AVJAZZJONI ĊIVILI (ĊERTIFIKATI 
TA’ OPERATURI TA’ L-AJRU)     ġ K AP. 218.    1
KAPITOLU 218
ATT DWAR L-AVJAZZJONI ĊIVILI 
(ĊERTIFIKATI TA’ OPERATURI TA’ L-AJRU)
Biex jipprovdi għall-ħruġ, tibdil, sospensjoni u tħassir ta’ ċertifikati ta’ operaturi ta’ l-ajru
lil kumpanniji li joperaw inġenji ta’ l-ajru għall-iskop ta’ trasport pubbliku.
14 ta’ Lulju, 1970
L-ATT XXI ta’ l-1970, kif emendat bl-Att LVIII ta’ l-1974; bl-Avviż Legali 148 ta’ l-1975; u
bl-Atti X ta’ l-1993 u VIII ta’ l-2002.
TAQSIMA TA’ L-ATT
Artikoli 
Taqsima I.  Preliminari  1-2 
Taqsima II.  Għoti ta’ Ċertifikat lil Operaturi ta’ l-Ajru  3-l1A 
Taqsima III.  Disposizzjonijiet Mixxellanji  12-13 
    AVJAZZJONI ĊIVILI (ĊERTIFIKATI
2      KAP. 218. ħ      TA’ OPERATURI TA’ L-AJRU) 
TAQSIMA I
PRELIMINARI
Titolu fil-qosor.  1. Dan l-Att jista’ jissejjaħ l-Att dwar l-Avjazzjoni Ċivili
(Ċertifikati ta’ Operaturi ta’ l-Ajru).
Tifsir.
Emendat:
X. 1993.2.
2. F’dan l-Att, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx
xort’oħra -
"Bord" tfisser il-Bord dwar is-Sigurezza ta’ l-Avjazzjoni
stabbilit skond l-artikolu 9;
"ċertifikat" tfisser ċertifikat ta’ operatur ta’ l-ajru mogħti taħt l-
artikolu 4;
"detentur", dwar ċertifikat, tinkludi d-detentur ta’ ċertifikat li
jkun ġie mħassar jew sospiż;
"Direttur" tfisser id-Direttur ta’ l-Avjazzjoni Ċivili u tinkludi
kull persuna delegata minnu bil-miktub;
"ekwipaġġ" tfisser kull persuna impjegata jew ingaġġata fuq
inġenju ta’ l-ajru u li jkun qiegħed itir fuq xogħol li jkun qed
jagħmel f’dak l-istess inġenju;
"ftehim dry lease" tfisser ftehim li bih inġenju ta’ l-ajru jinkera
mingħajr ekwipaġġ mis-sid reġistrat tiegħu lil persuna oħra; 
"għaqda ta’ persuni" tfisser kumpannija, soċjetà  jew korp ieħor
ta’ persuni, kemm jekk ikollu personalità  ġuridika kemm jekk ma
jkollux;
"impriża tat-trasport ta’ l-ajru" tfisser impriża li x-xogħol
jinkludi l-ġarr bl-ajru ta’ passiġġieri jew ta’ merkanzija b’kiri jew
b’kumpens; 
"impriża tat-trasport ta’ l-ajru estera" tfisser impriża li x-xogħol
tagħha jinkludi l-ġarr bl-ajru ta’ passiġġieri jew ta’ merkanzija bi
ħlas jew b’kumpens u li l-post prinċipali tax-xogħol tagħha jkun
barra minn Malta;
"kumpens", dwar xi titjira b’inġenju ta’ l-ajru, tinkludi kull
forma ta’ ħlas riċevut jew li għandu jiġi riċevut għal kollox jew
f’parti dwar jew in konnessjoni ma’ dik it-titjira, tkun minn tkun il-
persuna li minnha jew li lilha jkun ingħata jew ikun se jingħata l-
kumpens;
"merkanzija" tinkludi valiġġa u annimali;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-avjazzjoni;
"operatur", dwar inġenju ta’ l-ajru tfisser il-persuna matul iż-
żmien li jkollha t-tmexxija kummerċjali ta’ dak l-inġenju ta’ l-ajru
u espressjonijiet imnisslin minnha għandhom jiftehmu skond hekk;
"persuna" tinkludi għaqda ta’ persuni;
"piż totali massimu awtorizzat" dwar inġenju ta’ l-ajru tfisser il-
piż totali massimu ta’ l-inġenju u l-kontenut tiegħu li bih l-inġenju
ta’ l-ajru jkun jista’ jitlaq għal titjira minn kullimkien fid-dinja, fl-
iktar ċirkostanzi favorevoli skond iċ-ċertifikat ta’ navigabbiltà  li
AVJAZZJONI ĊIVILI (ĊERTIFIKATI 
TA’ OPERATURI TA’ L-AJRU)     ġ K AP. 218.    3
jkun iseħħ dwar l-inġenju;
"preskritt" tfisser preskritt b’regolamenti magħmula skond dan l-
Att.
TAQSIMA II
GĦOTI TA’ ĊERTIFIKAT LIL OPERATURI TA’ L-AJRU
Ħtieġa ta’ ċertifikat 
ta’ operatur ta’ l-
ajru.
Emendat:
VIII. 2002.2.
3. (1) Inġenju ta’ l-ajru reġistrat f’Malta ma għandu jtir ebda
titjira għall-iskop ta’ trasport pubbliku, ħlief taħt u skond il-
kondizzjonijiet ta’ ċertifikat mogħti lill-operatur ta’ l-inġenju ta’ l-
ajru skond l-artikolu 4 ta’ dan l-Att li jiċċertifika li d-detentur taċ-
ċertifikat huwa kompetenti li jiżgura li inġenji ta’ l-ajru operati
minnu fuq titjiriet bħal dawk in kwistjoni jkunu operati b’sigurezza.
(2) (a) Inġenju ta’ l-ajru li qed itir jitqies għall-finijiet ta’ dan
l-Att li qed itir għall-iskop ta’ trasport pubbliku -
(i) jekk kiri jew kumpens jiġi mogħti jew
imwiegħed għall-ġarr ta’ passiġġieri jew ta’
merkanzija fl-inġenju ta’ l-ajru f’dik it-titjira;
jew
(ii) jekk xi passiġġieri jew merkanzija jinġarru
mingħajr kumpens fl-inġenju ta’ l-ajru fuq dik
it-titjira minn impriża tat-trasport ta’ l-ajru, li
ma jkunux persuni fl-impieg ta’ l-impriża
(inklużi, fil-każ ta’ għaqda ta’ persuni, id-
diretturi tagħha), persuni li bl-awtorità  tad-
Direttur ikunu qed jagħmlu spezzjon jew ikunu
preżenti għal xi taħriġ, prattika jew prova għal
kull skop ikun liema jkun, jew merkanzija
maħsuba li tiġi wżata minn xi passiġġieri tali
jew mill-impriża.
(b) Meta bis-saħħa ta’ ftehim magħmul minn jew f’isem
persuna minn naħa u għaqda ta’ persuni jew xi
membru tagħha minn naħa l-oħra, xi persuna tinġarr fi,
jew tingħata d-dritt li ttajjar inġenju ta’ l-ajru f’xi
ċirkostanza li kiri jew kumpens kien jitqies li jiġi
mogħti jew imwiegħed li kieku l-ftehim kien isir
xort’oħra minn kif intqal qabel, kiri jew kumpens
għandu, għall-finijiet ta’ dan l-Att, jitqies li ngħata.
(3) Inġenju ta’ l-ajru jitqies li qiegħed itir mill-mument li fih,
wara l-imbarkazzjoni ta’ l-ekwipaġġ tiegħu għall-iskop li jitlaq,
jiċċaqlaq għall-ewwel darba bil-forza tal-makni tiegħu stess, sal-
mument li wara fih jieqaf meta jinżel l-art.
Setgħa għall-ħruġ 
ta’ ċertifikati.
Emendat:
VIII. 2002.3.
4. (1) Id-Direttur għandu jagħti lil kull persuna li tapplika
għalih ċertifikat ta’ operatur ta’ l-ajru jekk ikun sodisfatt li dik il-
persuna hija kompetenti, billi jqis b’mod partikolari l-kondotta u l-
esperjenza tagħha ta’ qabel, it-tagħmir, l-organizzazzjoni, il-
persunal, il-manutenzjoni u arranġamenti oħra tagħha biex tiżgura
    AVJAZZJONI ĊIVILI (ĊERTIFIKATI
4      KAP. 218. ħ      TA’ OPERATURI TA’ L-AJRU) 
l-operazzjoni b’sigurezza ta’ l-inġenji ta’ l-ajru tax-xorta
speċifikati fiċ-ċertifikat f’titjiriet tad-deskrizzjoni u għall-iskop
hekk speċifikati. Meta d-Direttur ikun qed jivvaluta l-kompetenza
ta’ persuna biex topera inġenji ta’ l-ajru, huwa għandu jqis xi tkun
il-kapaċità  ta’ dik il-persuna biex tilħaq kull ħtieġa ta’ sigurezza li
tkun applikabbli skond il-liġi biex topera inġenji ta’ l-ajru. Iċ-
ċertifikat jista’ jingħata taħt dawk il-kondizzjonijiet kif id-Direttur
jidhirlu xieraq, u bla ħsara tad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 5,
jibqa’ jseħħ għal perijodu ta’ sena:
Iżda, meta jikkunsidra l-kondotta u l-esperjenza ta’ dik il-
persuna, id-Direttur jista’ jieħu in konsiderazzjoni l-kondotta u
esperjenza tal-persunal tiegħu.
(2) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu, l-applikant għal ċertifikat
ta’ operatur ta’ l-ajru għandu jipprovdi aċċess sħiħ għal kull
dokumentazzjoni, records, tagħmir, inġenji ta’ l-ajru u faċilitajiet
oħra li d-Direttur ikun irid jispezzjona u jeżamina.
Sospensjoni, 
tħassir, eċċ. ta’ 
ċertifikati. 
5. Bla ħsara tad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 6, id-Direttur
jista’, jekk jidhirlu xieraq, jissospendi jew iħassar kull ċertifikat, u
jista’ jibdel kull ċertifikat tali kemm jekk tkun saret applikazzjoni
għat-tibdil kemm jekk le.
Ċirkostanzi li 
fihom ċertifikati 
jistgħu jiġu sospiżi, 
imħassra jew 
mibdula. 
6. Id-Direttur ma għandu jissospendi, iħassar jew jibdel ebda
ċertifikat ta’ operatur ta’ l-ajru, jekk mhux skond applikazzjoni
magħmula mid-detentur tiegħu, ħlief jekk -
(a) id-Direttur ikun ikkomunika lid-detentur taċ-ċertifikat
mhux inqas minn tletin ġurnata qabel id-data li fiha d-
direttur fi ħsiebu jissospendi, iħassar jew jibdel iċ-
ċertifikat, skond il-każ, avviż bil-miktub li jkun fih fil-
qosor partikolaritajiet ta’ dak li jipproponi d-Direttur u
r-raġuni għal hekk;
(b) iż-żmien fuq imsemmi ta’ l-avviż ikun skada; u
(ċ) id-Direttur ikun ikkonsidra kull sottomissjoni li d-
detentur taċ-ċertifikat ikun għamillu bil-miktub qabel
ma jkun skada l-imsemmi żmien:
Iżda l-ħtiġiet ta’ qabel ta’ dan l-artikolu jistgħu ma jiġux
imħarsa f’kull każ fejn id-Direttur jiċċertifika li fl-interess tas-
sigurezza tan-navigazzjoni ta’ l-ajru jkun meħtieġ li t-tħassir,
sospensjoni jew tibdil taċ-ċertifikat għandu jsir minnufih.
Notifika tad-
deċiżjoni tad-
direttur.
7. (1) Id-Direttur għandu jinnotifika lill-applikant għal, jew
lid-detentur ta’, ċertifikat (skond il-każ) b’avviż bil-miktub id-
deċiżjoni tiegħu dwar dak iċ-ċertifikat u għandu fi żmien wieħed u
għoxrin ġurnata jagħti lill-applikant għal, jew lid-detentur ta’,
ċertifikat ir-raġunijiet bil-miktub dwar id-deċiżjoni tiegħu -
(a) jekk hu jirrifjuta li jagħti ċ-ċertifikat, jew jekk jagħtih
taħt kondizzjoni li l-applikant ma jkunx qabel magħha;
jew
(b) jekk jissospendi, iħassar jew jibdel iċ-ċertifikat mhux
skond applikazzjoni tad-detentur.
(2) Il-perijodu ta’ wieħed u għoxrin ġurnata msemmi fis-
AVJAZZJONI ĊIVILI (ĊERTIFIKATI 
TA’ OPERATURI TA’ L-AJRU)     ġ K AP. 218.    5
subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu għandu jibda jgħodd mill-ġurnata
li fiha d-Direttur jinnotifika b’avviż id-deċiżjoni tiegħu lill-
applikant għal, jew lid-detentur ta’, ċertifikat, skond il-każ.
Appell.
operatur ta’ l-ajru li ma jaqbilx ma’ deċiżjoni tad-Direttur dwar dik
l-applikazzjoni jew ċertifikat jista’, f’dak iż-żmien u b’dak il-mod
kif jiġi preskritt, jappella lill-Bord.
(2) Appell tali ma għandux jissospendi l-esekuzzjoni tad-
deċiżjoni tad-Direttur jekk tkun deċiżjoni li taqa’ taħt l-artikolu
7(1)(a) jew jekk tkun deċiżjoni li tolqot xi ħaġa li dwarha d-
Direttur ikun għamel ċertifikat għall-iskop tal-proviso għall-
artikolu 6.
Bord dwar is-
Sigurezza ta’ l-
Avjazzjoni. 
Emendat: 
LVIII. 1974.68; 
A.L. 148 ta’ l-
1975;
VIII. 2002.4.
9. (1) Għandu jitwaqqaf bord, li jissejjaħ il-Bord dwar is-
Sigurezza ta’ l-Avjazzjoni, li għandu jkun kompost minn avukat bi
tnax-il sena esperjenza, bħala chairman flimkien ma’ żewġ
assessuri tekniċi.
(2) Iċ-chairman u l-assessuri tekniċi tal-Bord jiġu nominati
mill-Prim Ministru minn sena għal sena:
Iżda l-Prim Ministru jista’ jikkonferma kull nomina minn
sena għal sena u jista’ jordna, meta jagħmel xi nomina ġdida, illi ċ-
chairman jew l-assessur li jkun se jispiċċa min-nomina jkompli
joqgħod fuq il-Bord dwar xi kwistjoni li jkun ħa konjizzjoni tagħha
qabel ma tkun spiċċat in-nomina sakemm dik il-kwistjoni tiġi
deċiża.
(3) Il-Prim Ministru jista’ wkoll jagħmel kull nomina meħtieġa
sabiex jiġi surrogat iċ-chairman jew xi assessur tal-Bord fil-każ li
hu, għal xi raġuni, ma jkunx jista’ jesegwixxi l-funzjonijiet tiegħu
f’xi każ jew każijiet partikolari.
(4) Iċ-chairman jew assessur tal-Bord ma jkunx kompetenti li
jieħu konjizzjoni ta’, u jittratta dwar, xi kwistjoni li fiha jkollu
nteress dirett jew indirett.
(5) L-assessuri tekniċi tal-Bord għandhom, qabel ma jidħlu fil-
kariga tagħhom, jieħdu quddiem l-Avukat Ġenerali l-ġurament li
jeżaminaw u jiddeċiedu kull kwistjoni li tinġieb quddiemhom
skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att b’ekwità  u imparzjalità .
Kap. 12. 
(6) Iċ-chairman tal-Bord għandu, għall-iskop li jiġbor ix-
xhieda u jistabbilixxi l-fatti dwar xi kwistjoni miġjuba quddiem il-
Bord, is-setgħat kollha mogħtija mill-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u
Proċedura Ċivili lill-Qorti Ċivili, Prim’Awla, għall-istess skop
dwar kull kwistjoni li tinġieb quddiemha.
(7) Il-Bord jirregola l-proċeduri tiegħu stess ħlief safejn dawk
il-proċeduri jkunu regolati minn regolamenti magħmula taħt l-
artikolu 11.
(8) Il-Prim Ministru għandu jinnomina uffiċjal pubbliku biex
ikun segretarju tal-Bord.
Pieni.
3(1), ikun fejn ikun, l-operatur ta’ dak l-inġenju ta’ l-ajru u l-
    AVJAZZJONI ĊIVILI (ĊERTIFIKATI
6      KAP. 218. ħ      TA’ OPERATURI TA’ L-AJRU) 
membru ta’ l-ekwipaġġ ta’ titjir maħtur bħala kmandant ta’ dak l-
inġenju ta’ l-ajru mill-operatur tiegħu, jew jekk ma tkunx dik il-
persuna, il-persuna li tkun għal dak iż-żmien pilota li tikkmanda
dak l-inġenju ta’ l-ajru tkun ħatja ta’ reat u teħel meta tinsab hekk
ħatja multa ta’ mhux iżjed minn mitejn lira jew priġunerija għal
żmien ta’ sitt xhur jew dik il-multa u priġunerija flimkien.
(2) Meta inġenju ta’ l-ajru jittajjar taħt ċertifikat li hu sospiż,
huwa jitqies għall-fini ta’ l-aħħar subartikolu qabel dan illi qed
jittajjar bi ksur ta’ l-artikolu 3(1).
(3) Meta l-operatur ta’ l-inġenju ta’ l-ajru ikun għaqda ta’
persuni u reat kontra d-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-artikolu,
isir minn dik l-għaqda, kull persuna li, fiż-żmien li jkun sar ir-reat,
tkun direttur, manager, segretarju jew uffiċjal ieħor simili ta’ dik l-
għaqda ta’ persuni jew kienet tidher li qed taġixxi f’dik il-kariga
tkun ħatja ta’ dak ir-reat jekk ma tippruvax li dak ir-reat sar
mingħajr it-tagħrif tagħha u li kienet eżerċitat id-diliġenza kollha
xierqa biex tevita l-egħmil tar-reat.
Setgħa għall-
egħmil ta’ 
regolamenti. 
11. Il-Ministru jista’, minn żmien għal żmien, jagħmel u, meta
jkun għamel, jibdel jew iħassar regolamenti b’mod ġenerali biex
iħaddem kwalunkwe skop ta’ dan l-Att u b’mod partikolari biex
jipprovdi dwar l-għoti ta’ avviż ta’ appell, ir-responsabbiltà  tal-
partijiet dwar l-ispejjeż magħmula in konnessjoni ma’ l-appell, il-
proċeduri ta’ l-appelli u biex jippreskrivi għal kull kariga li
għandha tiġi preskritta.
Eżenzjoni lill-
impriżi tat-trasport 
ta’ l-ajru mid-
disposizzjonijiet 
ta’ dan l-Att.
Miżjud:
X. 1993.3. 
11A. Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att ma jgħoddux għal impriża
tat-trasport ta’ l-ajru estera li tħaddem inġenju ta’ l-ajru reġistrat
f’Malta permezz ta’ ftehim dry lease sakemm id-Direttur ikun
sodisfatt li matul dan il-perijodu ta’ dry lease l-impriża tat-trasport
ta’ l-ajru estera tkun kompetenti li tiżgura li l-inġenju ta’ l-ajru
jitħaddem mingħajr perikolu.
TAQSIMA III 
DISPOSIZZJONIJIET MIXXELLANJI
Drittijiet.  12. Id-Direttur għandu jiġbor dawk id-drittijiet għall-ħruġ ta’
ċertifikati kif jistgħu jiġu preskritti.
Notifika ta’ 
dokumenti.
13. Għall-finijiet ta’ dan l-Att, dokument jista’ jiġi notifikat
mid-direttur lil xi persuna jew personalment jew billi jintbagħat
bil-posta reġistrata fl-indirizz tagħha l-aħħar magħruf tan-negozju
jew privat, u għandu fl-aħħar każ, ħlief jekk jiġi pruvat il-kuntrarju,
jitqies li ġie notifikat mhux iktar tard mit-tielet jum wara li jkun ġie
mpustat, u fil-prova ta’ dik in-notifika jkun biżżejjed li wieħed
jipprova illi l-ittra li kien fiha d-dokument ġiet indirizzata u
impustata kif xieraq.
