IMPIEGTA’PERSUNIB’DIŻABILITÀ ġKAP. 210.    1
KAPITOLU 210
ATT DWAR L-IMPIEG TA’ PERSUNI 
B’DIŻABILITÀ
Emendat:
XXVI.1995.2.
Biex jipprovdi għall-impieg ta’ persuni b’diżabilità  u għal ħwejjeġ li
għandhom x’jaqsmu ma’ dak l-impieg jew anċillari għalih.
(7 ta’ Frar, 1969)*
Sar liġi bl-ATT II ta’ l-1969, kif emendat bl-Atti: XIV ta’ l-1969, XXII
ta’ l-1976, XI ta’ l-1977 u XXVI ta’ l-1995.
Titolu fil-qosor. 
Emendat:       
XXVI.1995.3.
1. Dan l-Att jista’ jissejjaħ l-Att dwar l-Impieg ta’ Persuni
b’Diżabilità.
 Tifsir.
Emendat: 
XIV. 1969.18; 
XXII. 1976.4; 
XI. 1977.2;
XXVI.1995.2, 4.
Kap. 343.
2. F’dan l-Att, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx
xort’oħra -
"l-Awtorità" tfisser l-Awtorità Nazzjonali tax-Xogħol imwaqqfa
bl-artikolu 3 ta’ l-Att dwar is-Servizzi ta’ Impieg u Taħriġ;
Kap. 247.
"età ta’ skola obbligatorja" relattivament għal persuna tfisser l-
età li fiha dik il-persuna ma tibqax suġġetta għad-disposizzjonijiet
ta’ l-Att dwar l-Edukazzjoni;
"għaqda ta’ persuni" tinkludi kull soċjetà ta’ persuni, kemm
korporata jew mhux korporata, u kemm jekk għandha personalita
legali jew le;
"impieg xieraq" tfisser dak l-impieg, jew dak ix-xogħol li wieħed
jaħdem għal rasu, li l-uffiċjal mediku dwar pjazzament, wara li jqis
l-età, l-esperjenza u l-kwalifiki ta’ persuna b’diżabilità, jidhirlu
xieraq għal dik il-persuna;
Kap. 343.
imwaqqfa bl-artikolu 5 ta’ l-Att dwar is-Servizzi ta’ Impieg u
Taħriġ;
"korsijiet ta’ rijabilitazzjoni industrijali" tfisser dawk il-
faċilitajiet ta’ taħriġ fiżiku, eżerċizzju u okkupazzjoni li jwasslu
għall-għoti mill-ġdid ta’ abbiltà, li bihom persuni  b’diżabilità
jkollhom l-abbiltà, li jaħdmu bħala impjegati jew jaħdmu għal
rashom, tax-xorta li huma kienu jaħdmu qabel ma saru  diżabilitati
jew ta’ xi xorta oħra li tkun adattata għall-età, esperjenza u
kwalifiki tagħhom, jew biex jagħmlu użu minn kors ta’ taħriġ ta’
vokazzjoni, u tinkludi dawk il-faċilitajiet inċidentali oħra li l-
Ministru jidhirlu li jkunu meħtieġa biex persuni li jkunu qed
jattendu għal dawk il-korsijiet ikunu jistgħu jiksbu l-benefiċċju
sħiħ ta’ dawk il-korsijiet;
"korsijiet ta’ taħriġ ta’ vokazzjoni" tfisser faċilitajiet għat-taħriġ
ta’ persuni b’diżabilità li jkollhom bżonn ta’ taħriġ biex
jagħmilhom kompetenti biex jieħdu impieg jew jaħdmu għal
*Ara Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 138 tas-7 ta’ Frar, 1969.
 2      KAP.  210.ħ    IMPIEGTA’PERSUNIB’DIŻABILITÀ
rashom, ta’ xorta adattata għall-età, esperjenza u kwalifiki ġenerali
tagħhom;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għax-xogħol;
"persuna" tinkludi għaqda ta’ persuni;
"persuna għamja" tfisser persuna li ma għandhiex dawl jew li l-
vista tagħha tkun, jew ikun probabbli li ssir, hekk difettuża li ma
tkunx tista’ ssib jew iżżomm impieg, jew li tagħmel xi xogħol għal
rasha, li għalih il-vista tkun essenzjali;
"persuna b’diżabilità" tfisser persuna, li tkun ’il fuq mill-età ta’
skola obbligatorja, li, minħabba korriment, mard, mankament mit-
twelid jew xi diżabilità oħra fiżika jew mentali tkun sostanzjalment
imfixkla milli tikseb jew iżżomm impieg jew milli tagħmel xi
xogħol għal rasha, ta’ xorta li, kieku ma kienx għall-korriment,
mard, mankament jew diżabilità kien ikun xieraq għall-età,
esperjenza u kwalifiki tagħha; u l-kelma "diżabilità", dwar xi
persuna, għandha tiftiehem f’dak is-sens;
"persuna reġistrata" tfisser persuna li isimha jkun f’dak iż-żmien
imdaħħal fir-reġistru;
"persuna truxa li titkellem" tfisser persuna li, anke b’apparat ta’
għajnuna għas-smiegħ, ikollha ftit jew xejn smigħ utili u li l-mod
normali ta’ komunikazzjoni tagħha jkun bil-kliem u bil-qari tax-
xuftejn;
"persuna truxa u muta" tfisser persuna li ma jkollhiex smiegħ
utili u li l-mod normali ta’ komunikazzjoni tagħha jkun bis-sinjali,
billi tispelli bis-swaba, jew bil-kitba;
"preskritt" tfisser preskritt b’regolamenti magħmula mill-
Ministru skond dan l-Att;
"ir-reġistru" tfisser ir-reġistru ta’ persuni b’diżabilità miżmum
skond l-artikolu 5 ta’ dan l-Att;
"servizzi dwar gwida għall-vokazzjoni" tfisser faċilitajiet
maħsuba biex jiggwidaw persuni b’diżabilità fl-għażla ta’ l-impieg
jew xogħol għal rashom, ta’ xorta li tkun adattata għall-età,
esperjenza u kwalifiki tagħhom;
"servizz pubbliku" għandha l-istess tifsir kif mogħti lilha bl-
artikolu 124 tal-Kostituzzjoni ta’ Malta;
"servizzi ta’ ristabbiliment ta’ persuni b’diżabilità" tfisser dawk
il-faċilitajiet li jkunu maħsuba biex iqiegħdu f’impieg xieraq
persuni reġistrati;
"uffiċjal mediku ta’ pjazzament" tfisser kull uffiċjal mediku bi
kwalifiki adattati awtorizzat bil-miktub mill-Ministru.
Provvediment ta’ 
servizzi u korsijiet 
u arranġamenti 
mill-Ministru.   
Emendat:
XXVI.1995.2, 5.
3. (1) Il-Ministru jista’ jipprovdi, jew jagħmel arranġamenti
għall-provvediment minn xi dipartiment tal-Gvern jew mill-
Korporazzjoni jew mod ieħor ta’, -
(a) servizzi dwar gwida għall-vokazzjoni; 
(b) korsijiet ta’ taħriġ ta’ vokazzjoni;
(ċ) korsijiet ta’ rijabilitazzjoni industrijali; u
IMPIEGTA’PERSUNIB’DIŻABILITÀ ġKAP. 210.    3
(d) servizzi dwar ristabbiliment ta’ persuni b’diżabilità. 
(2) Meta xi persuna tkun qed tirċievi xi wieħed mis-servizzi
jew qed tattendi xi wieħed mill-korsijiet imsemmija fis-subartikolu
(1) ta’ dan l-artikolu, għandha tkun taħt ħarsien mediku xieraq.
(3) Kwalunkwe arranġament magħmul mill-Ministru skond is-
subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu jista’ jinkludi d-dispensa minn jew
modifika ta’ kwalunkwe kwalifika jew kondizzjoni li għandha
x’taqsam b’mod ġenerali mad-dħul, attendenza, jew mod ieħor,
relattivament għal kwalunkwe servizzi dwar gwida għall-
vokazzjoni jew korsijiet ta’ taħriġ ta’ vokazzjoni jew ta’ taħriġ
industrijali provduti għal persuni li ma jkunux persuni b’diżabilità.
Ħlas ta’ spejjeż u 
għoti ta’ għajnuna. 
4. (1) Il-Ministru jista’ jħallas, jew jikkontribwixxi għal,
spejjeż magħmula -
(a) fil-provvediment ta’ korsijiet ta’ taħriġ ta’ vokazzjoni
jew korsijiet ta’ rijabilitazzjoni industrijali msemmija
fis-subartikolu (1) ta’ l-artikolu 3 ta’ dan l-Att; u
(b) minn persuni li jattendu għal dawk il-korsijiet fil-
vjaġġar għall-post u mill-post fejn ikun qed isir il-
kors,
u jista’ wkoll, għal jew dwar dawk il-persuni, jagħti aktar għajnuna,
fi flus jew in natura, kif hu jista’ minn żmien għal żmien
jistabbilixxi. 
(2) Kwalunkwe għajnuna mogħtija skond is-subartikolu (1) ta’
dan l-artikolu tkun suġġetta għal dawk il-kondizzjonijiet li l-
Ministru jista’ jimponi jew b’mod ġenerali jew dwar xi persuna
partikolari.
Reġistru ta’ 
Persuni 
b’diżabilità.   
Emendat:     
XXVI.1995.2,6.
5. (1) Il-Korporazjoni għandha tagħmel u żżomm Reġistru ta’
Persuni b’Diżabilità.
(2) Ir-reġistru jkun f’dik il-forma, u jista’ jkun maqsum f’dawk
il-partijiet, u r-reġistrazzjonijiet u tibdiliet fih u t-tneħħija ta’
reġistrazzjonijiet minnu għandhom ikunu b’dak il-mod, kif il-
Ministru jista’ jiddeċiedi.
Ċertifikat ta’ 
reġistrazzjoni. 
6. Kull persuna li isimha jkun imdaħħal fir-reġistru għandha
tingħata ċertifikat ta’ reġistrazzjoni u dak id-dokument għandu,
sakemm ma jiġix provat il-kuntrarju, ikun prova biżżejjed tal-fatti
murija fih.
Setgħa ta’ egħmil 
ta’ regolamenti 
dwar ċertifikati ta’ 
reġistrazzjoni.
7. Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti li jippreskrivu -
(a) il-mod tal-ħruġ ta’ ċertifikati ta’ reġistrazzjoni;
(b) il-kondizzjonijiet għall-ħruġ ta’ ċertifikat duplikat ta’
reġistrazzjoni meta jiġi ppruvat it-telf jew distruzzjoni
aċċidentali taċ-ċertifikat oriġinali;
(ċ) il-mod kif dak it-telf jew distruzzjoni aċċidentali
għandha tiġi ppruvata;
(d) il-kondizzjonijiet li taħthom, suġġetti għad-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, kull ċertifikat tali
għandu jsir null u mhux validu; u
 4      KAP.  210.ħ    IMPIEGTA’PERSUNIB’DIŻABILITÀ
(e) il-mod kif jiġi irtirat kwalunkwe ċertifikat maħruġ
skond dan l-Att.
Setgħa ta’ egħmil 
ta’ regolamenti 
dwar dħul fir-
reġistru.  
Emendat:     
XXVI.1995.7.
8. (1) Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti li jippreskrivu
ħwejjeġ li għandhom jikkostitwixxu l-kondizzjonijiet jew l-
iskwalifiki dwar id-dħul jew it-tiżmim fir-reġistru ta’ l-ismijiet ta’
kwalunkwe persuna, kemm b’mod ġenerali jew f’ċirkostanzi
partikolari, inklużi, mingħajr ħsara għall-ġeneralità ta’ din is-
setgħa, regolamenti li jippreskrivu l-mod li bih persuna tista’
tapplika biex isimha jiġi mdaħħal jew miżmum fir-reġistru.
(2) Il-ħwejjeġ li jistgħu jiġu preskritti skond is-subartikolu (1)
ta’ dan l-artikolu jkunu dawk illi, fil-fehma tal-Ministru, bil-parir
ta’ l-Awtorità, għandhom jiġu hekk preskritti sabiex jiġi żgurat li l-
fatt li isem persuna jkun imdaħħal fir-reġistru jagħti assigurazzjoni
xierqa li hija tkun persuna li tkun tista’ tikseb u żżomm impieg, jew
li tagħmel xogħol għal rasha, bil-kondizzjonijiet li taħthom, skond
id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, impieg jista’ jiġi offert lilha jew li
tista’ tottjeni xogħol, u l-imsemmija ħwejjeġ, mingħajr ħsara għall-
ġeneralità ta’ din id-disposizzjoni, għandhom jinkludu -
(a) rifjut mhux raġonevoli jew nuqqas milli tattendi għal
kors ta’ taħriġ ta vokazzjoni jew kors ta’
rijabilitazzjoni industrijali;
(b) rifjut mhux raġonevoli li taċċetta, jew nuqqas mhux
raġonevoli milli żżomm, impieg adattat;
(ċ) il-fatt li persuna ma tkunx ordinarjament residenti
f’Malta;
(d) karattru abitwalment ħażin.
Dħul u tiżmim ta’ 
ismijiet fir-
reġistru.
Emendat:   
XXVI.1995.2, 8.
9. (1) Meta jirċievi applikazzjoni magħmula bil-mod preskritt
il-Korporazzjoni għandha, wara li tiżgura ruħha li kull kondizzjoni
preskritta dwar id-dħul u t-tiżmim ta’ isem l-applikant fir-reġistru
tkun soddisfatta u li ma jkun hemm ebda skwalifika preskritta dwar
dak id-dħul jew tiżmim, tibgħat l-applikazzjoni lill-uffiċjal mediku
dwar pjazzament li għandu jiddeċiedi jekk l-isem ta’ l-applikant
għandux jiġi mdaħħal jew miżmum fir-reġistru.
(2) Meta uffiċjal mediku dwar pjazzament ikun soddisfatt li xi
persuna li l-applikazzjoni tagħha tkun ġiet mibgħuta lilu skond is-
subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu tkun persuna b’diżabilità, u li d-
diżabilità tagħha tkun mistennija li tkompli għal perijodu ta’ mill
anqas tnax-il xahar miż-żmien tad-dħul jew tiżmim, skond il-każ,
ta’ isimha fir-reġistru, huwa għandu jinforma lill-Korporazzjoni li
isem l-applikant għandu jiġi mdaħħal jew miżmum, skond il-każ,
fir-reġistru u l-Korporazzjoni  għandha tara li dak l-isem jiġi
minnufih hekk imdaħħal jew miżmum.
Dewmien ta’ dħul 
fir-reġistru. 
Emendat:     
XXVI.1995.9.
10. (1) Bla ħsara tad-disposizzjonijiet tas-subartikolu li jiġi
minnufih wara dan, meta l-isem ta’ persuna jkun ġie mdaħħal fir-
reġistru għandu jinżamm hemm sakemm jiskadi dak il-perijodu li
jkun ġie speċifikat minn uffiċjal mediku dwar pjazzament fiż-
żmien tad-dħul bħala ż-żmien li matulu l-isem għandu jiġi miżmum
fir-reġistru mingħajr applikazzjoni oħra jew sakemm jiskadi dak il-
perijodu l-ieħor li dak l-isem ikun ġie mġiegħel li jiġi miżmum
IMPIEGTA’PERSUNIB’DIŻABILITÀ ġKAP. 210.    5
skond l-aħħar artikolu qabel dan.
(2) Jekk f’xi żmien waqt li isem xi persuna jkun imdaħħal fir-
reġistru l-Korporazzjoni tkun tal-fehma li xi kondizzjoni preskritta
dwar it-tiżmim ta’ ismijiet fir-reġistru li tkun tapplika għal dik il-
persuna ma tkunx soddisfatta, jew li dik il-persuna tkun suġġetta
għal xi skwalifika preskritta dwar hekk, il-Korporazzjoni għandha
tneħħi mir-reġistru isem dik il-persuna:
Iżda, meta l-kondizzjoni jew skwalifika preskritta, skond il-
każ, tkun ta’ natura medika, il-Korporazzjoni għandha, qabel ma
tneħħi l-isem ta’ dik il-persuna mir-reġistru, tirriferixxi l-kwistjoni
lill-uffiċjal mediku dwar pjazzament għad-deċiżjoni tiegħu u
għandha timxi skond dik id-deċiżjoni.
L-uffiċjal mediku 
dwar pjazzament 
jista’ jieħu parir 
mediku ieħor.
11. L-uffiċjal mediku dwar pjazzament jista’, qabel ma jasal
għal deċiżjoni fuq xi kwistjoni riferita lilu skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, jieħu l-parir ta’ kwalunkwe uffiċjal
mediku fis-servizz pubbliku li għandu jagħti l-parir tiegħu kemm
jista’ jkun malajr.
Ebda applikazzjoni 
għad-dħul jew 
tiżmim fir-reġistru 
ma tista’ ssir wara 
rifjut għal dħul jew 
tneħħija ta’ l-isem 
mir-reġistru.   
Emendat:     
XXVI.1995.10.
12. Meta l-applikazzjoni għad-dħul jew tiżmim ta’ isem ta’
persuna fir-reġistru tkun ġiet rifjutata mill-Korporazzjoni, jew meta
l-isem ta’ persuna ma jkunx f’dak iż-żmien fir-reġistru minħabba
deċiżjoni meħuda skond is-subartikolu (2) ta’ l-artikolu 10 ta’ dan
l-Att jew determinazzjoni ta’ l-Awtorità, ebda applikazzjoni oħra
ma tista’ ssir għad-dħul jew tiżmim ta’ isem dik il-persuna fir-
reġistru jekk iċ-ċirkostanzi dwar id-deċiżjoni jew id-
determinazzjoni, skond il-każ, ma jkunux minn dak iż-żmien
tbiddlu.
Avviż dwar 
deċiżjoni mill-
Korporazzjoni u 
appell minnha.  
Emendat:   
XXVI.1995.11.
13. (1) Kull deċiżjoni meħuda skond jew bis-saħħa tad-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att għandha tiġi avżata bil-miktub mill-
Korporazzjoni lill-persuna li għaliha tkun tapplika.
(2) Meta xi persuna ma tkunx soddisfatta b’xi deċiżjoni
meħuda kif intqal qabel (minbarra determinazzjoni ta’ l-Awtorità),
hija tista’ tappella lill-Awtorità kontra dik id-deċiżjoni b’dak il-
mod u f’dak iż-żmien kif il-Ministru jista’ jippreskrivi
b’regolamenti magħmula skond dan l-artikolu.
(3) Meta l-Ministru jkun tal-fehma li xi deċiżjoni meħuda
skond jew bis-saħħa tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att (minbarra
determinazzjoni ta’ l-Awtorità) għandha tiġi riveduta mill-
Awtorità, huwa għandu javża lill-Korporazzjoni dwar hekk u l-
Korporazzjoni għandha tirriferixxi l-kwistjoni lill-Awtorità għall-
konsiderazzjoni minnha.
(4) L-Awtorità jista’, fid-determinazzjoni tagħha fuq
kwalunkwe appell magħmul skond is-subartikolu (2) jew fuq xi
riferenza magħmula skond is-subartikolu (3) ta’ dan l-artikolu
tikkonferma, tħassar jew tibdel, għal kollox jew f’parti, id-
deċiżjoni oriġinali.
Setgħa ta’ persuna 
li tħassar isimha 
stess mir-reġistru. 
Emendat:   
XXVI.1995.12.
14. B’dak kollu li hemm f’dan l-Att, kull persuna li isimha
jkun imdaħħal fir-reġistru jkollha dritt li isimha jitneħħa mir-
reġistru wara applikazzjoni bil-miktub għal hekk lill-
Korporazzjoni.
 6      KAP.  210.ħ    IMPIEGTA’PERSUNIB’DIŻABILITÀ
Impieg 
obbligatorju ta’ 
persuni reġistrati. 
Emendat:      
XXVI.1995.13.
15. (1) Kull persuna li għaliha dan l-artikolu japplika għandha
timpjega dak in-numru ta’ persuni reġistrati kif tkun il-kwota
tagħha skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 16 ta’ dan l-Att:
Iżda dik il-persuna li għaliha, meta jibda jseħħ dan l-Att,
dan l-artikolu jkun japplika għandha (jekk ikun meħtieġ) tħares id-
disposizzjonijiet ta’ dan is-subartikolu kif u meta jinħolqu l-
vakanzi.
(2) Persuna li għaliha japplika dan l-artikolu ma għandha qatt
tieħu, jew toffri li tieħu, fl-impieg tagħha xi persuna li ma tkunx
persuna reġistrata jekk, minnufih wara li timpjega lil dik il-persuna,
in-numru ta’ persuni reġistrati impjegati magħha (minbarra persuni
impjegati minnha f’impieg ta’ klassi f’dak iż-żmien speċifikata
skond l-artikolu 19 ta’ dan l-Att) ikun anqas mill-kwota tagħha.
(3) Id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2) ta’ dan l-artikolu ma
għandhomx japplikaw għal persuna li timpjega magħha f’xi żmien
persuna li, apparti minn dak is-subartikolu, kienet tkun obbligata li
timpjega magħha f’dak iż-żmien bis-saħħa ta’ ftehim magħmul
qabel it-22 ta’ Novembru, 1968.
(4) Id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2) ta’ dan l-artikolu ma
għandhomx japplikaw għal persuna li timpjega magħha, jew li
toffri li timpjega magħha xi persuna skond permess maħruġ għal
hekk mill-Ministru skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 18 ta’
dan l-Att.
(5) Persuna li għaliha japplika dan l-artikolu li f’dak iż-żmien
ikollha fl-impieg tagħha persuna reġistrata ma għandhiex, jekk ma
jkollhiex raġuni tajba u xierqa, twaqqaf l-impieg ta’ dik il-persuna
jekk, minnufih wara dak it-twaqqif, in-numru ta’ persuni reġistrati
fl-impieg tagħha (minbarra persuni impjegati minnha f’impieg li
jkun ta’ klassi f’dak iż-żmien speċifikata skond l-artikolu 19 ta’
dan l-Att) ikun anqas mill-kwota tagħha:
Iżda dan is-subartikolu ma jkollux effett jekk, minnufih
wara dak it-twaqqif mill-impieg, il-prinċipal ma jkunx aktar
persuna li għaliha japplika dan l-artikolu:
Iżda wkoll li prinċipal ma jistax jagħti bħala raġuni tajba u
xierqa -
(a) li dik il-persuna reġistrata tkun membru ta’  trade
union; jew
(b) li dik il-persuna reġistrata tkun tilfet il-fiduċja tal-
prinċipal.
(6) Prosekuzzjoni dwar reat kontra s-subartikolu (5) ta’ dan l-
artikolu ma għandhiex tiġi istitwita kontra xi persuna ħlief jekk -
(a) il-kwistjoni tkun ġiet riferita lill-Awtorità;
(b) l-Awtorità, qabel ma tikkonsidra l-kwistjoni, tkun
avżat lil dik il-persuna hekk illi tagħtiha opportunità li
tagħmel, f’perijodu ta’ mhux anqas minn sebat ijiem
minn meta l-avviż jintbagħat jew jingħata lilha dawk
ir-rappreżentanzi lill-Awtorità bil-fomm jew bil-
miktub kif tkun trid; u
IMPIEGTA’PERSUNIB’DIŻABILITÀ ġKAP. 210.    7
(ċ) l-Awtorità  tkun għamlet rapport lill-Korporazzjoni.
(7) Meta jittieħdu xi proċeduri skond is-subartikolu (5) ta’ dan
l-artikolu, ma jkunx meħtieġ li jiġi ppruvat it-tħaris tad-
disposizzjonijiet ta’ l-aħħar subartikolu qabel dan iżda, jekk id-
difiża teċċepixxi nuqqas ta’ tħaris tagħhom, ċertifikat iffirmat miċ-
chairman jew mid-deputy chairman ta’ l-Awtorità fis-sens li dawk
id-disposizzjonijiet ikunu ġew imħarsa jkun prova biżżejjed u
konklużiva dwar hekk.
(8) Dan l-artikolu japplika għal kull persuna li f’dak iż-żmien
ikollha, jew skond il-prattika normali tagħha jmissu jkollha, fl-
impieg tagħha mhux anqas minn għoxrin persuna:
Iżda, fil-kalkolu tan-numru ta’ persuni mpjegati, ma għandu
jittieħed ebda kont ta’ xi mpjegati li jkunu jiġu mill-prinċipal
b’konsangwinità jew b’affinità sat-tielet grad.
Kif tiġi stabbilita l-
kwota tal-
prinċipali.  
Emendat:     
XXVi.1995.2, 14.
16. (1) Il-kwota f’kull żmien ta’ persuna li għaliha japplika l-
artikolu 15 ta’ dan l-Att tkun numru stabbilit skond id-
disposizzjonijiet li ġejjin ta’ dan l-artikolu.
(2) Il-Ministru, wara konsultazzjoni mal-Korporazzjoni,
għandu b’ordni jispeċifika perċentaġġ ġenerali u jista’ bl-istess
mod, jispeċifika perċentaġġ speċjali, akbar jew iżgħar mill-
perċentaġġ ġenerali.
(3) Perċentaġġ speċjali speċifikat mill-Ministru skond is-
subartikolu (2) ta’ dan l-artikolu għandu jsir relattivament għal
impieg f’kull negozju jew industrija, jew fi kwalunkwe branka jew
parti minn negozju jew industrija, jew għal impieg fi kwalunkwe
klassi ta’ prinċipal, li jkun impieg li għalih, fl-opinjoni tal-
Ministru, perċentaġġ li ma jkunx perċentaġġ ġenerali, għandu jiġi
assenjat minħabba l-karatteristiċi distintivi relattivament għall-
adattabilità tiegħu għal persuni b’diżabilità.
(4) Ordni li jispeċifika perċentaġġ speċjali għandu jkollu dawk
id-disposizzjonijiet kif il-Ministru jidhirlu meħtieġa biex jingħata
tifsir aktar partikolari għall-finijiet ta’ dan l-artikolu tan-negozju
jew industrija, branka jew parti ta’ negozju jew industrija, jew
klassi ta’ prinċipal, li għall-impieg fih jew miegħu jiġi mogħti dak
il-perċentaġġ.
(5) Il-kwota f’kull żmien ta’ persuna li għaliha japplika l-
artikolu 15 ta’ dan l-Att għandha tkun in-numru stabbilit bl-
applikazzjoni għan-numru tal-persuni kollha li f’dak iż-żmien
ikunu fl-impieg tagħha (minbarra persuni impjegati minnha
f’impieg li jkun ta’ klassi f’dak iż-żmien speċifikata skond l-
artikolu 19 ta’ dan l-Att u kull impjegat li jkun jiġi minnha
b’konsangwinità jew b’affinità sat-tielet grad) -
(a) safejn ikunu persuni impjegati minnha f’impieg li ma
jkunx impieg li għalih ikun dak iż-żmien assenjat
perċentaġġ speċjali, il-perċentaġġ ġenerali; u
(b) safejn ikunu persuni impjegati minnha f’impieg li
għalih ikun dak iż-żmien assenjat perċentaġġ speċjali,
dak il-perċentaġġ:
 8      KAP.  210.ħ    IMPIEGTA’PERSUNIB’DIŻABILITÀ
Iżda, jekk in-numru hekk stabbilit jinkludi jew ikun
magħmul minn frazzjoni inqas minn nofs, dik il-frazzjoni ma
għandhux jittieħed kont tagħha, u, jekk in-numru hekk stabbilit
jinkludi jew ikun magħmul minn frazzjoni li tkun nofs jew iżjed, il-
kwota tkun l-ogħla numru sħiħ li jiġi wara.
(6) Il-Ministru jista’, b’konsultazzjoni mal-Korporazzjoni, u
wara li tkun saret applikazzjoni għal hekk minn xi persuna li
għaliha japplika l-artikolu 15 ta’ dan l-Att, inaqqas il-perċentaġġ
ġenerali jew speċjali, skond il-każ, li japplika għaliha jekk ikun
pruvat li l-kwota tagħha tkun kbira ż-żejjed meta tittieħed
konsiderazzjoni taċ-ċirkostanzi partikolari li fihom ikunu impjegati
l-persuni kollha impjegati minnha jew uhud minnhom, liema
tnaqqis ikun għal perijodu ta’ mhux aktar minn tnax-il xahar.
Persuni b’diżabilità 
gravi. 
Emendat:
XXVI.1995.15.
17. Meta xi persuna li għaliha japplika l-artikolu 15 ta’ dan l-
Att ikollha fl-impieg tagħha, jew timpjega, persuna reġistrata li
tkun persuna b’diżabilità gravi kif tiġi ċertifikata minn uffiċjal
mediku dwar pjazzament, hija għandha, għall-finijiet tat-tħaris tal-
kwota applikabbli għaliha, tikkunsidra kull tali persuna reġistrata
bħala żewġ unitajiet.
Permess biex jiġu 
impjegati persuni 
mhux reġistrati 
għalkemm il-
kondizzjoni tal-
kwota ma tkunx 
soddisfatta.  
Emendat:    
XXVI.1995.16.
18. (1) Meta ssir applikazzjoni għal hekk minn xi persuna li
għaliha japplika l-artikolu 15 ta’ dan l-Att, il-Ministru jista’ jagħti
permess għall-finijiet tas-subartikolu (4) ta’ dak l-artikolu jekk
jidhirlu li jkun espedjenti li jagħmel hekk wara li jittieħed kont tax-
xorta tax-xogħol li għalih l-applikant ikun jixtieq jimpjega persuna
jew persuni miegħu u l-kwalifiki u l-addattament tax-xogħol ta’
kull persuna reġistrata jew persuni reġistrati disponibbli, jew jekk
ikun soddisfatt li ma jkunx hemm persuna tali jew ma jkunx hemm
numru biżżejjed ta’ persuni tali disponibbli għal hekk.
(2) Kull permess bħal dak jista jkun suġġett għal dawk il-
kondizzjonijiet li jkunu speċifikati fih u jista’ jingħata dwar l-
impieg jew ta’ persuna waħda jew aktar speċifikati jew deskritti fih
jew ta’ numru speċifikat ta’ persuni.
(3) Il-Ministru għandu, qabel ma jagħti jew jirrifjuta xi
permess skond id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) ta’ dan l-
artikolu, jirriferixxi l-applikazzjoni lill-Korporazzjoni għar-
rakkomandazzjonijiet tagħha.
Speċifikazzjoni ta’ 
klassijiet ta’ 
impieg. 
Emendat: 
XXVI.1995.2, 17.
19. (1) Il-Ministru jista’, b’konsultazzjoni mal-Korporazzjoni,
b’ordni jispeċifika klassijiet ta’ impieg bħala klassijiet li għalihom
dan l-artikolu għandu japplika, li jkunu klassijiet ta’ impieg li
jidhru  li jagħtu opportunitajiet addattati b’mod speċjali għall-
impieg ta’ persuni b’diżabilità.
(2) Ebda persuna ma tista’ timpjega magħha f’impieg ta’ klassi
speċifikata b’ordni magħmul skond is-subartikolu (1) ta’ dan l-
artikolu xi persuna li ma tkunx persuna reġistrata, jew tħalli jew
tippermetti persuna impjegata magħha, li ma tkunx persuna
reġistrata, tagħmel fis-servizz tagħha dmirijiet relattivi għal impieg
ta’ klassi hekk speċifikata:
Iżda d-disposizzjonijiet ta’ dan is-subartikolu
m’għandhomx japplikaw -
IMPIEGTA’PERSUNIB’DIŻABILITÀ ġKAP. 210.    9
(a) għal persuna li, skond l-obbligi kontrattwali tagħha li
jiġu minn ftehim ta’ impieg magħmul qabel it-22 ta’
Novembru, 1968, ma tkunx tista’ tħarishom;
(b) għal kull persuna li jkollha permess maħruġ mill-
Ministru skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 18 ta’
dan l-Att; jew
(ċ) dwar kwalunkwe persuna li tkun tiġi mill-prinċipal
b’konsangwinità jew b’affinità sat-tielet grad.
Reġistru u 
notamenti li 
għandhom 
jinżammu minn 
prinċipali.    
Emendat:       
XXVI.1995.18.
20. (1) Kull persuna li għaliha japplika l-artikolu 15 ta’ dan l-
Att għandha żżomm reġistru li juri -
(a) in-numru u l-ismijiet tal-persuni impjegati minnha;
(b) in-numru u l-ismijiet tal-persuni reġistrati impjegati
minnha;
(ċ) kull ħaġa oħra li tkun meħtieġa biex turi t-tħaris mill-
prinċipal tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
(2) Kull persuna li timpjega xi persuna f’impieg ta’ klassi
speċifikata skond l-artikolu 19 ta’ dan l-Att għandha żżomm dawk
in-notamenti, inkluż l-isem u partikolaritajiet oħra relattivi għal
dak l-impjegat, kif ikun meħtieġ għall-wiri tat-tħaris mill-prinċipali
tas-subartikolu (2) ta’ l-imsemmi artikolu.
(3) Kull persuna għandha, jekk tkun hekk meħtieġa, tagħti lill-
Korporazzjoni kwalunkwe reġistru jew notamenti miżmuma skond
id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu.
(4) Il-Ministru jista’, b’regolamenti, jippreskrivi l-mod li bih
għandhom jinżammu r-reġistru u n-notamenti, il-ħaġa li għandha
tkun reġistrata jew innotata fih, u l-perijodu li matulu dak ir-
reġistru u notamenti għandhom ikunu konservati.
Provvediment ta’ 
faċilitajiet għal 
persuni b’diżabilità 
serja.   Emendat:     
XXVI.1995.2, 19.
21. (1) Il-Ministru jista’ jipprovdi, jew jagħmel arranġamenti
għall-provvediment minn xi dipartiment tal-Gvern jew mill-
Korporazzjoni jew mod ieħor ta’, faċilitajiet biex persuni reġistrati,
li minħabba n-natura jew il-gravità ta’ l-inkapaċità tagħhom ma
jkun probabbli f’ebda żmien jew f’perijodu ta’ żmien twil li jkunu
jistgħu xort’oħra jiksbu mpieg jew jagħmlu xogħol għal rashom
(għaliex ma jkunx probabbli li jkunu jistgħu jikkompetu għalih fuq
kondizzjonijiet paragonabbli dwar qligħ u sigurtà għal dawk li
jgawdu persuni li jaħdmu fih u li ma humiex suġġetti għal
diżabilità), ikunu jistgħu jiksbu mpieg jew jagħmlu dak ix-xogħol
taħt kondizzjonijiet speċjali, kif ukoll faċilitajiet għat-taħriġ ta’
dawk il-persuni għall-impieg jew xogħol bħal dak.
(2) Waqt li persuna b’diżabilità tkun qed tagħmel użu minn xi
faċilitajiet provduti skond is-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu, dik
il-persuna għandha tkun taħt ħarsien mediku xieraq.
(3) Il-Ministru jista’ jħallas, jew jikkontribwixxi għal, spejjeż
magħmula -
(a) fil-provvediment ta’ kwalunkwe faċilitajiet imsemmija
fis-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu; u
(b) minn persuni li għalihom ikunu provduti xi faċilitajiet
 10      KAP.  210.ħ    IMPIEGTA’PERSUNIB’DIŻABILITÀ
bħal dawk fil-vjaġġar għal u mill-post fejn huma jkunu
mpjegati jew fejn it-taħriġ ikun provdut,
u jista’ ukoll jagħti aktar għajnuna, lil jew dwar dawk il-persuni, fi
flus jew in natura, kif hu jista’ minn żmien għal żmien jiddeċiedi. 
(4) Kull għajnuna mogħtija skond is-subartikolu (3) ta’ dan l-
artikolu għandha tkun suġġetta għal dawk il-kondizzjonijiet li l-
Ministru jista’ jimponi jew b’mod ġenerali jew dwar xi persuna
partikolari.
Preferenza fost il-
persuni reġistrati.  
Sostitwit:    
XXVI.1995.20.
22. Meta jissottometti lil xi persuna li għaliha japplika l-
artikolu 15 ta’ dan 1-Att 1-ismijiet ta’ persuni reġistrati għall-
impieg, il-Korporazzjoni għandha tagħti preferenza lill-persuni
b’diżabilità gravi kif jiġu ċertifikati minn uffiċjal mediku dwar
pjazzament:
Iżda ebda ħaġa f’dan l-artikolu ma għandha titqies li tfisser
li 1-prinċipal, meta jieħu fl-impieg tiegħu persuna b’diżabilità
għall-iskop tat-tħaris tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, ikun
marbut li jimpjega persuna sottomessa lilu mill-Korporazzjoni
skond dan 1-artikolu.
Twaqqif tal-
Kumitat 
Konsultattiv dwar 
ir-Ristabbiliment 
ta’ Persuni 
b’diżabilità.
23. Imħassar bl-Att XXVI.1995.21.
Dmirijiet tal-
Korporazzjoni. 
Emendat:  
XXVI.1995.2, 22.
24. Ikun id-dmir tal-Korporazzjoni li tagħti pariri u tgħin lill-
Ministru fuq ħwejjeġ relattivi għall-impieg jew taħriġ ta’, jew għat-
teħid ta’ xogħol għal rashom minn, persuni b’diżabilità, u li taqdi
dawk id-dmirijiet meħtieġa li għandhom jiġu moqdija mill-
Korporazzjoni skond dan l-Att; u b’mod partikolari, iżda mingħajr
ħsara tal-ġeneralità ta’ dak li ntqal qabel, biex tinkoraġġixxi miżuri
maħsuba biex -
(a) joffru lil persuni b’diżabilità opportunità daqs ta’
persuni mhux milquta b’diżabilità li jiksbu u jżommu
impieg;
(b) jippromovu opportunitajiet għal persuni b’diżabilità
biex jiksbu u jżommu impieg;
(ċ) jissuperaw, dwar it-taħriġ u l-impieg, diskriminazzjoni
kontra persuni b’diżabilità minħabba d-diżabilità
tagħhom; u
(d) jippromovu għat-tagħrif tal-prinċipali l-abbiltajiet
residwali u l-ħila għax-xogħol tal-persuni b’diżabilità.
Uffiċjal għar-
Ristabbiliment ta’ 
Persuni b’ 
diżabilità. 
Sostitwit:    
XXVI.1995.23.
25. (1) Għandu jkun hemm uffiċjal fid-Dipartiment tax-
Xogħol li jissejjaħ 1-Uffiċjal għar-Ristabbilment ta’ Persuni
b’Diżabilità.
(2) Ikun id-dmir ta’ dak 1-uffiċjal li ġeneralment jissorvelja l-
kundizzjonijiet ta’ l-impieg u 1-ambjent tax- xogħol li fih persuni
b’diżabilità jkunu qegħdin jaħdmu bi qliegħ. Huwa mistenni li fit-
twettiq ta’ dawk id-dmirijiet, l-Uffiċjal għar-Ristabbiliment ta’
Persuni b’Diżabilità -
IMPIEGTA’PERSUNIB’DIŻABILITÀ ġ K AP. 210.
(a) jinvestiga kull ilment li jista’ jirċievi dwar il-
kundizzjonijiet ta’ l-impieg li taħthom tkun tinsab
impjegata persuna b’diżabilità, wara li jqis xi tkun id-
diżabilità fiżika jew mentali ta’ dik il-persuna
b’diżabilità, u
(b) jagħmel rapport lid-Direttur tax-Xogħol u liċ-Chief
Executive  tal-Korporazzjoni dwar dak li jirriżultalu
mill-investigazzjonijiet li jkun għamel.
(3) Fit-twettiq ta’ 1-investigazzjonijiet tiegħu l-Uffiċjal għar-
Ristabbiliment ta’ Persuni b’diżabilità għandu jkollu setgħa li jara
kull dokumentazzjoni ta’ reġistrazzjoni ta’ persuni b’diżabilità u
jista’ jikseb il-parir ta’ l-uffiċjali mediċi dwar pjazzament jew ta’
kull uffiċjal mediku ieħor kif jidhirlu li jkun xieraq.
(4) Għandha tintbagħat kopja tar-rapport li jagħmel 1-Uffiċjal
għar-Ristabbiliment ta’ Persuni d’Diżabilità lill-Awtorità
Nazzjonali tax-Xogħol u lill-persuna li tkun ressqet l-ilment.
Kontinwità ta’ 
impieg kif tispiċċa 
r-reġistrazzjoni.
26. Meta xi persuna reġistrata ma tibqax hekk reġistrata waqt li
tkun impjegata, għandha minn dak il-ħin ’il quddiem, fil-waqt li
tkun għadha f’dak l-impieg u għall-finijiet ta’ dak l-impieg, titqies
bħala li kompliet tkun persuna reġistrata.
Informazzjoni 
falza.
27. Tkun ħatja ta’ reat kontra d-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att -
(a) kull persuna li tagħti tagħrif falz għall-finijiet ta’ dan
l-Att bil-ħsieb li jkollha isimha mdaħħal jew miżmum
fir-reġistru;
(b) kull persuna li tinkludi, jew li ġġiegħel jew li
xjentement tħalli li jkun inkluż, fir-reġistru jew fin-
notamenti li għandhom jinżammu skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 20 ta’ dan l-Att xi dettal
li tkun taf li jkun falz f’punt sostanzjali, jew li
tipproduċi jew tagħti, jew iġġiegħel jew xjentement
tħalli li jiġi prodott jew mogħti, għall-iskopijiet
konnessi ma’ dan l-Att, xi reġistru, notament jew
tagħrif li tkun taf li jkun falz f’punt sostanzjali.
Impiegi part time.
id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att għandhom japplikaw għal impiegi
part-time.
Pieni. 
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew kontra xi regolamenti magħmulin
bis-saħħa tiegħu teħel, wara li tinsab ħatja, multa ta’ mhux iżjed
minn mitt lira jew priġunerija għal mhux aktar minn tliet xhur jew
dik il-multa u priġunerija flimkien.
(2) Meta r-reat ikun jikkonsisti fin-nuqqas milli jiġu prodotti
reġistri jew notamenti kif provdut skond is-subartikolu (3) ta’ l-
artikolu 20 ta’ dan l-Att, il-ħati għandu, b’żieda għall-piena
preskritta fis-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu, jeħel piena oħra ta’
ħames liri għal kull ġurnata sakemm dan in-nuqqas ikompli jekk hu
ma jipprovax għas-sodisfazzjon tal-qorti li n-nuqqas ikun minħabba
li ma kienx żamm, jew ma kienx ikkonserva, ir-reġistri jew in-
notamenti meħtieġa, skond il-każ.
 12      KAP.  210.ħ    IMPIEGTA’PERSUNIB’DIŻABILITÀ
Reat minn għaqda 
ta’ persuni. 
30. Meta reat kontra xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-
Att jew ta’ xi regolamenti magħmula bis-saħħa tiegħu jsir minn
għaqda ta’ persuni, kull persuna li, fiż-żmien li jkun sar ir-reat,
tkun direttur, manager, segretarju jew uffiċjal ieħor simili ta’ dik l-
għaqda jew kienet tidher li qed taġixxi f’dik il-kariga, tkun ħatja ta’
dak ir-reat jekk ma tippruvax li dak ir-reat sar mingħajr it-tagħrif
tagħha u li kienet eżerċitat id-diliġenza kollha xierqa biex
timpedixxi l-egħmil tar-reat.
Preskrizzjoni. 31. B’dak kollu li hemm f’xi disposizzjoni ta’ xi liġi oħra, il-
proċeduri dwar reat kontra xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-
Att jew kontra xi regolamenti li jkunu saru bis-saħħa tiegħu jistgħu
jittieħdu f’kull żmien matul il-perijodu ta’ ħames snin minn meta
jsir ir-reat.
Ordnijiet 
għandhom jiġu 
pubblikati.
32. Kull ordni magħmul mill-Ministru bis-saħħa ta’ dan l-Att
għandu jiġi pubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern.
