IMMIGRAZZJONIġ K AP. 217.    1
KAPITOLU 217
ATT DWAR L-IMMIGRAZZJONI
Biex jagħmel xi restrizzjonijiet fuq, jikkontrolla u jirregola l-immigrazzjoni f’Malta u biex
jipprovdi għal ħwejjeġ anċillari għalihom.
21 ta’ Settembru, 1970
L-ATT IX ta’ l-1970, kif emendat bl-Atti: XLIV ta’ l-1972, XLIX ta’ l-1981, VIII ta’ 1982,
XII1 ta’ l-1983, XXXIII ta’ l-1988, XXV ta’ l-1989, VIII ta’ l-1990, XXIV ta’ l-1995, IV u IX
ta’ l-2000, u XXIII ta’ l-2002.
TAQSIM TA’ L-ATT
Artikoli 
Taqsima I  Preliminari  1-3 
Taqsima II  Persuni Eżenti 4
Taqsima III  Disposizzjonijiet Speċjali 4A 
Taqsima IV Immigranti Projbiti  5-25
Taqsima V  Ġenerali  25A-36 
  2      KAP. 217. ħ        IMMIGRAZZJONI
TAQSIMA I 
PRELIMINARI
Titolu.  1. It-titolu ta’ dan l-Att hu l-Att dwar l-Immigrazzjoni.
Tifsir.
Emendat: 
XXV. 1989.2; 
VIII. 1990.3;
IX.2000.7;
XXIII. 2002.3. 
2. F’dan l-Att, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx
xort’oħra - 
"bastiment" tinkludi inġenji ta’ l-ajru, iżda ma tinkludix
bastiment ta’, jew fis-servizz ta’, qawwa militari, navali jew ta’ l-
ajru ta’ kwalunkwe pajjiż;
"Bord" tfisser il-Bord ta’ l-Appelli dwar l-Immigrazzjoni,
mwaqqaf bl-artikolu 25A;
"dipendent" dwar persuna oħra tfisser - 
(a) l-ulied ta’ dik il-persuna, jew ulied żewġ jew mart dik
il-persuna, jekk dawk l-ulied ikunu taħt il-wieħed u
għoxrin sena;
(b) ulied adottivi taħt il-wieħed u għoxrin sena, li jkunu
ġew adottati minn dik il-persuna b’mod magħruf mil-
liġi;
(ċ) il-ġenituri jew in-nanniet ta’ dik il-persuna li
jippruvaw għas-sodisfazzjon ta’ l-Uffiċjal Prinċipali
ta’ l-Immigrazzjoni li huma mantenuti għal kollox
minn dik il-persuna;
(d) kull membru ieħor tal-familja li jista’ jiġi preskritt
mill-Ministru;
"Ftehim" tfisser ftehim li fih Malta  tkun parti milħuq minn
grupp ta’ stati li bih jingħataw reċiprokament liċ-ċittadini ta’ dawk
l-istati jew id-dipendenti tagħhom, id-dritt li jidħlu, joqogħdu u
jirrisjedu fih, u jitilqu mit-territorju ta’ dak l-istat, li jkollhom
libertà  ta’ moviment ġewwa dawk l-istati għal dak il-perjodu li
jista’ jiġi stabbilit fil-ftehim, u li jaħdmu jew jistabbilixxu,
jipprovdu jew jirċievu servizzi ġewwa fihom; u "Stat tal-Ftehim" u
"ċittadin ta’ Stat tal-Ftehim" għandhom jiftiehmu skond hekk; u
fejn għall-iskopijiet tat-Taqsima III, stat ikun jagħmel parti minn
dak il-Ftehim kif soġġett għal modifikazzjonijiet u adattamenti,
ċittadin ta’ Stat ta’ Ftehim ikun soġġett għal dawk il-
modifikazzjonijiet jew adattamenti li jistgħu jiġu preskritti;
"Ftehim dwar Fruntiera" ifisser ftehim li fih Malta tkun parti
milħuq minn grupp ta’ stati, li jipprovdi għal kontroll komuni tal-
fruntiera u għad-dħul u l-ħruġ ħieles ta’ persuni li jkunu jinsabu
leġittimament ġot-territorju ’l ġewwa u ’l barra minn kull territorju
ta’ dawk l-istati; u "Stat tal-Ftehim tal-Fruntiera" u "ċittadin ta’
Stat tal-Ftehim tal-Fruntiera" għandhom jiftiehmu skond hekk;
"imbarkazzjoni" tinkludi tluq b’kull mezz ta’ trasport;
"kaptan ta’ bastiment" tinkludi kaptan ta’ kull inġenji ta’ l-ajru; 
"kondizzjoni mifhuma" tfisser kondizzjoni msemmija fl-artikolu
11;
IMMIGRAZZJONIġ K AP. 217.    3
Kap. 197.
"lukandier" fejn tintuża dwar lukanda tfisser lukandier kif
imfissra fl-Att dwar il-Lukandi u l-Istabbilimenti li jipprovdu Ikel,
u, fejn tintuża dwar post fejn jiġi provdut alloġġ b’kumpens,
tinkludi kull persuna li b’kumpens tirċievi f’isimha jew bħala
direttur, jew mod ieħor f’isem xi ħaddieħor, xi persuna oħra biex
talloġġa f’dak il-post;
"Malta" tfisser il-Gżira ta’ Malta, il-Gżira ta’ Għawdex u l-
Gżejjer ta’ l-Arċipelagu Malti;
"membru ta’ ekwipaġġ" tfisser kull persuna mpjegata fit-tħaddim
jew fis-servizz ta’ bastiment;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-imigrazzjoni;
"ordni ta’ deportazzjoni" tfisser ordni magħmul skond l-artikolu
22;
"ordni ta' tneħħija" tfisser ordni magħmula mill-Uffiċjal
Prinċipali ta’ l-Immigrazzjoni jew mill-Bord ta’ l-Appelli dwar l-
Immigrazzjoni, skond l-artikolu 14, jew mill-Qorti ta’ l-Appell
skond l-artikolu 25A, skond il-każ;
"passaport" tfisser passaport li jirriferi għal dik il-persuna li tkun
meħtieġa li tipproduċih, li jkun fih ritratt ta’ dik il-persuna, li jkun
validu fid-data li dik il-persuna titlob id-dħul f’Malta u ma jkunx
imissu jiskadi qabel id-data li fiha l-istess persuna bi ħsieba titlaq
minn Malta, u tinkludi kull dokument bħal dak li jistabbilixxi l-
identità  u n-nazzjonalità  tal-persuna li għaliha jirriferi b’mod li
jissodisfa lill-Uffiċjal Prinċipali ta’ l-Immigrazzjoni;
"passiġġier" tfisser kull persuna, barra minn membru ta’
ekwipaġġ, li tivvjaġġa jew li tfittex li tivvjaġġa abbord ta’
bastiment; 
"permess għal residenza" tfisser permess maħruġ skond l-
artikolu 7(1);
"persuna eżenti" tfisser kull persuna li għaliha it-Taqsima IV ta’
dan l-Att ma tapplikax skond l-artikolu 4 ta’ l-istess Att;
"port" tfisser kull post f’Malta fejn persuna tinżel l-art jew minn
fejn timbarka u tinkludi ajruport;
"preskritt" tfisser preskritt b’regolamenti magħmula skond dan l-
Att;
"tinżel l-art" tfisser tasal jew tidħol b’kull mezz ta’ trasport u
riferenzi għal inżul l-art, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra, jinkludu riferenzi għal minn jittanta jinżel l-art;
"Uffiċjal Prinċipali ta’ l-Immigrazzjoni" tfisser il-persuna
nominata għal dik il-kariga mill-Prim Ministru skond l-artikolu 3, u
tinkludi, fil-limiti ta’ kull awtorità  mogħtija mill-Uffiċjal Prinċipali
ta’ l-Immigrazzjoni skond l-artikolu 3(3), kull uffiċjal pubbliku li
jkun qed jaġixxi taħt dik l-awtorità ;
"trasportatur" tfisser kull min xogħlu jkun li jipprovdi trasport
bl-ajru, bl-art jew bil-baħar għal passiġġieri.
  4      KAP. 217. ħ        IMMIGRAZZJONI
Nomina ta’ 
Uffiċjal Prinċipali 
ta’ l-
Immigrazzjoni.
Emendat: 
VIII. 1982.2; 
XXXIII. 1988.2;
IX.2000.7.
3. (1) Il-Prim Ministru għandu b’avviż fil-Gazzetta tal-
Gvern, jinnomina uffiċjal pubbliku biex ikun Uffiċjal Prinċipali ta’
l-Immigrazzjoni għall-finijiet ta’ dan l-Att.
(2) L-Uffiċjal Prinċipali ta’ l-Immigrazzjoni jkollu dawk is-
setgħat u dmirijiet kif jiġu mogħtija lilu jew imposti fuqu b’dan jew
skond dan l-Att jew kif jiġi preskritt biex jitħaddem dan l-Att:
Iżda, fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tiegħu skond dan l-Att, l-
Uffiċjal Prinċipali ta’ l-Immigrazzjoni għandu jaġixxi skond id-
direttivi ġenerali jew speċjali tal-Ministru:
Iżda wkoll ebda persuna ma tkun tista’ tqanqal f’xi qorti il-
kwistjoni dwar jekk l-Uffiċjal Prinċipali ta’ l-Immigrazzjoni kienx
irċieva attwalment, jew mexiex skond, direttivi tali.
(3) L-Uffiċjal Prinċipali ta’ l-Immigrazzjoni jista’ jawtorizza
bil-miktub lil xi uffiċjal pubbliku li jeżerċita, jew jaqdi f’ismu
kwalunkwe setgħat (minbarra s-setgħa mogħtija b’dan is-
subartikolu) jew dmirijiet skond dan l-Att jew regolamenti
magħmula bis-saħħa tiegħu.
(4) L-awtorità  skond l-aħħar subartikolu qabel dan tista’
tingħata jew personalment lil uffiċjal pubbliku jew impersonalment
lil xi uffiċjal pubbliku waqt li jkun qed jaqdi xi dmirijiet speċifiċi
fis-servizz pubbliku.
TAQSIMA II 
PERSUNI EŻENTI
Persuni li għalihom 
it-Taqsima IV ta’ l-
Att ma tapplikax.
Emendat: 
XLIV 1972.2; 
VIII. 1982.2; 
XXXIII. 1988.2; 
XXV. 1989.3;
IV. 2000.17;
IX. 2000.7;
XXIII. 2002.4.
Kap. 188.
4. (1) Id-disposizzjonijiet tat-Taqsima IV ta’ dan l-Att ma
japplikawx għal kull persuna - 
(a) li hija ċittadin ta’ Malta; jew
(b) li, skond l-artikolu 44(4) tal-Kostituzzjoni ta’ Malta,
hija meqjusa li hija ċittadin ta’ Malta bis-saħħa tas-
subartikolu (1) ta’ l-artikolu 3 jew ta’ l-artikolu 5(1)
ta’ l-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija; jew
Kap. 191.
(ċ) li hija intitolata għall-immunitajiet u privileġġi bis-
saħħa jew skond xi disposizzjoni ta’ l-Att dwar l-
Immunitajiet u l-Privileġġi Diplomatiċi; jew
(d) li hija membru tal-forzi armati ta’ pajjiż barra minn
Malta li jkunu qegħdin f’Malta taħtu għall-iskop ta’
arranġamenti mal-Gvern ta’ Malta; jew
(e) li hija Malta f’kapaċità  konsultattiva jew biex tagħti
pariri lil Gvern ta’ Malta fuq stedina tiegħu; jew
(f) li hija dipendenti minn xi persuna msemmija fil-
paragrafi ta’ qabel dan; jew
(g) li tkun il-konjuġi ta’ persuna msemmija f’wieħed mill-
paragrafi ta’ qabel dan u tkun għadha miżżewġa u
IMMIGRAZZJONIġ K AP. 217.    5
tgħix ma’ dik il-persuna; jew
(h) li tkun l-armla jew l-armel ta’ persuna msemmija fil-
paragrafu (a) jew (b) u fil-waqt tal-mewt tiegħu jew
tagħha kienet għadha tgħix ma’ dik il-persuna:
Iżda r-raġel jew il-mara jew id-dipendenti ta’ xi persuna li
għaliha hemm riferenza fil-paragrafi (d) u (e) ta’ dana l-artikolu ma
għandux f’Malta jeserċita xi professjoni jew xogħol jew ikollu
kariga jew ikun impjegat minn xi persuna oħra jew ikun fin-
negozju mingħajr, u ħlief skond il-kondizzjonijiet ta’, liċenza
maħruġa mingħand il-Ministru illi huwa jkun jista’ jbiddel u jirtira
f’kull żmien kif jidhirlu xieraq u, wkoll, dipendent tali ma jibqax
persuna eżenti jekk jikser dina d-disposizzjoni jew jekk ma jħarisx
xi waħda mill-kondizzjonijiet ta’ dik il-liċenza.
(2) Il-Ministru jista’ b’ordni li għandu jiġi notifikat lil xi
persuna msemmija fis-subartikolu (1)(g) u (h), li ma tkunx persuna
li għaliha is-subartikolu (1)(a) sa (f) jistgħu jirreferu, jiddikjara li
dik il-persuna ma tkunx iktar persuna eżenti, jekk il-Ministru jkun
sodisfatt li l-għoti ta’ dik l-eżenzjoni lil dik il-persuna ma jkunx fl-
interess pubbliku, u mal-ħruġ ta’ dak l-ordni d-disposizzjonijiet tat-
Taqsima III ta’ dan l-Att għandhom japplikaw għal dik il-persuna.
Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan is-subartikolu, dan l-
Ordni jista’ wkoll jiġi notifikat lil, u jkun japplika għar-rigward ta’
kull persuna msemmija fis-subartikolu (1)(f) li tkun dipendent ta’
età  ta’ ’l fuq minn tmintax-il sena.
(3) Il-Ministru ma għandux ikun meħtieġ li jagħti ebda raġuni
għall-ħruġ ta’ xi ordni msemmi fis-subartikolu (2) u d-deċiżjoni
tal-Ministru dwar xi ordni bħal dan ma għandhiex tkun suġġetta
għal appell jew skrutinju f’ebda qorti.
Miżjuda:
XXIII. 2002.6.
TAQSIMA III
Disposizzjonijiet Speċjali
Disposizzjonijiet 
speċjali.
Miżjud:
XXIII. 2002.6.
4A. (1) Minkejja kull disposizzjoni oħra ta’ dan l-Att, il-
Ministru jista’ jagħmel regolamenti sabiex iwettaq kull Ftehim jew
Ftehim dwar Fruntiera, li tiegħu Malta tista’ tkun parti, u mingħajr
preġudizzju għall-ġeneralità  ta’ dak hawn qabel imsemmi, jista’
jagħmel regolamenti biex: 
(a) jagħti u jirregola d-dritt ta’ kull ċittadin ta’ Stat tal-
Ftehim jew id-dipendenti tagħhom, li jidħlu, jibqgħu
joqogħdu u jirrisjedu fi, u jitilqu minn, Malta;
(b) jagħti u jirregola d-dritt ta’ persuni msemmija fil-
paragrafu preċedenti li jfittxu impjieg u jaħdmu
f’Malta u li jistabbilixxu u, jew jipprovdu jew jirċievu
servizzi f’Malta;
(ċ) li jagħti u jirregola d-drittijiet imsemmija fil-paragrafi
preċedenti lil kull persuna u d-dipendenti tagħha li,
għalkemm ma tkunx persuna msemmija fil-paragrafu
(a), tkun leġittimament qegħda fit-territorju ta’ xi stat
li jkun marbut bi Ftehim dwar Fruntiera. 
  6      KAP. 217. ħ        IMMIGRAZZJONI
(2) Kull dritt mogħti taħt din it-Taqsima ikun dejjem soġġett
għal dawk il-limitazzjonijiet li jistgħu jkunu raġonevolment
ġustifikati minħabba fil-politika pubblika, is-sigurtà  pubblika u s-
saħħa pubblika.
Sostitwita:
XXIII. 2002.5.
TAQSIMA IV
IMMIGRANTI PROJBITI
Immigranti 
projbiti. 
Emendat: 
XLIX. 198I.4;
XXIII. 2002.7.
5. (1) Kull persuna, li tkun waħda li ma jkollhiex id-dritt ta’
dħul, jew ta’ dħul u residenza, jew ta’ moviment jew transitu taħt
it-Taqsimiet preċedenti, tista’ tiġi rifjutata milli tidħol, u jekk hija
tiżbarka jew tkun qegħda f’Malta mingħajr il-permess ta’ l-Uffiċjal
Prinċipali ta’ l-Immigrazzjoni, hija tkun immigrant projbit.
(2) Anke jekk tkun niżlet l-art jew tkun f’Malta bil-permess ta’
l-Uffiċjal Prinċipali ta’ l-Immigrazzjoni jew tkun ingħatat permess
għal residenza, persuna tkun, kemm-il darba ma tkunx eżentata taħt
dan l-Att minn xi waħda minn dawn il-kondizzjonijiet li ġejjin jew
ikunu japplikaw dwaru regoli speċjali taħt id-disposizzjonijet ta’
qabel ta’ dan l-Att, immigrant projbit ukoll -
(a) jekk ma tkunx tista’ turi illi għandha l-mezzi biex
tmantni lilha nnifisha u lid-dipendenti tagħha (jekk
ikollha) jew jekk ikun hemm probabbiltà  li hi jew xi
ħadd mid-dipendenti tagħha ser ikunu ta’ spiża għal
kariga tal-fond pubbliku; jew
(b) jekk tkun tbati minn diżordni mentali jew tkun
mentalment defiċjenti; jew
Kap. 36.
(ċ) jekk, meta tkun niżlet l-art f’Malta skond jew taħt xi
regolament magħmul bis-saħħa ta’ l-artikoli 44 u/jew
50 ta’ l-Ordinanza dwar it-Tħaris mill-Mard, tkun
għada f’Malta wara li jgħaddu ħmistax-il jum mill-jum
li fih is-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika jkun
iċċertifika bil-miktub illi l-permanenza ta’ dik il-
persuna f’Malta mhix iżjed meħtieġa skond u għall-
iskop ta’ dawk ir-regolamenti; jew
Kap. 63. 
Kap. 101.
(d) jekk tinstab ħatja minn qorti ta’ ġurisdizzjoni kriminali
f’Malta ta’ reat kontra xi waħda mid-disposizzjonijiet
ta’ l-Ordinanza dwar il-Qirda tal-Kummerċ fil-
Prostituzzjoni jew ta’ l-Ordinanza dwar il-Mediċini
Perikolużi jew ta’ xi delitt, minbarra omiċidju
involontarju jew offiża involontarja fuq il-persuna, li
fil-każ ta’ l-ewwel delitt ikun kommess minn dik il-
persuna suġġett għal piena ta’ priġunerija għal żmien
ta’ mhux anqas minn sena jew, fil-każ tat-tieni delitt
jew delitt sussegwenti kommess mill-istess persuna,
ikun suġġett għal piena ta’ priġunerija għal żmien ta’
mhux anqas minn tliet xhur; jew
(e) jekk tikser xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att
jew ta’ xi regolamenti magħmula bis-saħħa tiegħu; jew
IMMIGRAZZJONIġ K AP. 217.    7
(f) jekk ma tħarisx jew ma tibqax tħares xi waħda mill-
kondizzjonijiet, inkluża kondizzjoni mifhuma, li
taħthom tkun ingħatat permess li tinżel l-art jew li
tinżel l-art u tibqa’ f’Malta jew tkun ingħatat permess
għal residenza; jew
(g) jekk xi ċirkostanza li wasslet għall-għoti ta’ permess
biex tinżel l-art jew biex tinżel l-art u tibqa’ f’Malta
jew għall-estensjoni ta’ dak il-permess jew għall-għoti
ta’ permess għal residenza, ma tibqax teżisti; jew
(h) jekk dik il-persuna tkun prostituta; jew
(i) jekk tkun dipendenti ta’ persuna li hija immigrant
projbit skond xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dan
is-subartikolu.
Setgħat ta’ Uffiċjal 
Prinċipali ta’ l-
Immigrazzjoni.
Emendat:
XXIII. 2002.8.
6. (1) Mingħajr preġudizzju għal kull dritt li joriġina mit-
Taqsimiet preċedenti, għall-finijiet ta’ dan l-Att, l-Uffiċjal
Prinċipali ta’ l-Immigrazzjoni jista’ -
(a) jagħti permess biex jinżel l-art jew permess biex jinżel
l-art u jibqa’ f’Malta lil kull membru ta’ ekwipaġġ li
jkun fi ħsiebu jkompli l-vjaġġ tiegħu mal-bastiment li
jkun wasal bih għal dak il-perijodu li l-bastiment ikun
ser idum fil-port bil-kondizzjoni li jitlaq ma’ l-istess
bastiment;
(b) jagħti permess biex tinżel l-art jew permess biex tinżel
l-art u tibqa’ Malta lil kull persuna oħra li tasal Malta,
taħt dawk il-kondizzjonijiet u għal dak il-perijodu li l-
Uffiċjal Prinċipali ta’ l-Immigrazzjoni jidhirlu xieraq
li jistabbilixxi;
(ċ) jagħti estensjonijiet tal-perijodu msemmi fl-aħħar
paragrafu qabel dan għal dawk il-perijodi l-oħra li
f’kull każ l-Uffiċjal Prinċipali ta’ l-Immigrazzjoni
jidhirlu xieraq li jagħti u taħt dawk il-kondizzjonijiet,
kemm jekk ikunu bħal dawk li ġew imposti qabel
kemm jekk le, kif lilu jidhirlu xieraq li jistabbilixxi:
Iżda, sakemm ma jkunx stabbilit espressament
mod ieħor, kull estensjoni għandha titqies li ingħatat
taħt l-istess kondizzjonijiet li kienu japplikaw, u għal
perijodu daqs il-perijodu li jkun skada, qabel l-għoti
ta’ dik l-estensjoni.
(2) Sakemm l-Uffiċjal Prinċipali ta’ l-Immigrazzjoni ma
jsemmix espressament perijodu itwal jew aqsar, permess mogħti
skond il-paragrafu (b) ta’ l-aħħar subartikolu qabel dan għandu
jitqies li jkun ingħata għal erbgħa u għoxrin siegħa fil-każ ta’
permess biex wieħed jinżel l-art u għal tliet xhur kalendarji fil-każ
ta’ permess biex wieħed jinżel l-art u jibqa’ Malta.
(3) B’dak kollu li hemm fid-disposizzjonijiet tas-subartikolu
(1)(a), meta l-bastiment fih imsemmi jkun inġenju ta’ l-ajru,
membru ta’ l-ekwipaġġ ta’ dak l-inġenju ma għandux bil-fors
ikompli l-vjaġġ tiegħu ma’ l-inġenju ta’ l-ajru li jkun wasal bih,
suġġett illi hu jitlaq minn Malta fi żmien tlett ijiem mill-wasla
  8      KAP. 217. ħ        IMMIGRAZZJONI
tiegħu.
(4) L-Uffiċjal Prinċipali ta’ l-Immigrazzjoni ma għandux
jiċħad permess biex tinżel l-art u tibqa’ f’Malta lil persuna li
dwarha żewġ tobba li għall-anqas wieħed minnhom għandu jkun
uffiċjal mediku tal-Gvern jiċċertifikaw li dik il-persuna għandha
bżonn minnufih kura medika jew kirurġika li ma tistax tiġi
posposta mingħajr ħsara għal saħħitha:
Iżda dak il-permess għandu jiftiehem li ġie mogħti sa, u li
jagħlaq fi, s-seba’ ġurnata mid-data ta’ ċertifikat magħmul minn
uffiċjal mediku tal-Gvern fis-sens illi mhux aktar meħtieġ illi dik
il-persuna tibqa’ Malta għal fini ta’ jew in konnessjoni ma’ dik il-
kura.
Permess għal 
residenza. 
Emendat: 
VIII. 1982.2; 
XXXIII. 1988.2;
IX. 2000.7;
XXIII. 2002.9.
7. (1) Mingħajr preġudizzju għal kull dritt li joriġina mit-
Taqsimiet preċedenti, il-Ministru jista' joħroġ, taħt dawk il-
kondizzjonijiet li jidhirlu xieraq li jistabbilixxi, permess għal
residenza lil kull persuna li tagħmel applikazzjoni biex tirtira,
tistabbilixxi ruħha jew toqgħod f’Malta għal żmien indefinit.
(2) Bla ħsara tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, permess għal
residenza jagħti lil dik il-persuna li għaliha jkun maħruġ id-dritt li
tinżel l-art u li tibqa’ f’Malta permanentament jew għal żmien
indefinit.
(3) Kull permess għal residenza maħruġ taħt dan l-Att jista’ jiġi
revokat mill-Ministru għar-raġunijiet li ġejjin:
(a) meta l-permess ikun inkiseb abbażi ta’ frodi, jew xi
ommissjoni daparti tar-resident filwaqt li jkun qiegħed
japplika għal permess għal residenza ta’ xi fatt
materjali li, li kieku dan kien magħruf f’dak il-waqt,
kien raġonevolment jiġġustifika lill-Ministru li jiċħad
l-applikazzjoni għal dak il-permess;
(b) meta, wara l-għoti ta’ permess għal residenza, dak ir-
resident jagħmel, kemm f’Malta kemm barra minn
Malta, xi delitt serju li, li kieku jkun ġie magħmul
qabel l-għoti ta’ dak il-permess, kien ikun jiġġustifika
raġonevolment iċ-ċaħda ta’ dak il-permess mill-
Ministru.
(4) Kull min iħoss ruħu aggravat b’dik id-deċiżjoni jkollu dritt
jappella quddiem il-Bord fi żmien għaxart ijiem minn meta jiġi
avżat b’dik ir-revoka.
(5) Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti għall-
implimentazzjoni tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu inkluż,
mingħajr preġudizzju għall-ġeneralità  ta’ dak hawn qabel imsemmi,
biex jirregola kull dritt ta’ appell quddiem il-Bord li persuna
aggravata jkollha minn deċiżjoni tal-Ministru, u dwar
applikazzjonijiet biex residenti f’Malta jġibu f’Malta d-dipendenti
tagħhom sabiex jibdew joqogħdu magħhom.
Viżi.
Sostitwit:
XXIII. 2002.10.
8. (1) Mingħajr preġudizzju għal kull dritt ta’ dħul u
residenza previst mit-Taqsimiet preċedenti, u għall-poteri ta’ l-
Uffiċjal Prinċipali ta’ l-Immigrazzjoni li joħroġ viża fil-fruntiera
IMMIGRAZZJONIġ K AP. 217.    9
taħt dan l-Att u f’regolamenti magħmulin taħtu, l-Uffiċjal
Prinċipali ta’ l-Immigrazzjoni għandu jirrifjuta l-permess għad-
dħul f’Malta ta’ xi persuna li tkun qed titlob li tidħol f’Malta u li,
skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, għandu jkollha viża u li fil-
fatt ma jkollhiex tali viża kif hemm provdut dwar dan f’dan l-
artikolu.
(2) Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti sabiex -
(a) jelenka l-pajjiżi li ċ-ċittadini tagħhom ikunu meħtieġa
li jkollhom viża għal kull permanenza għal dak il-
perjodu ta’ żmien li jista’ jiġi ordnat, jew li ċ-ċittadini
tagħhom ikunu eżentati minn dik il-ħtieġa;
(b) jirregola l-aspetti kollha tal-ħruġ ta’ viżi jew ta’
għamliet oħra ta’ awtorizzazzjoni u jipprovdi dwar
kull xorta differenti ta’ viża inklużi viżi b’riferenza
għal dħul, jew dħul mill-ġdid, singlu jew multiplu;
(ċ) jipprovdi dwar u jirregola l-ħruġ ta’ viżi fil-fruntiera;
(d) jipprovdi dwar u jirregola r-revoka ta’ viżi;
(e) jirregola l-ħruġ u r-revoka ta’ dokument ta’ l-ivvjaġġar
ta’ emerġenza lil persuni li jkollhom in-nazzjonalità
ta’ dawk l-istati li jistgħu jiġu preskritti.
Permess biex 
wieħed jinżel l-art 
jew jibqa’ f’ Malta 
għandu jkun muri 
b’permess bil-
miktub jew 
b’indikazzjoni fuq 
il-passaport. 
Emendat:
XXIII. 2002.11.
9. (1) Mingħajr preġudizzju għal regolamenti li jistgħu jsiru
taħt Taqsima III ta’ dan l-Att, permess biex wieħed jinżel l-art jew
jinżel u jibqa’ f’Malta għandu jkun muri jew b’permess bil-miktub
konsenjat lil, jew b’indikazzjoni kif imiss fuq il-passaport ta’, il-
persuna konċernata, iżda l-kondizzjonijiet li jkunu ma’ dak il-
permess jistgħu jitniżżlu fuq dokument separat konsenjat lil dik il-
persuna.
(2) Id-disposizzjonijiet ta’ l-aħħar subartikolu qabel dan ma
għandhomx japplikaw għal permess mogħti għal finijiet tas-
subartikolu (1)(a), jew ta’ l-artikolu 6(3).
Detenzjoni 
temporanja.
10. (1) Meta permess biex tinżel l-art ikun ġie rifjutat lil xi
persuna li tasal Malta fuq xi inġenju ta’ l-ajru, dik il-persuna tista’
titniżżel l-art temporanjament u tiġi miżmuma f’xi post approvat
mill-Ministru u notifikat b’avviż fil-Gazzetta tal-Gvern* sakemm
dak l-inġenju ta’ l-ajru jkun wasal biex jitlaq.
(2) Meta permess biex tinżel l-art jiġi rifjutat lil xi persuna li
tasal Malta b’xi mezz ieħor, dik il-persuna tista’ fuq talba tagħha,
bil-permess ta’ l-Uffiċjal Prinċipali ta’ l-Immigrazzjoni, titniżżel
temporanjament l-art u tinżamm f’xi post approvat mill-Ministru u
notifikat b’avviż fil-Gazzetta tal-Gvern:
Iżda għandha tittieħed lura fuq il-bastiment li bih hi
għandha titlaq Malta minnufih kif titlob hekk jew kif l-Uffiċjal
Prinċipali ta’ l-Immigrazzjoni jordna, liema jkun l-ewwel.
(3) Kull persuna, waqt li tkun miżmuma skond is-subartikolu
(1) jew (2), għandha titqies li tkun taħt kustodja legali u li ma
niżlitx l-art.
*Ara l-Avviż Legali 193 ta’ l-1996.
  10      KAP. 217. ħ        IMMIGRAZZJONI
Kondizzjonijiet 
mifhuma. 
Emendat: 
VIII. 1982.2; 
XXXIII. 1988.2;
IX. 2000.7;
XXIII. 2002.12.
11. (1) Hija kondizzjoni mifhuma ta’ kull permess mogħti li xi
persuna skond l-artikolu 6(1)(a) jew, salvi d-disposizzjonijiet tat-
Taqsima III, ta’ permess għal residenza maħruġ lil xi persuna skond
l-artikolu 7(1) li dik il-persuna ma għandhiex f’Malta teżerċita xi
professjoni jew xogħol jew ikollha kariga jew tkun impjegata minn
xi persuna oħra jew tkun fin-negozju mingħajr liċenza mingħand il-
Ministru.
(2) Hija kondizzjoni mifhuma ta’ kull permess mogħti lil xi
persuna skond il-paragrafu (b) jew estiż skond l-artikolu 6(1)(ċ) li
dik il-persuna ma għandhiex f’Malta teżerċita xi professjoni jew
xogħol jew ikollha kariga jew tkun impjegata minn xi persuna oħra
mingħajr liċenza mingħand il-Ministru.
(3) Il-Ministru jista’ jagħti liċenza għal xi wieħed mill-
iskopijiet imsemmija fis-subartikolu (1) jew (2) għal dak il-
perijodu u taħt dawk il-kondizzjonijiet kif jidhirlu xieraq u hu jista’
f’kull żmien iħassar jew jibdel il-kondizzjonijiet ta’ kull liċenza
tali.
Għoti ta’ garanzija. 
Emendat: 
VIII. 1982.2; 
XXXIII. 1988.2;
IX.2000.7. 
12. (1) Il-kondizzjonijiet imsemmija fl-artikoli 6 u 7 jistgħu
jinkludu l-għoti ta’ dik il-garanzija f’dik il-forma u ta’ dak l-
ammont, li ma jkunx iżjed minn ħames mitt lira, kif il-Ministru jew
l-Uffiċjal Prinċipali ta’ l-Immigrazzjoni, skond il-każ, jista’
jidhirlu xieraq li jeħtieġ.
(2) Meta l-garanzija meħtieġa u mogħtija għall-finijiet tas-
subartikolu ta’ qabel dan tkun tikkonsisti fid-depożitu ta’ somma,
is-somma hekk depożitata tista’ tiġi applikata biex jitħallsu kull
spejjeż magħmula mill-fond pubbliku għall-manteniment tal-
persuna li l-garanzija tkun favur tagħha jew tad-dipendenti tagħha,
jew magħmula mod ieħor in konnessjoni ma’ dik il-persuna jew
ma’ dawk id-dipendenti fil-waqt li jkunu Malta jew għad-
deportazzjoni jew rimpatriju tagħha jew tagħhom, u l-bilanċ, jekk
ikun hemm, jew is-somma kollha, jekk ebda parti minnha ma tiġi
applikata kif intqal qabel, għandhom jitħallsu lura biss meta l-
Uffiċjal Prinċipali ta’ l-Immigrazzjoni jkun sodisfatt li dak il-
bilanċ jew id-depożitu kollu ma jkunx aktar meħtieġ sabiex jiġi
żgurat it-tħaris mad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew ta’ xi
kondizzjonijiet imposti bis-saħħa tiegħu.
(3) B’dak kollu li jista’ jkun hemm kontra f’xi liġi oħra, ebda
mandat ta’ sekwestru ma jkun jista’ jiġi esegwit fuq xi ammont
depositat, ikun fejn ikun, għall-iskop ta’ l-imsemmija garanzija,
jew parti minnu, ħlief jekk u qabel dak l-ammont jew parti minnu
hu dovut li jitħallas lura skond is-subartikolu minnufih qabel dan.
Skop dikjarat. 
Emendat: 
VIII. 1982.2; 
XXXIII. 1988.2;
IX.2000.7.
13. (1) Ebda ħaġa fl-artikolu 11(2) ma timpedixxi lill-Uffiċjal
Prinċipali ta’ l-Immigrazzjoni milli jagħti jew jestendi l-permess lil
xi persuna skond l-artikolu 6(1)(b) jew (ċ) taħt il-kondizzjoni illi
dik il-persuna ma għandhiex f’Malta tokkupa ruħha f’xi attività
oħra barra minn dik li tidħol fl-iskop dikjarat.
(2) Għall-fini ta’ dan l-artikolu "skop dikjarat" tfisser l-iskop li
kull persuna li tkun qed titlob permess biex tinżel l-art u li tibqa’
Malta tiddikjara lill-Uffiċjal Prinċipali ta’ l-Immigrazzjoni u li dan
jaċċetta bħala l-iskop tat-talba tagħha:
IMMIGRAZZJONIġ K AP. 217.    11
Iżda l-Uffiċjal Prinċipali ta’ l-Immigrazzjoni ma għandux
jaċċetta bħala skop dikjarat attività  li għall-eserċizzju tagħha
tinħtieġ liċenza tal-Ministru skond l-artikolu 11(2).
Ordni ta’ tneħħija. 
Emendat: 
VIII. 1982.2; 
VIII. 1990.3;
IX.2000.7.
Sostitwit:
XXIII. 2002.13.
14. (1) Jekk xi persuna titqies mill-Uffiċjal Prinċipali ta’ l-
Immigrazzjoni li tista’ titneħħa bħala immigrant projbit taħt xi
waħda mid-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 5, dak l-Uffiċjal jista’
joħroġ ordni ta’ tneħħija kontra dik il-persuna li jkollha dritt
tappella kontra dik l-ordni skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu
25A:
Iżda fir-rigward ta’ xi tali persuna kif jista’ jiġi ordnat
b’regolamenti magħmula taħt l-artikolu 4A u li tkun daħlet f’Malta
jew tkun qegħda f’Malta, ordni ta’ tneħħija għandha tkun biss
maħruġa wara li ssir applikazzjoni għaldaqshekk mill-Uffiċjal
Prinċipali ta’ l-Immigrazzjoni lill-Bord li għandu mbagħad joħroġ
dik l-ordni meta jkun sodisfatt li dik il-persuna tista’ tiġi mkeċċija
taħt dan l-Att. Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 25A għandhom
mutatis mutandis ikunu japplikaw għal ordni maħruġa minn dak il-
Bord taħt dan il-proviso.
(2) Malli ssir ordni bħal dik, dik il-persuna li kontriha ssir dik
l-ordni, għandha tinżamm taħt kustodja sakemm hija titneħħa minn
Malta:
Iżda jekk il-persuna li dwarha tkun saret ordni ta’ tneħħija
tkun soġġetta għal proċeduri kriminali għal delitt punibbli bi
priġunerija jew tkun qed isservi sentenza ta’ priġunerija, il-
Ministru jista’ jagħti dawk l-ordnijiet dwar jekk is-sentenza kollha
jew parti minnha għandhiex tiġi servuta qabel it-tkeċċija ta’ dik il-
persuna minn Malta, u, fin-nuqqas ta’ ordnijiet bħal dawk, dik il-
persuna għandha titneħħa wara li tkun ġiet servuta s-sentenza.
(3) Ebda ħaġa f’dan l-artikolu ma għandha tolqot l-obbligu ta’
xi persuna li ma twettaqx jew li ma tibqax twettaq aktar il-
kondizzjonijiet ta’ dħul, residenza jew moviment liberu biex titlaq
minn Malta volontarjament mingħajr dewmien.
(4) It-tneħħija ta’ persuna għandha tkun lejn il-pajjiż ta’ oriġini
ta’ dik il-persuna jew lejn xi Stat ieħor li fih tkun tista’ tidħol,
b’mod partikolari taħt id-disposizzjonijiet rilevanti ta’ kull ftehim
ta’ dħul mill-ġdid li jkun japplika u li jkun sar minn Malta u skond
l-obbliġi internazzjonali li Malta tista’ tkun parti fihom.
(5) Ebda ħaġa f’dan l-artikolu ma għandha tipprekludi jew
tippreġudika l-applikazzjoni tal-liġi ta’ Malta fuq id-dritt ta’ asil u
d-drittijiet ta’ rifuġjati u dwar l-obbliġi internazzjonali ta’ Malta
f’dan ir-rigward.
(6) Meta ssir applikazzjoni mill-Uffiċjal Prinċipali ta’ l-
Immigrazzjoni lill-Bord, jekk il-Bord ikun sodisfatt li jkunu saru
jew li jkunu se jsiru xi spejjeż mill-Gvern f’dak li għandu x’jaqsam
mal-manutenzjoni, mal-kura medika jew mat-tkeċċija ta’
immigrant projbit jew id-dipendenti tiegħu, jista’ joħroġ mandat
esekuttiv kontra l-immigrant projbit u jista’ wkoll jordna l-konfiska
ta’ dak l-ammont minn flejjes li jkunu fil-pussess tiegħu skond ma
jkollu jiġi rkuprat. Mandat maħruġ taħt dan is-subartikolu jista’ jiġi
esegwit bl-istess mod bħal ma jkun mandat maħruġ bis-saħħa ta’
  12      KAP. 217. ħ        IMMIGRAZZJONI
titolu esekuttiv għal debitu ċivili maħruġ minn xi Qorti fl-
eserċizzju tal-ġurisdizzjoni ċivili tagħha. L-irkupru parzjali ta’
spejjeż taħt dan is-subartikolu ma għandux jippreġudika r-
responsabbiltà  ta’ kull garanzija għall-bilanċ, u lanqas ma għandu
l-ħruġ jew l-esekuzzjoni ta’ mandat taħt dan l-artikolu jkun
kondizzjoni preċedenti li tinkombi fuq il-garanzija.
(7) Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti bil-għan li
jimplimenta d-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu u b’mod
partikolari biex jirregola aħjar il-mod u l-proċedura u l-ispejjeż tat-
tkeċċija.
Responabbiltà  tat-
trasportaturi.
Emendat: 
VIII. 1990.3.
Sostitwit:
XXIII. 2002.13.
15. (1) Trasportatur bil-baħar jew bl-arju jkun obbligat li
jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżgura li persuna li huwa
jkun ġarr lejn Malta jkollha d-dokumenti ta’ l-ivvjaġġar u kull viża
jew awtorizzazzjoni oħra li jistgħu jkunu meħtieġa għad-dħul
ġewwa, jew passaġġ minn, it-territorju ta’ Malta qabel ma dik il-
persuna tinġarr lejn Malta.
(2) Fuq talba ta’ l-Uffiċjal Prinċipali ta’ l-Immigrazzjoni t-
trasportatur għandu jreġġa lura lil xi persuna li lilha jkun ġie
rifjutat id-dħul minħabba li ma jkollhiex viża jew dokument
imsemmi fis-subartikolu ta’ qabel dan, jew lejn l-Istat li minnu tkun
ġiet trasportata, jew lejn l-Istat li jkun ħareġ id-dokument ta’ l-
ivvjaġġar li tkun ivvjaġġat bih, jekk ikun il-każ, jew lejn xi Stat
ieħor li tkun garantita d-dħul fih.
Kap. 12.
(3) Trasportatur ma jistax iġorr minn xi Stat lejn Malta persuna
li ma jkollha ebda dokument ta’ l-ivvjaġġar, viża jew xi
awtorizzazzjoni speċjali oħra skond ma jkun meħtieġ taħt dan l-Att,
għad-dħul tagħha leġittimu ġewwa Malta u meta jkun hemm dak in-
nuqqas dak it-trasportatur ikun soġġett li jħallas lill-Uffiċjal
Prinċipali ta’ l-Immigrazzjoni dik il-penali li l-Uffiċjal jista’
jistabbilixxi, li ma tkunx iktar minn ħamest elef lira jew kull
somma ogħla oħra li l-Ministru jista’ jippreskrivi. Dik il-penali
għandha tinġabar mill-Uffiċjal Prinċipali ta’ l-Immigrazzjoni, wara
li jkun skada t-terminu għall-appell quddiem il-Bord bla ma jkun
sar appell jew wara deċiżjoni tal-Bord, bħala dejn ċivili dovut lill-
Gvern, u d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 466 tal-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili jkunu, minkejja kull
disposizzjoni oħra kuntrarja, japplikaw mutatis mutandis għal dak
id-dejn.
Setgħat ta’ arrest.
Emendat:
XXIII. 2002.14.
16. Kull persuna li tikser l-artikolu 5(1), jew tkun
raġonevolment issuspettata li għamlet hekk, tista’ tiġi arrestata
mingħajr mandat mill-Uffiċjal Prinċipali ta’ l-Immigrazzjoni jew
minn xi uffiċjal tal-Pulizija u fil-waqt li tkun qed tinżamm hekk
arrestata għandha titqies li tkun taħt kustodja legali.
Mandat ma 
jimpedix ordni ta’ 
tneħħija.
Emendat: 
XXIV.1995.360.
Kap. 12.
17. B’dak kollu li jista’ jkun hemm kontra f’xi liġi oħra, ebda
ordni ta’ tneħħija ma għandu jiġi mfixkel u lanqas għandu jkun
hemm dewmien fl-esekuzzjoni ta’ dak l-ordni minħabba f’xi
mandat maħruġ skond il-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura
Ċivili.
Ġbir lura ta’ 
spejjeż. 
18. Revokat bl-Att XXIII. 2002.15.
IMMIGRAZZJONIġ K AP. 217.    13
Destinazzjoni ta’ 
persuna li dwarha 
joħroġ ordni ta’ 
tneħħija. 
Emendat: 
VIII. 1982.2; 
XXXIII. 1988.2;
IX.2000.7. 
19. Persuna li jkun ħareġ kontriha ordni ta’ tneħħija jew li
għaliha japplika l-artikolu li jiġi minnufih wara dan għandha
tittieħed barra minn Malta - 
(a) jekk ma tkunx membru ta’ ekwipaġġ, f’dak il-pajjiż li
tiegħu hi tkun ċittadin jew minn fejn imbarkat għal
Malta;
(b) jekk tkun membru ta’ ekwipaġġ, għall-pajjiż li tiegħu
hi tkun ċittadin jew fejn kienet ingaġġat:
Iżda l-Ministru jista’, fuq it-talba ta’ persuna tali, jordna li
tittieħed f’xi pajjiż ieħor.
Kaptan jew sid ta’ 
bastiment għandu 
jneħħi xi persuni.
Emendat: 
VIII. 1982.2; 
XXXIII. 1988.2;
IX.2000.7.
20. (1) Kull persuna li għaliha japplika dan l-artikolu għandha
titneħħa minn Malta mill-kaptan tal-bastiment li tkun waslet fuqu
jew, jekk direttivi għalhekk jingħataw mill-Ministru jew mill-
Uffiċjal Prinċipali ta’ l-Immigrazzjoni, mis-sid jew mill-aġenti ta’
dak il-bastiment.
(2) L-Uffiċjal Prinċipali ta’ l-Immigrazzjoni jew xi uffiċjal tal-
Pulizija jista’ (ukoll jekk ikun hemm xi prosekuzzjoni) jqiegħed
kull persuna li għaliha japplika dan l-artikolu abbord tal-bastiment
li fuqu tkun waslet Malta jew abbord ta’ bastiment li jkun il-
proprjetà  ta’ l-istess sidien għat-tneħħija ta’ l-istess persuna minn
Malta.
(3) Dan l-artikolu japplika għal - 
(a) kull persuna li ma tingħatax permess li tinżel l-art;
(b) kull persuna li, mingħajr ma tkun ingħatat permess
biex tinżel l-art, tinstab fuq l-art f’Malta;
(ċ) kull membru ta’ l-ekwipaġġ li, wara li jingħata
permess biex jinżel l-art jew permess biex jinże1 l-art
u jibqa’ Malta skond l-artikolu 6(1)(a), ikun
raġonevolment issuspettat li jkun kiser jew ikun ser
jikser dan l-Att:
Iżda dan l-artikolu ma għandux japplika, safejn jimponi
obbligu fuq il-kaptan, is-sid jew l-aġenti tal-bastiment li fuqu
persuna tkun waslet Malta, jekk perijodu ta’ aktar minn sitt xhur
ikun għadda mid-data ta’ l-aħħar inżul l-art ta’ dik il-persuna
f’Malta minn fuq dak il-bastiment.
Kaptan ta’ 
bastiment għandu 
jżomm abbord xi 
persuni.
21. Il-kaptan ta’ bastiment għandu jżomm abbord kull persuna
li tasal fuq dak il-bastiment, kemm jekk tkun membru ta’ ekwipaġġ
jew passiġġier, li ma tingħatax permess mill-Uffiċjal Prinċipali ta’
l-Immigrazzjoni li tinżel l-art, waqt li dak il-bastiment ikun fl-ibħra
territorjali ta’ Malta, u l-persuna hekk miżmuma għandha titqies li
tkun taħt kustodja legali.
Ordnijiet ta’ 
deportazzjoni. 
Emendat: 
VIII.1982.2; 
XXXIII. 1988.2;
XXIV.1995.360;
IX.2000.7;
XXIII. 2002.16.
22. (1) Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet speċjali li
jistgħu jsiru taħt it-Taqsima III ta’ dan l-Att, il-Ministru jista’, jekk
ikun iqis li dan iwassal għall-ġid pubbliku, jagħmel ordni ta’
deportazzjoni kontra kull persuna.
(2) Ordni ta’ deportazzjoni jista’ jkun suġġett għal kull
kondizzjoni li l-Ministru jidhirlu xieraq.
  14      KAP. 217. ħ        IMMIGRAZZJONI
Kap. 12.
(3) B’dak kollu li jista’ jkun hemm kontra f’xi liġi oħra, ebda
ordni ta’ deportazzjoni ma għandu jiġi mfixkel u lanqas għandu
jkun hemm dewmien fl-esekuzzjoni ta’ dak l-ordni minħabba f’xi
mandat maħruġ skond il-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura
Ċivili.
(4) Persuna li dwarha jkun ħareġ ordni ta’ deportazzjoni
għandha titlaq minn Malta skond l-ordni u għandha imbagħad
tibqa’ barra minn Malta sakemm dak l-ordni jibqa’ jseħħ.
(5) Persuna li dwarha jkun ħareġ ordni ta’ deportazzjoni tista’
tinżamm b’dak il-mod kif il-Ministru jordna sakemm titlaq minn
Malta u tista’ titqiegħed abbord ta’ bastiment li jkun wasal biex
jitlaq minn Malta, u għandha titqies li tkun taħt kustodja legali
waqt li tkun hekk miżmuma u sakemm il-bastiment jitlaq minn
Malta għal kollox.
(6) Il-kaptan ta’ bastiment b’kumditajiet xierqa għall-
passiġġieri li jkun ser jidħol f’xi port barra minn Malta għandu,
jekk ikun hekk meħtieġ mill-Ministru jew mill-Uffiċjal Prinċipali
ta’ l-Immigrazzjoni, jirċievi abbord tal-bastiment persuna li ordni
ta’ deportazzjoni jkun ħareġ kontriha u lid-dipendenti tagħha, jekk
ikun hemm, u jagħtihom passaġġ bi ħlas għal dak il-port u post fejn
joqgħodu u manteniment xieraq matul il-vjaġġ.
(7) Il-Ministru jista’, jekk jidhirlu xieraq, juża kull flus jew
proprjetà  ta’ persuna li kontriha jkun ħareġ ordni ta’ deportazzjoni
għall-ħlas ta’ l-ispejjeż kollha jew parti minnhom ta’, jew li
jkollhom x’jaqsmu mal-vjaġġ minn Malta u għall-manteniment ta’
dik il-persuna u tad-dipendenti tagħha (jekk ikollha) sakemm
jitilqu.
Piena għal ksur ta’ 
kondizzjonijiet. 
23. Revokat bl-Att XXIII. 2002.17.
Persuna li tkun ġiet 
imneħhija jew 
deportata minn 
Malta għandha 
tiddikjara dik iċ-
ċirkostanza. 
Emendat: 
VIII. 1990.3;
XXIII. 2002.18.
24. Jekk xi persuna li tkun telqet minn Malta taħt ordni ta’
tneħħija jew ordni ta’ deportazzjoni f’xi żmien titlob permess biex
tinżel l-art jew permess biex tinżel l-art u tibqa’ Malta jew jekk
titlob biex tingħata permess għal residenza, għandha tiddikjara
espressament bil-miktub lill-Uffiċjal Prinċipali ta’ l-Immigrazzjoni
dik iċ-ċirkostanza u, jekk tonqos li tagħmel hekk, kull permess tali
jew permess għal residenza li jingħatalha jkun null u bla effett u hi
tkun, ukoll, minħabba biss dak in-nuqqas bla preġudizzju għal ħruġ
ta’ ordni ta’ tneħħija jew deportazzjoni taħt dan l-Att, ħatja ta’ reat
u teħel, meta tinsab ħatja mill-Qorti tal-Maġistrati, multa ta’ mhux
iżjed minn ħames mitt lira jew priġunerija għal żmien ta’ mhux
aktar minn sitt xhur jew dik il-multa u priġunerija flimkien.
Disposizzjonijiet 
transitorji. 
Emendat: 
XLIV. 1972.3; 
VIII. 1982.2; 
XXXIII. 1988.2.
25. (1) Kull permess mogħti jew estiż taħt l-Ordinanza ta’ l-
1948 dwar l-Immigrazzjoni ta’ Sudditi Ingliżi jew l-Ordinanza ta’
l-1948 dwar il-Barranin* sabiex xi persuna tkun tista’ tinżel l-art
jew tinżel l-art u tibqa’ Malta, għandu jitqies li ingħata jew ġie
estiż għal dik il-parti tal-perijodu li tkun għadha fis-seħħ skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u dan l-Att għandu japplika għal dak
*Dawn l-Ordinanzi ġew revokati bl-artikolu 37 ta’ dan l-Att kif oriġinarjament
promulgat u li qed jiġi mħolli barra taħt l-Att ta’ l-1980 dwar ir-Reviżjoni tal-
Liġijiet Statutarji.
IMMIGRAZZJONIġ K AP. 217.    15
il-permess skond hekk:
Iżda l-kondizzjonijiet li taħthom ingħata dak il-permess,
jekk ma jiġux mibdula mill-Uffiċjal Prinċipali ta’ l-Immigrazzjoni,
għandom jibqgħu jseħħu.
(2) Kull permess ta’ xogħol jew impieg li ngħata jew ġie estiż
skond waħda mill-liġijiet imsemmija fis-subartikolu (1), għandu
jitqies li ngħata jew ġie estiż għal dik il-parti tal-perijodu li tkun
għadha fis-seħħ skond l-artikolu 11(3) u dan l-Att għandu japplika
skond hekk: 
Iżda l-kondizzjonijiet li taħthom ingħata dak il-permess,
jekk ma jkunux mibdula mill-Prim Ministru għandhom jibqgħu
jseħhu.
(3) Kull persuna li tkun ingħatat skond l-artikolu 36 ta’ l-
Ordinanza ta’ l-1948 dwar l-Immigrazzjoni ta’ Sudditi Ingliżi*,
eżenzjoni li tkun tatha d-dritt li tistabbilixxi r-residenza tagħha
permanenti jew residenza għal żmien indefinit f’Malta jew li tkun
ingħatat xi dritt bħal dan taħt xi disposizzjoni oħra ta’ waħda mill-
liġijiet imsemmija fis-subartikolu (1), għandha titqies li ngħatat
permess għal residenza u dan l-Att għandu japplika skond hekk:
Iżda l-kondizzjonijiet li taħthom tkun ingħatat dik l-
eżenzjoni jew xi dritt bħal dan, jekk ma kienux mibdula mill-
Uffiċjal Prinċipali ta’ l-Immigrazzjoni, għandhom jibqgħu jseħħu
b’żieda mal-kondizzjoni mifhuma msemmija fl-artikolu 11(1).
(4) Kull persuna, li kienet ordinarjament residenti f’Malta għal
perijodu kontinwu ta’ mhux inqas minn ħmistax-il sena minnufih
qabel il-bidu fis-seħħ ta’ dan l-Att u li ma hijiex persuna li taqa’
taħt is-subartikolu (1) jew (3), għandha titqies li jkun ingħata lilha
permess biex tinżel l-art u tibqa’ f’Malta skond l-artikolu 6(1)(b)
għall-perijodu ta’ sena mill-bidu fis-seħħ ta’ dan l-Att u, ħlief kif
provdut fis-subartikolu li jiġi minnufih wara dan, id-
disposizzjonijiet kollha ta’ dan l-Att għandhom japplikaw skond
hekk.
(5) Bla ħsara għall-imposizzjoni ta’ xi kondizzjonijiet taħt l-
artikolu 11(3), is-subartikolu (2) ta’ l-istess artikolu ma għandux
japplika, bla ħsara tad-disposizzjonijiet ta’ kull liġi oħra, għal kull
persuna msemmija fis-subartikolu li jiġi minnufih qabel dan matul
l-imsemmi perijodu ta’ sena mill-bidu fis-seħħ ta’ dan l-Att.
*Revokata bl-artikolu 37 ta’ dan l-Att kif oriġinarjament promulgat liema artikolu
qed jiġi mħolli barra taħt l-Att ta’ l-1980 dwar ir-Reviżjoni tal-Liġijiet Statutarji.
  16      KAP. 217. ħ        IMMIGRAZZJONI
TAQSIMA V
ĠENERALI 
Bord ta’ l-Appell 
dwar l-
Immigrazzjoni.
Miżjud:
XXIII. 2002.19.
25A. (1) (a) Għandu jkun hemm Bord, li jkun magħruf bħala l-
Bord ta’ l-Appell dwar l-Immigrazzjoni, hawn aktar ’il quddiem
imsejjaħ ''il-Bord'' , li jkun jikkonsisti minn avukat li jippresjedi,
persuna li tkun tifhem f’materji konnessi ma’ l-immigrazzjoni u
persuna oħra, li kull wieħed minnhom ikun maħtur mill-President li
jaġixxi fuq il-parir tal-Ministru:
Iżda l-Ministru jista’ b’regolamenti jordna li l-Bord ikun
kompost minn iktar minn diviżjoni waħda, kull waħda kostitwita
minn President u żewġ membri oħra kif hawn aktar qabel imsemmi.
(b) Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti li jkunu
jirregolaw id-distribuzzjoni skond it-tip ta’ appelli jew
applikazzjonijiet fost id-divizjonijiet tal-Bord. 
Kap. 12.
(2) Membru tal-Bord ikun skwalifikat milli jisma appell f’dawk
iċ-ċirkostanzi li kieku jistgħu jiskwalifikaw lil xi mħallef skond ma
hemm fis-Sub-Titolu II tat-Titolu II tat-Tielet Ktieb tal-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili; u f’kull każ bħal dak jew il-
membru jiġi sostitwit minn xi persuna oħra maħtura għal dak l-
għan mill-President li jaġixxi bil-parir tal-Ministru, jew inkella l-
appell, meta jkun hemm iżjed minn diviżjoni waħda tal-Bord fil-
kariga, jista’ jiġi riferut b’ordni tal-Bord minn diviżjoni waħda tal-
Bord lil xi diviżjoni oħra.
(3) Il-membri tal-Bord għandhom jibqgħu fil-kariga għal
perjodu ta’ tliet snin, u jkunu jistgħu jerġgħu jiġu maħtura mill-
ġdid.
(4) Membru tal-Bord jista’ jitneħħa mill-kariga mill-President
li jaġixxi fuq il-parir tal-Prim Ministru, minħabba f’negliġenza
gravi, konflitt ta’ interessi, inkompetenza, jew atti jew
ommissjonijiet li ma jkunux jixirqu lil membru tal-Bord.
(5) Kull persuna li tħoss ruħha aggravata b’xi deċiżjoni ta’ l-
awtorità  kompetenti taħt regolamenti magħmula taħt it-Taqsima III,
jew bis-saħħa ta’ l-artikolu 7, l-artikolu 14 jew l-artikolu 15 tista’
tappella minn dik id-deċizjoni u l-Bord ikollu ġurisdizzjoni jisma’
u jiddeċiedi dawk l-appelli. 
Kap. 9.
(6) Filwaqt li jkunu qegħdin isiru proċedimenti quddiem il-
Bord, dan jista’, ukoll fuq talba verbali, jagħti l-libertà  provviżorja
lil kull persuna li tkun tinsab arrestata jew taħt detenzjoni u li tkun
parti fi proċedimenti quddiemu, taħt dawk il-pattijiet u
kondizzjonijiet li jistgħu jidhrulu xierqa u d-disposizzjonijiet tat-
Titolu IV tat-Taqsima II tat-Tieni Ktieb tal-Kodiċi Kriminali
għandhom mutatis mutandis ikunu japplikaw għal talba bħal dik.
(7) Kull appell għandu jiġi ppreżentat fir-Reġistru tal-Bord fi
żmien tliet ijiem tax-xogħol mid-deċiżjoni li tkun soġġetta għal
appell.
IMMIGRAZZJONIġ K AP. 217.    17
Kap. 12.
(8) Id-deċiżjonijiet tal-Bord għandhom ikunu finali ħlief għar-
rigward ta’ punti ta’ dritt deċiżi mill-Bord rigward deċiżjonijiet li
jkunu jolqtu persuni bħal dawk imsemmija fit-Taqsima III, li
minnhom jista’ jkun hemm appell fi żmien għaxart ijiem quddiem
il-Qorti ta’ l-Appell (Ġurisdizzjoni Inferjuri). Il-Bord tar-Regoli
mwaqqaf taħt l-artikolu 29 tal-Kodiċi ta’ l-Organizzazzjoni u
Proċedura Ċivili jista’ jagħmel regoli li jkunu jirregolaw appell
bħal dak.
Delega ta’ setgħat 
mill-Prim Ministru 
u mill-Ministru. 
Emendat: 
VIII. 1982.2; 
XXXIII. 1988.2; 3;
IX.2000.7.
26. (1) Il-Prim Ministru u l-Ministru jista’ kull wieħed
minnhom jawtorizza bil-miktub lil uffiċjal pubbliku mhux taħt il-
grad ta’ Kap ta' Dipartiment biex jeżerċita minfloku s-setgħat
kollha jew uħud minnhom mogħtija lilu bħala Prim Ministru jew
Ministru, skond il-każ, b’dan l-Att, minbarra għar-rigward tal-Prim
Ministru s-setgħat mogħtija bl-artikolu 3(1) u għar-rigward tal-
Ministru responsabbli għall-intern is-setgħat mogħtija bil-proviso
għall-artikolu 14(2) u bl-artikolu 36:
Iżda l-Prim Ministru u l-Ministru jista’, kull wieħed
minnhom, skond il-każ, jawtorizza taħt dan is-subartikolu persuni
differenti għal skopijiet differenti.
(2) Kull awtorizzazzjoni bħal dik u kull tħassir tagħha
għandhom jiġu pubblikati b’avviż fil-Gazzetta tal-Gvern u għandu
jkollhom effett mid-data ta’ dik il-pubblikazzjoni kemm-il darba
ma tkunx fissata data oħra aktar tard fl-istess avviż.
Setgħa ta’ l-
Uffiċjal Prinċipali 
ta’ l-Immigrazzjoni 
li jitla’ abbord ta’ 
bastiment. 
27. L-Uffiċjal Prinċipali ta’ l-Immigrazzjoni jkollu s-setgħa li
jidħol jew jitla’ abbord ta’ bastiment u li jżomm u jeżamina kull
persuna li tkun tasal fi, jew li tkun ser titlaq minn, xi port f’Malta li
dwarha hu raġonevolment jaħseb li ma hijiex persuna eżenti u jista’
jitlob lil dik il-persuna biex tipproduċi kull dokument preskritt, u
jkollu dawk is-setgħat u d-dmirijiet l-oħra li jingħatawlu b’dan jew
skond dan l-Att jew kif jista’ jiġi preskritt biex jinħadem dan l-Att.
Produzzjoni ta’ 
passaport u għoti 
ta’ informazzjoni. 
28. Kull persuna li tinżel l-art jew timbarka f’Malta għandu
jkollha passaport u għandha tagħti lill-Uffiċjal Prinċipali ta’ l-
Immigrazzjoni l-informazzjoni preskritta u dik l-informazzjoni l-
oħra kif l-Uffiċjal Prinċipali ta’ l-Immigrazzjoni jidhirlu xieraq li
jeħtieġ.
Kaptan jagħti 
prospetti. 
29. (1) Il-kaptan ta’ kull bastiment li jniżżel l-art jew jimbarka
f’xi port, f’Malta, passiġġieri li jkunu ġejjin minn jew ikunu sejrin
f’xi post barra minn Malta għandu jagħti, lil dik il-persuna u b’dak
il-mod kif jiġi preskritt, prospett li juri d-dettalji preskritti dwar
kull passiġġier u kull passiġġier għandu jagħti lill-kaptan tal-
bastiment kull informazzjoni meħtieġa minnu għall-iskop tal-
prospett. L-istess prospett għandu jingħata fuq it-talba ta’ dik il-
persuna mill-kaptan ta’ kull bastiment ieħor li jasal f’xi port
f’Malta minn port barra minn Malta.
(2) Il-kaptan ta’ kull bastiment li jasal f’xi port f’Malta minn
port barra minn Malta għandu jagħti, lil dik il-persuna u b’dak il
mod kif jista’ jiġi preskritt, prospett li juri d-dettalji preskritti dwar
kull membru ta’ l-ekwipaġġ.
(3) Id-dettalji preskritti għall-fini tas-subartikolu (1) jew (2)
  18      KAP. 217. ħ        IMMIGRAZZJONI
dwar il-passiġġieri jew il-membri ta’ l-ekwipaġġ ta’ inġenji ta’ l-
ajru jistgħu jkunu differenti minn dawk preskritti dwar xi
passiġġieri jew membri ta’ l-ekwipaġġ oħrajn.
Persuni li jkunu 
Malta skond l-
Ordinanza dwar it-
Tħaris mill-Mard.
Kap. 36. 
30. Kull persuna, li ma tkunx persuna eżenti, li tinżel l-art
f’Malta skond jew taħt xi regolament magħmul bis-saħħa ta’ l-
artikoli 44 u/jew 50 ta’ l-Ordinanza dwar it-Tħaris mill-Mard
għandha titqies li tkun niżlet l-art u tinsab f’Malta bil-permess ta’ l-
Uffiċjal Prinċipali ta’ l-Immigrazzjoni għall-iskop tar-regolament li
għat-tħaris tiegħu jew taħtu hija tkun hekk niżlet l-art u dak l-iskop
għandu jitqies li huwa l-iskop dikjarat li għalih hemm riferenza fl-
artikolu 13.
Dettalji li 
jingħataw minn 
lukandier u oħrajn.
Emendat:
VIII. 1982.2; 
XXXIII.1988.2; 
VIII.1990.3;
IX. 2000.7;
XXIII. 2002.20.
31. (1) Il-lukandier ta’ kull lokal li għalih japplika dan l-
artikolu għandu jżomm reġistru tal-persuni kollha li jkunu alloġġati
f’dak il-lokal li ma jkunux persuni eżenti.
(2) Il-lukandier ta’ kull lokal li għalih japplika dan l-artikolu
għandu, mal-wasla ta’ kull persuna li ma tkunx persuna eżenti,
jaċċerta u jdaħħal jew iġiegħel li jiġi mdaħħal fir-reġistru miżmum
għal dak l-iskop l-isem u n-nazzjonalità  ta’ dik il-persuna, flimkien
mad-data tal-wasla tagħha u l-indirizz minn fejn ġiet l-aħħar; u
mat-tluq ta’ dik il-persuna l-lukandier tal-lokal għandu jdaħħal jew
iġiegħel li jidħlu fir-reġistru d-data tat-tluq u fejn tkun sejra dik il-
persuna meta titlaq.
(3) Il-lukandier ta’ kull lokal li għalih japplika dan l-artikolu
għandu wkoll, jekk direttivi għal dak l-iskop jingħataw mill-
Ministru, jagħmel għall-Uffiċjal Prinċipali ta’ l-Immigrazzjoni
dawk il-prospetti dwar il-persuni li jkunu joqogħdu fil-lokal,
f’dawk iż-żminijiet jew perijodi u f’dik il-forma, kif jiġi speċifikat
fid-direttivi.
(4) Ikun obbligu - 
(a) ta’ kull persuna ’l fuq mill-erbatax-il sena li tkun qed
toqgħod f’xi lokal li għalih japplika dan l-artikolu li
tiffirma, meta tkun hekk meħtieġa, dikjarazzjoni dwar
in-nazzjonalità  tagħha, u, jekk ma tkunx persuna
eżenti, li tagħti u tiffirma dikjarazzjoni tad-dettalji
meħtieġa skond dan l-artikolu;
(b) tal-lukandier ta’ kull lokal li għalih japplika dan l-
artikolu li jitlob lil kull persuna ’l fuq mill-età  ta’
erbatax-il sena li tkun toqgħod fil-lokal li tiffirma d-
dikjarazzjoni u tagħti dawk id-dettalji li hi meħtieġa li
tagħti skond dan l-artikolu u li jerfa’ dawk id-
dikjarazzjonijiet (inklużi d-dikjarazzjonijiet kollha
mogħtija taħt dan l-artikolu lil kull lukandier tal-lokal
ta’ qablu) għal perijodu ta’ sentejn mid-data li dawk
id-dikjarazzjonijiet ġew iffirmati.
(5) Kull reġistru miżmum, u d-dettalji kollha mogħtija, skond
dan l-artikolu, għandhom f’kull ħin raġonevoli ikunu disponibbli
għal spezzjon minn kull uffiċjal tal-Pulizija jew mill-Uffiċjal
Prinċipali ta’ l-Immigrazzjoni.
(6) Il-Ministru jista’ jippreskrivi l-forma kif reġistru għandu
IMMIGRAZZJONIġ K AP. 217.    19
jinżamm jew dikjarazzjonijiet għandhom jingħataw skond dan l-
artikolu.
(7) Kull persuna li tonqos milli tikkonforma ruħha ma’ xi
disposizzjoni ta’ dan l-artikolu tkun ħatja ta’ reat u tista’ teħel,
meta tinsab ħatja, multa ta’ mhux inqas minn ħames mitt lira iżda
mhux iżjed minn elfejn lira jew priġunerija għal żmien ta’ mhux
aktar minn sena, jew dik il-multa u priġunerija flimkien.
(8) Dan l-artikolu japplika għal kull lokal, kemm jekk ikun bl-
għamara kemm jekk ma jkunx, fejn alloġġ jew post għall-irqad
jingħata għal kumpens.
Reati oħra. 
Emendat: 
VIII. 1990.3;
XXIII. 2002.21.
32. (1) Kull persuna li - 
(a) tgħin jew tassisti lil xi persuna biex tinżel l-art jew
tittanta tinżel l-art f’Malta, jew li toqgħod ġewwa
Malta, kontra d-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, jew lil
xi persuna biex tinżel l-art jew tittanta tinżel l-art, jew
li toqgħod ġewwa, jew li titlaq minn xi Stat ieħor bi
ksur tal-liġi dwar id-dħul, ir-residenza u l-ħruġ ta’ dak
l-Istat, jew taħbi jew tagħti kenn lil xi persuna li tkun
taf, jew ikollha tassew għax taħseb, li tkun qiegħda
f’Malta kontra d-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att; jew
(b) timpjega, jew tagħti xogħol lil, xi persuna li ma tkunx
persuna eżenti u li ma jkollhiex liċenza mogħtija lilha
għal dak l-impieg jew xogħol skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, jew b’mod ieħor tgħin
jew tassisti lil xi persuna li ma tkunx persuna eżenti fl-
egħmil ta’ reat maħsub fl-artikolu 23; jew
(ċ) dwar xi informazzjoni li għandha tiġi mogħtija skond
jew għall-finijiet ta’ dan l-Att, tagħti jew iġġiegħel li
jingħata xi prospett falz, dikjarazzjoni falza jew
tagħrif ta’ fatti foloz;
(d) tiffalsifika xi dokument jew kopja vera ta’ dokument
jew reġistrazzjoni magħmula skond dan l-Att; jew
(e) tfixkel jew timpedixxi lil xi persuna fil-qadi leġittimu
tas-setgħat jew tad-dmirijiet tagħha skond dan l-Att;
jew
(f) mingħajr awtorità  leġittima tuża jew ikollha fil-
pussess tagħha xi dokument, meħtieġ għall-finijiet ta’
dan l-Att li jkun falsifikat; jew
(g) tikser xi disposizzjoni ta’ dan l-Att li dwarha mhux
stabbilit reat taħt xi artikolu ieħor ta’ dan l-Att, 
tkun ħatja ta’ reat u teħel, meta tinsab ħatja mill-Qorti tal-
Maġistrati, multa ta’ mhux iżjed minn ħamest elef lira jew
priġunerija għal żmien ta’ mhux aktar minn sentejn jew dik il-multa
u priġunerija flimkien, kemm-il darba mhix stabbilita għal dak ir-
reat piena akbar b’liġi oħra.
(2) Id-disposizzjonijiet ta’ l-aħħar subartikolu qabel dan ma
japplikawx lil persuna li taħbi jew tagħti kenn lil persuna li hija d-
dixxendent, l-axxendent, ir-raġel jew il-mara, ħu jew oħt dik il-
  20      KAP. 217. ħ        IMMIGRAZZJONI
persuna, għal żmien li mhux iżjed minn sebat ijiem.
(3) Meta l-awtorità  kompetenti f’Malta tiġi mitluba minn xi
Stat ieħor li tmexxi dwar xi reat taħt is-subartikolu (1)(a), l-
awtorità  kompetenti għandha l-ewwel titlob lill-awtorità
kompetenti ta' l-Istat li jkun qed jagħmel it-talba għall-
prosekuzzjoni li jispeċifika, permezz ta’ denunzja jew ċertifikat
uffiċjali, d-disposizzjonijiet tal-liġi li l-Istat li jkun qed jagħmel it-
talba jkun qed jikkunsidra bħala li jkunu ġew miksura.
Prova u piż tal-
prova.
33. F’kull proċediment taħt dan l-Att - 
(a) il-prova li xi persuna hija persuna eżenti jew li persuna
ma hijiex immigrant projbit skond id-disposizzjoni ta’
l-artikolu 5(2)(a) hija akkarigu ta’ dik il-persuna;
(b) dokument li juri li huwa ordni ta’ tneħħija jew ordni
ta’ deportazzjoni għandu jitqies, sakemm ma jiġix
pruvat kuntrarju, li huwa d-dokument li juri li huwa;
(ċ) kull ordni magħmul skond dan l-Att għandu jitqies,
sakemm ma jiġix pruvat kuntrarju, li sar validament u
li ġie magħmul fid-data li fih juri li sar.
Post ta’ detenzjoni. 34. (1) Persuna miżmuma taħt kustodja skond dan l-Att, ħlief
skond l-artikolu 10 jew 22, imma li ma tkunx qed tiskonta sentenza
ta’ priġunerija, tista’ tinżamm jew fil-ħabs jew f’xi post ieħor
stabbilit mill-Ministru għal dak l-iskop b’avviż fil-Gazzetta tal-
Gvern, iżda jekk tkun miżmuma f’ħabs għandha tkun meqjusa
bħala persuna li tkun ser tiġi proċessata.
(2) Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti għat-tmexxija,
kontroll u dixxiplina ta’ kull post stabbilit minnu skond is-
subartikolu (1), għad-detenzjoni ta’ persuni, għall-ikel tal-persuni
miżmuma fih, u għall-piena li jeħlu persuni miżmuma fih fil-każ li
jkunu għamlu xi reat kontra dawk ir-regolamenti:
Kap. 9. 
Iżda dik il-piena ma għandhiex tkun aktar mill-piena
stabbilita mill-Kodiċi Kriminali għall-kontravenzjonijiet.
Projbizzjoni ta’ 
dħul ta’ persuni li 
ma jkollhomx fejn 
joqogħdu f’Malta.
Emendat: 
VIII. 1982.2; 
XXXIII. 1988.2;
IX. 2000.7;
XXIII. 2002.22. 
35. (1) B’dak kollu li jinsab f’dan l-Att jew li hemm f’xi liġi
oħra, iżda bla ħsara għal disposizzjonijiet magħmula taħt it-
Taqsima III ta’ dan l-Att, il-Ministru jista’ jipprojbixxi wkoll id-
dħul f’Malta ta’ kull persuna li, fil-fehma tal-Ministru, ma
jkollhiex post xieraq fejn toqgħod fil-gżira.
(2) L-aħħar subartikolu qabel dan ma japplikax - 
(a) għal kull persuna li tkun ċittadin ta’ Malta bis-saħħa
ta’ l-artikolu 22(1) jew ta’ l-artikolu 25(1) tal-
Kostituzzjoni ta’ Malta jew li titqies li tkun ċittadin
tali skond l-artikolu 44(4) ta’ l-imsemmija
Kostituzzjoni; u
(b) għal kull ċittadin ieħor ta’ Malta li -
(i) ikun emigra minn Malta;
(ii) kien residenti f’Malta u matul is-sentejn
minnufih qabel emigra kien hekk residenti għal
perijodu kontinwu ta’ sena jew għal perijodi li
IMMIGRAZZJONIġ K AP. 217.    21
jammontaw flimkien għal sena; u
(iii) jerġa’ lura Malta fi żmien sentejn wara li jkun
telaq minn hemm.
Regolamenti. 
Emendat: 
XXXIII. 1988.2;
IX. 2000.7.
Sostitwit:
XXIII. 2002.23.
36. (1) Mingħajr preġudizzju għal xi disposizzjoni ta’ dan l-
Att li tkun tvesti l-poter għall-għemil ta’ regolamenti fil-Ministru,
il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti biex jippreskrivi kull ħaġa li
għandha b’dan l-Att tiġi preskritta u ġeneralment sabiex il-finijiet
jew id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att ikunu jistgħu jinġiebu fis-
seħħ.
(2) B’mod partikolari il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti li
jkunu jirregolaw:
(a) il-verifiki li jistgħu jiġu ordnati fuq il-fruntiera, l-
iskop, ix-xorta u l-frekwenza tagħhom, il-
klassifikazzjoni ta’ fruntieri differenti, it-tismija ta’
postijiet uffiċjali ta’ dħul fi, u ħruġ minn, Malta, u l-
ħinijiet meta jista’ jsir dak id-dħul jew ħruġ;
(b) il-posizzjoni ta’ detenturi ta’ passporti diplomatiċi, ta’
servizz u uffiċjali oħra kif ukoll ta’ kategoriji oħra ta’
persuni f’kull ħaġa li tkun tagħmel parti minn dan l-
Att.
