SELFGĦALL-IŻVILUPP ġKAP. 213.   1
KAPITOLU 213
ATT DWAR SELF GĦALL-IŻVILUPP
Emendat: 
XXIII. 1970.2. 
Biex jawtorizza li s-somma ta’ wieħed u għoxrin miljun lira tinġabar
b’self sabiex jiġi finanzjat il-programm ta’ investiment għas-snin
finanzjari 1969-70 u 1970-71.
(24 ta’ Frar, 1970)*
Sar liġi bl-ATT III ta’ l-1970, kif emendat bl-Att XXIII ta’ l-1970. 
Titolu fil-qosor. 
Setgħat għall-ġbir 
ta’ self. 
Emendat: 
XXIII. 1970.3.
2. (1) Bla ħsara tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, il-Gvern
ta’ Malta jista’ minn żmien għal żmien jiġbor b’self somma jew
somom ta’ flus li b’kollox ma jkunux iżjed minn wieħed u għoxrin
miljun lira u dik is-somma jew dawk is-somom oħra li jkunu
meħtieġa biex jitħallsu l-ispejjeż ta’ kull ħruġ ta’ stock jew titoli
awtorizzati b’dan l-Att.
Kap. 161. 
(2) Sabiex jinġabar kull self kif intqal qabel, il-Ministru
responsabbli għall-finanzi huwa b’dan l-Att awtorizzat li joħroġ
stock  jew titoli jew it-tnejn skond id-disposizzjonijiet ta’ l-
Ordinanza dwar Self Lokali (Stock u Titoli Reġistrati), jew li
jissellef b’kull mod ieħor li jidhirlu xieraq, u kull self magħmul
skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu għandu jsir b’dawk il-
kondizzjonijiet li l-imsemmi Ministru jista’ japprova.
Skop tas-self. 
Emendat: 
XXIII. 1970.4. 
3. (1) Kull somma miġbura biex biha jitħallsu l-ispejjeż ta’ xi
ħruġ kif imsemmi qabel għandha tiġi użata biss għal dak l-iskop. 
(2) Ħlief kif provdut fis-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu, kull
flus li jisselfu taħt l-awtorità ta’ dan l-Att għandhom jiġu
approprjati w użati biex titħallas in-nefqa kapitali li tkun saret dwar
is-snin finanzjarji li jispiċċaw rispettivament fil-31 ta’ Marzu, 1970
u fil-31 ta’ Marzu, 1971 u li hija awtorizzata b’Att ta’
Approprjazzjoni jew addebitata lill-Fond Konsolidat b’xi liġi oħra
li tkun f’dak iż-żmien fis-seħħ.
L-ewwel 
kontribuzzjoni 
għall-fond ta’ 
ammortizzament.
4. Dwar self miġbur skond id-disposizzjonijiet ta’ l-
Ordinanza msemmija qabel l-ewwel kontribuzzjoni għall-fond ta’
ammortizzament kif maħsuba fid-disposizzjonijiet tal-paragrafu (e)
tas-subartikolu (1) ta’ l-artikolu 6 u fl-artikolu 25 ta’ l-imsemmija
Ordinanza għandha ssir mhux aktar tard minn tliet snin wara d-data
li fiha l-imgħax fuq is-self jibda jgħaddi.
Debitu lill-Fond 
Konsolidat.
5. Dwar kull self li ma jkunx self miġbur kif imsemmi fl-
artikolu 4 ta’ dan l-Att, il-kapital ta’ kull self tali u l-imgħax li
jkollu jitħallas fuqu għandhom ikunu addebitati lill-Fond
Konsolidat u għandhom jitħallsu mid-dħul ġenerali u mill-attiv tal-
Gvern ta’ Malta li qegħdin hawnhekk jiġu approprjati għal hekk.
*Ara Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 128 tal-24 ta’ Frar, 1970.
