IMPIEGIFIT-TRASPORTPUBBLIKUġ K AP. 214.    1
KAPITOLU 214
ATT LI JIRREGOLA L-IMPIEGI FIT-TRASPORT 
PUBBLIKU 
Biex jagħmel regolamenti speċjali dwar l-impjegati fit-trasport
pubbliku.
17 ta’ Marzu, 1970
L-ATT IV ta’ l-1970, kif emendat bl-Avviż Legali 148 ta’ l-1975; bl-Atti
IX ta’ l-1989 u VIII ta’ l-1990; bl-Avviż Legali 164 ta’ l-1990; u bl-Att
XXIII ta’ l-2000.
Titolu fil-qosor. 
Impiegi fit-Trasport Pubbliku.
Tifsir.
Emendat: 
IX. 1989.29;
XXIII. 2000.30.
Kap. 332.
2. (1) F’dan l-Att, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra - 
"l-Awtorità " tfisser l-Awtorità  dwar it-Trasport ta’ Malta
mwaqqfa taħt l-Att dwar Awtorità  dwar it-Trasport Malta;
"il-Bord" tfisser il-Bord għax-Xogħol fit-Trasport Pubbliku
imsemmi fl-artikolu 3;
"impjegat fit-trasport pubbliku" tfisser persuna impjegata fil-ġarr
ta’ passiġġieri bl-omnibus bil-mutur liċenzjati li jaħdmu għall-kiri
fuq linji ta’ servizz pubbliku u tinkludi spettur, xufier, konduttur,
bejjiegħ tal-biljetti u impjegat fit-ticket booth hekk impjegati;
"liġi" tfisser kull liġi jew strument ieħor li jkollu saħħa ta’ liġi u
tinkludi ordni ta’ standard nazzjonali, kull ordni li jirregola l-pagi
li għandu x’jaqsam mal-każ u l-kuntratt ta’ servizz li għandu
x’jaqsam mal-każ;
"il-Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għat-trasport
pubbliku, u tinkludi kull persuna awtorizzata minn dak il-Ministru
għal hekk iżda fl-artikolu 4 għandha t-tifsira mogħtija lilha bis-
subartikolu (2);
"paga" tinkludi kull rimunerazzjoni dwar sahra u dwar kull
perijodu li matulu l-impjegat ma jingħatax vaganzi li għalihom
huwa intitolat;
"l-uffiċjal" tfisser l-uffiċjal pubbliku mqabbad biex jaġixxi bħala
Uffiċjal għall-Kontroll tax-Xogħol fit-Trasport Pubbliku skond l-
artikolu 4.
Kap. 452.
(2) Ħlief kif provdut fis-subartikolu (1), kliem u frażijiet li
jinsabu fl-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali
għandhom f’dan l-Att l-istess tifsir kif mogħti lilhom f’dak l-Att. 
  2      KAP. 214. ħ         IMPIEGIFIT-TRASPORTPUBBLIKU
Bord għax-Xogħol 
fit-Trasport 
Pubbliku. 
Emendat: 
A.L. 148 ta’ l-
1975; 
IX. 1989.29; 
VIII. 1990.3; 
A.L. 164 ta’ l-
1990;
XXIII. 2000.30.
Kap. 332. 
3. (1) Il-Bord għax-Xogħol fit-Trasport Pubbliku imwaqqaf
bl-artikolu 30 ta’ l-Att dwar Awtorità  dwar it-Trasport ta’ Malta
għandu jkollu dawn il-funzjonijiet:
(a) li jisma’ u jiddeċiedi rikorsi magħmula lilu skond l-
artikolu 6; u
(b) li jisma’ u jiddeċiedi xi appelli magħmula lilu skond l-
artikolu 8.
(2) Il-Ministru jkollu s-setgħa li jagħmel regoli biex jirregola l-
proċeduri tal-Bord u quddiem il-Bord. Bla ħsara ta’ kull regoli
magħmula skond dan is-subartikolu u ta’ kull disposizzjoni ta’ dan
l-Att, il-Bord ikollu s-setgħa li jirregola l-proċeduri tiegħu.
(3) Il-proċeduri tal-Bord għandhom, sakemm il-Bord għal
raġunijiet speċjali li għandhom jingħadu pubblikament ma jidhirlux
xort’oħra, jinżammu fil-pubbliku u għandhom jinżammu f’dawk il-
ħinijiet u postijiet kif il-Bord jistabbilixxi.
(4) Id-deċiżjonijiet kollha tal-Bord għandhom ikunu
b’maġġoranza tal-voti tal-membri kollha.
(5) Il-Bord għandu jagħti d-deċiżjonijiet tiegħu mingħajr
dewmien u kemm ikun prattikabbli mhux aktar tard minn ħmistax-il
ġurnata wara d-data li fiha jsirlu rikors jew appell skond dan l-Att.
Kap. 12.
(6) Id-disposizzjonijiet tas-Sub-titlu II tat-Titolu II tat-Tielet
Ktieb tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili għandhom,
safejn japplikaw u b’dawk il-modifiki u adattamenti li jistgħu jkunu
meħtieġa, japplikaw għaċ-chairman u għall-membri tal-Bord kif
japplikaw għall-imħallfin.
(7) Iċ-chairman tal-Bord ikollu s-setgħa li jagħti ġuramenti u li
jħarrek xhieda, u t-taħrika għandha ssir bil-mod u bil-forma li ċ-
chairman jidhirlu xieraq.
(8) Dwar persuni debitament imħarrka biex jixhdu quddiem il-
Bord u dwar dawk l-affarijiet li għandhom x’jaqsmu mal-
manteniment tal-bon-ordni, imġieba tajba u tad-dekor waqt il-
laqgħat tal-Bord, iċ-chairman tal-Bord għandu jkollu l-istess
setgħat tal-Qorti tal-Maġistrati fil-ġurisdizzjoni tagħha ċivili.
(9) Id-deċiżjonijiet tal-Bord u taċ-chairman ikunu finali, iżda
għandhom ikunu motivati.
(10) Meta xi membru tal-Bord jiġi rikużat jew jastjeni skond id-
disposizzjonijiet tas-subartikolu (6) għandhom japplikaw id-
disposizzjonijiet li ġejjin:
(a) jekk il-membru rikużat jew li jastjeni jkun iċ-
chairman, il-Ministru għandhu jaħtar minflok dak il-
membru, persuna oħra kwalifikata li tkun chairman ta’
l-Awtorità  sabiex ikun chairman tal-Bord għall-każ
jew każijiet partikolari li għar-rigward tagħhom il-
membru jkun ġie rikużat jew ikun astjena;
(b) jekk il-membru rikużat jew li jastjeni ma jkunx iċ-
chairman tal-Bord - 
(i) il-partijiet fil-każ jistgħu jaqblu dwar persuna
biex tidħol flok dak il-membru fuq il-Bord u
IMPIEGIFIT-TRASPORTPUBBLIKUġ K AP. 214.    3
f’dan il- każ il-persuna li dwarha jkun sar qbil
għandha tidħol bħala membru fuq il-Bord
minflok dak il- membru rikużat jew li astjena
għall-każ jew każijiet partikolari li għar-rigward
tagħhom il- membru jkun ġie rikużat jew ikun
astjena; jew
Kap. 332. 
(ii) fin-nuqqas ta’ qbil kif provdut fis-subparagrafu
(i) ta’ dan il-paragrafu, għandu jiġi maħtur flok
dak il-membru li jkun ġie rikużat jew ikun
astjena u għall-każ jew każijiet partikolari li
għar-rigward tagħhom il-membru jkun ġie
rikużat jew ikun astjena membru tal-Bord
maħtur mill-Awtorità  skond id-disposizzjonijiet
ta’ l-artikolu 30(2) ta’ l-Att dwar Awtorità  dwar
it-Trasport ta’ Malta.
Uffiċjal tal-
Kontroll tax-
Xogħol fit-
Trasport Pubbliku.
4. (1) Il-Ministru għandu jqabbad uffiċjal pubbliku fid-
Dipartiment tax-Xogħol biex jagħmilha ta’ Uffiċjal għall-Kontroll
tax-Xogħol fit-Trasport Pubbliku.
(2) Ix-xogħol ta’ l-uffiċjal ikun - 
(a) li jaqdi dawk id-dmirijiet mogħtija lilu b’dan l-Att; 
(b) li jissorvelja t-tħaris tal-liġijiet kollha li jolqtu l-
kondizzjonijiet ta’ l-impieg ta’ impjegati fit-trasport
pubbliku u li jirraporta kull nuqqas ta’ tħaris ta’ xi
disposizzjoni ta’ kull liġi tali lill-awtorità  xierqa;
(ċ) li jġib il-liġijiet imsemmija qabel u dawk il-liġijiet l-
oħra dwar traffiku fit-toroq li jolqtu l-impjegati fit-
trasport pubbliku għat-tagħrif ta’ persuni li jimpjegaw
jew li għandhom x’jaqsmu ma’ l-impieg ta’ impjegati
fit-trasport pubbliku, u li jirraporta lill-awtorità  xierqa
kwalunkwe ksur ta’ xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’
dawk il-liġijiet li hu jsir jaf bih;
(d) li jirraporta lill-Ministru kull ħaġa li tolqot l-impjegati
fit-trasport pubbliku jew li tolqot il-kondizzjonijiet
tax- xogħol tagħhom li fil-fehma tiegħu teħtieġ li tiġi
irranġata u jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu
fuqha;
(e) li jaqdi dawk id-dmirijiet l-oħra li l-Ministru jista’
jagħtih minn żmien għal żmien.
Multi.
Emendat: 
A.L. 164 ta’ l-
1990.
Kap. 452.
5. (1) B’dak kollu li hemm fid-disposizzjonijiet ta’ kull liġi
oħra, ebda tnaqqis mill-paga dovuta lil impjegat fit-trasport
pubbliku ma għandu jsir bħala multa ħlief jekk - 
(a) dak it-tnaqqis ikun jista’ jsir skond id-disposizzjonijiet
ta’ l-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali;
u
(b) l-uffiċjal jew, skond il-każ, il-Bord ikun, wara li jkun
semgħa dik ix-xiehda li tkun meħtieġa għal dak l-
iskop, awtorizza t-tnaqqis bħala jista’ jsir skond il-liġi
u ġustifikat; u
  4      KAP. 214. ħ         IMPIEGIFIT-TRASPORTPUBBLIKU
(ċ) dak it-tnaqqis ikun tniżżel fir-reġistru msemmi fl-
artikolu 26(3) ta’ l-Att imsemmi qabel u d-dħul tiegħu
fir-reġistru jkun kontrosenjat mill-uffiċjal jew, skond
il-każ, miċ-chairman tal-Bord bħala prova ta’ l-
awtorità  għat-tnaqqis mill-uffiċjal jew mill-Bord:
Iżda kull multa mnaqqsa bl-awtorità  ta’ l-uffiċjal għandha
titħallas lura mill-prinċipal lill-impjegat safejn, fuq appell skond l-
artikolu 8, il-Bord isib li t-tnaqqis, jew parti minnu, ma setgħax isir
skond il-liġi jew ma kienx ġustifikat.
Kap. 452. 
(2) Kull tnaqqis mill-paga ta’ impjegat fit-trasport pubbliku li
jkun sar bħala multa bi ksur tad-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-
artikolu għandu jitqies li jkun tnaqqis illegali għall-finijiet ta’ l-Att
dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali.
Temm ta’ kuntratt 
ta’ servizz.
Kap. 452.
6. (1) B’dak kollu li hemm fid-disposizzjonijiet ta’ kull liġi
oħra, il-kuntratt ta’ servizz ta’ impjegat fit-trasport pubbliku li jkun
sar għal żmien bla limiti ma jistax jintemm mill-prinċipal ħlief jekk
u sakemm il-Bord, fuq rikors f’dak is-sens magħmul mill-prinċipal
u wara li jisma’ dik ix-xiehda li tista’ tkun meħtieġa għal hekk,
jiddeċiedi li l-kuntratt ta’ servizz jista’ jintemm skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet
Industrijali, u jiddikjara fid-deċiżjoni tiegħu li d-disposizzjonijiet
kollha ta’ l-Att msemmi qabel li japplikaw għall-każ ikunu ġew
imħarsa kif imiss, u b’mod partikolari, li l-prinċipal ikun ħallas jew
offra li jħallas il-flus kollha dovuti minnu skond dak l-Att.
(2) B’dak kollu li hemm fid-disposizzjonijiet tas-subartikolu
(1) ta’ dan l-artikolu l-prinċipal jista’, wara li jkun għamel rikors
lill-Bord skond dan l-artikolu, jissospendi lill-impjegat mix-xogħol
u jħallsu nofs il-paga dovuta lilu sakemm ir-rikors jiġi deċiż mill-
Bord:
Iżda l-paga kollha tkun dovuta lill-impjegat dwar kull
perijodu ta’ sospensjoni jekk ir-rikors ma jiġix milqugħ mill-Bord
jew ikun ġie rinunzjat jew irtirat mill-prinċipal.
(3) Sakemm isir ir-rikors lill-Bord skond dan l-artikolu l-
impjegat ikun intitolat li jġiegħel lill-prinċipal li jkompli jħallsu l-
paga dovuta lilu wkoll jekk is-servizzi tiegħu ma jkunux għal
kwalunkwe raġuni meħtieġa mill-prinċipal; u għall-finijiet ta’ dan
l-Att, kull perijodu li jkun hemm bejn rikors magħmul skond dan l-
artikolu u d-deċiżjoni tiegħu mill-Bord jew ir-rinunzja jew l-irtirar
tiegħu mill-prinċipal li matulu s-servizzi ta’ l-impjegat ma jkunux
għal kwalunkwe raġuni meħtieġa mill-prinċipal għandu jitqies
bħala perijodu ta’ sospensjoni.
(4) Meta l-kuntratt ta’ servizz ta’ impjegat fit-trasport pubbliku
jintemm bi ksur ta’ deċiżjoni tal-Bord mogħtija skond is-
subartikolu (1), l-impjegat ikun intitolat li jġiegħel lill-prinċipal li
jħallsu bħala danni somma ta’ flus li tkun daqs tnejn u ħamsin
darba l-paga dovuta għal ġimgħa waħda.
(5) Fuq rikors magħmul skond dan l-artikolu, il-Bord jista’
jagħmel dawk l-ordnijiet li fil-fehma tal-Bord ikunu xierqa fil-każ. 
IMPIEGIFIT-TRASPORTPUBBLIKUġ K AP. 214.    5
Kap. 452. 
(6) It-temm tal-kuntratt ta’ servizz ta’ impjegat fit-trasport
pubbliku li jsir bi ksur tas-subartikolu (1) għandu jitqies bħala ksur
ta’ l-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali u n-nuqqas
ta’ ħlas, kemm kollu kif ukoll f’parti, tal-paga jew tad-danni dovuti
skond is-subartikolu (2), (3) jew (4) ta’ dan l-artikolu għandu
jitqies bħala nuqqas ta’ ħlas ta’ rimunerazzjoni skond l-imsemmi
Att.
Ċertifikat maħruġ 
mill-uffiċjal.
7. (1) Meta ssir talba lill-uffiċjal minn impjegat fit-trasport
pubbliku - 
(a) li l-paga dovuta lilu skond xi liġi li tkun dak iż-żmien
fis-seħħ ma tkunx tħallset lilu; jew
(b) li l-paga imħallsa lilu hija anqas minn dik dovuta lilu
bir-rata applikabbli skond dik il-liġi; jew
(ċ) li jkun sar tnaqqis illegalli mill-paga dovuta lilu; jew 
(d) li xi tnaqqis li għandu jitħallas lura skond l-artikolu
5(1) ma jkunx tħallas lura; jew
(e) li xi paga jew danni dovuti skond l-artikolu 6(2), (3)
jew (4) ma jkunux tħallsu; jew
(f) li xi pattijiet u kondizzjonijiet ta’ xi liġi ma jkunux
ġew imħarsa,
Kap. 12. 
l-uffiċjal jista’, bla ħsara tad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2),
jiċċertifika b’firma tiegħu l-ammont jew l-ammonti dovuti għar-
raġunijiet jew għal xi waħda mir-raġunijiet imsemmija qabel u, bla
ħsara tad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 8, dak iċ-ċertifikat ikun
titolu esekuttiv bħallikieku kien deċiżjoni ta’ arbitri kif imsemmi
fl-artikolu 253(d) tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili
għall-finijiet kollha ta’ dak il-Kodiċi.
(2) L-uffiċjal ma għandu jilqa’ ebda talba magħmula skond dan
l-artikolu jekk dik it-talba ma tkunx saret fi żmien ħmistax-il
ġurnata wara d-data li fiha l-ammont li dwaru tkun saret it-talba
jkun dovut, u ma għandu joħroġ ebda ċertifikat skond dan l-artikolu
jekk qabel ma jkunx ta lill-prinċipal l-opportunità  li jinstema’ u
jekk ma tkunx inġiebet prova biżżejjed għas-sodisfazzjon tiegħu
biex tiġġustifika l-ħruġ taċ-ċertifikat.
Appell mid-
deċiżjonijiet ta’ l-
uffiċjal.
8. (1) Meta impjegat fit-trasport pubbliku jew il-prinċipal
tiegħu jħoss ruħu aggravat b’xi deċiżjoni ta’ l-uffiċjal mogħtija bis-
saħħa ta’ l-artikolu 5 jew il-prinċipal iħoss ruħu aggravat b’xi
deċiżjoni ta’ l-uffiċjal mogħtija bis-saħħa ta’ l-artikolu 7, hu jista’
jappella minn dik id-deċiżjoni b’rikors lill-Bord mhux aktar tard
minn ħmistax-il ġurnata wara d-data li fiha hu jkun ġie infurmat
bil-miktub mill-uffiċjal bid-deċiżjoni mogħtija fuq il-kwistjoni.
(2) Appell magħmul skond dan l-artikolu ma għandux
jissospendi l-esekuzzjoni tad-deċiżjoni ta’ l-uffiċjal:
Iżda meta mbagħad isir b’mod xieraq appell mid-deċiżjoni
ta’ l-uffiċjal mogħtija bis-saħħa ta’ l-artikolu 7, iċ-ċertifikat
maħruġ mill-uffiċjal ma jsirx titolu esekuttiv sakemm, u ħlief
safejn, jiġi konfermat mill-Bord.
(3) Fuq appell magħmul skond dan l-artikolu l-Bord jista’
  6      KAP. 214. ħ         IMPIEGIFIT-TRASPORTPUBBLIKU
jagħmel dawk l-ordnijiet li fil-fehma tal-Bord ikunu xierqa fil-każ.
(4) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu l-uffiċjal għandu jitqies li
jkun ta deċiżjoni għall-finijiet ta’ l-artikolu 5 jew 7, jekk hu jkun
ikkontrasenja jew irrifjuta li jikkontrasenja dħul magħmul fir-
reġistru msemmi fl-artikolu 5 jew jekk hu jkun ħareġ ċertifikat
skond l-artikolu 7.
Setgħat ta’ l-
uffiċjal. 
Kap. 452. 
9. (1) L-uffiċjal ikollu s-setgħat kollha li huma mogħtija lil
spettur nominat skond l-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet
Industrijali, u d-disposizzjonijiet ta’ dak l-Att għandhom japplikaw
għall-uffiċjal kif japplikaw għal spettur nominat kif imsemmi qabel
u daqslikieku riferenzi għal spettur kienu jiftehmu bħala riferenzi
għall-uffiċjal.
(2) Fl-eżerċizzju tad-dmirijiet u tas-setgħat tiegħu skond dan l-
Att, l-uffiċjal jista’ jagħti ġuramenti u jista’, bil-kitba minnu
iffirmata, iħarrek kull persuna biex tidher quddiemu u tixhed fuq
kull ħaġa li għandha x’taqsam mad-dmirijiet ta’ l-uffiċjal skond
dan l-Att.
(3) Kull persuna li, meta tkun imħarrka kif intqal qabel,
tirrifjuta jew tonqos mingħajr raġuni tajba li tattendi fil-ħin u fil-
post indikat fit-taħrika jew tirrifjuta mingħajr raġuni tajba li
twieġeb jew li twieġeb mingħajr ma tħalli xejn barra u b’mod
sodisfaċenti skond l-aħjar tagħrif u twemmin tagħha l-mistoqsijiet
kollha magħmula lilha mill-uffiċjal jew bil-permess ta’ l-uffiċjal
teħel meta tinsab ħatja multa ta’ mhux inqas minn ħames liri u
mhux iżjed minn ħamsin lira.
Applikazzjoni ta’ l-
Att dwar l-Impiegi 
u r-Relazzjonijiet 
Industrijali. 
Kap. 452.
10. Id-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar l-Impiegi u r-
Relazzjonijiet Industrijali għandhom japplikaw għal reati skond
dan l-Att u għal reati li jitqiesu reati skond l-Att dwar l-Impiegi u r-
Relazzjonijiet Industrijali kif japplikaw għal reat skond l-imsemmi
Att.
