IMPOSTAFUQKONTIJIETGĦALL-PORTATUR ġKAP. 219.   1
KAPITOLU 219
ATT DWAR IMPOSTA FUQ KONTIJIET 
GĦALL-PORTATUR 
Biex jimponi imposta fuq depożiti għall-portatur.
(24 ta’ Lulju, 1970)*
Sar liġi bl-ATT XXIV ta’ l-1970, kif emendat bl-Att XXVII ta’ l-1972;
bl-Avviż Legali 148 ta’ l-1975; u bl-Atti XXV ta’ l-1985, 1 ta’ l-1990, II
ta’ l-1993 u XXIV ta’ l-1995.
Titolu fil-qosor. 
għall-Portatur.
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra - 
"ġurnata stabbilita" tfisser l-1 ta’ Lu1ju, 1970;
"kont għall-portatur" tinkludi kull arranġamenti li bihom bank
jaċċetta depożiti ta’ flus li jistgħu jiġu rtirati jew li jistgħu jitħallsu
lura fuq talba jew wara perijodu stabbilit jew wara avviż jew mod
ieħor mill-portatur jew lill-portatur ta’ ktieb tal-bank, ċertifikat jew
dokument ieħor jew li jistgħu jiġu rtirati jew li jistgħu jitħallsu lura
b’xi mod ieħor li ma jkunx minn jew lil persuna msemmija, u
"depożitu għall-portatur" għandha tiftiehem skond hekk;
"depożitant" tfisser il-persuna jew il-persuni li jkollhom dritt li
jistgħu jirtiraw flus minn kont għall-portatur jew li jistgħu jitħallsu
lura depożitu għall-portatur, jew li jistgħu jitħallsu xi mgħax fuq
dak il-kont jew depożitu;
"imposta" tfisser l-imposta fuq kont għall-portatur dovuta skond
l-artikolu 3 ta’ dan l-Att.
(2) F’dan l-Att, kliem u espressjonijiet li ma humiex xorta oħra
mfissra, għandhom, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx
xort’oħra, l-istess tifsir li għandhom fl-Att dwar il-Kummerċ
Bankarju.
Imposta fuq kont 
għall-portatur. 
Emendat: 
XXVII. 1972.2;
XXV. 1985.2;
I. 1990.2;
II. 1993.2.
3. (1) Imposta, li tissejjaħ "imposta fuq kont għall-portatur",
għandha tkun dovuta u għandha titħallas skond dan l-Att fuq is-
somom kollha ta’ flus imqiegħda f’Malta fi kwalunkwe bank biex
jiġu depożitati f’kont għall-portatur, kemm jekk somma tali tkun
ser hekk tinżamm minn dak il-bank jew minn xi bank ieħor kemm
ukoll jekk tkun ser hekk tinżamm f’Malta jew barra minn Malta.
(2) L-imposta li għandha titħallas fis-sena skond is-subartikolu
(1) ta’ dan l-artikolu għandha tkun ta’ erbgħin fil-mija ta’ l-imgħax
dovut fuq is-somom kollha mqegħda fi kwalunkwe żmien biex jiġu
depożitati kif intqal qabel f’kont għall-portatur u miżmuma kif
intqal qabel bħala depożitu minn bank fil-ġurnata stabbilita jew f’xi
żmien wara dik il-ġurnata, u għandha tiġi ntaxxata u tkun dovuta
*Ara Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 561 ta’ l-24 ta’ Lulju, 1970.
 2      KAP. 219.ħ    IMPOSTAFUQKONTIJIETGĦALL-PORTATUR 
b’effett minn dik il-ġurnata fuq il-bilanċ ta’ kuljum f’dak il-kont
f’dik il-ġurnata u wara.
(3) Kull bank li miegħu titqiegħed somma biex tiġi depożitata
f’kont għall-portatur, kemm jekk dak id-depożitu jinżamm minn
dak il-bank kemm jekk le, għandu jħallas lill-Accountant General l-
ammonti dovuti bħala imposta fuq kull depożitu bħal dak mhux
aktar tard minn -
(a) il-15 ta’ Lulju f’kull sena dwar l-imposta kollha li,
skond is-subartikolu (2) ta’ dan l-artikolu, tkun dovuta
fit-30 jew qabel it-30 ta’ Ġunju ta’ dik is-sena; u
(b) il-15 ta’ Jannar f’kull sena dwar l-imposta kollha li
tkun dovuta kif intqal qabel fil-31 jew qabel il-31 ta’
Diċembru tas-sena ta’ qabel.
(4) Mingħajr ħsara għal kull dritt ieħor kontra depożitant, kull
bank kif intqal qabel jista’ jnaqqas mill-imgħax jew minn xi somma
oħra li jkollha titħallas lil depożitant l-ammont imħallas bħala
imposta skond dan l-Att dwar il-kont għall-portatur li dwaru l-
imgħax jew dik is-somma oħra jkunu dovuti, u d-depożitant ma
jkollux dritt jieħu lura mingħand il-bank kull somma mnaqqsa kif
imiss skond dan is-subartikolu.
(5) Ħlief bi ħlas lura ta’ somom depożitati, bank ma għandu
jħallas lil depożitant, direttament jew indirettament, ebda somma li
tkun akbar mid-differenza bejn l-imgħax dovut fuq il-kont bir-rata
miftehma u l-imposta.
Record ta’ kontijiet 
għall-portatur.
4. (1) Kull bank għandu jżomm  records  xierqa li juru d-
depożiti kollha magħmula mal-bank jew permezz tal-bank f’kont
għall-portatur u miżmuma, kemm jekk minn dak il-bank kemm jekk
le, fil-ġurnata stabbilita u d-depożiti kollha magħmula mal-bank
jew permezz tal-bank f’kont għall-portatur wara dik il-ġurnata; u
dawk ir-records għandhom juru dwar kull kont għall-portatur - 
(a) in-numru progressiv u x-xorta tal-kont; 
(b) l-ammont miżmum fil-ġurnata stabbilita;
(ċ) id-depożiti kollha magħmula wara l-ġurnata stabbilita
u d-data jew dati li fihom dawk id-depożiti jkunu saru; 
(d) il-ġbid kollu minn jew il-ħlas lura kollu ta’ depożiti
wara l-ġurnata stabbilita u d-data jew id-dati li fihom
dak il-ġbid jew dak il-ħlas lura jkunu saru;
(e) id-data jew id-dati li fihom l-imgħax ikun dovut fuq
somom depożitati hemmhekk;
(f) kull patt jew kondizzjoni oħra tal-kont; u
(g) is-somom kollha mħallsa bħala imposta fuq il-kont. 
(2) Kull bank għandu jżomm records separati li juru t-totali ta’
kuljum tad-depożiti, irtiri u bilanċ li jirriżulta dwar kull xorta ta’
kont għall-portatur.
IMPOSTAFUQKONTIJIETGĦALL-PORTATUR ġKAP. 219.   3
Prospetti li 
jingħataw mill-
banek.
5. (1) Kull bank għandu jissottometti lill-Accountant
General-
(a) mhux aktar minn xahar wara l-bidu fis-seħħ ta’ dan l-
Att prospett li juri x-xorta ta’ kontijiet għall-portatur
miżmuma u t-total tal-bilanċ fuq kull xorta ta’ kont fil-
ġurnata stabbilita;
(b) mhux iktar tard minn ħmistax-il ġurnata wara l-31 ta’
Diċembru, 1970 u wara t-30 ta’ Ġunju u l-31 ta’
Diċembru ta’ kull sena li tiġi wara prospett li juri t-
total ta’ kuljum tad-depożiti, ta’ l-irtiri, tal-bilanċ li
jirriżulta u ta’ l-imposta dwar kull xorta ta’ kont għall-
portatur matul is-sitt xhur ta’ qabel.
(2) Kull prospett mogħti skond dan l-artikolu għandu jkun f’dik
il-forma kif l-Accountant General jista’ japprova minn żmien għal
żmien.
Dokument li 
għandu jingħata 
mal-ħlas ta’ l-
imposta. 
6. Kull bank għandu, meta jħallas lill-Accountant General xi
imposta dovuta skond dan l-Att, jissottometti lill-Accountant
General dokument magħmul f’dik il-forma kif l-Accountant
General jista’ japprova u li juri dwar kull xorta ta’ kont għall-
portatur it-total ta’ l-ammont ta’ l-imposta dovuta u mħallsa.
Awtorità u setgħat 
amministrattivi. 
7. (1) L-Accountant General  huwa inkarigat mill-
amministrazzjoni ta’ dan l-Att.
(2) Kull bank għandu jħalli lill-Accountant  General  u lil kull
persuna oħra awtorizzata minnu għal dak l-iskop li jispezzjona
f’kull ħin xieraq ir-records imsemmija fl-artikolu 4 ta’ dan l-Att u
għandu jagħtih il-faċilitajiet kollha xierqa biex hu jew dik il-
persuna kif issemma qabel jiżgura l-korrettezza ta’ kull record tali
u ta’ kull prospett mogħti mill-bank skond dan l-Att u biex b’mod
ieħor jiżgura li d-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att ikunu qed jiġu
mħarsa; u l-bank għandu jagħti wkoll lill-Accountant General jew
lil dik il-persuna kif issemma qabel l-informazzjoni kollha li jkunu
jeħtieġu għal kull wieħed mill-iskopijiet ta’ hawn fuq, iżda l-bank
ma jkunx meħtieġ taħt dan l-Att li jagħti lill-Accountant General
jew lil dik il-persuna kif issemma qabel ebda informazzjoni għal xi
skop ieħor.
(3) Ħlief għall-finijiet ta’ dan l-Att, kull prospett jew
informazzjoni oħra mogħtija minn jew miksuba mingħand bank
skond dan l-Att għandha titqies bħala sigrieta.
Reati u penalitajiet. 
Emendat: 
A.L. 148 ta’ l-
1975;
XXIV.1995.362.
8. (1) Jekk xi bank jonqos li jħares xi waħda mid-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jista’ jeħel penali ta’ mhux iżjed
minn mitejn lira: 
Iżda meta n-nuqqas ta’ tħaris ikun li bank jonqos li jħallas
skond dan l-Att xi imposta, jew parti minnha, dovuta skond dan l-
Att, il-penali tkun somma ta’ mhux iżjed mid-doppju ta’ l-ammont
ta’ l-imposta li tibqa’ mhux imħallsa jew mitejn lira liema
minnhom ikun l-akbar ammont.
(2) Bla ħsara għall-ġeneralità tad-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’
dan l-artikolu, bank jitqies li naqas li jħares id-disposizzjonijiet ta’
dan l-Att -
 4      KAP. 219.ħ    IMPOSTAFUQKONTIJIETGĦALL-PORTATUR 
(a) jekk fir-records miżmuma, jew f’xi prospett mogħti,
skond dan l-Att jingħata xi dettal jew informazzjoni
falza, mhux korretta jew li tista’ tqarraq;
(b) jekk xi informazzjoni oħra mogħtija għall-finijiet ta’
dan l-Att tkun falza, mhux korretta jew li tista’ tqarraq,
f’xi dettal ta’ sustanza; jew
(ċ) jekk il-bank jonqos jew jirrifjuta mingħajr raġuni
xierqa li jħares xi talba magħmula mill-Accountant
General jew minn xi persuna awtorizzata minnu għal
dak l-iskop skond is-setgħat tagħhom taħt l-artikolu 7
ta’ dan l-Att.
(3) Kull persuna li, bħala direttur jew manager ta’ bank - 
(a) tonqos li tieħu l-passi kollha xierqa biex tiżgura t-
tħaris mill-bank ta’ xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’
dan l-Att; jew
(b) tonqos li tieħu l-passi kollha xierqa biex tiżgura l-
korrettezza tar-records miżmuma, jew tal-prospetti
mogħtija, jew ta’ xi informazzjoni oħra mogħtija, mill-
bank, skond xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-
Att,
tista’ teħel penali ta’ mhux iżjed minn mitejn lira.
(4) L-Accountant General  jista’ jasal f’arranġament dwar xi
penali li persuna tkun tista’ teħel taħt dan l-Att, u jista’, qabel ma
tingħata d-deċiżjoni tal-qorti, iwaqqaf jew jasal f’arranġament
dwar xi proċedimenti taħt dan l-Att.
(5) Il-penalitajiet kollha taħt dan l-Att għandhom, fuq istanza
ta’ l-Accountant General b’ċitazzjoni fil-Qorti Ċivili, Prim’ Awla,
jiġu stabbiliti minn dik il-qorti u jinġabru bħala dejn ċivili dovut
lill-Gvern.
