flejjes ta’ membru tkun qed thedded serjament il-kapaċità tal-
Fond biex jissupplixxi jew iforni dawk il-flejjes, il-Fond, sew jekk ikun ħareġ
rapport skond l-Artikolu 1 ta’ din is-Sezzjoni sew jekk le, għandu jiddikjara
formalment dawk il-flejjes skarsi u għandu wara dan iqassam il-provvista tiegħu
eżistenti u miġbura tal-flejjes skarsi wara li jagħti każ kif imiss għall-ħtiġijiet
relattivi tal-membri, tas-sitwazzjoni ekonomika internazzjonali ġenerali, u ta’
kwalunkwe konsiderazzjonijiet oħra li għandhom x’jaqsmu magħhom. Il-Fond
għandu wkoll joħroġ rapport dwar l-azzjoni tiegħu.
(b) Dikjarazzjoni formali skond l-(a) ta’ hawn fuq għandha topera bħala
awtorizzazzjoni għal kull membru, wara konsultazzjoni mal-Fond, temporanjament
    DĦUL TA’ MALTA BĦALA MEMBRU TAL-FOND
12      KAP. 209.ħ    MONETARJUINTERNAZZJONALI
biex jimponi limitazzjonijiet fuq il-libertà ta’ operazzjonijiet ta’ kambju fil-flejjes
skarsi. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-Sezzjoni IV, Artikoli 3 u 4, il-membru
għandu jkollu ġurisdizzjoni sħiħa biex jistabbilixxi n-natura ta’ dawk il-
limitazzjonijiet, iżda ma għandhomx ikunu aktar limitati milli jkun meħtieġ biex
jillimitaw it-talba għall-flejjes skarsi għall-provvista miżmuma minn, jew miġbura
għand, il-membru in kwistjoni; u għandhom jiġu mnaqqsin u mneħħija kemm jista’
jkun malajr kif jippermettu l-kondizzjonijiet.
(ċ) L-awtorizzazzjoni taħt il-(b) ta’ hawn fuq għandha tispiċċa kull meta l-Fond
jiddikjara formalment illi l-flejjes in kwistjoni ma għadhomx aktar skarsi. 
ARTIKOLU 4.   Amministrazzjoni ta’ restrizzjonijiet.  - Kull membru li
jimponi restrizzjonijiet dwar il-flejjes ta’ xi membru ieħor bis-saħħa tad-
disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 3 (b) ta’ din is-Sezzjoni għandu jagħti
konsiderazzjoni simpatetika għal kull rappreżentanza mill-membru l-ieħor dwar l-
amministrazzjoni ta’ dawk ir-restrizzjonijiet.
ARTIKOLU 5. Effett ta’ ftehim internazzjonali ieħor dwar restrizzjonijiet. - Il
membri jiftehmu li ma jinvokawx l-obbligazzjonijiet ta’ xi impenji li għamlu ma’
membri oħra qabel dan il-Ftehim b’mod tali li jimpedixxu l-ħdim tad-
disposizzjonijiet ta’ din is-Sezzjoni.
Sezzjoni VIII.  Obbligazzjonijiet Ġenerali ta’ Membri
ARTIKOLU 1.   Introduzzjoni.  - B’żieda għall-obbligazzjonijiet assunti taħt
sezzjonijiet oħra ta’ dan il-Ftehim, kull membru jobbliga ruħu li josserva l-
obbligazzjonijiet murija f’din is-Sezzjoni.
ARTIKOLU 2.   Biex jiġu evitati restrizzjonijiet fuq ħlasijiet korrenti.  - (a)
Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-Sezzjoni VII, Artikolu 3 (b), u tas-Sezzjoni
XIV, Artikolu 2, ebda membru ma għandu, mingħajr l-approvazzjoni tal-Fond,
jimponi restrizzjonijiet għall-egħmil ta’ ħlasijiet u trasferimenti għal transazzjonijiet
internazzjonali korrenti.
(b) Kuntratti ta’ kambju li jinvolvu l-flejjes ta’ xi membru u li jkunu kontra r-
regolamenti tal-kontroll dwar il-kambju ta’ dak il-membru miżmuma jew imposti
b’mod konsistenti ma’ dan il-Ftehim ma għandhomx jiġu mwettqa fit-territorji ta’ xi
membru. Barra minn dan, il-membri jistgħu, bi ftehim bejniethom, jikkoperaw
f’miżuri sabiex jagħmlu aktar effettiv regolamenti ta’ kontroll dwar il-kambju ta’
kull wieħed mill-membri, basta li dawk il-miżuri u regolamenti jkunu konsistenti
ma’ dan il-Ftehim.
ARTIKOLU 3.  Biex tiġi evitata l-prattika diskriminatorja ta’ flejjes. - Ebda
membru ma għandu jieħu sehem fi, jew jippermetti lil xi waħda mill-aġenziji fiskali
tiegħu msemmija fis-Sezzjoni V, Artikolu 1, li tieħu sehem fi, xi arranġamenti
diskriminatorji ta’ flejjes jew prattika multipla ta’ flejjes ħlief kif awtorizzata skond
dan il-Ftehim jew approvata mill-Fond. Jekk dawn l-arranġamenti u prattika huma
użati fid-data meta dan il-Ftehim jibda jseħħ il-membru interessat għandu
jikkonsulta ruħu mal-Fond dwar it-tneħħija progressiva tagħhom kemm-il darba ma
jkunux miżmuma jew imposti skond is-Sezzjoni XIV, Artikolu 2, f’liema każ
għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 4 ta’ dik is-Sezzjoni.
ARTIKOLU 4.   Tibdil ta’ bilanċi ta’ flejjes stranġieri. - (a) Kull membru
għandu jixtri l-bilanċi tal-flejjes tiegħu li jkollu membru ieħor jekk dan ta’ l-aħħar,
meta jitlob ix-xiri, juri
DĦUL TA’ MALTA BĦALA MEMBRU TAL-FOND 
MONETARJUINTERNAZZJONALI ġ K AP. 209.
(i) illi l-bilanċi li għandhom jinxtraw kienu ġew miksuba reċentement bi
transazzjonijiet korrenti; jew
(ii) illi t-tibdil tagħhom ikun meħtieġ biex isiru ħlasijiet għal transazzjonijiet
korrenti.
Il-membru li jixtri jista’ jagħżel li jħallas jew bil-flejjes tal-membru li jagħmel it-
talba jew b’deheb.
(b) L-obbligazzjoni fl-(a) ta’ hawn fuq ma tapplikax
(i) meta t-tibdil tal-bilanċi jkun ġie ristrett b’mod konsistenti ma’ l-Artikolu 2
ta’ din is-Sezzjoni, jew is-Sezzjoni VI, Artikolu 3; jew
(ii) meta l-bilanċi jkunu akkumulaw minħabba transazzjonijiet effettwati qabel
it-tneħħija minn membru tar-restrizzjonijiet miżmuma jew imposti skond is-
Sezzjoni XIV, Artikolu 2; jew
(iii) meta l-bilanċi jkunu ġew akkwistati kuntrarjament għar-regolamenti dwar il-
kambju tal-membru li jkun mitlub biex jixtrihom; jew
(iv) meta l-flejjes tal-membru li jitlob ix-xiri jkunu ġew dikjarati skarsi skond is-
Sezzjoni VII, Artikolu 3 (a); jew
(v) meta l-membru mitlub biex jagħmel ix-xiri ma jkollux dritt għal xi raġuni li
jixtri flejjes ta’ membri oħra mill-Fond bi flejjes tiegħu stess.
ARTIKOLU 5.   Għoti ta’ tagħrif.  - (a) Il-Fond jista’ jitlob lill-membri biex
jagħtuh dak it-tagħrif li jidhirlu meħtieġ għall-operazzjonijiet tiegħu, inkluż, bħala l-
anqas ħtieġa għall-qadi effettiv tad-dmirijiet tal-Fond, partikolaritajiet nazzjonali
fuq il-ħwejjeġ li ġejjin:
(i) Holdings uffiċjali f’pajjiżu u barra minn pajjiżu, ta’ (1) deheb, (2) kambju
stranġier.
(ii) Holdings f’pajjiżu u barra minn pajjiżu minn aġenziji bankarji u finanzjari,
li ma jkunux aġenziji uffiċjali, ta’ (1) deheb, (2) kambju stranġier.
(iii) Produzzjoni ta’ deheb.
(iv) Esportazzjonijiet u importazzjonijiet ta’ deheb skond il-pajjiżi ta’
destinazzjoni u oriġini.
(v) Esportazzjonijiet u importazzjonijiet totali ta’ merkanzija, bil-valur tal-
flejjes lokali, skond il-pajjiżi ta’ destinazzjoni u oriġini.
(vi) Bilanċi internazzjonali ta’ ħlasijiet, li jinkludu (1) negozju f’merkanzija u
servizzi, (2) transazzjonijiet f’deheb, (3) transazzjonijiet magħrufa ta’
kapital, u (4) ħwejjeġ oħra.
(vii) Il-posizzjoni internazzjonali ta’ impieg ta’ flus, jiġifieri, impieg ta’ flus fit-
territorji tal-membru li jappartjenu barra mill-pajjiż u impieg ta’ flus barra
mill-pajjiż li jkollhom persuni fit-territorji tiegħu safejn ikun possibbli li
jagħti dan it-tagħrif.
(viii) Introjtu nazzjonali.
(ix) Indiċi ta’ prezzijiet, jiġifieri, indiċi ta’ prezzijiet ta’ kommodità fis-swieq bl-
ingrossa u bl-imnut u ta’ prezzijiet ta’ esportazzjoni u importazzjoni.
(x) Rati ta’ bejgħ u xiri għal flejjes stranġieri.
(xi) Kontrolli dwar il-kambju, jiġifieri, dikjarazzjoni komprensiva ta’ kontrolli
dwar il-kambju li tkun isseħħ fiż-żmien li wieħed isir membru tal-Fond u
    DĦUL TA’ MALTA BĦALA MEMBRU TAL-FOND
14      KAP. 209.ħ    MONETARJUINTERNAZZJONALI
dettalji ta’ tibdil sussegwenti meta jsir.
(xii) Meta jeżistu arranġamenti ta’ ħelsien uffiċjali, id-dettalji ta’ ammonti li
jkunu qed jistennew ħelsien dwar transazzjonijiet kummerċjali u finanzjarji,
u dwar it-tul ta’ żmien li matulu dawk l-arretrati kienu pendenti.
(b) Il-Fond meta jitlob tagħrif għandu jagħti każ tal-kapaċità diversa tal-membri
li jagħtu l-partikolaritajiet meħtieġa. Il-membri ma jkunu taħt ebda obbligu li jagħtu
tagħrif f’dak id-dettal b’mod illi l-affarijiet ta’ individwi jew korporazzjonijiet jiġu
mikxufa. Iżda l-membri jobbligaw ruħhom li jagħtu t-tagħrif meħtieġ dettaljat u
akkurat kemm jista’ jkun prattikabbli, u, safejn ikun possibbli, biex jiġu evitati
estimi sempliċi.
(ċ) Il-Fond jista’ jirranġa li jikseb tagħrif ieħor bi ftehim mal-membri. Għandu
jaġixxi bħala ċentru għall-ġbir u għat-tibdil ta’ tagħrif fuq problemi monetarji u
finanzjarji, biex b’hekk tiġi faċilitata l-preparazzjoni ta’ studji maħsuba biex jgħinu
membri fl-iżvilupp ta’ policies li jkabbru l-iskopijiet tal-Fond.
ARTIKOLU 6.   Konsultazzjoni bejn membri dwar ftehim internazzjonali
eżistenti. Meta skond dan il-Ftehim membru jkun awtorizzat fiċ-ċirkostanzi speċjali
jew temporanji speċifikati fil-Ftehim biex iżomm jew jistabbilixxi restrizzjonijiet
fuq transazzjonijiet ta’ kambju, u jkun hemm impenji oħra bejn membri qabel dan il-
Ftehim li ma jkunux jaqblu ma’ l-applikazzjoni ta’ dawn ir-restrizzjonijiet, il-
partijiet f’dawk l-impenji għandhom jikkonsultaw flimkien sabiex jagħmlu
aġġustamenti li jaqblu għalihom ilkoll kif ikun meħtieġ. Id-disposizzjonijiet ta’ din
is-Sezzjoni jkunu mingħajr preġudizzju għall-esekuzzjoni tas-Sezzjoni VII, Artikolu
5.
Sezzjoni IX.  Status, Immunitajiet u Privileġġi
ARTIKOLU 1.  Skopijiet tas-Sezzjoni. -  Biex il-Fond ikun jista’ jwettaq il-
funzjonijiet mogħtija lilu, l-istatus, l-immunitajiet u l-privileġġi murija f’din is-
Sezzjoni għandhom jingħataw lill-Fond fit-territorji ta’ kull membru.
ARTIKOLU 2.  Status tal-Fond. - Il-Fond għandu jkollu personalità ġuridika
sħiħa u, b’mod partikolari, il-kapaċità
(i) li jikkuntratta;
(ii) li jikseb u jiddisponi minn proprjetà immobbli u mobbli;
(iii) li jistitwixxi proċeduri legali.
ARTIKOLU 3.  Immunità minn proċess ġudizzjarju. - Il-Fond, il-proprjetà u
l-attiv tiegħu, kull fejn jinsabu u li jkunu miżmuma minn min ikun, għandhom
igawdu immunità minn kull forma ta’ proċess ġudizzjarju ħlief safejn jirrinunzja
espressament għall-immunità tiegħu għall-iskop ta’ kull proċedura jew minħabba
kondizzjonijiet ta’ kuntratt.
ARTIKOLU 4.  Immunità minn azzjoni oħra. - Il-proprjetà u l-attiv tal-Fond,
kull fejn jinsabu u li jkunu miżmuma minn min ikun, ikunu immuni minn tfittix,
rekwiżizzjoni, konfiska, esproprjazzjoni jew minn xi forma oħra ta’ qbid b’azzjoni
esekuttiva jew leġislattiva.
ARTIKOLU 5.  Immunità ta’ arkivji. - L-arkivji tal-Fond jkunu invjolabbli.
ARTIKOLU 6.  Libertà ta’ l-attiv minn restrizzjonijiet. - Safejn ikun meħtieġ
biex isiru l-operazzjonijiet provdut għalihom f’dan il-Ftehim, il-proprjetà u l-attiv
DĦUL TA’ MALTA BĦALA MEMBRU TAL-FOND 
MONETARJUINTERNAZZJONALI ġ K AP. 209.
kollu tal-Fond ikunu ħielsa minn restrizzjonijiet, regolamenti, kontrolli u moratoria
ta’ kull xorta.
ARTIKOLU 7.   Privileġġi għal komunikazzjonijiet. -  Il-komunikazzjonijiet
uffiċjali tal-Fond għandhom jingħataw minn membri l-istess trattament bħall-
komunikazzjonijiet uffiċjali ta’ membri oħra.
ARTIKOLU 8.   Immunitajiet u privileġġi ta’ funzjonarji u mpjegati. -  Il-
gvernaturi, id-diretturi esekuttivi, l-alternati, il-funzjonarji u l-impjegati kollha tal-
Fond
(i) ikunu immuni minn proċess legali relattivament għal azzjonijiet magħmula
minnhom fil-kariga tagħhom uffiċjali ħlief meta l-Fond jirrinunzja għal din
l-immunità;
(ii) li ma jkunux nazzjonali lokali, għandhom jingħataw l-istess immunitajiet
mir-restrizzjonijiet ta’ immigrazzjoni, ħtiġijiet ta’ reġistrazzjoni ta’
stranġieri u mill-obbligi ta’ servizz nazzjonali u l-istess faċilitajiet dwar
restrizzjonijiet ta’ kambju kif mogħtija minn membri lir-rappreżentanti,
funzjonarji, u mpjegati ta’ grad bħalhom ta’ membri oħra;
(iii) għandhom jingħataw l-istess trattament dwar faċilitajiet ta’ vjaġġar kif
mogħti minn membri lil rappreżentanti, funzjonarji u mpjegati ta’ grad
bħalhom ta’ membri oħra.
ARTIKOLU 9.   Immunitajiet minn tassazzjoni. - (a) Il-Fond, l-attiv, il-
proprjetà, l-introjtu tiegħu u l-operazzjonijiet u t-transazzjonijiet tiegħu awtorizzati
b’dan il-Ftehim, ikunu immuni mit-tassazzjoni kollha u mid-dazji kollha tad-dwana.
Il-Fond ikun immuni wkoll mill-obbligu għall-ġbir jew ħlas ta’ kull taxxa jew dazju.
(b) Ma għandha tinġabar ebda taxxa dwar salarji u emoluments imħallsa mill-
Fond lid-diretturi esekuttivi, alternati, funzjonarji jew impjegati tal-Fond li ma
jkunux ċittadini lokali, sudditi lokali jew nazzjonali oħra lokali.
(ċ) Ebda tassazzjoni ta’ ebda xorta ma għandha tinġabar fuq xi obbligazzjoni
jew titolu maħruġ mill-Fond, inkluż kull dividend jew imgħax fuqu, miżmum minn
min ikun
(i) li tiddistingwi kontra dik l-obbligazzjoni jew titolu sempliċement minħabba
l-oriġini tiegħu; jew
(ii) jekk l-unika bażi tal-ġurisdizzjoni għal dik it-tassazzjoni tkun il-post jew il-
flejjes li fih huma maħruġa, jistgħu jitħallsu jew tħallsu, jew il-lok ta’ xi
uffiċju jew post ta’ negozju miżmum mill-Fond.
ARTIKOLU 10.  Applikazzjoni tas-Sezzjoni. - Kull membru għandu jieħu dik
l-azzjoni li tkun meħtieġa fit-territorji tiegħu stess sabiex jagħmel effettivi skond il-
liġi tiegħu stess il-prinċipji murija f’din is-Sezzjoni u għandu jgħarraf lill-Fond dwar
l-azzjoni dettaljata li jkun ħa.
Sezzjoni X.  Relazzjonijiet ma’ Organizzazzjonijiet Internazzjonali Oħra 
Il-Fond għandu jikkopera skond il-pattijiet ta’ dan il-Ftehim ma’ kull
organizzazzjoni internazzjonali ġenerali u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali
pubbliċi li jkollhom responsabbiltajiet speċjalizzati f’oqsma relattivi. Kull
arranġament għal dik il-koperazzjoni li jista’ jinvolvi modifika ta’ xi disposizzjoni
ta’ dan il-Ftehim tista’ tiġi effettwata biss wara emenda ta’ dan il-Ftehim skond is-
Sezzjoni XVII.
    DĦUL TA’ MALTA BĦALA MEMBRU TAL-FOND
16      KAP. 209.ħ    MONETARJUINTERNAZZJONALI
Sezzjoni XI.  Relazzjonijiet ma’ Pajjiżi li ma jkunux Membri
ARTIKOLU 1.  Obbligi dwar relazzjonijiet ma’ pajjiżi li ma jkunux membri. -
Kull membru jobbliga ruħu li:
(i) Ma jieħux sehem fi, lanqas ma jippermetti lil xi waħda mill-aġenziji fiskali
tiegħu imsemmija fis-Sezzjoni V, Artikolu 1, li tieħu sehem fi, xi
transazzjonijiet ma’ wieħed mhux membru jew ma’ persuni f’territorji ta’
wieħed mhux membru li jkun kuntrarju għad-disposizzjonijiet ta’ dan il-
Ftehim jew għall-iskopijiet tal-Fond;
(ii) Li ma jikkoperax ma’ wieħed mhux membru jew ma persuni f’territorji ta’
wieħed mhux membru f’egħmil li jkun kuntrarju għad-disposizzjonijiet ta’
dan il-Ftehim jew għall-iskopijiet tal-Fond; u
(iii) Jikkopera mal-Fond sabiex l-applikazzjoni fit-territorji tiegħu ta’ miżuri
xierqa biex jiġu evitati transazzjonijiet ma’ dawk li ma jkunux membri jew
ma’ persuni fit-territorji tagħhom li jkun kuntrarju għad-disposizzjonijiet ta’
dan il-Ftehim jew għall-iskopijiet tal-Fond.
ARTIKOLU 2.   Restrizzjonijiet dwar transazzjonijiet ma’ pajjiżi mhux
membri. - Ebda ħaġa f’dan il-Ftehim ma tolqot id-dritt ta’ xi membru li jimponi
restrizzjonijiet fuq transazzjonijiet ta’ kambju ma’ dawk li ma jkunux membri jew
ma’ persuni fit-territorji tagħhom jekk il-Fond ma jsibx li dawk ir-restrizzjonijiet
jippreġudikaw l-interessi ta’ membri u li huma kuntrarji għall-iskopijiet tal-Fond.
Sezzjoni XII.  Organizzazzjoni u Direzzjoni
ARTIKOLU 1.   Struttura tal-Fond.  - Il-Fond għandu jkollu Bord tal-
Gvernaturi, Diretturi Esekuttivi, Managing Director, u Persunal.
ARTIKOLU 2.  Bord tal-Gvernaturi. - (a) Is-setgħat kollha tal-Fond ikunu fil-
Bord tal-Gvernaturi, li jikkonsisti f’gvernatur wieħed u wieħed alternat maħtur minn
kull membru b’dak il-mod li jista’ jistabbilixxi. Kull gvernatur u kull alternat għandu
jservi għal ħames snin, sakemm il-membru li jinnominah ikun irid, u jista’ jiġi
nominat mill-ġdid. Ebda alternat ma jista’ jivvota ħlief fl-assenza tal-prinċipal
tiegħu. Il-Bord għandu jagħżel wieħed mill-gvernaturi bħala chairman.
(b) Il-Bord tal-Gvernaturi jista’ jiddelega lid-Diretturi Esekuttivi l-awtorità biex
jeżerċitaw kull setgħa tal-Bord, ħlief is-setgħa li ġejja:
(i) Idaħħlu membri ġodda u jistabbilixxu l-kondizzjonijiet tad-dħul tagħhom. 
(ii) Japprovaw reviżjoni ta’ kwoti.
(iii) Japprovaw tibdil uniformi fil-valur pari tal-flejjes tal-membri kollha.
(iv) Jagħmlu arranġamenti biex jikkoperaw ma’ l-organizzazzjonijiet
internazzjonali oħra (barra minn arranġamenti informali ta’ karattru
temporanju jew amministrattiv).
(v) Jiddeċiedu t-tqassim ta’ l-introjtu nett tal-Fond.
(vi) Jitolbu membru li jirtira.
(vii) Jiddeċiedu li jillikwidaw il-Fond.
(viii) Jiddeċiedu appelli minn interpretazzjonijiet ta’ dan il-Ftehim mogħtija mid-
Diretturi Esekuttivi.
DĦUL TA’ MALTA BĦALA MEMBRU TAL-FOND 
MONETARJUINTERNAZZJONALI ġ K AP. 209.
(ċ) Il-Bord tal-Gvernaturi għandu jżomm laqgħa kull sena u dawk il-laqgħat l-
oħra li jista’ jiġi provdut għalihom mill-Bord jew imsejħa mid-Diretturi Esekuttivi.
Il-laqgħat tal-Bord għandhom jissejħu mid-Diretturi kull meta mitluba minn ħames
membri jew minn membri li jkollhom kwart tas-saħħa totali ta’ voti.
(d) Quorum  għal kull laqgħa tal-Bord tal-Gvernaturi jkun il-maġġoranza tal-
gvernaturi li jeżerċitaw mhux anqas minn żewġ terzi tas-saħħa totali ta’ voti.
(e) Kull gvernatur ikollu dritt li jagħti n-numru ta’ voti mogħtija skond l-
Artikolu 5 ta’ din is-Sezzjoni lill-membru li jinnominah.
(f) Il-Bord tal-Gvernaturi jista’ b’regolament iwaqqaf proċedura li biha d-
Diretturi Esekuttivi, meta jqisu li din l-azzjoni tkun għall-aħjar interessi tal-Fond,
jistgħu jiksbu vot tal-gvernaturi fuq kwistjoni speċifika mingħajr ma jsejħu laqgħa
tal-Bord.
(g) Il-Bord tal-Gvernaturi, u d-Diretturi Esekuttivi safejn ikunu awtorizzati,
jistgħu jadottaw dawk ir-regoli u regolamenti li jkunu meħtieġa jew xierqa biex
imexxu x-xogħol tal-Fond.
(h) Il-Gvernaturi u l-alternati għandhom iservu bħala tali mingħajr kumpens
mingħand il-Fond, iżda l-Fond għandu jħallashom l-ispejjeż raġonevoli li jagħmlu
biex jattendu l-laqgħat.
(i) Il-Bord tal-Gvernaturi għandu jistabbilixxi l-kumpens li għandu jitħallas lid-
Diretturi Esekuttivi u s-salarju u l-pattijiet tal-kuntratt tas-servizz tal-Managing
Director.
ARTIKOLU 3.   Diretturi Esekuttivi.  - (a) Id-Diretturi Esekuttivi jkunu
responsabbli għat-tmexxija ta’ l-operazzjonijiet ġenerali tal-Fond, u għal dan l-iskop
għandhom jeżerċitaw is-setgħat kollha mogħtija lilhom mill-Bord tal-Gvernaturi.
(b) Ma għandux ikun hemm anqas minn tnax-il direttur li ma hemmx bżonn
ikunu gvernaturi, u li minnhom
(i) ħamsa jkunu nominati minn ħames membri li jkollhom l-akbar kwoti;
(ii) mhux aktar minn tnejn ikunu nominati meta d-disposizzjonijiet taċ-(ċ) ta’
hawn taħt japplikaw;
(iii) ħamsa jkunu eletti mill-membri li ma jkollhomx dritt jinnominaw diretturi,
barra mir-Repubbliki Amerikani; u
(iv) tnejn ikunu eletti mir-Repubbliki Amerikani li ma jkollhomx dritt
jinnominaw diretturi.
Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, membri tfisser gvernijiet ta’ pajjiżi li isimhom
hu muri fl-Iskeda A, sew jekk isiru membri skond is-Sezzjoni XX jew skond is-
Sezzjoni II, Artikolu 2. Meta gvernijiet ta’ pajjiżi oħra jsiru membri, il-Bord tal-
Gvernaturi jista’, b’maġġoranza ta’ erbgħa minn ħamsa tas-saħħa totali ta’ voti, iżid
in-numru ta’ diretturi li jiġu eletti.
(ċ) Jekk, fit-tieni elezzjoni regolari tad-diretturi u wara, il-membri li jkollhom
dritt jinnominaw diretturi skond il-(b) (i) ta’ hawn fuq ma jinkludux iż-żewġ
membri, il-holdings li l-flejjes tagħhom mill-Fond kienu, fuq il-medja tas-sentejn ta’
qabel, ridotti taħt il-kwota tagħhom bl-akbar ammonti assoluti f’deheb bħala
denominatur komuni, sew wieħed sew dawk iż-żewġ membri flimkien, skond il-każ,
ikollhom dritt li jinnominaw direttur.
(d) Bla ħsara tas-Sezzjoni XX, Artikolu 3 (b) l-elezzjonijiet tad-diretturi li jiġu
eletti għandhom isiru f’intervalli ta’ sentejn skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Iskeda
    DĦUL TA’ MALTA BĦALA MEMBRU TAL-FOND
18      KAP. 209.ħ    MONETARJUINTERNAZZJONALI
Ċ, supplementata b’dawk ir-regolamenti kif il-Fond jidhirlu xieraq. Kull meta l-Bord
tal-Gvernaturi jżid in-numru ta’ diretturi li għandhom jiġu eletti skond il-(b) ta’
hawn fuq, huwa għandu joħroġ regolamenti li bihom jagħmel tibdil xieraq fil-
proporzjon ta’ voti meħtieġa biex jiġu eletti diretturi skond id-disposizzjonijiet ta’ l-
Iskeda Ċ.
(e) Kull direttur għandu jinnomina alternat b’setgħa sħiħa biex jaġixxi minfloku
meta ma jkunx preżenti. Meta d-diretturi li jinnominawhom ikunu preżenti, l-
alternati jistgħu jipparteċipaw f’laqgħat iżda ma jivvotawx.
(f) Id-diretturi għandhom ikomplu fil-kariga sakemm jiġu nominati jew eletti s-
suċċessuri tagħhom. Jekk il-kariga ta’ direttur elett issir vakanti aktar minn disgħin
ġurnata qabel ma jispiċċa t-terminu tiegħu, għandu jiġi elett direttur ieħor għall-
bqija tat-terminu mill-membri li jkunu eleġġew id-direttur ta’ qabel. Tkun meħtieġa
maġġoranza ta’ voti mogħtija għall-elezzjoni. Waqt li l-kariga tibqa’ vakanti, l-
alternat tad-direttur ta’ qabel għandu jeżerċita s-setgħat tiegħu, ħlief dik li jinnomina
alternat.
(g) Id-Diretturi Esekuttivi għandhom jiffunzjonaw f’sessjoni kontinwa fl-
uffiċċju prinċipali tal-Fond u għandhom jiltaqgħu hekk spiss kif ix-xogħol jeħtieġ. 
(h) Quorum għal kull laqgħa tad-Diretturi Esekuttivi tkun il-maġġoranza tad-
diretturi li jirrappreżentaw mhux anqas minn nofs is-saħħa ta’ voti.
(i) Kull direttur nominat ikollu dritt li jagħti n-numru ta’ voti mogħtija skond l-
Artikolu 5 ta’ din is-Sezzjoni lill-membru li innominah. Kull direttur elett ikollu
dritt li jagħti n-numru ta’ voti li servew għall-elezzjoni tiegħu. Meta d-
disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 5 (b) ta’ din is-Sezzjoni jkunu applikabbli, il-voti li
direttur kien ikollu xort’oħra dritt li jagħti għandhom jiżdiedu jew jitnaqqsu
proporzjonatament. Il-voti kollha li direttur ikollu dritt jagħti għandhom jingħataw
bħala unità.
(j) Il-Bord tal-Gvernaturi għandu jadotta regolamenti li taħthom membru li ma
jkollux dritt jinnomina direttur skond il-(b) ta’ hawn fuq jista’ jibgħat rappreżentant
biex jattendi kull laqgħa tad-Diretturi Esekuttivi meta talba magħmula minn, jew
kwistjoni li tolqot partikolarment lil, dak il-membru tkun taħt konsiderazzjoni.
(k) Id-Diretturi Esekuttivi jistgħu jinnominaw dawk il-kumitati li jidhrilhom
konsiljabbli. Ma jkunx hemm bżonn li d-dħul ta’ membru f’ kumitati jiġi limitat għal
gvernaturi jew diretturi jew għal alternati tagħhom.
ARTIKOLU 4.  Managing Director  u persunal.  - (a) Id-Diretturi Esekuttivi
għandhom jagħżlu Managing Director li ma għandux ikun gvernatur jew direttur
esekuttiv. Il-Managing Director ikun chairman tad-Diretturi Esekuttivi, iżda ma
jkollux vot ħlief vot deċiżiv f’każ ta’diviżjoni ndaqs. Huwa jista’ jipparteċipa
f’laqgħat tal-Bord tal-Gvernaturi iżda ma għandux jivvota f’dawk il-laqgħat. Il-
Managing Director ma għandux jibqa’ fil-kariga tiegħu meta d-Diretturi Esekuttivi
jiddeċiedu hekk.
(b) Il-Managing  Director  ikun il-kap tal-persunal operattiv tal-Fond u għandu
jmexxi, taħt id-direzzjoni tad-Diretturi Esekuttivi, x-xogħol ordinarju tal-Fond. Bla
ħsara tal-kontroll ġenerali tad-Diretturi Esekuttivi, huwa jkun responsabbli għall-
organizzazzjoni, nomina u tkeċċija tal-persunal tal-Fond.
(ċ) Il-Managing  Director  u l-persunal tal-Fond, fil-qadi tal-funzjonijiet
tagħhom, għandhom jagħtu d-dmir tagħhom interament lill-Fond u lil ebda awtorità
oħra. Kull membru tal-Fond għandu jirrispetta l-karattru internazzjonali ta’ dan id-
dmir u għandu jastjeni minn kull attentat li jinfluwenza lil xi wieħed mill-persunal
DĦUL TA’ MALTA BĦALA MEMBRU TAL-FOND 
MONETARJUINTERNAZZJONALI ġ K AP. 209.
fil-qadi tad-dmirijiet tiegħu.
(d) Meta jiġi nominat il-persunal il-Managing Director għandu, bla ħsara ta’ l-
importanza suprema li jiġu żgurati l-għola livelli ta’ effiċjenza u ta’ kompetenza
teknika, jagħti każ kif imiss għall-importanza li jdaħħal persunal fuq bażi ġeografika
kbira kemm jista’ jkun possibli.
ARTIKOLU 5.   Votazzjoni. -  (a) Kull membru jkollu mitejn u ħamsin vot
b’żieda ta’ vot addizzjonali għal kull parti tal-kwota tiegħu ekwivalenti għal mitt elf
dollaru ta’ l-Istati Uniti.
(b) Kull meta tkun meħtieġa votazzjoni skond is-Sezzjoni V, Artikolu 4 jew 5,
kull membru jkollu n-numru ta’ voti li għalih huwa intitolat taħt l-(a) ta’ hawn fuq,
aġġustat
(i) biż-żieda ta’ vot wieħed għal kull erba’ mitt elf dollaru ta’ l-Istati Uniti tal-
bejgħ nett tal-flejjes tiegħu sad-data meta jkun ingħata l-vot, jew
(ii) bit-tnaqqis ta’ vot wieħed għal kull erba’ mitt elf dollaru ta’ l-Istati Uniti
tax-xiri nett tiegħu tal-flejjes ta’ membri oħra sad-data meta jingħata l-vot;
iżda, illi la x-xiri nett lanqas il-bejgħ nett ma għandhom jitqiesu f’xi żmien li
jeċċedu ammont daqs il-kwota tal-membru li jkun.
(ċ) Għall-fini tal-kalkoli kollha skond dan l-Artikolu, dollari ta’ l-Istati Uniti
għandhom jitqiesu li jkunu tal-piż u finezza fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju, 1944, aġġustati
għal kull tibdil uniformi skond is-Sezzjoni IV, Artikolu 7, jekk issir rinunzja skond
l-Artikolu 8 (d) ta’ dik is-Sezzjoni.
(d) Ħlief kif provdut xort’oħra b’mod speċifiku, d-deċiżjonijiet kollha tal-Fond
għandhom isiru b’maġġoranza tal-voti mogħtija.
ARTIKOLU 6.  Tqassim ta’ introjtu nett. - (a) Il-Bord tal-Gvernaturi għandu
jiddeċidi kull sena liema parti ta’ l-introjtu nett tal-Fond għandu jitqiegħed bħala
riżerva u liema parti, jekk ikun hemm, għandu jitqassam.
(b) Jekk isir xi tqassim, għandu l-ewwel jiġi mqassam ħlas mhux akkumulat ta’
tnejn fil-mija lil kull membru fuq l-ammont li bih ħamsa u sebgħin fil-mija tal-kwota
tiegħu eċċediet il-holdings medji tal-Fond tal-flejjes tiegħu matul dik is-sena. Il-
bilanċ għandu jitħallas lill-membri kollha fi proporzjon tal-kwoti tagħhom. Il-
ħlasijiet lil kull membru għandhom isiru bil-flejjes tiegħu stess.
ARTIKOLU 7.  Pubblikazzjoni ta’ rapporti. - (a) Il-Fond għandu jippubblika
rapport kull sena li jkun fih dikjarazzjoni tal-kontijiet tiegħu verifikat u għandu
joħroġ, f’intervalli ta’ tliet xhur jew anqas, dikjarazzjoni fil-qosor tat-
transazzjonijiet tiegħu u tal-holdings tiegħu ta’ deheb u flejjes ta’ membri.
(b) Il-Fond jista’ jippubblika dawk ir-rapporti l-oħra li jidhrulu mixtieqa biex
jitmexxew l-iskopijiet tiegħu.
ARTIKOLU 8.  Komunikazzjoni tal-veduti lil membri. - Il-Fond għandu fiż-
żminijiet kollha jkollu dritt li jikkomunika l-veduti tiegħu b’mod informali lil kull
membru fuq kull kwistjoni li tinħoloq skond dan il-Ftehim. Il-Fond jista’,
b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tas-saħħa totali tal-voti, jiddeċiedi li jippubblika
rapport magħmul lil membru dwar il-kondizzjonijiet u l-iżviluppi monetarji jew
ekonomiċi tiegħu li jkollhom direttament tendenza li jipproduċu żbilanċ serju fil-
bilanċ internazzjonali tal-ħlasijiet ta’ membri. Jekk il-membru ma jkollux dritt
jinnomina direttur esekuttiv, huwa jkollu dritt għal rappreżentanza skond l-Artikolu
    DĦUL TA’ MALTA BĦALA MEMBRU TAL-FOND
20      KAP. 209.ħ    MONETARJUINTERNAZZJONALI
3 (j) ta’ din is-Sezzjoni. Il-Fond ma għandux jippubblika rapport li jinvolvi tibdiliet
fl-istruttura fondamentali ta’ l-organizzazzjoni ekonomika tal-membri.
Sezzjoni XIII.  Uffiċċji u Depożitorji
ARTIKOLU 1.   Lokalità ta’  uffiċċji.  - L-uffiċju prinċipali tal-Fond ikun
sitwat fit-territorju tal-membru li jkollu l-akbar kwota, u aġenziji jew fergħat ta’
uffiċċji jistgħu jiġu mwaqqfa fit-territorji ta’ membri oħra.
ARTIKOLU 2.  Depożitorji. - (a) Kull pajjiż membru għandu jsemmi l-bank
ċentrali tiegħu bħala post ta’ depożitu tal-holdings kollha tal-Fond tal-flejjes tiegħu,
jew jekk ma jkollux bank ċentrali għandu jsemmi dik l-istituzzjoni l-oħra li tkun
aċċettabbli għall-Fond.
(b) Il-Fond jista’ jżomm attiv ieħor, inkluż deheb, fid-depożitorji msemmija
mill-ħames membri li jkollhom l-akbar kwoti u f’dawk id-depożitorji l-oħra
msemmija kif il-Fond jagħżel. Għall-bidu, mill-anqas nofs il-holdings tal-Fond
għandu jinżamm fid-depożitorju msemmi mill-membru li fit-territorji tiegħu l-Fond
jkollu l-uffiċju prinċipali tiegħu u mill-anqas erbgħin fil-mija għandhom jinżammu
fid-depożitorji msemmija mill-erba’ membri l-oħra li għalihom saret riferenza hawn
fuq. Iżda, it-trasferimenti kollha ta’ deheb mill-Fond għandhom isiru wara li
jittieħed każ ta’ l-ispejjeż ta’ trasport u tal-ħtiġijiet antiċipati tal-Fond. F’emerġenza
d-Diretturi Esekuttivi jistgħu jittrasferixxu l-holdings kollha tad-deheb jew xi parti
minnhom f’kull post fejn ikunu protetti b’mod xieraq.
ARTIKOLU 3.  Garanzija ta’ l-attiv tal-Fond. - Kull membru jiggarantixxi l-
attiv kollu tal-Fond kontra telf li jirriżulta minn mankanza jew nuqqas minn naħa
tad-depożitorju msemmi minnu.
Sezzjoni XIV.  Perijodu Transitorju
ARTIKOLU 1.  Introduzzjoni. - Il-Fond mhux maħsub li jipprovdi faċilitajiet
għall-għajnuna jew għar-rikostruzzjoni jew biex jittratta minn djun internazzjonali li
jinħolqu mill-gwerra.
ARTIKOLU 2.  Restrizzjonijiet ta’ kambju. - Fil-perijodu transitorju ta’ wara
l-gwerra l-membri jistgħu, b’dak kollu li hemm fid-disposizzjonijiet ta’ kull sezzjoni
oħra ta’ dan il-Ftehim, iżommu u jadattaw għaċ-ċirkostanzi mibdula (u, fil-każ ta’
membri li t-territorji tagħhom ikunu ġew okkupati mill-għadu, jintroduċu meta
meħtieġ) restrizzjonijiet fuq ħlasijiet u trasferimenti għal transazzjonijiet
internazzjonali korrenti. Iżda l-membri għandhom jagħtu każ kontinwu tal-policies
tal-kambju stranġier għall-iskopijiet tal-Fond; u, minnufih kif il-kondizzjonijiet
jippermettu, għandhom jieħdu l-miżuri kollha possibbli biex jiżviluppaw dawk l-
arranġamenti kummerċjali u finanzjarji ma’ membri oħra sabiex jiffaċilitaw il-
ħlasijiet internazzjonali u l-manutenzjoni ta’ l-istabbilità tal-kambju. B’mod
partikolari, il-membri għandhom jirtiraw ir-restrizzjonijiet miżmuma jew imposti
skond dan l-Artikolu minnufih kif ikunu sodisfatti li jkunu jistgħu, fl-assenza ta’
dawk ir-restrizzjonijiet, jillikwidaw il-bilanċi tagħhom ta’ ħlasijiet b’mod li ma
jfixkilx indebitament l-aċċess tagħhom għar-riżorsi tal-Fond.
ARTIKOLU 3.   Notifika lill-Fond.  - Kull membru għandu jinnotifika lill-
Fond qabel ma jkun jista’ skond is-Sezzjoni XX, Artikolu 4 (ċ) jew (d), jixtri flejjes
mill-Fond, sew jekk fi ħsiebu jagħmel użu mill-arranġamenti transitorji skond l-
Artikolu 2 ta’ din is-Sezzioni, sew jekk ikun preparat li jaċċetta l-obbligazzjonijiet
tas-Sezzjoni VIII, Artikoli 2, 3 u 4. Membru li jagħmel użu minn arranġamenti
DĦUL TA’ MALTA BĦALA MEMBRU TAL-FOND 
MONETARJUINTERNAZZJONALI ġ K AP. 209.
transitorji għandu jinnotifika lill-Fond kemm jista’ jkun malajr wara li jkun preparat
li jaċċetta l-obbligazzjonijiet hawn fuq imsemmija.
ARTIKOLU 4.   Azzjoni tal-Fond dwar restrizzjonijiet.  - Mhux aktar tard
minn tliet snin wara d-data li fiha l-Fond jibda jopera u kull sena wara dan, il-Fond
għandu jirrapporta dwar ir-restrizzjonijiet li jkunu għadhom iseħħu skond l-Artikolu
2 ta’ din is-Sezzjoni. Ħames snin wara d-data li fiha l-Fond jibda jopera, u f’kull
sena wara, kull membru illi jkun għadu jżomm xi restrizzjonijiet inkonsistenti mas-
Sezzjoni VIII, Artikoli 2, 3, jew 4, għandu jikkonsulta lill-Fond dwar li jkun ser
ikompli jżommhom. Il-Fond jista’, jekk iqis dik l-azzjoni meħtieġa f’ċirkostanzi
eċċezzjonali, jagħmel rappreżentanzi lil kull membru li l-kondizzjonijiet huma
favorevoli għall-irtir ta’ kull restrizzjoni partikolari, jew għall-abbandun ġenerali ta’
restrizzjonijiet, inkonsistenti mad-disposizzjonijiet ta’ xi Sezzjoni oħra ta’ dan il-
Ftehim. Għandu jingħata lill-membru żmien xieraq biex iwieġeb għal dawk ir-
rappreżentanzi. Jekk il-Fond isib illi l-membru jippersisti biex iżomm ir-
restrizzjonijiet li huma inkonsistenti ma’ l-iskopijiet tal-Fond, il-membru jkun
suġġett għas-Sezzjoni XV, Artikolu 2 (a).
ARTIKOLU 5.   Natura tal-perijodu transistorju.  - Fir-relazzjonijiet tiegħu
mal-membri, il-Fond għandu jirrikonoxxi illi l-perijodu transitorju ta’ wara l-gwerra
jkun wieħed ta’ tibdil u ta’ aġġustament u meta jagħti deċiżjonijiet fuq talbiet dwar
hekk li jiġu mressqa minn xi membru huwa għandu jagħti lill-membri l-benefiċċju
ta’ kull dubju raġonevoli.
Sezzjoni XV.  Irtir minn Membru
ARTIKOLU 1.  Dritt tal-membri li jirtiraw. - Kull membru jista’ jirtira mill-
Fond f’kull żmien billi jibgħat avviż bil-miktub lill-Fond fl-uffiċċju tiegħu
prinċipali. L-irtir għandu jsir effettiv fid-data meta jiġi riċevut dak l-avviż.
ARTIKOLU 2.  Irtir obbligatorju. - (a) Jekk membru jonqos milli jwettaq xi
waħda mill-obbligazzjonijiet tiegħu skond dan il-Ftehim, il-Fond jista’ jiddikjara
lill-membru ineliġibbli li juża r-riżorsi tal-Fond. Ebda ħaġa f’dan l-Artikolu ma
għandha titqies li tillimita d-disposizzjonijiet tas-Sezzjoni IV, Artikolu 6, Sezzjoni
V, Artikolu 5, jew Sezzjoni VI, Artikolu 1.
(b) Jekk, wara li jgħaddi perijodu raġonevoli l-membru jippersisti fin-nuqqas
tiegħu li jwettaq xi waħda mill-obbligazzjonijiet tiegħu skond dan il-Ftehim, jew
tkompli d-diverġenza bejn membru u l-Fond skond is-Sezzjoni IV, Artikolu 6, dak il
membru jista’ jiġi mitlub li jirtira minn membru tal-Fond b’deċiżjoni tal-Bord tal-
Gvernaturi li ssir b’maġġoranza tal-gvernaturi li jirrappreżentaw maġġoranza tas-
saħħa totali tal-voti.
(ċ) Għandhom jiġu adottati regolamenti biex jiġi żgurat illi, qabel ma tittieħed
azzjoni kontra xi membru skond l-(a) jew il-(b) ta’ hawn fuq, il-membru għandu jiġi
mgħarraf fi żmien raġonevoli dwar l-ilment kontra tiegħu u jiġi mogħti opportunità
xierqa biex juri l-każ tiegħu, tant verbalment kemm bil-miktub.
ARTIKOLU 3.   Likwidazzjoni ta’ kontijiet ma’ membri li jirtiraw.  - Meta
membru jirtira mill-Fond, it-transazzjonijiet normali tal-Fond fil-flejjes tiegħu
għandhom jispiċċaw u għandha ssir likwidazzjoni tal-kontijiet kollha bejnu u bejn il-
Fond b’ħeffa raġonevoli bi ftehim bejnu u bejn il-Fond. Jekk ma jintlaħaqx ftehim
malajr, id-disposizzjonijiet ta’ l-Iskeda D għandhom japplikaw għall-likwidazzjoni
ta’ kontijiet.
    DĦUL TA’ MALTA BĦALA MEMBRU TAL-FOND
22      KAP. 209.ħ    MONETARJUINTERNAZZJONALI
Sezzjoni XVI.  Disposizzjonijiet ta’ Emerġenza
ARTIKOLU 1.  Sospensjoni temporanja.  - (a) Fil-każ ta’ emerġenza jew ta’
żvilupp ta’ ċirkostanzi imprevedibbli li jheddu l-operazzjonijiet tal-Fond, id-
Diretturi Esekuttivi, b’vot unanimu, jistgħu jissospendu għal perijodu ta’ mhux aktar
minn mija u għoxrin ġurnata l-operazzjoni ta’ kull waħda mid-disposizzjonijiet li
ġejjin:
(i) Sezzjoni IV, Artikoli 3 u 4 (b).
(ii) Sezzjoni V, Artikoli 2, 3, 7, 8 (a) u (f). 
(iii) Sezzjoni VI, Artikolu 2.
(iv) Sezzjoni XI, Artikolu 1.
(b) Kontemporanjament ma’ kull deċiżjoni biex tissospendi l-esekuzzjoni ta’ xi
waħda mid-disposizzjonijiet ta’ qabel, id-Diretturi Esekuttivi għandhom isejħu
laqgħa tal-Bord tal-Gvernaturi għall-ġurnata l-aktar kmieni possibbli.
(ċ) Id-Diretturi Esekuttivi ma jistgħux jestendu xi sospensjoni għal aktar minn
mija u għoxrin ġurnata. Iżda dik is-sospensjoni tista’ tiġi estiża għal perijodu ieħor
ta’ mhux iżjed minn mitejn u erbgħin ġurnata, jekk il-Bord tal-Gvernaturi,
b’maġġoranza ta’ erbgħa minn ħamsa tas-saħħa totali tal-voti jiddeċiedi hekk, iżda
ma jistax jestendiha aktar ħlief b’emenda ta’ dan il-Ftehim bis-saħħa tas-Sezzjoni
XVII.
(d) Id-Diretturi Esekuttivi jistgħu, b’maġġoranza tas-saħħa totali tal-voti,
jtemmu dik is-sospensjoni f’kull żmien.
ARTIKOLU 2.  Likwidazzjoni tal-Fond. - (a) Il-Fond ma jistax jiġi likwidat
ħlief b’deċiżjoni tal-Bord tal-Gvernaturi. F’emerġenza, jekk id-Diretturi Esekuttivi
jiddeċiedu li tkun meħtieġa l-likwidazzjoni tal-Fond, huma jistgħu jissospendu
temporanjament it-transazzjonijiet kollha, sakemm tittieħed deċiżjoni mill-Bord.
(b) Jekk il-Bord tal-Gvernaturi jiddeċiedi li jillikwida l-Fond, il-Fond għandu
minnufih jieqaf minn kull attività ħlief dik inċidentali għall-ġbir u għall-
likwidazzjoni xierqa ta’ l-attiv tiegħu u għall-likwidazzjoni tal-passiv tiegħu, u l-
obbligazzjonijiet kollha tal-membri skond dan il-Ftehim għandhom jispiċċaw barra
minn dawk murija f’din is-Sezzjoni, fis-Sezzjoni XVIII, paragrafu (ċ), fl-Iskeda D,
paragrafu 7, u fl-Iskeda E.
(ċ) Il-likwidazzjoni għandha tiġi amministrata skond id-disposizzjonijiet ta’ l-
Iskeda E.
Sezzjoni XVII.  Emendi
(a) Kull proposta biex tintroduċi modifiki f’dan il-Ftehim, sew jekk tkun ġejja
minn membru, gvernatur jew mid-Diretturi Esekuttivi, għandha tintbagħat lill-
president tal-Bord tal-Gvernaturi li għandu jġib il-proposta quddiem il-Bord. Jekk l-
emenda proposta tiġi approvata mill-Bord il-Fond għandu, b’ittra ċirkolari jew
b’telegramm, isaqsi lill-membri kollha jekk jaċċettawx l-emenda proposta. Meta
tlieta minn ħamsa mill-membri, li jkollhom erbgħa minn ħamsa tas-saħħa totali tal-
voti, jaċċettaw l-emenda proposta, il-Fond għandu jiċċertifika l-fatt
b’komunikazzjoni formali indirizzata lill-membri kollha.
(b) B’dak kollu li hemm fl-(a) ta’ hawn fuq, hija meħtieġa l-aċċettazzjoni tal-
membri kollha fil-każ ta’ kull emenda li timmodifika
DĦUL TA’ MALTA BĦALA MEMBRU TAL-FOND 
MONETARJUINTERNAZZJONALI ġ K AP. 209.
(i) id-dritt li jirtira mill-Fond (Sezzjoni XV, Artikolu 1);
(ii) id-disposizzjoni illi ma għandu jsir ebda tibdil fil-kwota ta’ membru
mingħajr il-kunsens tiegħu (Sezzjoni III, Artikolu 2);
(iii) id-disposizzjoni li ma jista’ jsir ebda tibdil fil-valur pari tal-flejjes ta’
membru ħlief fuq il-proposta ta’ dak il-membru (Sezzjoni IV, Artikolu 5
(b)).
(ċ) L-emendi għandhom jibdew iseħħu għall-membri kollha tliet xhur wara d-
data tal-komunikazzjoni formali jekk ma jkunx speċifikat perijodu aqsar fl-ittra
ċirkolari jew fit-telegramm.
Sezzjoni XVIII.  Interpretazzjoni
(a) Kull kwistjoni ta’ interpretazzjoni tad-disposizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim li
tinħoloq bejn xi membru u l-Fond jew bejn xi membri tal-Fond għandha tiġi
sottomessa lid-Diretturi Esekuttivi għad-deċiżjoni tagħhom. Jekk il-kwistjoni tolqot
b’mod partikolari lil xi membru li ma jkollux dritt jinnomina direttur esekuttiv huwa
jkollu dritt għal rappreżentanza skond is-Sezzjoni XII, Artikolu 3 (j).
(b) F’kull każ meta d-diretturi esekuttivi jkunu taw deċiżjoni skond l-(a) ta’
hawn fuq, kull membru jista’ jitlob illi l-kwistjoni tiġi mibgħuta lill-Bord tal-
Gvernaturi, u d-deċiżjoni tagħhom tkun finali. Sakemm ikun hemm riżultat tar-
riferenza lill-Bord il-Fond jista’, safejn jidhirlu meħtieġ, jaġixxi fuq il-bażi tad-
deċiżjoni tad-Diretturi Esekuttivi.
(ċ) Kull meta jinħoloq nuqqas ta’ ftehim bejn il-Fond u membru li jkun irtira,
jew bejn il-Fond u kull membru waqt il-likwidazzjoni tal-Fond, dan in-nuqqas ta’
ftehim għandu jiġi sottomess għall-arbitraġġ minn tribunal ta’ tliet arbitri, wieħed
maħtur mill-Fond, ieħor mill-membru jew mill-membru li jirtira u umpire li, jekk il-
partijiet ma jiftehmux xort’oħra, jkun nominat mill-President tal-Qorti Permanenti
ta’ Ġustizzja Internazzjonali jew minn dik l-awtorità l-oħra li setgħet kienet
preskritta b’regolamenti adottati mill-Fond. L-umpire għandu jkollu setgħa sħiħa
biex jiddeċiedi l-kwistjonijiet kollha ta’ proċedura f’kull każ meta l-partijiet jonqsu
milli jiftehmu dwar hekk.
Sezzjoni XIX.  Spjegazzjoni ta’ Termini
Biex jiġu interpretati d-disposizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim il-Fond u l-membri
tiegħu jkunu regolati b’dan li ġej:
(a) Ir-riżervi monetarji ta’ membru tfisser il-holdings  netti uffiċjali ta’ deheb,
ta’ flejjes konvertibbli ta’ membri oħra, u tal-flejjes ta’ dawk li ma jkunux membri
kif jispeċifika l-Fond.
(b) Il-holdings uffiċjali ta’ membru tfisser il-holdings  ċentrali (jiġifieri, il-
holdings tat-Teżorerija tiegħu, bank ċentrali, fond ta’ stabilizzazzjoni jew aġenzija
fiskali simili).
(ċ) Il-holdings ta’ istituzzjonijiet uffiċjali oħra jew banek oħra fit-territorji
tiegħu jistgħu, f’xi każ partikolari, jitqiesu mill-Fond, wara konsultazzjoni mal-
membru, li jkunu holdings uffiċjali safejn ikunu sostanzjalment b’eċċess tal-bilanċi
ta’ xogħol; iżda għall-fini biex jiġi stabbilit jekk, f’każ partikolari, il-holdings
ikunux f’eċċess tal-bilanċi ta’ xogħol, għandhom jiġu mnaqqsa minn dawk il-
holdings ammonti ta’ flejjes dovuti lill-istituzzjonijiet uffiċjali u lill-banek fit-
territorji ta’ membri jew mhux membri speċifikati taħt id-(d) ta’ hawn taħt.
(d) Il-holdings ta’ membru ta’ flejjes konvertibbli tfisser il-holdings tiegħu tal-
    DĦUL TA’ MALTA BĦALA MEMBRU TAL-FOND
24      KAP. 209.ħ    MONETARJUINTERNAZZJONALI
flejjes ta’ membri oħra li ma humiex huma stess jagħmlu użu mill-arranġamenti
transitorji skond is-Sezzjoni XIV, Artikolu 2, flimkien mal-holdings tiegħu tal-
flejjes ta’ dawk li ma jkunux membri kif il-Fond jista’ minn żmien għal żmien
jispeċfika. Il-kelma flejjes għal dan l-iskop tinkludi mingħajr limitazzjoni munita,
biljetti tal-flus, bilanċi tal-bank, aċċettazzjonijiet tal-bank u obbligazzjonijiet tal-
gvern maħruġa bi skadenza ta’ mhux iżjed minn tnax-il xahar.
(e) Ir-riżervi monetarji ta’ membru għandhom jiġu kalkolati billi jitnaqqsu mill-
holdings ċentrali tiegħu l-passiv lejn it-Teżoreriji, banek ċentrali, fondi ta’
stabilizzazzjoni, jew aġenziji fiskali simili ta’ membri oħra jew mhux membri
speċifikati taħt id-(d) ta’ hawn fuq, flimkien mal-passiv bħal dan lejn istituzzjonijiet
oħra uffiċjali u f’banek oħra fit-territorji ta’ membri jew mhux membri speċifikati
taħt id-(d) ta’ hawn fuq. Ma’ dawn il-holdings netti għandhom jiżdiedu s-somom
meqjusa li jkunu holdings uffiċjali ta’ istituzzjonijiet oħra uffiċjali u ta’ banek oħra
taħt iċ-(ċ) ta’ hawn fuq.
(f) Il-holdings tal-Fond tal-flejjes ta’ membru għandhom jinkludu kull titoli
aċċettati mill-Fond skond is-Sezzjoni III, Artikolu 5.
(g) Il-Fond, wara konsultazzjoni ma’ membru li jkun qed jagħmel użu mill-
arranġamenti transitorji skond is-Sezzjoni XIV, Artikolu 2, jista’ jqis il-holdings tal-
flejjes ta’ dak il-membru li jkollhom magħhom drittijiet speċifikati ta’ tibdil fi
flejjes oħra jew f’deheb bħala li jkunu holdings ta’ flejjes konvertibbli sabiex jiġu
kalkolati r-riżervi monetarji.
(h) Sabiex jiġu kalkolati s-sottoskrizzjonijiet ta’ deheb skond is-Sezzjoni III,
Artikolu 3, il-holdings netti uffiċjali ta’ membru f’deheb u f’dollari ta’ l-Istati Uniti
għandhom jikkonsistu fil-holdings uffiċjali tiegħu f’deheb u fi flejjes ta’ l-Istati
Uniti wara li jitnaqqsu l-holdings ċentrali tal-flejjes tiegħu miżmuma mill-pajjiżi l-
oħra u holdings tal-flejjes tiegħu miżmuma minn istituzzjonijiet uffiċjali oħra u minn
banek oħra jekk dawn il-holdings iġibu magħhom drittijiet speċifiċi ta’ tibdil f’deheb
jew fi flejjes ta’ l-Istati Uniti.
(i) Ħlasijiet għal transazzjonijiet korrenti tfisser ħlasijiet li ma jkunux għall-
iskop biex jiġi trasferit kapital, u tinkludi, mingħajr limitazzjoni:
(1) Il-ħlasijiet kollha dovuti in konnessjoni ma’ kummerċ stranġier,
negozju korrenti ieħor, inklużi servizzi, u kummerċ bankarju u
faċilitajiet ta’ kreditu, normali u għal żmien qasir;
(2) Ħlasijiet dovuti bħala imgħax fuq self u bħala introjtu nett minn impiegi
ta’ flus oħra;
(3) Ħlasijiet ta’ ammont moderat għal ammortizzament ta’ self jew għal
deprezzament ta’ impiegi diretti ta’ flus;
(4) Għoti moderat ta’ flus għall-ispejjeż tal-għajxien tal-familja.
Il-Fond jista’, wara konsultazzjoni mal-membri interessati, jiddeċidi jekk ċerti
transazzjonijiet speċifiċi għandhomx jitqiesu transazzjonijiet korrenti jew
transazzjonijiet kapitali.
Sezzjoni XX.  Disposizzjonijiet Finali
ARTIKOLU 1.  Dħul fis-seħħ. - Dan il-Ftehim għandu jibda jseħh meta jkun
ġie iffirmat f’isem il-gvernijiet li jkollhom ħamsa u sittin fil-mija tat-total tal-kwoti
murija fl-Iskeda A u meta l-atti msemmija fl-Artikolu 2 (a) ta’ din is-Sezzjoni jkunu
ġew depozitati f’isimhom, iżda f’ebda każ ma għandu dan il-Ftehim jibda jseħħ
qabel l-1 ta’ Mejju, 1945.
DĦUL TA’ MALTA BĦALA MEMBRU TAL-FOND 
MONETARJUINTERNAZZJONALI ġ K AP. 209.
ARTIKOLU 2.  Firmar.  - (a) Kull gvern li f’ismu jiġi iffirmat dan il-Ftehim
għandu jiddepożita għand il-Gvern ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika att li juri li aċċetta
dan il-Ftehim skond il-liġi u li ħa l-passi kollha meħtieġa biex huwa jkun jista’
jesegwixxi l-obbligazzjonijiet tiegħu skond dan il-Ftehim.
(b) Kull gvern isir membru tal-Fond mid-data tad-depożitu f’ismu ta’ l-att
imsemmi fl-(a) ta’ hawn fuq, barra milli ebda gvern ma għandu jsir membru qabel
ma dan il-Ftehim jibda jseħħ skond l-Artikolu 1 ta’ din is-Sezzjoni.
(ċ) Il-Gvern ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika għandu jgħarraf lill-gvernijiet tal-
pajjiżi kollha li isimhom jidher fl-Iskeda A, u lill-gvernijiet kollha li d-dħul tagħhom
bħala membri jkun approvat skond is-Sezzjoni II, Artikolu 2, dwar il-firmatarji
kollha ta’ dan il-Ftehim u dwar id-depożitu ta’ l-atti kollha imsemmija fl-(a) ta’
hawn fuq.
(d) Meta jiġi firmat dan il-Ftehim f’ismu, kull gvern għandu jibgħat lill-Gvern
ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika l-mitt parti ta’ wieħed fil-mija tas-sottoskrizzjoni
tiegħu totali f’deheb jew f’dollari ta’ l-Istati Uniti sabiex jitħallsu l-ispejjeż
amministrattivi tal-Fond. Il-Gvern ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika għandu jżomm
dawk il-fondi f’kont ta’ depożitu speċjali u għandu jibgħathom lill-Bord tal-
Gvernaturi tal-Fond meta tissejjaħ l-ewwel laqgħa skond l-Artikolu 3 ta’ din is-
Sezzjoni. Jekk dan il-Ftehim ma jkunx beda jseħħ sal-31 ta’ Diċembru, 1945, il-
Gvern ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika għandu jibgħat lura dawk il-fondi lill-gvernijiet
li jkunu bagħtuhom.
(e) Dan il-Ftehim ikun miftuħ għall-firma f’Washington f’isem il-gvernijiet tal-
pajjiżi li isimhom huwa muri fl-Iskeda A sal-31 ta’ Diċembru, 1945.
(f) Wara l-31 ta’ Diċembru, 1945, dan il-Ftehim jista’ jiġi ffirmat f’isem il-
gvern ta’ kull pajjiż li jkun approvat li jidħol bħala membru skond is-Sezzjoni II,
Artikolu 2. 
(g) Bil-firma tagħhom fuq dan il-Ftehim, il-gvernijiet kollha jaċċettawh kemm
f’isimhom stess tant f’isem il-kolonji kollha tagħhom, it-territorji ’l hemm mill-
ibħra, it-territorji kollha taħt il-protezzjoni jew sovranità jew awtorità tagħhom u t-
territorji kollha li dwarhom huma jeżerċitaw mandat.
(h) Fil-każ ta’ gvernijiet li t-territorji metropolitani tagħhom kienu taħt l-
okkupazzjoni ta’ l-għadu, id-depożitu ta’ l-att imsemmi fl-(a) ta’ hawn fuq jista’
jdum ma jintbagħat sa mija u tmenin ġurnata wara li d-data li fiha dawk it-territorji
jkunu ġew liberati. Iżda, jekk ma jiġix depożitat minn xi gvern tali qabel ma jgħaddi
dan il-perijodu, il-firma f’isem dak il-gvern tkun nulla u l-parti tas-sottoskrizzjoni
tiegħu mħallsa taħt id-(d) ta’ hawn fuq għandha tintbagħat lura lilu.
(i) Il-paragrafi (d) u (h) għandhom jibdew iseħħu relattivament għal kull gvern
firmatarju mid-data tal-firma tiegħu.
ARTIKOLU 3.  Inawgurazzjoni tal-Fond. - (a) Malli dan il-Ftehim jibda jseħħ
skond l-Artikolu 1 ta’ din is-Sezzjoni, kull membru għandu jinnomina gvernatur u l-
membru li jkollu l-akbar kwota għandu jsejjaħ l-ewwel laqgħa tal-Bord tal-
Gvernaturi.
(b) Fl-ewwel laqgħa tal-Bord tal-Gvernaturi, għandhom isiru arranġamenti
għall-għażla ta’ diretturi esekuttivi provviżorji. Il-gvernijiet tal-ħames pajjiżi li
għandhom l-akbar kwoti skond l-Iskeda A għandhom jinnominaw diretturi esekuttivi
provviżorji. Jekk gvern wieħed jew iżjed bħal dawk ma jkunux saru membri, il-post
ta’ diretturi esekuttivi li kien ikollhom dritt jimlew għandu jibqa’ vojt sakemm isiru
membri, jew sal-1 ta’ Jannar, 1946, liema jaħbat l-aktar kmieni. Seba’ diretturi
    DĦUL TA’ MALTA BĦALA MEMBRU TAL-FOND
26      KAP. 209.ħ    MONETARJUINTERNAZZJONALI
esekuttivi provviżorji jkunu eletti skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Iskeda Ċ u
għandhom jibqgħu fil-kariga sad-data ta’ l-ewwel elezzjoni regolari tad-diretturi
esekuttivi li għandha tinżamm kemm jista’ jkun malajr wara l-1 ta’ Jannar, 1946.
(ċ) Il-Bord tal-Gvernaturi jista’ jiddelega lid-diretturi esekuttivi provviżorji kull
setgħat ħlief dawk li ma jistgħux jiġu delegati lid-Diretturi Esekuttivi.
ARTIKOLU 4.   Kif jiġu stabbiliti valuri pari inizjalment:- (a) Meta l-Fond
ikun tal-fehma li ma jdumx ma jkun f’posizzjoni li jibda transazzjonijiet ta’ kambju,
huwa għandu javża dwar hekk lill-membri u għandu jitlob lil kull membru biex
jibgħat komunika fi żmien tletin ġurnata tal-valur pari tal-flejjes tiegħu bażat fuq ir-
rati ta’ kambju li jkunu jipprevalu fis-sittin jum qabel ma jibda jseħħ dan il-Ftehim.
Ebda membru li t-territorju metropolitan tiegħu jkun okkupat mill-għadu ma hu
meħtieġ li jagħmel dik il-komunika waqt li dak it-territorju jkun post ta’ ostilità
kbira jew għal dak il-perijodu wara kif il-Fond jista’ jiddeċidi. Meta dak il-membru
jikkomunika l-valur pari tal-flejjes japplikaw id-disposizzjonijiet tad-(d) ta’ hawn
taħt.
(b) Il-valur pari komunikat minn membru li t-territorju metropolitan tiegħu ma
jkunx ġie okkupat mill-għadu jkun il-valur pari tal-flejjes ta’ dak il-membru għall-
finijiet ta’ dan il-Ftehim kemm-il darba, fi żmien disgħin ġurnata wara li tiġi
riċevuta t-talba msemmija fl-(a) ta’ hawn fuq, (i) il-membru ma jinnotifikax lill-
Fond li jikkunsidra l-valur pari bħala mhux sodisfaċenti, jew (ii) il-Fond ma
jinnotifikax lill-membru li fil-fehma tiegħu l-valur pari ma jistax jinżamm mingħajr
ma tintagħmel ħsara lill-Fond jew lil oħrajn minn naħa ta’ dak il-membru b’mod li
jippreġudika l-Fond u lill-membri. Meta jingħata avviż taħt l-(i) jew (ii) ta’ hawn
fuq, il-Fond u l-membru għandhom, f’perijodu stabbilit mill-Fond fid-dawl taċ-
ċirkostanzi kollha rilevanti, jiftehmu fuq il-valur pari xieraq ta’ dawk il-flejjes. Jekk
il-Fond u l-membru ma jiftehmux fil-perijodu hekk stabbilit, il-membru għandu
jitqies li irtira mill-Fond fid-data meta jiskadi l-perijodu.
(ċ) Meta l-valur pari ta’ flejjes ta’ membru jkun ġie stabbilit skond il-(b) ta’
hawn fuq, jew bl-iskadenza ta’ disgħin ġurnata mingħajr notifika, jew bi ftehim wara
n-notifika, il-membru jkun jista’ jixtri mingħand il-Fond il-flejjes ta’ membri oħra
safejn ikun permess f’dan il-Ftehim, salv li l-Fond ikun beda transazzjonijiet ta’
kambju.
(d) Fil-każ ta’ membru li t-territorju metropolitan tiegħu jkun ġie okkupat mill-
għadu, id-disposizzjonijiet tal-(b) ta’ hawn fuq għandhom japplikaw, salvi l-
modifiki li ġejjin:
(i) Il-perijodu ta’ disgħin ġurnata għandu jiġi estiż sabiex jispiċċa f’data li tiġi
stabbilita bi ftehim bejn il-Fond u l-membru.
(ii) F’dak il-perijodu estiż il-membru jista’, jekk il-Fond ikun beda
transazzjonijiet ta’ kambju, jixtri mingħand il-Fond bil-flejjes tiegħu l-
flejjes ta’ membri oħra, iżda taħt dawk il-kondizzjonijiet u f’dawk l-
ammonti biss li jistgħu jiġu preskritti mill-Fond.
(iii) F’kull żmien qabel id-data stabbilita taħt l-(i) ta’ hawn fuq, jista’ jsir tibdil
bi ftehim mal-Fond fil-valur pari komunikat taħt l-(a) ta’ hawn fuq.
(e) Jekk membru li t-territorju metropolitan tiegħu jkun ġie okkupat mill-għadu
jadotta unità monetarja ġdida qabel id-data li tiġi stabbilita skond id-(d) (i) ta’ hawn
fuq il-valur pari stabbilit minn dak il-membru għall-unità ġdida għandu jiġi
komunikat lill-Fond u għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet tad-(d) ta’ hawn fuq.
(f) Tibdil f’valuri pari miftehma mal-Fond skond dan l-Artikolu ma għandux
DĦUL TA’ MALTA BĦALA MEMBRU TAL-FOND 
MONETARJUINTERNAZZJONALI ġ K AP. 209.
jittieħed każ tiegħu biex jiġi stabbilit jekk tibdil propost jaqax fil-(i), (ii), jew (iii)
tas-Sezzjoni IV, Artikolu 5 (ċ).
(g) Membru li jikkomunika lill-Fond valur pari għall-flejjes tat-territorju
metropolitan tiegħu għandu fl-istess ħin jikkomunika valur f’dawk il-flejjes, għal
kull flejjes separati, meta dawk ikunu jeżistu, fit-territorju li dwarhom ikun aċċetta
dan il-Ftehim skond l-Artikolu 2 (g) ta’ din is-Sezzjoni, iżda ebda membru ma jkun
meħtieġ li jagħmel komunika għal flejjes separati ta’ territorju li kien okkupat mill-
għadu waqt li dak it-territorju kien post ta’ ostilitajiet kbar jew għal dak il-perijodu
ta’ wara kif jista’ jistabillixxi l-Fond. Fuq il-bażi tal-valur pari hekk komunikat, il-
Fond għandu jikkalkola l-valur pari ta’ kull flejjes separati. Komunika jew notifika
tal-Fond skond l-(a), (b) jew (d) ta’ hawn fuq dwar il-valur pari ta’ flejjes, għandha
titqies ukoll, jekk ma jiġix dikjarat il-kuntrarju, li tkun komunika jew notifika li
tirreferixxi għall-valur pari tal-flejjes kollha separati msemmija hawn fuq. Iżda kull
membru jista’ jagħmel komunika jew notifika dwar il-flejjes metropolitani jew kull
waħda mill-flejjes separati biss. Jekk il-membru jagħmel hekk, id-disposizzjonijiet
tal-paragrafi ta’ qabel (inkluż id-(d) ta’ hawn fuq, jekk territorju fejn jeżistu flejjes
separati jkun ġie okkupat mill-għadu) għandhom japplikaw għal kull waħda minn
dawn il-flejjes separatament.
(h) Il-Fond għandu jibda transazzjonijiet ta’ kambju f’dik id-data kif jiddeċidi
wara li membri li jkollhom ħamsa u sittin fil-mija tat-total tal-kwoti murija fl-Iskeda
A jkunu ġew eliġibbli, skond il-paragrafi ta’ qabel dan l-Artikolu, biex jixtru l-
flejjes ta’ membri oħra, iżda f’ebda każ qabel ma l-ostilitajiet kbar fl-Ewropa jkunu
spiċċaw.
(i) Il-Fond jista’ jipposponi transazzjonijiet ta’ kambju ma’ kull membru jekk
iċ-ċirkostanzi tiegħu jkunu tali li, fil-fehma tal-Fond, iwasslu biex juża r-riżorsi tal-
Fond b’mod kuntrarju għall-iskopijiet ta’ dan il-Ftehim jew ta’ preġudizzju tal-Fond
jew għall-membri.
(j) Il-valuri pari ta’ flejjes ta’ gvernijiet li juru li jixtiequ jsiru membri wara l-
31 ta’ Diċembru, 1945, għandhom jiġu stabbiliti skond id-disposizzjonijiet ta’
Sezzjoni II, Artikolu 2.
Magħmul f’Washington, f’kopja unika li għandha tibqa’ depożitata fl-arkivji tal-
Gvern ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika, li għandu jibgħat kopji awtentikati lill-
gvernijiet kollha li isimhom huwa muri fl-Iskeda A u lill-gvernijiet kollha li jkun
approvat id-dħul tagħhom bħala membri skond is-Sezzjoni II, Artikolu 2.
    DĦUL TA’ MALTA BĦALA MEMBRU TAL-FOND
28      KAP. 209.ħ    MONETARJUINTERNAZZJONALI
SKEDA A. 
ġKwotiħ 
(F’miljuni ta’ dollari ta’ l-Istati Uniti) 
Awstralja ......................... 200  Iran ................................................................ 25 
Belġju  ............................. 225  Iraq ...................................................................8 
Bolivja  .............................. 10  Liberia .......................................................... .5
Brazil  .............................. 150 Lussemburgo.................................................. 10 
Kanada ............................ 300  Messiku.......................................................... 90 
Ċili .................................... 50  Olanda ..........................................................275
Ċina  ................................ 550  New Zealand ..................................................50 
Kolumbja  .......................... 50  Nikaragwa ...................................................... 2
Kosta Rika  .......................... 5  Norveġja......................................................... 50 
Kuba  ................................. 50  Panama ...........................................................5
Ċekoslovakkja  ................ 125  Paragwaj ..........................................................2
Danimarka ...................... (*)  Peru ................................................................ 25
Repubblika Domenikana ..... 5  Filippini...........................................................15
Ekwador .............................. 5 Polonja...........................................................125
Eġittu  ................................ 45  Unjoni tas-Sud Afrika ....................................l00
EI Salvador  ......................... 2.5  Unjoni tar-Repubbliki Soċjalisti Sovjetiċi ..1,200
Etjopja ..................................6
Franza  ............................. 450  Renju Unit ................................................. 1,300
Greċja  ............................... 40  Stati Uniti .................................................. 2,750
Guatemala ........................... 5  Urugwaj.......................................................... 15
Haiti .................................... 5  Venezuela .......................................................15
Honduras ............................. 2.5  Jugoslavia....................................................... 60
Iżlandja  ............................... 1
Indja ................................ 400
............................................... ............................................................. Total 8,800
(*) Il-kwota tad-Danimarka għandha tkun stabbilita mill-Fond wara li l-Gvern Daniż ikun iddikjara li
huwa lest biex jiffirma dan il-Ftehim iżda qabel ma ssir il-firma.
Skeda B.  Disposizzjonijiet dwar Xiri mill-ġdid minn Membru 
tal-Flejjes tiegħu Miżmuma mill-Fond
1. Biex jiġi stabbilit safejn xiri mill-ġdid ta’ flejjes ta’ membru mill-Fond
skond is-Sezzjoni V, Artikolu 7 (b), għandu jsir b’kull klassi ta’ riżerva monetarja,
jiġifieri f’deheb u fi flejjes konvertibbli, ir-regola li ġejja, salv it-2 ta’ hawn taħt,
għandha tapplika:
(a) Jekk ir-riżervi monetarji tal-membru ma jkunux żdiedu matul is-sena, l-
ammont li għandu jitħallas lill-Fond għandu jitqassam fost il-klassijiet kollha ta’
riżervi fi proporzjon tal-holdings tagħhom mill-membru fl-aħħar tas-sena.
(b) Jekk ir-riżervi monetarji tal-membru jkunu żdiedu matul is-sena, parti mill-
ammont li għandu jitħallas lill-Fond daqs nofs iż-żieda għandha titqassam fost dawk
il-klassijiet ta’ riżervi li jkunu żdiedu bi proporzjon għall-ammont li bih kull wieħed
minnhom ikun żdied. Il-bqija tas-somma li għandha titħallas lill-Fond għandha
titqassam fost il-klassijiet kollha ta’ riżervi fi proporzjon għal dik il-bqija tal-
holdings tal-membru.
(ċ) Jekk wara li x-xiri mill-ġdid kollu skond is-Sezzjoni V, Artikolu 7 (b), ikun
sar, ir-riżultat kien jeċċedi kull limiti speċifikati fis-Sezzjoni V, Artikolu 7 (ċ), il-
Fond jeħtieġ li dak ix-xiri mill-ġdid isir mill-membri proporzjonatament b’dak il-
mod illi l-limiti ma jiġux eċċeduti.
DĦUL TA’ MALTA BĦALA MEMBRU TAL-FOND 
MONETARJUINTERNAZZJONALI ġ K AP. 209.
2. Il-Fond ma għandu jikseb ebda flejjes ta’ wieħed mhux membru skond is-
Sezzjoni V, Artikolu 7 (b) u (ċ).
3. Fil-kalkolu ta’ riżervi monetarji u fiż-żieda ta’ riżervi monetarji matul kull
sena għall-fini tas-Sezzjoni V, Artikolu 7 (b) u (ċ), ma għandu jittieħed ebda kont,
jekk ma jkunx sar tnaqqis xort’oħra mill-membru għal dawk il-holdings, ta’ kull
żieda f’dawk ir-riżervi monetarji li jkunu dovuti għal flejjes li kienu qabel mhux
konvertibbli u li saru konvertibbli matul is-sena; jew għal holdings li huma r-rikavat
ta’ self ta’ terminu twil jew ta’ terminu medju kuntrattat matul is-sena; jew għal
holdings li ġew trasferiti jew imwarrba għall-ħlas mill-ġdid ta’ self matul is-sena ta’
wara.
4. Fil-każ ta’ membri li t-territorji metropolitani tagħhom ikunu ġew okkupati
mill-għadu, id-deheb prodott ġdid matul il-ħames snin wara li jibda jseħħ dan il-
Ftehim minn mini sitwati fit-territorji metropolitani tagħhom m’għandux jiġi inkluż
fil-kalkoli tar-riżervi monetarji tagħhom jew ta’ żidiet ta’ riżervi monetarji tagħhom.
Skeda Ċ.  Elezzjoni ta’ Diretturi Esekuttivi
1. L-elezzjoni tad-diretturi esekuttivi li jiġu eletti tkun b’votazzjoni tal-
gvernaturi li jistgħu jivvotaw skond is-Sezzjoni XII, Artikolu 3 (b) (iii) u (iv).
2. Fil-votazzjoni għall-ħames diretturi li jiġu eletti skond is-Sezzjoni XII,
Artikolu 3 (b) (iii), kull wieħed mill-gvernaturi li jista’ jivvota għandu jivvota għal
persuna waħda l-voti kollha li għalihom huwa jkollu dritt skond is-Sezzjoni XII,
Artikolu 5 (a). Il-ħames persuni li jirċievu l-akbar numru ta’ voti jkunu diretturi,
basta li ebda persuna li tkun irċeviet anqas minn dsatax fil-mija tan-numru totali ta’
voti li jistgħu jingħataw (voti eliġibbli) ma għandha titqies eletta.
3. Meta ma jkunux eletti ħames persuni ma’ l-ewwel votazzjoni, għandha
tinżamm it-tieni votazzjoni li fiha l-persuna li tkun irċeviet l-anqas numru ta’ voti
ma tkunx eliġibbli għall-elezzjoni u li fiha għandhom jivvotaw biss (a) dawk il-
gvernaturi li ivvotaw fl-ewwel votazzjoni għal persuna mhux eletta, u (b) dawk il-
gvernaturi li l-voti tagħhom għal persuna eletta huma meqjusa skond il-4 ta’ hawn
taħt li kabbru l-voti mogħtija lil dik il-persuna b’aktar minn għoxrin fil-mija tal-voti
eliġibbli.
4. Biex jiġi stabbilit jekk il-voti mogħtija minn gvernatur għandhomx jitqiesu
li kabbru t-total ta’ xi persuna b’aktar minn għoxrin fil-mija tal-voti eliġibbli, l-
għoxrin fil-mija għandhom jitqiesu li jinkludu, l-ewwel, il-voti ta’ gvernatur li ta l-
akbar numru ta’ voti lil dik il-persuna, umbagħad il-voti tal-gvernatur li ta l-akbar
numru warajħ, u hekk sakemm jintlaħaq l-għoxrin fil-mija.
5. Kull gvernatur li parti mill-voti tiegħu għandhom jingħaddu sabiex ikabbar
it-total ta’ xi persuna b’aktar minn dsatax fil-mija għandu jitqies bħala li ta l-voti
kollha tiegħu lil dik il-persuna wkoll jekk il-voti totali lil dik il-persuna b’hekk
jeċċedu l-għoxrin fil-mija.
6. Jekk, wara t-tieni votazzjoni, ma jkunux ġew eletti ħames persuni,
għandhom jinżammu votazzjonijiet oħra fuq l-istess prinċipji sakemm ikunu ġew
eletti ħames persuni, basta li wara li jkunu ġew eletti erba’ persuni, il-ħames wieħed
jista’ jiġi elett b’maġġoranza sempliċi tal-bqija tal-voti u għandu jitqies li ġie elett
b’dawk il-voti kollha.
7. Id-diretturi li għandhom jiġu eletti mir-Repubbliki Amerikani skond is-
Sezzjoni XII, Artikolu 3 (b) (iv) għandhom jiġu eletti kif ġej:
(a) Kull direttur għandu jiġi elett separatament.
    DĦUL TA’ MALTA BĦALA MEMBRU TAL-FOND
30      KAP. 209.ħ    MONETARJUINTERNAZZJONALI
(b) Fl-elezzjoni ta’ l-ewwel direttur, kull gvernatur li jirrappreżenta Repubblika
Amerikana li tista’ tiehu sehem fl-elezzjoni għandu jagħti għal persuna waħda l-voti
kollha li għalihom huwa għandu dritt. Il-persuna li tirċievi l-akbar numru ta’ voti tiġi
eletta basta li tkun irċeviet mhux anqas minn ħamsa u erbgħin fil-mija tal-voti totali.
(ċ) Jekk ħadd ma jiġi elett ma’ l-ewwel votazzjoni, għandhom jinżammu
votazzjonijiet oħra, u f’kull waħda minnhom il-persuna li tirċievi l-anqas numru ta’
voti tiġi eliminata, sakemm persuna waħda tirċievi numru ta’ voti biżżejjed biex tiġi
eletta skond il-(b) ta’ hawn fuq.
(d) Il-gvernaturi li l-voti tagħhom ikkontribwew għall-elezzjoni ta’ l-ewwel
direttur ma għandhom jieħdu ebda parti fl-elezzjoni tat-tieni direttur.
(e) Persuni li ma kienux eletti fl-ewwel elezzjoni jkunu eliġibbli għal elezzjoni
tat-tieni direttur.
(f) Maġġoranza tal-voti li tista’ tingħata tkun meħtieġa għall-elezzjoni tat-tieni
direttur. Jekk fl-ewwel votazzjoni ħadd ma jirċievi maġġoranza, għandhom
jinżammu votazzjonijiet oħra li f’kull waħda minnhom il-persuna li tirċievi l-anqas
numru ta’ voti tiġi eliminata, sakemm xi persuna tikseb maġġoranza.
(g) It-tieni direttur għandu jitqies li ġie elett bil-voti kollha li setgħu ingħataw
fil-votazzjoni biex tassigura l-elezzjoni tiegħu.
Skeda D.  Likwidazzjoni ta’ Kontijiet ma’ Membri li Jirtiraw
1. Il-Fond ikun obbligat li jħallas lil membru li jirtira ammont daqs il-kwota
tiegħu, b’żieda ta’ kull ammonti oħra dovuti lilu mill-Fond, nieqes kull ammont
dovut lill-Fond, inklużi drittijiet li jakkumulaw wara d-data ta’ l-irtir tiegħu; iżda ma
għandu jsir ebda ħlas qabel sitt xhur wara d-data ta’ l-irtir tiegħu. Il-ħlasijiet
għandhom isiru bil-flejjes tal-membru li jirtira.
2. Jekk il-holdings tal-Fond tal-flejjes tal-membru li jirtira ma jkunux biżżejjed
biex jitħallas l-ammont nett dovut mill-Fond, il-bilanċ għandu jitħallas b’deheb, jew
b’dak il-mod ieħor li jista’ jiġi miftiehem. Jekk il-Fond u l-membru li jirtira ma
jiftehmux fi żmien sitt xhur mid-data ta’ l-irtir, il-flejjes in kwistjoni miżmuma mill-
Fond għandhom jitħallsu minnufih lill-membru li jirtira. Kull bilanċ dovut għandu
jitħallas f’għaxar rati ta’ sitt xhur matul il-ħames snin ta’ wara. Kull rata bħal dik
għandha titħallas, kif jagħżel il-Fond, jew bil-flejjes tal-membru li jirtira miksuba
wara l-irtir tiegħu jew b’konsenja ta’ deheb.
3. Jekk il-Fond jonqos milli jħallas xi rata li tkun dovuta skond il-paragrafi ta’
qabel, il-membru li jirtira jkollu dritt li jitlob lill-Fond li jħallas ir-rata fi kwalunkwe
flejjes miżmuma mill-Fond barra minn f’xi flejjes li jkunu ġew dikjarati skarsi skond
is-Sezzjoni VII, Artikolu 3.
4. Jekk il-holdings tal-Fond tal-flejjes ta’ membru li jirtira jeċċedu l-ammont
dovut lilu, u jekk ma jintlaħaqx ftehim fuq kif għandhom jiġu likwidati l-kontijiet fi
żmien sitt xhur mid-data ta’ l-irtir, dak li kien membru jkun obbligat li jifdi dawk il
flejjes żejda f’deheb jew, kif jagħżel hu, fil-flejjes ta’ membri li fiż-żmien tal-fidwa
jkunu konvertibbli. Il-fidwa għandha ssir bil-parità eżistenti fiż-żmien ta’ l-irtir mill-
Fond. Il-membru li jirtira għandu jikkonkludi l-fidwa fi żmien ħames snin mid-data
ta’ l-irtir, jew fi żmien dak il-perijodu itwal li jista’ jiġi stabbilit mill-Fond, iżda ma
jkunx meħtieġ li jifdi f’xi perijodu ta’ sitt xhur aktar minn wieħed minn għaxra tal-
holdings żejda tal-Fond tal-flejjes tiegħu fid-data ta’ l-irtir b’żieda għal kull akkwisti
oħra tal-flejjes matul dak il-perijodu ta’ sitt xhur. Jekk il-membru li jirtira ma
jwettaqx l-obbligazzjoni tiegħu, il-Fond jista’ b’mod xieraq jillikwida f’kull suq l-
ammont tal-flejjes li missu ġie mifdi.
DĦUL TA’ MALTA BĦALA MEMBRU TAL-FOND 
MONETARJUINTERNAZZJONALI ġ K AP. 209.
5. Kull membru li jixtieq jikseb il-flejjes ta’ membru li irtira għandu jiksibhom
b’xiri mingħand il-Fond safejn dak il-membru jkollu aċċess għar-riżorsi tal-Fond u li
dawk il-flejjes ikunu disponibbli skond il-4 ta’ hawn fuq.
6. Il-membru li jirtira jiggarantixxi l-użu illimitat fiż-żminijiet kollha tal-
flejjes imneħħija skond il-4 u 5 ta’ hawn fuq għax-xiri ta’ merkanzija jew għall-ħlas
ta’ somom dovuti lilu jew lil persuni fit-territorji tiegħu. Huwa għandu jikkompensa
lill-Fond għal kull telf li jirriżulta mid-differenza bejn il-valur pari u l-flejjes tiegħu
fid-data ta’ l-irtir u l-valur realizzat mill-Fond mat-tneħħija skond il-4 u l-5 ta’ hawn
fuq.
7. Fil-każ li l-Fond imur f’likwidazzjoni skond is-Sezzjoni XVI, Artikolu 2, fi
żmien sitt xhur mid-data li fiha l-membru jirtira, il-kont bejn il-Fond u dak il-gvern
għandu jiġi likwidat skond is-Sezzjoni XVI, Artikolu 2, u l-Iskeda E.
Skeda E.  Amministrazzjoni ta’ Likwidazzjoni
1. Fil-każ ta’ likwidazzjoni l-passiv tal-Fond barra mill-ħlas lura tas-
sottoskrizzjonijiet ikollhom preċedenza fit-tqassim ta’ l-attiv tal-Fond. Biex
jissodisfa kull passiv bħal dak il-Fond għandu juża l-attiv tiegħu fl-ordni li ġej:
(a) il-flejjes li bihom il-passiv jitħallas;
(b) deheb;
(ċ) il-flejjes l-oħra kollha f’xi proporzjon, safejn ikun prattikabbli, għall-kwoti
tal-membri.
2. Wara li jissodisfa l-passiv tal-Fond skond il-1 ta’ hawn fuq, il-bilanċ ta’ l-
attiv tal-fond għandu jiġi mqassam u distribwit kif ġej:
(a) Il-Fond għandu jqassam il-holdings tiegħu f’deheb fost il-membri li l-flejjes
tagħhom huma miżmuma mill-Fond f’ammonti anqas mill-kwoti tagħhom. Dawn il-
membri għandhom jaqsmu d-deheb hekk imqassam fi proporzjon ta’ l-ammonti li
bihom il-kwoti tagħhom jeċċedu l-holdings tal-Fond tal-flejjes tagħhom.
(b) Il-Fond għandu jqassam lil kull membru nofs il-holdings tal-Fond tal-flejjes
tiegħu iżda dak it-tqassim ma għandux jeċċedi ħamsin fil-mija tal-kwota tiegħu. 
(ċ) Il-Fond għandu jqassam fi proporzjon il-bqija tal-holdings tiegħu ta’ kull
flejjes fost il-membri kollha skond l-ammonti dovuti lil kull membru wara t-tqassim
taħt l-(a) u (b) ta’ hawn fuq.
3. Kull membru għandu jifdi l-holdings tal-flejjes tiegħu mqassma fi
proporzjon lil membri oħra skond it-2 (ċ) ta’ hawn fuq u għandu jiftiehem mal-Fond
fi żmien tliet xhur wara deċiżjoni biex jillikwidaw bi proċedura xierqa għal dik il-
fidwa.
4. Jekk membru ma jkunx laħaq ftehim mal-Fond fi żmien il-perijodu ta’ tliet
xhur imsemmi fit-3 ta’ hawn fuq, il-Fond għandu juża l-flejjes ta’ membri oħra
mqassma fi proporzjon lil dak il-membru skond it-2 (ċ) ta’ hawn fuq biex jifdi l-
flejjes ta’ dak il-membru mqassma fi proporzjon lil membri oħra. Kull flejjes
imqassma fi proporzjon lil membru li ma jkunx laħaq ftehim għandhom jiġu wżati,
kemm jista’ jkun possibbli, biex jifdu l-flejjes tiegħu imqassma fi proporzjon lill-
membri li jkunu għamlu ftehim mal-Fond skond it-3 ta’ hawn fuq.
5. Jekk membru jilħaq ftehim mal-Fond skond it-3 ta’ hawn fuq, il-Fond
għandu juża l-flejjes ta’ membri oħra mqassma fi proporzjon lil dak il-membru
skond it-2 (ċ) ta’ hawn fuq biex jifdi l-flejjes ta’ dak il-membru mqassma fi
proprozjon lil membri oħra li kienu għamlu ftehim mal-Fond skond it-3 ta’ hawn
    DĦUL TA’ MALTA BĦALA MEMBRU TAL-FOND
32      KAP. 209.ħ    MONETARJUINTERNAZZJONALI
fuq. Kull ammont hekk mifdi għandu jiġi mifdi fil-flejjes tal-membru li għalih kien
imqassam fi proporzjon.
6. Wara li jiġu esegwiti l-paragrafi ta’ qabel, il-Fond għandu jħallas lil kull
membru l-bqija tal-flejjes miżmuma akkont tiegħu.
7. Kull membru li l-flejjes tiegħu jkunu ġew imqassma lil membri oħra skond
is-6 ta’ hawn fuq għandu jifdi dawk il-flejjes f’deheb jew, kif jagħżel hu, fil-flejjes
tal-membru li jitlob il-fidwa, jew b’dak il-mod ieħor li jiġi miftiehem bejniethom.
Jekk il-membri interessati ma jiftehmux xort’oħra, il-membru obbligat li jifdi
għandu jikkonkludi l-fidwa fi żmien ħames snin mid-data tat-tqassim, iżda ma jkunx
meħtieġ li jifdi f’perijodu ta’ sitt xhur aktar minn wieħed minn għaxra ta’ l-ammont
imqassam lil kull membru ieħor. Jekk il-membru ma jwettaqx din l-obbligazzjoni l-
ammont tal-flejjes li missu ġie mifdi jista’ jiġi likwidat b’mod xieraq fi kwalunkwe
suq.
8. Kull membru li l-flejjes tiegħu jkunu ġew imqassma lil membri oħra skond
is-6 ta’ hawn fuq jiggarantixxi l-użu illimitat ta’ dawk il-flejjes fiż-żmienijiet kollha
għax-xiri ta’ merkanzija jew għall-ħlas ta’ somom dovuti lilu jew lil persuni fit-
territorji tiegħu. Kull membru hekk obbligat jaċċetta li jikkompensa membri oħra
għal kull telf li jirriżulta mid-differenza bejn il-valur pari tal-flejjes tiegħu fid-data
tad-deċiżjoni biex jillikwida l-Fond u l-valur realizzat minn dawk il-membri mat-
tneħħija tal-flejjes tiegħu.
