FORZIARMATI  TA’MALTAġ K AP. 220.    1
KAPITOLU 220
ATT DWAR IL-FORZI ARMATI TA’ MALTA
Biex jipprovdi sabiex jitwaqqfu u jinżammu forzi armati f’Malta u biex jipprovdi dwar
ħwejjeġ li għandhom x’jaqsmu ma’ hekk u anċillari għal hekk.
22 ta’ Settembru, 1970
1 ta’ Frar, 1982
L-ATT XXVII ta’ l-1970, kif emendat bl-Atti: XXXV u LVIII ta’ l-1974, XIII ta’ l-1975; bl-
Avviż Legali 148 ta’ l-1975; bl-Atti: XVIII u XXII ta’ l-1976, XI ta’ l-1977, XX ta’ l-1980, VIII
u XV ta’ l-1990, XXIV ta’ l-1995, X u XII ta’ l-2000 u XV ta’ l-2002.
TAQSIM TA’ L-ATT
Artikoli 
Taqsima I.  Preliminari  1-2 
Taqsima II.  Kif Forza Armata Tinżamm u Titmexxa  3-36
Titolu I. Disposizzjonijiet Ġenerali  3-4 
Setgħa li titwaqqaf, tinżamm u tiġi regolata forza 
armata  3-4 
Titolu II. Il-Forza Regolari  5-18
Ingaġġ  5-6 
Nomina f’korp u trasferiment minn korp għal ieħor  7
Żmien, kondizzjonijiet u estensjoni tas-servizz  8-10 
Ħall mis-servizz u trasferiment għar-riserva  11-15
Disposizzjonijiet mixxellanji u supplimentari  16-18
Titolu III.  Il-Forza Territorjali  19-30 
Ingaġġ u ħall mis-servizz  19-24 
Taħriġ  25 
Mobilizzazzjoni  26-30
Titolu IV.  Il-Forza ta’ Riserva  31-36 
Il-forza ta’ riserva  31 
Sejħa ta’ riservi 32-35 
Taħriġ  36
Taqsima III.  Reati Militari  37-75 
Tradiment, kodardja u reati li joħroġ minn servizz 
militari  37-43 
Ammutinament u insubordinazzjoni  44-49 
Artikoli 
Diżerzjoni, assenza mingħajr permess, eċċ.  50-54
Simulazzjoni ta’ mard u sokor  55-56 
  2      KAP. 220. ħ          FORZIARMATI  TA’MALTA
Reati dwar proprjetà   57-59 
Reati dwar, u minn, persuni f’kustodja  60-63 
Reati dwar qrati marzjali 64-65 
Reati mixxellanji  66-74 
Reati ċivili  75
Taqsima IV.  Proċess u Pieni għal Reati Militari  76-142
Pieni  76-79 
Arrest  80-81 
Investigazzjoni u trattament sommarju ta’ akkużi  82-89
Qorti Marzjali: Disposizzjonijiet ġenerali  90-97 
Qorti Marzjali: Disposizzjonijiet dwar proċess  98-106
Reati: Proċedura  107 
Konferma, reviżjoni u konsiderazzjoni mill-ġdid 
ta’ proċediment ta’ qrati marzjali  108-115 
Appelli minn qrati marzjali  116-120 
Reviżjoni ta’ deċiżjonijiet sommarji u ’awards’  121
Deċiżjoni li l-akkużat huwa miġnun  122 
Dmirijiet ta’ l-Avukat Ġenerali dwar qrati marzjali  123 
Il-bidu, sospensjoni u tul ta’ sentenzi 124-126 
Esekuzzjoni ta’ sentenzi ta’ mewt, priġunerija 
u detenzjoni  127-129 
Proċessi kontra persuni li ma jibqgħux suġġetti 
għall-liġi militari u ż-żmien li fih għandhom isiru 
l-proċessi  130-131
Relazzjonijiet bejn liġi militari u qrati ċivili u finalità  
ta’ proċessi  132-133 
Inkjesti  134-136 
Disposizzjonijiet mixxellanji  137-142
Taqsima V.  Telf u Tnaqqis u Imposizzjoni ta’ Responsabbiltajiet
ta’ Manteniment  143-151 
Taqsima VI. Ranges, Taħriġ u Dħul bla Jedd  152-159
Użu ta’ artijiet u ibħra bħala ranges  152-153 
Użu ta’ art għal taħriġ tal-forza 154-158 
Dħul bla jedd fuq art miżmuma mill-forza 159
Taqsima VII.  Disposizzjonijiet Ġenerali  160-177 
Rimedju għal ilmenti  l60-161 
Disposizzjonijiet dwar diżerturi u assenti mingħajr
permess  162-165 
Artikoli 
Reati dwar ħwejjeġ militari punibbli minn qrati
ċivili  166-171 
FORZIARMATI  TA’MALTAġ K AP. 220.    3
Disposizzjonijiet dwar provi  172-174 
Disposizzjonijiet mixxellanji  175-177
Taqsima VIII.  Applikazzjoni ta’ l-Att u Disposizzjonijiet 
Supplimentali  178-184 
Persuni suġġetti għal-liġi militari  178-180
Disposizzjonijiet supplimentali  181-183 
Riżervi  184
  4      KAP. 220. ħ          FORZIARMATI  TA’MALTA
TAQSIMA I 
PRELIMINARI
Titolu.  1. It-titolu ta’ dan l-Att hu l-Att dwar il-Forzi Armati ta’
Malta. 
Tifsir.
Emendat: 
LVIII. 1974.68. 
2. (1) F’dan l-Att, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra jew ma jkunx espressament provdut xort’oħra - 
"arrest" tinkludi arrest fil-miftuħ; 
"awtorità  superjuri xierqa" għandha t-tifsir mogħti lilha bl-
artikolu 83(1) u bl-artikolu 88(2);
"diżerzjoni" għandha tiftiehem skond l-artikolu 50(2);
"field officer" tfisser uffiċjal, li ma jkunx uffiċjal ġeneral, ta’ kull
rank ’il fuq mir-rank ta’ kaptan;
"Gvern" tfisser il-Gvern ta’ Malta; 
"ġurament" tinkludi affermazzjoni, u riferenzi għal teħid ta’
ġurament għandhom jiftehmu skond hekk;
"ħsara" tinkludi distruzzjoni, u riferenzi għal egħmil ta’ ħsara
għandhom jiftehmu skond hekk;
"għadu" tinkludi l-persuni kollha ingaġġati f’operazzjonijiet
armati kontra kwalunkwe forza armata ta’ Malta u kwalunkwe
forza li tgħinhom u tinkludi wkoll kull xewwiexa armati, ribelli
armati, rioters armati u pirati;
"il-forza" tfisser il-forza regolari u territorjali u tinkludi l-forza
ta’ riżerva;
"il-forza regolari" tfisser kull forza armata mwaqqfa skond dan l-
Att li ma tkunx il-forza ta’ riżerva jew il-forza territorjali; 
"il-forza ta’ riżerva" tfisser il-korpijiet imsemmija l-artikolu
31(2), u "riżerva" għandha tiftiehem skond hekk;
"il-forza territorjali" tfisser il-forza armata territorjali mwaqqfa,
jew meqjusa li hi mwaqqfa, skond dan l-Att li ma tkunx ir-riżerva
ta’ dik il-forza;
"il-Gazzetta" tfisser il-Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta; 
"il-Kamra" tfisser il-Kamra tad-Deputati ta’ Malta;
"inġenju ta’ l-ajru" tinkludi kull makna għat-titjir, kemm jekk
titħadem b’mezzi mekkaniċi kemm jekk le, u tinkludi kull xorta ta’
balloon;
Kap. 9.
"jisraq" għandha l-istess tifsir bħal ħati ta’ serq għall-finijiet tal-
Kodiċi Kriminali;
"korp" tfisser kull korp tal-forza li jiġi minn żmien għal żmien
dikjarat b’ordni tal-President ta’ Malta li huwa korp għall-finijiet
ta’ dan l-Att;
"kundanna sommarja" tfisser misjub ħati mill-qorti ċivili
kompetenti;
"Malta" għandha l-istess tifsir kif mogħti lilha bl-artikolu 124
FORZIARMATI  TA’MALTAġ K AP. 220.    5
tal-Kostituzzjoni ta’ Malta;
"materjal ta’ inġenju ta’ l-ajru" tinkludi -
(a) partijiet ta’, u komponenti ta’ jew aċċessorji għal,
inġenju ta’ l-ajru, kemm jekk ikunu f’dak iż-żmien
f’inġenju ta’ l-ajru kemm jekk ma jkunux;
(b) makni, armamenti, munizjon u bombi u missili oħra ta’
kull xorta f’inġenju ta’ l-ajru jew għall-użu f’inġenju
ta’ l-ajru;
(ċ) kull tagħmir, apparat jew strumenti oħra f’inġenju ta’
l-ajru, jew għall-użu f’inġenju ta’ l-ajru;
(d) kull apparat użat in konnessjoni mat-tluq għal titjira
jew inżul l-art ta’ inġenju ta’ l-ajru jew biex jiġi
magħruf il-moviment ta’ inġenji ta’ l-ajru; u
(e) kull fuel użat għat-tħaddim ta’ inġenju ta’ l-ajru u kull
materjal użat bħala lubrikant għal inġenji ta’ l-ajru jew
għall-materjal ta’ inġenji ta’ l-ajru;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għad-difiża u tinkludi
kull persuna jew awtorità  awtorizzata mill-imsemmi Ministru għal
hekk jew kif jista’ jiġi preskritt;
"pajjiż tal-Commonwealth" tfisser pajjiż li għalih japplika l-
artikolu 28 tal-Kostituzzjoni ta’ Malta;
"persuni suġġetti għal-liġi militari" għandha tiftiehem skond l-
artikolu 178;
"preskritt" ħlief fit-Taqsimiet III u IV ta’ dan l-Att, tfisser
preskritt jew disposizzjoni dwar hekk magħmula bi jew taħt
regolamenti jew ordnijiet skond l-artikolu 4;
"proprjetà  pubblika" tfisser kull proprjetà  ta’ kwalunkwe
dipartiment tal-Gvern miżmuma għall-finijiet ta’ kull dipartiment
bħal dak;
"provost officer" tfisser provost marshal jew uffiċjal nominat
biex jeżerċita x-xogħlijiet mogħtija b’dan jew taħt dan l-Att lil
provost officers;
"qorti ċivili" tfisser qorti ta’ ġurisdizzjoni kriminali ordinarja
f’Malta;
"qorti marzjali" tfisser qorti marzjali skond dan l-Att; 
"quddiem l-għadu", dwar persuna, tfisser li hi qegħda f’azzjoni
kontra l-għadu jew qegħda biex tmur f’azzjoni kontra l-għadu, jew
tkun taħt attakk jew minaċċa ta’ attakk imminenti mill-għadu; 
"raġel" dwar il-forza tinkludi warrant officer, uffiċjal bla
kummissjoni u suldat;
"rank temporanju" tfisser rank ta’ kull xorta (ikun imsejjaħ kif
ikun) hekk li taħt dawk id-disposizzjonijiet li jistgħu jiġu preskritti
uffiċjal kmandant ikollu s-setgħa li jordna d-detentur tiegħu li ma
jibqax f’dak ir-rank, u "warrant officer temporanju" u "uffiċjal bla
kummissjoni temporanju" għandhom jiftehmu skond hekk;
"reat ċivili" tfisser att jew nuqqas punibbli bil-liġi ta’ Malta jew
  6      KAP. 220. ħ          FORZIARMATI  TA’MALTA
li, jekk isir f’Malta, ikun punibbli b’dik il-liġi;
"Regoli ta’ Proċedura" tfisser ir-Regoli ta’ Proċedura magħmula
taħt l-artikolu 107;
"servizz" tfisser servizz fil-forza u, meta l-kelma "service" fit-
test Ingliż tintuża bħala aġġettiv, u l-kliem "tas-servizz" fit-test
Malti, ifissru li tkun ta’ jew li jkollha x’taqsam mal-forza jew xi
parti minnha;
"servizz attiv" għandha tiftieħem skond l-artikolu 183;
"sinjal ta’ l-ajru" tfisser kull messaġġ, sinjal jew indikazzjoni
mogħtija, bi kwalunkwe mezz ikun liema jkun, bħala gwida lil
inġenji ta’ l-ajru jew lil inġenju ta’ l-ajru partikolari;
"stoppages" tfisser il-ġbir lura, bi tnaqqis mill-paga ta’ min
jagħmel ir-reat, ta’ somma speċifikata bħala kumpens għal xi spiża,
telf jew dannu li jsir bir-reat;
"uffiċjal kmandant" tfisser l-uffiċjal li jikkmanda l-unità  li raġel
ikun parti minnha jew qiegħed magħha, iżda dwar persuna akkużata
b’reat għandha t-tifsir mogħti lilha bl-artikolu 88;
"uffiċjal ta’ l-ingaġġ" għandha t-tifsir mogħti lilha bl-artikolu 5;
"vapur" tinkludi kull xorta ta’ biċċa tal-baħar. 
(2) Fit-Taqsima II ta’ dan l-Att -
"awtorità  militari kompetenti" tfisser il-kmandant jew xi uffiċjal
preskritt;
"data tal-konferma" dwar xi persuna tfisser id-data li fiha
tiffirma d-dikjarazzjoni msemmija fl-artikolu 17(1) u li fiha tieħu l-
ġurament li jiġi preskritt;
"l-anqas età  xierqa" għandha t-tifsir mogħti lilha bl-artikolu 6.
(3) Fit-Taqsimiet III u IV ta’ dan l-Att -
"ħabs ċivili" tfisser ħabs f’Malta li fih persuna kkundannata
minn qorti ċivili għal priġunerija tkun tista’ f’dak iż-żmien
tinżamm; 
"preskritt" tfisser preskritt jew disposizzjoni dwar hekk
magħmula bi jew taħt ir-Regoli ta’ Proċedura jew taħt regolamenti
magħmula skond l-artikolu 141;
"stabbiliment militari" tfisser ħabs militari jew kull stabbiliment
ieħor taħt il-kontroll tal-Ministru fejn persuni jistgħu jkunu
meħtieġa li jiskontaw sentenzi militari ta’ priġunerija jew
detenzjoni;
riferenzi għal sentenza militari ta’ priġunerija huma riferenzi
għal sentenza ta’ priġunerija mogħtija minn qorti marzjali;
riferenzi għal sentenza militari ta’ detenzjoni huma riferenzi għal
sentenza ta’ detenzjoni mogħtija minn qorti marzjali jew mogħtija
mill-uffiċjal kmandant ta’ min jagħmel ir-reat;
"uffiċjal li jsejjaħ qorti marzjali" dwar qorti marzjali tfisser l-
uffiċjal li jsejjaħ dik il-qorti marzjali u tinkludi lis-suċċessur tiegħu
jew kull persuna li f’dak iż-żmien tkun qed teżerċita l-funzjonijiet
FORZIARMATI  TA’MALTAġ K AP. 220.    7
tiegħu jew tas-suċċessur tiegħu.
(4) Riferenzi fit-Taqsimiet III u IV ta’ dan l-Att għal warrant
officers ma jinkludux riferenzi għal warrant officers temporanji,
iżda riferenzi fl-imsemmija Taqsimiet ta’ dan l-Att għal uffiċjali
bla kummissjoni jinkludu riferenzi għal uffiċjali bla kummissjoni
temporanji u wkoll għal warrant officers temporanji.
(5) Kull setgħa mogħtija b’dan l-Att għal egħmil ta’
disposizzjoni b’regolamenti, b’regoli, b’ordnijiet jew b’att ieħor
tinkludi setgħa għall-egħmil ta’ dik id-disposizzjoni għal każijiet
speċifiċi jew klassijiet ta’ każijiet, u għall-egħmil ta’ disposizzjoni
differenti għal klassijiet differenti ta’ kazijiet, u għall-fini ta’ kull
att bħal dak klassijiet ta’ każijiet jistgħu jiġu mfissra b’riferenza
għal kull ċirkostanza speċifikata fl-att.
(6) Kull setgħa mogħtija b’dan l-Att għal egħmil ta’
regolamenti, regoli jew ordnijiet jew għall-ħruġ ta’ avviżi tinkludi
s-setgħa, eżerċitabbli bl-istess mod u suġġetta għall-istess
disposizzjoni, għat-tibdil jew għat-tħassir ta’ kull regolament,
regola, ordni jew avviż tali, bla ħsara għall-egħmil ta’ regolament,
regola jew ordni ġdid jew għall-ħruġ ta’ avviż ġdid.
TAQSIMA II
KIF FORZA ARMATA TINŻAMM U TITMEXXA
 TITOLU I - DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI
Setgħa li titwaqqaf, tinżamm u tiġi regolata forza armata
Setgħa biex forza 
armata tinżamm u 
titmexxa. 
Emendat: 
LVIII. 1974.68.
3. (1) Ikun fis-setgħa tal-President ta’ Malta li jwaqqaf
b’ingaġġ volontarju u jżomm forza armata, li tkun magħmula minn
forza regolari u territorjali jew minn xi waħda minn dawk il-forzi
(inkluża r-riżerva ta’ dawk il-forzi), u magħmula minn dawk l-
unitajiet ta’ kull arma u suġġetti għall-għoti ta’ dak l-isem li jiġi
preskritt jew li l-President ta’ Malta jordna.
(2) L-infieq meħtieġ sabiex titwaqqaf u tinżamm il-forza
għandu jitħallas minn somom ta’ flus provduti għal hekk fl-estimi
ta’ kull sena ta’ dħul u nfieq għal Malta kif approvat mill-Kamra.
Setgħa għall-
egħmil ta’ 
regolamenti jew 
ordnijiet.
Emendat: 
LVIII. 1974.68; 
XX. 1980.2;
XII. 2000.2;
XV. 2002.5.
4. (1) Ikun fis-setgħa tal-President ta’ Malta li jagħmel
regolamenti jew ordnijiet dwar it-twaqqif, tmexxija, u dixxiplina
tal-forza, jew ta’ xi parti jew unità  tagħha, il-paga, l-allowances, il-
pensjonijiet u l-gratifikazzjonijiet li għandhom jitħallsu lil u l-
ingaġġ, iż-żmien, il-kondizzjonijiet u l-estensjonijiet ta’ servizz u
l-ħall mis-servizz u t-taħriġ ta’, membri tal-forza jew ta’ xi parti
jew unità  tagħha, u dwar il-ħwejjeġ l-oħra kollha li għandhom
x’jaqsmu mal-forza, inkluża kull ħaġa awtorizzata b’dan l-Att li
tiġi perskritta jew li jingħad li tkun suġġetta għal regolamenti jew
ordnijiet; u jista’ jagħmel regolamenti jew ordnijiet differenti jew
jagħmel disposizzjoni differenti dwar il-forza regolari u l-forza
territorjali.
  8      KAP. 220. ħ          FORZIARMATI  TA’MALTA
(2) Bla ħsara għall-ġeneralità  tas-setgħat mogħtija b’dan l-
artikolu, regolamenti jew ordnijiet magħmula taħt dan l-artikolu
jistgħu -
(a) jipprovdu dwar il-persuni li lilhom il-kmand fuq il-
forza, jew fuq xi parti jew membru tagħha, għandu
jingħata u dwar iċ-ċirkostanzi li fihom dak il-kmand
kif intqal qabel għandu jiġi eżerċitat;
(b) jipprovdu għall-formazzjoni ta’ uffiċjali u rġiel tal-
forza f’unitajiet u għall-ħatra, trasferiment, stazzjonar,
ippustjar jew trattament ieħor ta’ uffiċjali u rġiel tali;
(ċ) jirregolaw l-għoti ta’ kummissjonijiet fil-forza;
(d) jirregolaw in-nomina, ir-rank, id-dmirijiet u n-numru
ta’ uffiċjali u rġiel tal-forza;
(e) jipprovdu għat-twaqqif u tmexxija ta’ riżerva tal-forza
regolari u territorjali;
u, dwar il-forza territorjali -
(f) jipprovdu għall-kostituzzjoni ta’ staff permanenti;
(g) ibiddlu jew jiddispensaw minn kwalunkwe disposiz-
zjoni ta’ dan l-Att dwar it-taħriġ tal-forza territorjali
safejn japplikaw għar-riżerva ta’ dik il-forza.
(3) Il-President ta’ Malta jista’ b’ordni jagħti s-setgħa lil kull
membru tal-forza li jeżerċita, b’żieda mal-funzjonijiet, setgħat u
dmirijiet li għandu bħala membru ta’ dik il-forza, dawk il-
funzjonijiet, setgħat u dmirijiet kollha, jew uħud minnhom, li b’liġi
huma vestiti f’membru tal-Korp tal-Pulizija ta’ Malta u f’uffiċjal
tad-Dwana.
(4) B’dak kollu li hemm fid-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan
l-artikolu -
(a) regolamenti jew ordnijiet magħmula taħt dan l-artikolu
ma għandhomx jolqtu jew itawwlu ż-żmien li għalih, u
l-area li fiha, raġel tal-forza territorjali jista’ jiġi
mġiegħel li jaqdi jew, jekk mhux provdut xort’oħra
b’dan jew taħt dan l-Att, jawtorizzaw raġel tal-forza
territorjali li jkun jappartjeni għal wieħed mill-korpi li
jiġi trasferit, mingħajr il-kunsens tiegħu, għal korp
ieħor;
(b) meta raġel tal-forza territorjali kien ingaġġa qabel id-
data ta’ xi regolament jew ordni magħmul taħt dan l-
artikolu, ebda ħaġa f’dak ir-regolament jew ordni ma
tista’ ġġiegħlu li jiġi mingħajr il-kunsens tiegħu
nominat, trasferit jew ippustjat f’xi korp li fih ma
setgħax, mingħajr il-kunsens tiegħu, jiġi nominat,
trasferit jew ippustjat li kieku l-imsemmi regolament
jew ordni ma kienx sar;
(ċ) għall-għanijiet ta’ kull regolament li jsir taħt dan l-
artikolu f’dak li għandu x’jaqsam mal-pensjonijiet u l-
gratifikazzjonijiet li għandhom jitħallsu lill-membri
tal-forza, meta s-servizz ta’ xi membru ta’ l-Air Traffic
Control Corps jew ta’ l-Airport Company jew ta’ xi
FORZIARMATI  TA’MALTAġ K AP. 220.    9
parti oħra tal-Forza li l-Ministru jista’ b’ordni minn
żmien għal żmien jispeċifika għall-iskopijiet ta’ dan l-
artikolu, jintemmu bl-approvazzjoni tal-Kmandant
sabiex jidħol f’impjieg full time ma’ Malta
International Airport p.l.c. jew ma’ xi enti oħra li l-
Ministru jista’ b’ordni minn żmien għal żmien
japprova għall-iskopjiet ta’ dan l-artikolu, l-impjieg
ta’ dak il-membru tal-Forza ma’ l-imsemmija Malta
International Airport p.l.c. jew enti oħra għandu jitqies
bħala servizz fil-Forza, u dak il-membru jkollu jedd
għal pensjoni jew gratifikazzjoni, skond il-każ, taħt
dawk ir-regolamenti meta huwa jtemm is-servizz
tiegħu ma’ l-imsemmija Malta International Airport
p.l.c. jew enti oħra bħallikieku dak is-servizz kien
servizz mal-Forza:
Iżda meta dak it-tmiem ta’ dak is-servizz mal-
Malta International Airport p.l.c. jew enti oħra jkun
dovut għax-xoljiment ta’ dik il-kumpannija jew enti
sew jekk dan ikun wieħed volontarju jew xort’oħra,
dak it-tmiem għandu jitqies bħallikieku kien dovut
għat-tneħħija tal-kariga:
Iżda wkoll, id-disposizzjonijiet ta’ dan il-
paragrafu m’għandhomx ikunu japplikaw kemm-il
darba ma jsirx Ordni mill-Prim Ministru li fih jiġi
indikat li Malta International Airport p.l.c. jew l-enti l-
oħra skond il-każ kellha tintrabat mal-Gvern biex
tikkontribwixxi għal għand il-Gvern id-differenza bejn
in-nefqa tal-pensjoni jew gratifikazzjoni li għandhom
jitħallsu filwaqt ta’ l-irtir minn mal-Malta
International Airport p.l.c. jew mill-enti l-oħra skond
il-każ u n-nefqa tal-pensjoni jew gratifikazzjoni, skond
il-każ, kif tinħadem fil-waqt tat-tmiem tas-servizz
mal-Gvern għall-imsemmija raġuni ta’ impjieg full
time ma’ Malta International Airport p.l.c. jew ma’ dik
l-enti l-oħra;
(d) għall-għanijiet tal-paragrafu (ċ), il-ħlasijiet
pensjonabbli ta’ dawk il-persuni tal-Forza meta
jirtiraw għandhom jitqiesu li jkunu l-ħlasijiet
pensjonabbli li jitħallsu lill-membru tal-Forza fi grad u
f’livell inkrementali li jikkorrispondu għall-kariga u l-
livell inkrementali li fih dik il-persuna tirtira mill-
Malta International Airport p.l.c. jew mill-enti l-oħra
skond il-każ;
(e) għall-għanijiet tal-paragrafu (d), karigi u gradi ta’
salarju mal-Malta International Airport p.l.c. jew ma’
dik l-enti l-oħra għandhom ikunu klassifikati fil-gradi
u livelli inkrementali li l-aktar jikkorrispondu għall-
gradi u livelli inkrementali fil-Forzi Armati ta’ Malta
b’riferenza għall-job description, ħila f’xi sengħa,
responsabbiltajiet u fatturi oħra simili;
(f) il-klassifika msemmija fil-paragrafu (e) għandha ssir
minn bord magħmul minn chairman li jinħatar mill-
  10      KAP. 220. ħ          FORZIARMATI  ’MALTA
Ministeru responsabbli għall-finanzi u minn żewġ
membri oħra, wieħed maħtur mill-Ministeru
b’responsabbiltà  ċentrali għal policies li jirrigwardaw
il-persunal fis-servizzi pubbliċi u wieħed maħtur mill-
Malta International Airport p.l.c. jew l-enti l-oħra
skond il-każ. Il-klassifika għandha tkun suġġetta
għall-approvazzjoni finali tal-Ministru responsabbli
għall-finanzi;
(g) dik il-klassifika għandha ssir fi żmien tliet xhur minn
kull aġġustament ta’ salarji ta’ membri tal-Forza u,
jew, ta’ impjiegi tal-Malta International Airport p.l.c.
jew ta’ dik 1-enti l-oħra skond il-każ;
(h) ma għandha tiġi kklassifikata ebda kariga fi grad ogħla
minn dak ta’ Grad 3 fis-servizz tal-Gvern jew dak il-
grad ieħor li l-Ministru responsabbli għall-finanzi
jista’ minn żmien għal żmien jistabbilixxi b’avviż fil-
Gazzetta;
(i) bla preġudizzju għall-artikolu 113 tal-Kostituzzjoni,
ħadd ma jista’, wara li tkun saret il-klassifika bħalma
hi msemmija hawn aktar qabel, ikollu xi jedd taħt l-
imsemmija regolamenti li jkun inqas favorevoli minn
dawk li kieku kien ikollu jedd qabel dik il-klassifika;
(j) il-Ministru jista’ minn żmien għal żmien b’ordni
jiddikjara li d-disposizzjonijiet tal-paragrafi (ċ) sa (i)
għandhom japplikaw għal dawk il-membri tal-Forza li
kienu tterminaw is-servizz tagħhom skond id-
disposizzjonijiet tal-paragrafu (ċ) sabiex jiġu
impjegati mal-Malta International Airport p.l.c. jew
ma’ dik l-enti l-oħra skond il-każ bħallikieku dawk il-
persuni waqt li ssir dik l-Ordni, kienu membri tal-
Forza.
(5) Kull regolament jew ordni magħmul taħt dan l-artikolu
għandu jitqiegħed quddiem il-Kamra minnufih wara li jsir, u jekk,
fi żmien tmienja u għoxrin ġurnata wara li jitqiegħed hekk
quddiemha, il-Kamra tirriżolvi li għandu jiġi annullat jew emendat,
ir-regolament jew l-ordni għandu minn dak il-ħin ma jibqax iseħħ
jew għandu jigi hekk emendat, skond il-każ, iżda bla ħsara għall-
validità  ta’ kull ħaġa li tkun saret qabel bis-saħħa tiegħu jew għall-
egħmil ta’ regolament jew ordni ġdid.
(6) Fil-kalkolu għall-fini tas-subartikolu (5) ta’ kull perijodu
tali ta’ tmienja u għoxrin ġurnata, ma għandux jingħadd kull żmien
li matulu l-Kamra ma kenitx qed tiltaqa’ jew li matulu kienet
aġġornata għal iżjed minn sebat ijiem.
TITOLU II - IL-FORZA REGOLARI
Ingaġġ 
Uffiċjali ta’ l-
ingaġġ. 
5. Rekluti fil-forza regolari għandhom jiġu ingaġġati minn
FORZIARMATI  TA’MALTAġ K AP. 220.    11
dawk il-persuni (li għandhom ikunu magħrufa bħala, u li f’dan l-
Att huma msejħa, uffiċjali ta’ l-ingaġġ) b’dak il-mod u skond dawk
ir-regolamenti li jiġu preskritti.
Ingaġġ.
tingħata avviż fil-forma preskritta li turi l-mistoqsijiet li għandha
twieġeb għalihom mal-konferma u li turi l-kondizzjonijiet ġenerali
ta’ l-ingaġġ li dik il-persuna tkun ser tidħol għalihom; u uffiċjal ta’
l-ingaġġ ma għandu jingaġġa lil ebda persuna fil-forza regolari jekk
ma jkunx sodisfatt li dik il-persuna tkun ingħatat dak l-avviż, li
tifhmu u li tixtieq tingaġġa.
(2) Il-proċedura għall-ingaġġ ta’ persuna fil-forza regolari
għandha tkun dik li tiġi preskritta.
(3) Uffiċjal ta’ l-ingaġġ ma għandux jingaġġa persuna taħt l-
anqas età  xierqa kemm-il darba ma jkunx ingħata permess bil-
miktub għall-ingaġġ minn missier dik il-persuna jew, jekk dik il-
persuna ma tkunx suġġetta għas-setgħa tal-missier, mill-omm jew
minn dik il-persuna li taħt il-ħarsien tagħha (kemm jekk bil-liġi jew
fil-fatt) il-persuna li tkun qed toffri li tingaġġa tkun qegħda.
(4) F’din it-Taqsima ta’ dan l-Att l-espressjoni "l-anqas età
xierqa" tfisser l-età  ta’ sbatax-il sena u sitt xhur.
Nomina f’korp u trasferiment minn korp għal ieħor
Ingaġġ għal servizz 
ġenerali jew korp u 
trasferiment bejn 
korp.
7. (1) Rekluti jistgħu, skond regolamenti magħmula taħt l-
artikolu 4, jingaġġaw għal servizz f’korp partikolari, iżda ħlief kif
jiġi provdut b’dawk ir-regolamenti rekluti għandhom jiġu ingaġġati
għal servizz ġenerali.
(2) L-awtorità  militari kompetenti għandha malajr kemm ikun
prattikabbli tinnomina rekluta, jekk ingaġġa għal servizz f’korp,
f’dak il-korp, u jekk ingaġġa għal servizz ġenerali, f’dak il-korp kif
l-awtorità  militari kompetenti jidhrilha xieraq:
Iżda rekluta li jkun ingaġġa għal servizz ġenerali qabel ma
jkun laħaq l-età  ta’ tmintax-il sena jista’ ma jiġix nominat f’korp
sakemm jilħaq dik l-età .
(3) Raġel tal-forza regolari jista’ f’kull żmien jiġi trasferit
b’ordni ta’ l-awtorità  militari kompetenti minn korp għal ieħor:
Iżda ħlief jekk ikun hemm stat ta’ gwerra bejn Malta u xi
qawwa barranija, jew jekk ir-riżerva tissejjaħ għal servizz
permanenti, ordni taħt dan l-artikolu ma għandux isir jekk mhux bl-
approvazzjoni tal-Ministru kemm-il darba l-persuna li dwarha
jingħata l-ordni ma tagħtix il-kunsens għat-trasferiment.
(4) Meta skond l-aħħar subartikolu qabel dan raġel tal-forza
regolari jiġi trasferit għal korp differenti minn dak li hu qabel kien
qed iservi fih, l-awtorità  militari kompetenti tista’ b’ordni tibdel il-
kondizzjonijiet tiegħu tas-servizz sabiex jiġu jaqblu mal-
kondizzjonijiet ġenerali tal-korp li fih ikun ġie trasferit.
  12      KAP. 220. ħ          FORZIARMATI  ’MALTA
Żmien, kondizzjonijiet u estensjoni tas-servizz
Żmien u 
kondizzjonijiet tas-
servizz. 
8. (1) Iż-żmien u l-kondizzjonijiet ta’ servizz li għalihom
persuna tista’ tingaġġa fil-forza regolari għandhom ikunu dak iż-
żmien u dawk il-kondizzjonijiet ta’ servizz li jiġu preskritti, u
għandhom ikunu suġġetti għal dawk it-tibdiliet u estensjonijiet li
jiġu preskritti.
(2) Raġel tal-forza regolari jkun suġġett għal servizz
universali. 
Tħollija għal wara 
f’ċerti każijiet ta’ 
ħall mis-servizz 
jew trasferiment 
għal riżerva.
9. (1) Meta f’xi żmien li fih apparti minn dan l-artikolu raġel
tal-forza regolari kien intitolat li jiġi maħlul mis-servizz jew ikun
imissu jiġi trasferit għar-riżerva, stat ta’ gwerra jkun jeżisti bejn
Malta u xi qawwa barranija, jew irġiel tar-riżerva jissejħu għal
servizz permanenti, jew hu jkun qed iservi barra minn Malta, hu
jista’ jinżamm fis-servizz għal dak il-perijodu msemmi hawn iżjed
’il quddiem, u s-servizz tiegħu jista’ jiġi mtawwal skond hekk.
(2) Ebda persuna ma tista’ tiġi miżmuma fis-servizz bis-saħħa
ta’ dan l-artikolu għal aktar minn tnax-il xahar wara d-data li
apparti minn dan l-artikolu hi kienet tkun intitolata li tiġi maħlula
mis-servizz.
(3) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-aħħar subartikolu
qabel dan, persuna li apparti minn dan l-artikolu tkun intitolata li
tiġi maħlula mis-servizz tista’ tiġi miżmuma fis-servizz għal dak il-
perijodu kif il-Ministru jista’ jordna.
(4) Bla ħsara kif intqal qabel, persuna li apparti minn dan l-
artikolu tkun imissha tiġi trasferita għar-riżerva tista’ tiġi miżmuma
fis-servizz għal dak il-perijodu, li jispiċċa mhux aktar tard minn
tnax-il xahar wara d-data li fiha apparti minn dan l-artikolu kien
imissha tiġi trasferita għar-riżerva, kif il-Ministru jista’ jordna jew
għal kull perijodu jew perijodu ieħor li matulu l-irġiel tar-riżerva
jkomplu msejħa għal servizz permanenti.
(5) Jekk fil-waqt li raġel ikun qed jinżamm fis-servizz bis-
saħħa ta’ dan l-artikolu jkun jidher lill-awtorità  militari kompetenti
li jistgħu jgħaddu mingħajr is-servizz tiegħu, hu jkun intitolat li jiġi
maħlul mis-servizz jew trasferit għar-riżerva skond il-każ.
(6) Meta, f’xi żmien li fih skond id-disposizzjonijiet ta’ qabel
ta’ dan l-artikolu raġel ikun intitolat li jiġi maħlul mis-servizz jew
trasferit għar-riżerva, ikun jeżisti stat ta’ gwerra bejn Malta u xi
qawwa barranija, hu jista’, b’dikjarazzjoni magħmula fil-forma
preskritta quddiem l-uffiċjal kmandant tiegħu jaqbel li jkompli fis-
servizz sakemm ikun għad hemm dak l-istat ta’ gwerra; u jekk l-
awtorità  militari kompetenti tapprova hu jista’ hekk ikompli
bħallikieku l-perijodu li bih iż-żmien tas-servizz jista’ jiġi
mtawwal skond d-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-artikolu kien
perijodu li jkompli sakemm jibqa’ l-istat ta’ gwerra:
Iżda jekk ikun hekk speċifikat fid-dikjarazzjoni hu jkun
intitolat li jiġi maħlul mis-servizz jew trasferit għar-riżerva, skond
il-każ, meta jagħlqu tliet xhur wara avviż li hu jkun ta lill-uffiċjal
kmandant tiegħu.
(7) Relattivament għal irġiel fil-forza regolari li jkunu qed
FORZIARMATI  TA’MALTAġ K AP. 220.    13
iservu barra minn Malta riferenzi f’dan l-artikolu għal ikun intitolat
li jiġi trasferit għar-riżerva għandhom jinftehmu bħala riferenzi
għal ikun intitolat li jintbagħat Malta bl-aktar ħeffa konvenjenti
sabiex jiġi trasferit għar-riżerva.
Is-servizz ikompli 
f’perikolu 
nazzjonali 
imminenti.
Emendat: 
LVIII. 1974.68. 
10. (1) Jekk ikun jidher lill-President ta’ Malta li hemm
perikolu nazzjonali imminenti jew li nqalgħet emerġenza kbira, hu
jista’ b’ordni mgħarraf bil-firma tal-Ministru, jipprovdi li rġiel li
kieku ma kienx ġara hekk ikun imisshom jiġu trasferiti għar-riżerva
jkomplu fis-servizz; u minn dak il-ħin l-aħħar artikolu ta’ qabel dan
għandu japplika għal dawk l-irġiel kif japplika għal irġiel li jissejħu
għal servizz permanenti.
(2) Meta jkun sar ordni skond is-subartikolu (1), dik il-ġrajja
għandha minnufih tiġi komunikata lill-Kamra.
(3) Ordni li jkun fis-seħħ skond is-subartikolu (1) jista’ jiġi
mħassar mill-President ta’ Malta b’ordni iffirmat kif intqal f’dak
is-subartikolu.
Ħall mis-servizz u trasferiment għar-riżerva
Ħall mis-servizz.
Emendat: 
LVIII. 1974.68.
11. (1) Ħlief kif hawnhekk iżjed ’il quddiem provdut kull
raġel tal-forza regolari, malli jsir intitolat li jkun maħlul mis-
servizz, għandu jiġi maħlul mis-servizz bil-ħeffa kollha
konvenjenti iżda sakemm jiġi maħlul mis-servizz hu jibqa’ suġġett
għal-liġi militari.
(2) Meta raġel tal-forza regolari jkun, meta jsir intitolat li jiġi
maħlul mis-servizz, iservi barra minn Malta, għandu -
(a) jekk jitlob li jiġi maħlul mis-servizz f’Malta,
jintbagħat hemm mingħajr ħlas bil-ħeffa kollha
konvenjenti u jiġi maħlul mis-servizz hemm jew, jekk
ikun jaqbel li dan isir wara, fi żmien sitt xhur mill-
wasla tiegħu; iżda
(b) jekk fuq talba tiegħu jiġi maħlul mis-servizz fil-post
fejn ikun qed iservi hu ma jkollu ebda dritt li
jintbagħat Malta jew post ieħor.
(3) Ħlief skond sentenza ta’ qorti marzjali, raġel tal-forza
regolari ma għandux jiġi maħlul mis-servizz jekk il-ħall mis-
servizz tiegħu ma jkunx ġie awtorizzat mill-awtorità  militari
kompetenti jew b’awtorizzazzjoni li tiġi direttament mingħand il-
President ta’ Malta; u f’kull każ il-ħall mis-servizz ta’ raġel tal-
forza regolari għandu jsir b’dak il-mod li jiġi preskritt.
(4) Kull raġel tal-forza regolari għandu jingħata malli jiġi
maħlul mis-servizz ċertifikat ta’ ħall mis-servizz li jkun fih dawk
il-partikolaritajiet li jiġu preskritti.
Trasferiment għar-
riżerva. 
12. (1) Meta jkun imissu jiġi trasferit għar-riżerva, kull raġel
tal-forza regolari għandu jiġi trasferit għar-riżerva iżda sakemm
jiġi hekk trasferit hu jibqa’ suġġett għal-liġi militari.
(2) Meta raġel tal-forza regolari, meta jkun imissu jiġi trasferit
għar-riżerva, ikun qed iservi barra minn Malta hu għandu
jintbagħat Malta mingħajr ħlas bl-akbar ħeffa konvenjenti u għandu
  14      KAP. 220. ħ          FORZIARMATI  ’MALTA
mal-wasla tiegħu hemm jiġi trasferit għar-riżerva jew, jekk jagħti l-
kunsens li t-trasferiment tiegħu isir wara, fi żmien sitt xhur mill-
wasla tiegħu:
Iżda jekk huwa hekk jitlob ikun jista’ jiġi trasferit għar-
riżerva mingħajr ma jiġi mġiegħel li jmur lura Malta.
Ħall mis-servizz 
jew trasferiment 
jitħallew għal wara 
li jispiċċaw il-
proċedimenti għal 
reati.
13. (1) B’dak kollu li hemm f’din it-Taqsima ta’ dan l-Att,
raġel tal-forza regolari ma jkunx intitolat li jiġi maħlul mis-servizz
jew trasferit għar-riżerva fiż-żmien li jkun suġġett, bħala persuna
suġġetta għall-liġi militari, li jiġi proċessat għal xi reat kontra xi
disposizzjoni ta’ dan l-Att:
Iżda jekk jiġi deċiż li għal dak ir-reat ma għandux jiġi
proċessat minn qorti marzjali dan is-subartikolu ma għandux
ikompli japplika.
(2) B’dak kollu li hemm f’din it-Taqsima ta’ dan l-Att, raġel
tal-forza regolari li jkun barra minn Malta u li jkun qed jiskonta
sentenza ta’ priġunerija jew detenzjoni mogħtija minn qorti
marzjali taħt dan l-Att, ma jkunx intitolat li jiġi maħlul mis-servizz
jew trasferit għar-riżerva waqt li jkun qed jiskonta s-sentenza.
Dritt tar-rekluta li 
jixtri l-ħall mis-
servizz.
14. (1) Rekluta jkun intitolat li jitlob li jiġi maħlul mis-servizz
qabel ma jgħaddi l-perijodu ta’ tliet xhur li jibda mid-data tal-
konferma tiegħu, u jekk jagħmel dik it-talba hu għandu mal-ħlas
tas-somma ta’ għoxrin lira jew ta’ dik is-somma iżgħar li tiġi
preskritta jiġi maħlul mis-servizz bil-ħeffa kollha konvenjenti:
Iżda -
(a) jekk regolamenti magħmula skond l-artikolu 4 hekk
jipprovdu, id-dritt mogħti b’dan is-subartikolu ma
jkunx eżerċitabbli minn rekluta qabel ma jgħaddi dak
il-perijodu (li ma jkunx itwal minn xahrejn) li jibda
mill-imsemmija data kif jista’ jiġi preskritt; u
(b) jekk issir talba skond dan is-subartikolu minn rekluta
fi żmien li fih irġiel tal-forza regolari jkunu b’ordni
skond l-artikolu 10 meħtieġa li jkomplu fis-servizz, hu
ma jkunx intitolat li jiġi maħlul mis-servizz sakemm
huma jkunu hekk meħtieġa li jkomplu fis-servizz.
(2) F’dan l-artikolu "rekluta" tfisser persuna ingaġġata fil-forza
regolari skond id-disposizzjonijiet ta’ din it-Taqsima ta’ dan l-Att li
ma tkunx ġiet qabel hekk ingaġġata.
Drittijiet tal-
warrant officer 
għall-ħall mis-
servizz jekk jiġi 
mniżżel għar-
ranks.
15. Warrant officer tal-forza regolari li jiġi mniżżel għar-ranks
jista’ meta jiġri dan jitlob li jiġi maħlul mis-servizz kemm-il darba
ma jkunx jeżisti stat ta’ gwerra bejn Malta u xi qawwa barranija
jew irġiel tar-riżerva ma jkunux issejjħu għal servizz permanenti.
Disposizzjonijiet mixxellanji u supplimentari
Telf ta’ servizz 
għal min jaħrab u 
għoti lura tas-
servizz mitluf.
16. (1) Meta raġel tal-forza regolari jinsab ħati ta’ diżerzjoni
minn qorti marzjali, il-perijodu tas-servizz tiegħu li dwaru hu jkun
instab ħati li kien diżertur għandu jintilef.
(2) Meta xi servizz ta’ raġel jintilef id-disposizzjonijiet ta’ din
FORZIARMATI  TA’MALTAġ K AP. 220.    15
it-Taqsima ta’ dan l-Att (ħlief dawk li jittrattaw dwar il-ħall mis-
servizz b’xiri) għandhom japplikaw għalih, u hu jkun obbligat
iservi, bl-istess mod daqslikieku d-data xierqa kienet id-data tal-
konferma u hu kien, fid-data xierqa, ingaġġat biex iservi għal
żmien bħal dak (kemm dwar it-tul ta’ żmien kif ukoll dwar l-
obbligu għas-servizz u l-obbligu li jservi fir-riżerva) li hu kien fil-
fatt qed iservi fiż-żmien li hu kien misjub ħati:
Iżda meta fid-data li fiha r-raġel instab ħati hu kien qed
iservi żmien li jispiċċa meta jagħlaq perijodu li jibda mid-data li
fiha jilħaq l-età  ta’ tmintax-il sena u hu kien laħaq dik l-età  meta
kien misjub ħati (kemm jekk kien laħaqha meta kien sar ir-reat
kemm jekk le) it-tul ta’ żmien li hu jkun obbligat iservi għandu
jkun daqs dak il-perijodu u ż-żmien li hu jkun meħtieġ iservi
għandu jitnaqqas skond hekk.
(3) Fl-aħħar subartikolu qabel dan l-espressjoni "id-data
xierqa" -
(a) jekk bħala konsegwenza tas-subartikolu (1) u sentenza
ta’ qorti marzjali taħt it-Taqsima III ta’ dan l-Att is-
servizz tiegħu ta’ qabel għandu jintilef kollu, tfisser
id-data li fiha instab ħati;
(b) jekk bħala konsegwenza ta’ l-imsemmi subartikolu (1)
jew ta’ dak is-subartikolu u sentenza ta’ qorti marzjali
parti biss mis-servizz tiegħu ta’ qabel għandu jintilef,
tfisser data li tkun aktar kmieni minn dik id-data biż-
żmien ta’ servizz li ma kienx mitluf.
(4) Jekk jingħata dritt lil raġel tal-forza regolari biex itemm s-
servizz full time tiegħu f’xi żmien kif jiġi preskritt jew li jiġi
trasferit f’xi żmien bħal dak għar-riżerva, dak id-dritt ma jkunx
eżerċitabbli, bħala konsegwenza tat-telf ta’ servizz, fi żmien li jkun
qabel dak li fih kien ikun eżerċitabbli kieku ma kienx għal dak it-
telf ta’ servizz.
(5) Kull servizz mitluf taħt dan l-artikolu jista’ jingħata lura
minħabba servizz tajjeb jew għal xi raġunijiet oħra li jiġġustifikaw
l-għoti lura tas-servizz mitluf kif jiġi preskritt u b’dak il-mod u
suġġett għal dawk il-kondizzjonijiet u eċċezzjonijiet li jiġu
preskritti.
Validità  tal-
konferma u ingaġġ.
17. (1) Meta persuna tkun iffirmat id-dikjarazzjoni murija fil-
karta tal-konferma dwar il-verità  tat-tweġibiet mogħtija għall-
mistoqsijiet murija fil-karta tal-konferma, u tkun wara dan irċeviet
il-paga bħala raġel tal-forza regolari -
(a) ma tistax titqajjem kwistjoni dwar il-validità  ta’ l-
ingaġġ tagħha minħabba f’xi żball jew nuqqas fil-karta
tal-konferma tagħha;
(b) jekk wara tliet xhur mid-data li fiha tkun iffirmat l-
imsemmija dikjarazzjoni tippretendi li l-ingaġġ tagħha
huwa invalidu minħabba xi nuqqas ta’ tħaris tal-ħtiġiet
ta’ dan l-Att jew ta’ xi regolamenti magħmula bis-
saħħa tiegħu dwar l-ingaġġ jew il-konferma, jew għal
xi raġuni oħra tkun liema tkun (li ma tkunx żball jew
  16      KAP. 220. ħ          FORZIARMATI  ’MALTA
nuqqas fil-karta tal-konferma tagħha) li minħabba fiha
apparti minn dan is-subartikolu l-validità  ta’ l-ingaġġ
tagħha kienet tista’ tiġi kontestata, il-pretensjoni
għandha tiġi sottomessa kemm jista’ jkun malajr lill-
Kmandant, u jekk il-pretensjoni tkun bażata fuq raġuni
tajba l-Kmandant għandu jġiegħel li tiġi meħlusa mis-
servizz bil-ħeffa kollha konvenjenti;
(ċ) bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-aħħar paragrafu
qabel dan, hi għandha titqies malli jgħaddu l-
imsemmija tliet xhur li kienet ġiet ingaġġata
validament minkejja kull nuqqas ta’ tħaris jew
raġunijiet oħra kif intqal qabel;
(d) minkejja kull nuqqas ta’ tħaris jew xi raġunijiet oħra
kif intqal qabel, jew is-sottomissjoni ta’ pretensjoni
skond il-paragrafu (b), hi għandha titqies li hi raġel
tal-forza regolari sakemm tiġi meħlusa mis-servizz.
(2) F’każ ta’ persuna li meta tkun iffirmat dik id-dikjarazzjoni
ma tkunx laħqet l-anqas età  xierqa, il-paragrafu (b) tas-subartikolu
(1) għandu jkollu effett daqslikieku minflok il-kelma "tippretendi"
jidħlu il-kliem "hi, jew xi persuna oħra li kien meħtieġ il-kunsens
tagħha għall-ingaġġ skond l-artikolu 6(3) iżda li ma tatx il-kunsens
kif imiss, tippretendi".
(3) Meta persuna tkun irċiviet il-paga bħala raġel tal-forza
regolari mingħajr ma tkun qabel iffirmat id-dikjarazzjoni
imsemmija fis-subartikolu (1), allura -
(a) hi għandha titqies li tkun raġel tal-forza regolari sa
kemm tiġi meħlusa mis-servizz;
(b) hi tkun tista’ titlob f’kull żmien li tiġi meħlusa mis-
servizz, u jekk tagħmel hekk it-talba għandha tiġi
sottomessa kemm jista’ jkun malajr lill-Kmandant, li
għandu jġiegħel li tiġi meħlusa mis-servizz bil-ħeffa
kollha konvenjenti.
(4) Ebda ħaġa fid-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-artikolu
ma għandha tiftihem li tippreġudika d-deċiżjoni fuq kwalunkwe
kwistjoni dwar it-tul ta’ żmien li għalih persuna tkun ingaġġat jew
li timpedixxi li persuna li ma tkunx talbet dan tiġi meħlusa mis-
servizz.
Tweġibiet foloz fil-
karta tal-konferma. 
18. (1) Jekk persuna li tidher quddiem l-uffiċjal ta’ l-ingaġġ
biex issir il-konferma tagħti bid-dehen tweġiba falza għal xi
mistoqsija li tkun tinsab fil-karta tal-konferma u li tkun saritilha
minn jew bl-ordni ta’ l-uffiċjal ta’ l-ingaġġ, hi tista’ teħel wara
kundanna sommarja priġunerija għal mhux aktar minn tliet xhur
jew multa ta’ mhux iżjed minn għoxrin lira.
(2) Jistgħu jsiru proċedimenti kontra persuna skond dan l-
artikolu wkoll jekk minn dak iż-żmien ’il hawn saret suġġetta għal-
liġi militari.
FORZIARMATI  TA’MALTAġ K AP. 220.    17
TITOLU III - IL-FORZA TERRITORJALI 
Ingaġġ u ħall mis-servizz
Ingaġġ u 
konferma. 
19. Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 5, 6, 17 u 18 għandhom
japplikaw għall-forza territorjali bil-modifiki li ġejjin, jiġifieri:
(a) minflok ir-riferenzi għall-forza regolari għandhom
jidħlu r-riferenzi għall-forza territorjali;
(b) minflok ir-riferenzi għal raġel tal-forza regolari
għandhom jidħlu r-riferenzi għal raġel tal-forza
territorjali; u 
(ċ) ir-riferenzi fl-artikolu 17 għar-riċeviment tal-paga
għandhom jitħallew barra.
Żmien u 
kondizzjonijiet tas-
servizz.
20. (1) Kull persuna ingaġġata fil-forza territorjali għandha
tiġi ingaġġata biex isservi għal żmien, li jibda mad-data tal-
konferma tagħha, li ma jkunx aktar minn erba’ snin kif jiġi
miftiehem waqt il-konferma, u tista’, waqt il-perijodu ta’ tnax-il
xahar li jagħlaq mat-tmiem taż-żmien ta’ servizz li fih tkun dak iż-
żmien qed isservi, tiġi ingaġġata mill-ġdid għal żmien, li jibda mit-
tmiem taż-żmien ta’ qabel, ta’ mhux aktar minn erba’ snin, kif jiġi
miftiehem fl-ingaġġ mill-ġdid, u hekk minn żmien għal ieħor.
(2) Kull raġel tal-forza territorjali għandu jiġi ingaġġat għal
servizz u jiġi pustjat f’dak il-korp li hu jista’ jagħżel.
(3) Ħlief kif provdut fid-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-
artikolu, il-kondizzjonijiet tas-servizz ta’ raġel tal-forza territorjali
għandhom ikunu kif jiġi preskritt.
Area ta’ servizz. 
li jservu f’kull parti ta’ Malta, iżda ma jistgħux ikunu meħtieġa li
jservu barra minn Malta.
L-Att jibqa’ 
japplika sal-ħall 
mis-servizz. 
22. Raġel tal-forza territorjali għandu, sakemm jiġi maħlul
mis-servizz kif imiss bil-mod preskritt, jibqa’ suġġett għad-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att li japplikaw għalih bħala raġel tal-
forza territorjali.
Ħall mis-servizz.
iżjed ’il quddiem provdut, ikun intitolat li jiġi maħlul mis-servizz,
qabel ma jispiċċa ż-żmien tiegħu kurrenti ta’ servizz jekk iħares il-
kondizzjonijiet li ġejjin:
(a) jekk jagħti avviż bil-miktub ta’ tliet xhur lill-uffiċjal
kmandant tiegħu, jew dak l-avviż aqsar li jiġi preskritt,
li hu jkun jixtieq li jiġi maħlul mis-servizz; u
(b) jekk iħallas lill-uffiċjal kmandant tiegħu s-somma ta’
ħames liri jew dik is-somma iżgħar li tiġi preskritta; u 
(ċ) jekk jagħti lura fi stat tajjeb, bl-eċċezzjoni ta’
deprezzament ġustifikat, l-armi, il-ħwejjeġ u t-tagħmir
kollu li jkun ingħata lilu, jew, f’każijiet fejn minħabba
raġuni tajba u biżżejjed l-għoti lura tal-proprjetà  li
ssemmiet qabel ikun impossibli, jekk iħallas il-valur
tagħha:
  18      KAP. 220. ħ          FORZIARMATI  ’MALTA
Iżda jkun fis-setgħa ta’ l-awtorità  militari kompetenti,
f’kull każ fejn ikun jidher li r-raġunijiet li għalihom il-ħall mis-
servizz ikun ġie mitlub ikunu serji biżżejjed, li tagħti dispensa għal
kollox jew in parti mill-kondizzjonijiet ta’ hawn fuq kollha jew
biċċiet minnhom.
(2) Raġel tal-forza territorjali jista’ jiġi maħlul mis-servizz
mill-uffiċjal kmandant tiegħu minħabba nuqqas ta’ ubbidjenza ta’
ordnijiet mogħtija lilu fil-waqt li jkun qed jagħmel dmirijiet
militari, jew minħabba li jittraskura milli jaqdi dak id-dmir, jew
għal kondotta ħażina tiegħu bħala raġel tal-forza territorjali, jew
minħabba xi kawża oħra xierqa, u jkun l-uffiċjal kmandant li
jiddeċidi jekk dik il-kawża teżistix u hijiex xierqa:
Iżda raġel li jkun hekk maħlul mis-servizz ikollu d-dritt li
jappella lill-Kmandant li jista’ jagħti dawk l-ordnijiet f’kull każ
bħal dak kif jidhirlu ġust u xieraq.
Posponiment ta’ 
ħall mis-servizz 
matul l-
inkorporament jew 
servizz speċjali.
24. Meta ż-żmien li fih raġel tal-forza territorjali kien ikun
intitolat li jiġi maħlul mis-servizz jagħlaq matul xi perijodu li fih
ikun fis-seħħ ordni li jordna li l-forza territorjali jew xi parti
minnha tissejjaħ fuq servizz permanenti jew matul il-perijodu li fih
hu jkun imsejjaħ għal servizz speċjali, hu jista’ jkun meħtieġ li
jtawwal is-servizz tiegħu għal dak iż-żmien itwal, li ma jkunx iktar
minn tnax il-xahar, kif il-Ministru jista’ jordna; u raġel tal-forza
territorjali ma jkunx matul kull perijodu bħal dak intitolat li jiġi
maħlul mis-servizz taħt l-artikolu 23(1).
Taħriġ 
Taħriġ.  25. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, kull
raġel tal-forza territorjali għandu, bħala taħriġ ta’ kull sena, jiġi
mħarreġ għal mhux inqas minn tmint ijiem u mhux iżjed minn
ħmistax-il ġurnata kull sena f’dawk iż-żminijiet u f’dawk il-
postijiet f’Malta kif jiġi ordnat mill-awtorità  militari kompetenti, u
jista’ għal dak il-fini jiġi msejjaħ darba jew aktar minn darba
f’sena.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, kull
raġel tal-forza territorjali għandu jattendi dak in-numru ta’ drillijiet
u joqgħod għal dawk il-kondizzjonijiet l-oħra dwar it-taħriġ li jiġu
preskritti.
(3) Il-ħtiġiet tas-subartikoli (1) u (2) jistgħu jiġu dispensati,
għal kollox jew f’parti -
(a) dwar il-forza territorjali jew parti minn dik il-forza,
mill-Kmandant;
(b) dwar raġel individwali tal-forza territorjali mill-
uffiċjal kmandant tiegħu bla ħsara għal kull ordni
ġenerali tal-Kmandant.
(4) Il-Ministru jista’ b’ordni jordna illi ż-żmien ta’ taħriġ ta’
kull sena tal-forza kollha jew ta’ parti minnha jew ta’ xi raġel
tagħha jiġi f’xi sena mtawwal għal dak iż-żmien li ma jkunx aktar
minn tletin ġurnata kif jiġi speċifikat fl-ordni.
(5) Ebda ħaġa f’dan l-Att ma għandha tiftiehem li raġel ma
FORZIARMATI  TA’MALTAġ K AP. 220.    19
jistax, bil-kunsens tiegħu, jiġi msejjaħ fuq dmir, istruzzjoni jew
taħriġ, kemm f’Malta kif ukoll barra minn Malta, bħala parti minn
jew b’żieda ma’ xi taħriġ ieħor, skond regolamenti jew ordnijiet
magħmula skond dan l-Att.
(6) Meta raġel tal-forza, li ma jkunx ingħata leave bil-mod
xieraq, jew mhux minħabba mard jew skuża oħra raġonevoli kif
jista’ jiġi permess bil-mod preskritt, jonqos li jattendi fil-ħin u fil-
post stabbililt għat-taħriġ, jew jonqos li jattendi n-numru ta’
drillijiet jew li jħares dawk il-kondizzjonijiet l-oħra dwar it-taħriġ
li jiġu preskritti, jista’ jeħel wara kundanna sommarja ammenda ta’
mhux iżjed minn ħames liri.
Mobilizzazzjoni 
Inkorporament. 
Emendat: 
LVIII. 1974.68.
26. (1) Jekk jidher lill-President ta’ Malta li perikolu
nazzjonali jkun imminenti jew li tkun inqalgħet emerġenza kbira
jew li jkun hemm biża’ ta’ invażjoni jew attakk, hu jista’ b’ordni
mgħarraf bil-firma tal-Ministru, jordna li l-forza territorjali
tissejjaħ għal servizz permanenti, u minnufih wara u bis-saħħa tal-
ħruġ ta’ dak l-ordni l-Kmandant għandu jagħti, u meta jkun ta
jħassar jew jibdel, dawk id-direttivi li jidhirlu li jkunu meħtieġa
jew xierqa għall-inkorporament tal-forza territorjali jew xi parti
minnha.
(2) Meta direttivi taħt dan l-artikolu jkunu għal dak iż-żmien
jordnaw l-inkorporament ta’ xi parti mill-forza territorjali, kull
uffiċjal jew raġel li jkun wieħed minn dik il-parti għandu jattendi
fil-ħin u fil-post stabbilit b’dawk id-direttivi u wara dak il-ħin
għandhom jitqiesu li ġew inkorporati; u dawk l-uffiċjali jew irġiel
huma f’dan l-Att imsejħa inkorporati jew il-parti jew partijiet
inkorporati tal-forza territorjali.
(3) Ma’ l-inkorporament, il-forza territorjali jew il-parti jew
partijiet tagħha inkorporati għandhom, sakemm jitneħħa l-
inkorporament, jaqgħu taħt id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u taħt
kull regolament jew ordni magħmul bis-saħħa tiegħu kif japplikaw
għall-forza regolari safejn jistgħu jiġu applikati għalihom.
(4) Meta jkun sar ordni taħt is-subartikolu (1), dik il-ġrajja
għandha tiġi kommunikata minnufih lill-Kamra.
Tneħħija ta’ l-
inkorporament. 
Emendat: 
LVIII. 1974.68. 
27. (1) Il-President ta’ Malta jista’ b’ordni mgħarraf bil-firma
tal-Ministru, jordna li l-forza territorjali ma tibqax inkorporata; u
wara dan il-Kmandant għandu jagħti dawk id-direttivi kif jidhirlu
meħtieġa u xierqa biex iseħħ l-ordni.
(2) Sakemm joħroġ ordni taħt is-subartikolu (1), il-Kmandant
jista’ minn żmien għal żmien kif jidhirlu spedjent jagħti dawk id-
direttivi li jidhirlu li huma meħtieġa jew xierqa biex ineħħi mill-
inkorporament xi parti inkorporata tal-forza territorjali u biex
jinkorpora xi parti tal-forza territorjali li ma tkunx inkorporata,
kemm jekk dik il-parti kienet qabel inkorporata kemm jekk ma
kenitx.
(3) Wara d-data stabbilita bid-direttivi għat-tneħħija mill-
inkorporament ta’ xi parti mill-forza territorjali, l-uffiċjali u l-irġiel
  20      KAP. 220. ħ          FORZIARMATI  ’MALTA
ta’ dik il-parti għandhom ikunu fil-posizzjoni ta’ uffiċjali u rġiel
tal-forza territorjali meta ma hix inkorporata kemm-il darba jew
sakemm ma jkunux reġgħu ġew inkorporati.
Sejħa għal servizz 
speċjali.
28. (1) Kull uffiċjal u raġel tal-forza territorjali li jkun bil-
miktub fuq il-formula preskritta qabel li dan l-artikolu għandu
japplika għalih jew li hu jkun jista’ jissejjaħ għal servizz speċjali
ikun jista’ jissejjaħ għal servizz speċjali minkejja li l-forza
territorjali, jew il-parti minnha li jkun jagħmel magħha, ma tkunx
ġiet inkorporata.
(2) Ikun fil-jedd tal-Ministru, f’kull żmien meta jkun jidhirlu li
l-okkażjoni hekk teħtieġ, li jagħti, u meta jkun ta li jħassar jew
jibdel, dawk id-direttivi li jidhirlu xierqa biex isejjaħ għal servizz
speċjali skond id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) lil kull
uffiċjal jew raġel tal-forza territorjali li bis-saħħa ta’ dawk id-
disposizzjonijiet ikun jista’ jiġi hekk imsejjaħ; u kull uffiċjal jew
raġel imsejjaħ bid-direttivi għandu jattendi fil-post u fil-ħin
stabbilit mid-direttivi, u minn wara dak il-ħin għandu jitqies li
ssejjaħ għal servizz speċjali.
(3) Meta l-Ministru jkun ta xi direttivi skond l-aħħar
subartikolu qabel dan hu jista’ f’kull żmien wara jagħti dawk id-
direttivi li jidhirlu xierqa dwar it-temm ta’ servizz taħt is-
subartikolu (1) ta’ kull uffiċjal jew raġel imsejjaħ bid-direttivi
mogħtija taħt is-subartikolu (2), iżda mingħajr preġudizzju għas-
setgħa tal-Ministru, billi jagħti direttivi oħra taħt is-subartikolu (2),
li jsejjaħ għal servizz itwal kull uffiċjal jew raġel li s-servizz tiegħu
jkun intemm bid-direttivi mogħtija taħt dan is-subartikolu.
(4) Jekk, fil-waqt li uffiċjal jew raġel tal-forza territorjali
msejjaħ b’direttivi mogħtija taħt is-subartikolu (2) jkun qed iservi
taħt is-subartikolu (1), jingħataw direttivi skond dan l-Att għall-
inkorporament tal-forza territorjali jew ta’ parti minnha li hu jkun
jagħmel magħha, dak l-uffiċjal jew raġel għandu wara dan jitqies li
hu inkorporat u s-servizz tiegħu skond is-subartikolu (1) ma
jkomplix.
Ministru jew 
Kmandant jista’ 
jaġixxi permezz ta’ 
uffiċjali jew 
subordinati. 
29. Bis-saħħa tas-setgħat mogħtija lilhom bl-artikoli 26, 27 u
28, il-Ministru jew il-Kmandant, skond il-każ, jistgħu jaġixxu
permezz ta’ l-uffiċjali jew tas-subordinati tagħhom; u kull direttiva,
avviż jew ordni mogħti taħt l-awtorità  tal-Ministru jew tal-
Kmandant, skond il-każ, għandu jkollu l-istess saħħa u effett ta’
direttiva, avviż jew ordni mogħti mill-Ministru jew mill-Kmandant,
skond il-każ.
Setgħat 
addizzjonali għal 
trasferiment u 
pustjar matul l-
inkorporament jew 
is-servizz speċjali.
30. (1) Raġel tal-forza territorjali jista’, b’ordni ta’ l-awtorità
militari kompetenti, f’kull żmien li matulu l-parti tal-forza
territorjali li jagħmel magħha tkun inkorporata jew waqt li jkun qed
iservi taħt l-artikolu 28(1), jiġi trasferit jew ippustjat fi kwalunkwe
korp mingħajr il-kunsens tiegħu.
(2) Meta raġel tal-forza territorjali li ġie trasferit jew ippustjat
bis-saħħa ta’ dan l-artikolu jkompli fis-servizz, allura, jekk ikun
hekk jixtieq, għandhom jittieħdu, malajr kemm ikun konvenjenti
wara li jispiċċa ż-żmien ta’ l-inkorporament jew, skond il-każ tas-
servizz tiegħu skond l-artikolu 28 (1), dawk il-passi kollha li jkunu
FORZIARMATI  TA’MALTAġ K AP. 220.    21
meħtieġa biex hu jkun jista’ jerġa’ jservi f’dak il-korp li hu kien
iservi fih fiż-żmien li hu kien ġie għall-ewwel darba trasferit jew
ippustjat.
(3) L-aħħar subartikolu qabel dan għandu japplika għal raġel li
bis-saħħa ta’ l-artikolu 28(4) huwa meqjus li hu inkorporat
bħallikieku l-kliem "jew, skond il-każ, tas-servizz tiegħu skond l-
artikolu 28(1)" tħallew barra.
TITOLU IV - IL-FORZA TA’ RIŻERVA 
Il-forza ta’ riżerva
Il-forza ta’ riżerva.
dawk il-korpijiet imsemmija fis-subartikolu (2) kif jiġi stabbilit
minn żmien għal żmien skond dan l-Att.
(2) Il-korpijiet imsemmija fis-subartikolu (1) huma -
(a) ir-riżerva tal-forza regolari; 
(b) ir-riżerva tal-forza territorjali.
(3) Il-forza ta’ riżerva għandha tkun regolata minn dawk id-
disposizzjonijiet li jiġu preskritti u mid-disposizzjonijiet li ġejjin
ta’ din it-Taqsima ta’ dan l-Att; u disposizzjonijiet differenti jistgħu
jiġu preskritti għal korpijiet differenti tal-forza tar-riżerva.
Sejħa tar-riżervi
Sejħa tar-riżervi 
f’każ ta’ perikolu 
nazzjonali, eċċ.
Emendat: 
LVIII. 1974.68. 
32. (1) Jekk jidher lill-President ta’ Malta li perikolu
nazzjonali huwa imminenti jew li tkun inqalgħet emerġenza kbira,
hu jista’, bla ħsara tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, b’ordni
mgħarraf bil-firma tal-Ministru, jawtorizza s-sejħa ta’ kwalunkwe
forza ta’ riżerva fuq servizz permanenti.
(2) Meta jsir ordni skond is-subartikolu (1) l-ġrajja ta’ dan
għandha minnufih tiġi mgħarrfa lill-Kamra.
(3) Ordni li jkun fis-seħħ skond is-subartikolu (1) jista’
jitħassar b’ordni tal-President ta’ Malta mgħarraf kif fih imsemmi;
iżda t-tħassir ma għandux jeffettwa l-obbligu għas-servizz ta’ kull
persuna li tkun issejħet għas-servizz bis-saħħa ta’ l-ordni fiż-żmien
tat-tħassir tagħha.
Avviżi ta’ sejħa.
ikun jawtorizza s-sejħa ta’ forza ta’ riżerva, kull membru ta’ dik il-
forza (hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejjaħ "riżervist") jista’
jissejjaħ għas-servizz mill-Ministru b’avviż bil-miktub.
(2) Avviż skond is-subartikolu (1) (iżjed ’il quddiem f’dan l-
Att imsejjaħ "avviż ta’ sejħa") għandu jispeċifika l-ħin u l-post li
fih riżervist għandu jippreżenta lilu nnifsu; u avviż ta’ sejħa għandu
jitqies li ġie notifikat lir-riżervist jekk jiġi konsenjat lilu
personalment jew mibgħut lilu bil-posta registrata fl-aħħar indirizz
tiegħu magħruf mill-awtoritajiet militari kompetenti.
  22      KAP. 220. ħ          FORZIARMATI  ’MALTA
(3) Avviż ta’ sejħa jista’ jiġi mħassar jew mibdul mill-Ministru
b’avviż ieħor bil-miktub, u l-aħħar subartikolu qabel dan għandu
japplika għan-notifika ta’ dak l-avviż kif japplika għan-notifika ta’
avviż ta’ sejħa.
(4) Meta riżervist li jkun suġġett li jissejjaħ fis-servizz b’avviż
ta’ sejħa -
(a) jattendi personalment f’dak il-post li jiġi preskritt; u 
(b) jippreżenta lilu nnifsu għas-servizz għand dik l-
awtorità  li tiġi preskritta; u
(ċ) ikun informat minn dik l-awtorità  li bis-saħħa ta’ dan
is-subartikolu huwa aċċettat għas-servizz,
hu għandu jitqies li ġie notifikat b’avviż ta’ sejħa, li jispeċifika
bħala l-ħin u l-post imsemmi fis-subartikolu (2) l-ħin li fih hu jkun
informat u l-post li fih hu jattendi kif intqal qabel; u kull avviż ta’
sejħa maħruġ lilu qabel għandu jieqaf mis-seħħ, mingħajr ħsara
għal kull responsabbiltà  li toħroġ min-nuqqas tiegħu li jħares l-
avviż qabel ma jattendi kif intqal qabel.
Kemm idum is-
servizz ta’ 
riżervisti msejħa 
għal servizz 
permanenti. 
34. Ħlief kif preskritt xort’oħra, membru tal-forza ta’ riżerva li
jkun imsejjaħ għal servizz permanenti jkollu jservi sakemm is-
servizzi tiegħu ma jkunux aktar meħtieġa jew sakemm jagħlaq iż-
żmien tiegħu ta’ servizz f’dik ir-riżerva skond liema minnhom jiġri
l-ewwel.
Tmiem ta’ servizz 
taħt avviż ta’ sejħa. 
35. F’kull każ meta - 
(a) is-servizz ta’ persuna msejħa għas-servizz b’avviż ta’
sejħa ma jkunx aktar meħtieġ; jew
(b) il-persuna tkun fis-servizz bis-saħħa ta’ avviż ta’ sejħa
meta jagħlaq iż-żmien tas-servizz li hi obbligata
tagħmel,
hi tkun intitolata li tiġi meħlusa mis-servizz whole-time bil-mod
preskritt bil-ħeffa kollha konvenjenti.
Taħriġ 
Taħriġ tal-forza ta’ 
riżerva. 
36. (1) Membru tal-forza ta’ riżerva jista’, skond dawk id-
disposizzjonijiet li jiġu preskritti, jissejjaħ fi kwalunkwe sena għal
taħriġ - 
(a) għal perijodu wieħed ta’ mhux iżjed minn ħmistax-il
ġurnata; u
(b) għal dawk il-perijodi l-oħra li jiġu preskritti, li ebda
wieħed minnhom ma għandu jkun ta’ iżjed minn sitta u
tletin siegħa mingħajr il-kunsens tal-persuna in
kwistjoni,
u jista’ wkoll waqt li jkun hekk imsejjaħ jiġi ippustjat u mħarreġ
ma’ kwalunkwe korp tal-forza.
(2) Meta raġel tal-forza ta’ riżerva, li ma jkunx ingħata leave
bil-mod xieraq, jew mhux minħabba mard jew skuża oħra
raġonevoli kif jista’ jiġi permess bil-mod preskritt, jonqos li
jattendi fil-ħin u fil-post stabbilit għat-taħriġ, jista’ jeħel wara
FORZIARMATI  TA’MALTAġ K AP. 220.    23
kundanna sommarja ammenda ta’ mhux iżjed minn ħames liri.
TAQSIMA III 
REATI MILITARI
Tradiment, kodardja u reati li joħorġu minn servizz militari
Għajnuna lill-
għadu.
Emendat:
X. 2000.2.
37. (1) Kull persuna suġġetta għal-liġi militari li bil-ħsieb li
tgħin lill-għadu -
(a) tabbanduna jew iċċedi xi post jew posizzjoni li jkun
id- dmir tagħha li tiddefendi, jew iġġiegħel lil xi
persuna li tabbanduna jew iċċedi xi post jew
posizzjoni li jkun fid-dmir ta’ dik il-persuna li
tiddefendi; jew
(b) tagħmel xi att li jkun maħsub li jipperikola l-
operazzjonijiet tal-forza, jew ta’ xi forzi li jikkoperaw
magħha jew ta’ xi parti minn dawk il-forzi; jew
(ċ) wara li tkun ittieħdet priġunier tal-gwerra taqdi jew
tgħin lill-għadu fit-tmexxija ta’ ostilitajiet jew ta’
miżuri maħsuba biex jinfluwenza il-moral, jew b’xi
mod ieħor ikun liema jkun li ma jkunx awtorizzat mill-
użanzi internazzjonali; jew
(d) tforni lill-għadu b’armi jew b’munizzjon jew bi
provvisti ta’ kull xorta jew b’xi ħaġa oħra li x’aktarx
tgħinu (kemm jekk tkun tixbaħ il-ħwejjeġ imsemmija
qabel kemm jekk le); jew
(e) tagħti kenn jew tipproteġi għadu li ma jkunx priġunier
tal-gwerra; jew
(f) tagħti xi sinjal ta’ l-ajru falz jew tibdel jew tfixkel xi
sinjal ta’ l-ajru jew xi apparat li jagħti sinjali ta’ l-ajru;
jew
(g) meta tkun ordnata mill-uffiċjal superjuri tagħha, jew
b’mod ieħor taħt ordnijiet, biex tagħmel xi operazzjoni
ta’ gwerra fl-ajru tonqos li tagħmel l-aħjar li tista’ biex
tesegwixxi dawk l-ordnijiet; jew
(h) tkun kawża tal-qbid jew tad-distruzzjoni mill-għadu
ta’ xi inġenju ta’ l-ajru tal-forza jew ta’ inġenju ta’ l-
ajru ta’ xi forza li tkun qed tikkopera mal-forza,
tista’ teħel, meta tinsab ħatja minn qorti marzjali, priġunerija għal
għomorha jew xi piena oħra provduta minn dan l-Att.
(2) Kull persuna suġġetta għal-liġi militari li bid-dehen u
mingħajr skuża xierqa tagħmel xi wieħed mill-atti msemmija fil-
paragrafi (a) sa (e) ta’ l-aħħar subartikolu qabel dan, meta ma jiġix
pruvat li dak li għamlet għamlitu bil-ħsieb li tgħin lill-għadu, tista’
teħel meta tinsab ħatja minn qorti marzjali priġunerija jew piena
oħra iżgħar provduta b’dan l-Att.
  24      KAP. 220. ħ          FORZIARMATI  ’MALTA
(3) Kull persuna suġġetta għal-liġi militari li bi traskuraġni
tkun il-kawża tal-qbid jew tad-distruzzjoni mill-għadu ta’ xi
inġenju ta’ l-ajru tal-forza jew ta’ inġenju ta’ l-ajru ta’ xi forza li
tkun qed tikkopera mal-forza, meta tinsab ħatja minn qorti marzjali,
tista’ teħel priġunerija jew piena oħra iżgħar provduta b’dan l-Att.
Komunikazzjoni 
ma’ l-għadu u 
rivelazzjoni li ġġib 
ħsara.
Emendat:
X. 2000.2.
38. (1) Kull persuna suġġetta għal-liġi militari li bil-ħsieb li
tgħin lill-għadu tikkomunika ma’ jew tagħti informazzjoni lill-
għadu tista’ teħel, meta tinsab ħatja minn qorti marzjali, priġunerija
għal għomorha jew xi piena oħra provduta b’dan l-Att.
(2) Kull persuna suġġetta għal-liġi militari li mingħajr awtorità
tikkomunika ma’ jew tagħti informazzjoni sigrieta lill-għadu tista’
teħel, meta tinsab ħatja minn qorti marzjali, priġunerija jew piena
oħra iżgħar provduta b’dan l-Att.
(3) Kull persuna suġġetta għal-liġi militari li mingħajr awtorità
tikxef, kemm bil-fomm, bil-miktub, b’sinjal jew b’xi mezz ieħor
ikun liema jkun, xi informazzjoni li hi jew li tidher li tkun
informazzjoni utili għall-għadu tista’, meta tinsab ħatja minn qorti
marzjali, teħel priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn sentejn
jew piena oħra iżgħar provduta b’dan l-Att.
(4) F’dan l-artikolu l-espressjonijiet "informazzjoni" u
"informazzjoni utili għall-għadu" ifissru informazzjoni li hi jew li
tidher li hi informazzjoni dwar kwalunkwe ħaġa hekk li
informazzjoni fuqha tkun jew tista’ tkun direttament jew
indirettament utili għall-għadu, u b’mod partikolari (iżda mingħajr
ħsara għall-ġeneralità  tad-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan is-
subartikolu) dwar xi ħaġa msemmija fil-paragrafi li ġejjin, li tkun
ħaġa li informazzjoni dwarha tkun jew tista’ tkun utili kif intqal
qabel, jiġifieri - 
(a) in-numru, id-deskrizzjoni, l-armament, it-tagħmir, id-
disposizzjoni, il-moviment jew il-kondizzjoni ta’ xi
parti tal-forza jew ta’ xi forza li jkunu qed jikkoperaw
magħha, jew ta’ xi vapuri jew inġenji ta’ l-ajru tal-
forza jew ta’ vapuri jew inġenji ta’ l-ajru ta’ dik il-
forza li tkun qed tikkopera;
(b) kwalunkwe operazzjonijiet jew operazzjonijiet
ippjanati ta’ xi forzi, vapuri jew inġenji ta’ l-ajru kif
intqal qabel;
(ċ) xi code, cipher, sinjal ta’ sejħa, password jew kontro-
sinjal;
(d) xi miżuri għad-difiża jew fortifikazzjoni ta’ xi post;
(e) in-numru, id-deskrizzjoni jew il-lokalità  ta’ xi
priġunieri tal-gwerra;
(f) munizzjon tal-gwerra.
Imġieba kodarda. 39. (1) Kull persuna suġġetta għal-liġi militari li meta tkun
quddiem l-għadu - 
(a) tħalli l-posizzjoni, lokal jew post ieħor li hu dmir
tagħha li tkun fih; jew
FORZIARMATI  TA’MALTAġ K AP. 220.    25
(b) tarmi l-armi, il-munizzjon jew l-għodda tagħha; jew 
(ċ) tagħmel xi wieħed mill-atti msemmija fl-artikolu 37
(1)(f) sa (h),
b’mod li turi kodardja, jew b’mod ieħor iġġib ruħha b’mod li turi
kodardja, tkun ħatja ta’ reat kontra dan l-artikolu.
(2) Kull persuna suġġetta għal-liġi militari li meta tkun
quddiem l-għadu ġġiegħel lil persuni oħra suġġetti għal-liġi militari
u li jkunu quddiem l-għadu biex jagħmlu reat taħt l-aħħar
subartikolu qabel dan tkun ħatja ta’ reat taħt dan l-artikolu.
(3) Kull persuna ħatja ta’ reat kontra dan l-artikolu tista’ teħel,
meta tinsab ħatja minn qorti marzjali, priġunerija jew piena oħra
iżgħar provduta b’dan l-Att.
Reati kontra l-
moral.
40. Kull persuna suġġetta għal-liġi militari li - 
(a) ixxerred (kemm bil-fomm, bil-miktub, b’sinjal, jew
b’mod ieħor) rapporti dwar l-operazzjonijiet tal-forza,
jew ta’ xi forza li tikkopera magħha, jew ta’ xi parti
minn dawk il-forzi, li jkunu rapporti maħsuba biex
joħolqu qtugħ ta’ qalb jew allarm bla meħtieġ; jew
(b) meta tkun quddiem l-għadu tuża kliem maħsuba biex
joħolqu qtugħ ta’ qalb jew allarm bla meħtieġ,
tista’ teħel, meta tinsab ħatja minn qorti marzjali, priġunerija jew
piena oħra iżgħar provduta b’dan l-Att.
Waqa’ ta’ priġunier 
tal-gwerra, 
minħabba nuqqas 
ta’ ubbidjenza jew 
għax trid; u min 
jonqos li jerġa’ 
jingħaqad mal-
forza.
41. (1) Kull persuna suġġetta għal-liġi militari li, minħabba
nuqqas ta’ ubbidjenza ta’ ordnijiet jew minħabba li tonqos għax trid
milli taqdi d-dmirijiet tagħha, tinqabad mill-għadu tkun ħatja ta’
reat kontra dan l-artikolu.
(2) Kull persuna suġġetta għal-liġi militari li, meta tinqabad
mill-għadu, tonqos li tieħu, jew ma tħallix jew tiskoraġġixxi lil xi
persuna oħra hekk maqbuda mill-għadu li tieħu, xi passi xierqa li
jkunu għad-disposizzjoni tagħha, jew skond il-każ, tal-persuna l-
oħra biex terġa’ tingħaqad mal-forza tkun ħatja ta’ reat kontra dan
l-artikolu.
(3) Kull persuna ħatja ta’ reat kontra dan l-artikolu tista’, meta
tinsab ħatja minn qorti marzjali teħel priġunerija jew piena oħra
iżgħar provduta b’dan l-Att.
Reati minn jew 
dwar għassiesa, 
eċċ.
42. (1) Kull persuna suġġetta għal-liġi militari li tkun qed
tagħmilha ta’ sentinella - 
(a) torqod waqt li tkun qed tagħmel għassa; jew
(b) meta ma tkunx qed tagħmel għassa, tkun rieqda f’ħin li
fih hi ma jkollhix permess torqod; jew
(ċ) tkun fis-sakra; jew
(d) titlaq il-posizzjoni tagħha mingħajr ma tkun ġiet
regolarment meħlusa jew b’mod ieħor titlaq minn xi
post li jkun id-dmir tagħha li tkun fih,
tkun ħatja ta’ reat kontra dan l-artikolu.
  26      KAP. 220. ħ          FORZIARMATI  ’MALTA
(2) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu persuna għandha titqies li hi
fis-sakra jekk minħabba l-influwenza ta’ alkohol jew xi droga, sew
waħedhom sew flimkien ma’ xi ċirkostanzi oħra, ma tkunx fi stat li
tiġi fdata li taqdi d-dmirijiet tagħha.
(3) Kull persuna suġġetta għall-liġi militari li tagħti xi daqqa lil
jew tuża forza fuq xi persuna li tkun qed tagħmilha ta’ sentinella, li
tkun membru tal-forza jew ta’ xi forza li tkun qed tikkopera
magħha, jew b’theddid ta’ forza ġġiegħel lil xi persuna tali li tħalli
lilha jew lil xi persuna oħra tgħaddi, tkun ħatja ta’ reat kontra dan l-
artikolu.
(4) Kull persuna ħatja ta’ reat kontra dan l-artikolu tista’, meta
tinsab ħatja minn qorti marzjali, teħel priġunerija jew piena oħra
iżgħar provduta b’dan l-Att:
Iżda jekk ir-reat ma jkunx magħmul waqt servizz attiv hi
ma għandhiex teħel priġunerija għal aktar minn sentejn.
(5) Riferenzi f’dan l-artikolu għal persuna li tkun qed
tagħmilha ta’ sentinella huma riferenzi għal persuna li - 
(a) tkun ippustjata jew ordnata li tagħmel ir-ronda, jew 
(b) tkun membru ta’ guard jew xi party ieħor li jkun ġie
ffurmat jew ordnat li jagħel ir-ronda,
sabiex jiġu mħarsa xi persuni, bini jew post.
(6) Id-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-artikolu għandhom
japplikaw għal persuni ippustjati jew ordnati li jagħmlu r-ronda,
jew membri ta’ party li jkun ġie ffurmat jew ordnat li jagħmel ir-
ronda, sabiex ma jħallux jew jikkontrollaw id-dħul jew il-ħruġ
minn xi bini jew post, jew sabiex jirregolaw it-traffiku fuq it-triq,
jew b’ferrovija jew in-navigazzjoni interna, kif japplikaw għal
persuni li jkunu qed jagħmluha ta’ sentinella.
Looting.  43. Kull persuna suġġetta għal-liġi militari li - 
(a) tisraq minn, jew bil-ħsieb li tisraq tfittex lil, persuna
ta’ xi ħadd maqtul jew ferut fil-kors ta’ operazzjonijiet
ta’ gwerra; jew
(b) tisraq xi proprjetà  li tkun tħalliet esposta jew mhux
imħarsa minħabba operazzjonijiet ta’ gwerra; jew
(ċ) tieħu għal xi raġuni li ma tkunx dik ta’ servizz
pubbliku xi vettura, tagħmir jew stores abbandunati
mill-għadu, 
tkun ħatja ta’ serq u tista’ teħel, meta tinsab ħatja minn qorti
marzjali, priġunerija jew piena oħra iżgħar provduta b’dan l-Att.
Ammutinament u insubordinazzjoni
Ammutinament.
Emendat:
X. 2000.2.
44. (1) Kull persuna suġġetta għal-liġi militari li -
(a) tieħu sehem f’xi ammutinament li jinvolvi l-użu ta’
vjolenza jew it-theddid ta’ l-użu ta’ vjolenza, jew li l-
għan jew wieħed mill-għanijiet tagħha jkun ir-rifjut
jew l-evitar ta’ xi dmir jew servizz kontra, jew li
għandu x’jaqsam ma operazzjonijiet kontra, l-għadu,
FORZIARMATI  TA’MALTAġ K AP. 220.    27
jew it-tfixkil ta’ l-egħmil ta’ xi dmir jew servizz bħal
dak; jew
(b) tħeġġeġ xi persuna suġġetta għal-liġi militari li tieħu
sehem f’ammutinament bħal dak, kemm jekk isir jew
ikun maħsub,
tista’ teħel, meta tinsab ħatja minn qorti marzjali, priġunerija għal
għomorha jew xi piena oħra provduta b’dan l-Att.
(2) Kull persuna suġġetta għal-liġi militari li, f’każ li ma
jaqgħax taħt l-aħħar subartikolu qabel dan, tieħu sehem
f’ammutinament, jew tħeġġeġ lil xi persuna suġġetta għal-liġi
militari li tieħu sehem f’ammutinament, kemm jekk isir jew
maħsub, tista’ teħel, meta tinsab ħatja minn qorti marzjali,
priġunerija jew piena oħra iżgħar provduta b’dan l-Att.
(3) F’dan l-Att l-espressjoni "ammutinament" tfisser ftehim
bejn żewġ persuni jew iżjed suġġetti għal-liġi militari, jew bejn
persuni li għall-anqas tnejn minnhom ikunu suġġetti għall-liġi
militari - 
(a) sabiex jwaqqgħu jew jirreżistu awtorità  leġittima fil-
forza jew f’xi forzi li jikkoperaw magħha jew f’xi
parti mill-imsemmija forzi; jew
(b) sabiex ma jobdux dik l-awtorità  f’ċirkostanzi tali li
jagħmlu n-nuqqas ta’ ubbidjenza ta’ tfixkil għad-
dixxiplina, jew bil-ħsieb li jiġi evitat xi dmir jew
servizz kontra, jew li għandu x’jaqsam ma’
operazzjonijiet kontra, l-għadu; jew
(ċ) sabiex ifixklu l-egħmil ta’ xi dmir jew servizz fil-forza
jew f’xi forza li tikkopera magħha jew f’xi parti mill-
imsemmija forzi.
Nuqqas ta’ trażżin 
ta’ ammutinament. 
Emendat:
X. 2000.2.
45. Kull persuna suġġetta għal-liġi militari li, jekk tkun taf li
jkun qed isir jew hu maħsub ammutinament - 
(a) tonqos li tagħmel dak kollu li tista’ biex trażżnu jew
ma tħallihx isir; jew
(b) tonqos li tirraporta mingħajr telf ta’ żmien li jkun qed
isir jew jkun maħsub ammutinament,
tista’ teħel, meta tinsab ħatja minn qorti marzjali -
(i) jekk ir-reat ikun sar bil-ħsieb li jgħin lill-għadu,
priġunerija għal għomorha jew xi piena oħra
provduta b’dan l-Att;
(ii) f’kull każ ieħor, priġunerija jew piena oħra
iżgħar provduta b’dan l-Att.
Imġieba ta’ 
insubordinazzjoni.
46. (1) Kull persuna suġġetta għal-liġi militari li -
(a) tagħti xi daqqa jew b’mod ieħor tuża vjolenza fuq, jew
toffri vjolenza lil, uffiċjal superjuri tagħha; jew
(b) tuża kliem ta’ theddid jew insubordinazzjoni ma’ l-
uffiċjal superjuri tagħha,
tista’ teħel, meta tinsab ħatja minn qorti marzjali, priġunerija jew
  28      KAP. 220. ħ          FORZIARMATI  ’MALTA
piena oħra iżgħar provduta b’dan l-Att:
Iżda ma teħilx priġunerija għal aktar minn sentejn jekk ir-
reat ma jkunx sar waqt servizz attiv u ma jkunx jinvolvi l-għoti ta’
daqqa jew użu ieħor ta’ vjolenza, jew l-offerta ta’ vjolenza, lil
uffiċjal superjuri li jkun qed jeżerċita awtorità  bħala tali.
(2) Fid-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-artikolu l-
espressjoni "uffiċjal superjuri", dwar xi persuna, tfisser uffiċjal,
warrant officer jew uffiċjal bla kummissjoni tal-forza regolari, jew
uffiċjal bħal dak tal-forza territorjali fil-waqt li jkun suġġett għal-
liġi militari, li ikun ta’ rank superjuri u jinkludi uffiċjal, warrant
officer jew uffiċjal bla kummissjoni kif intqal qabel li jkun ta’ l-
istess rank iżda jkun aktar anzjan fil-waqt li jkun qed jeżerċita l-
awtorità  bħala s-superjur ta’ l-imsemmija persuna.
Nuqqas ta’ 
ubbidjenza ta’ 
ordnijiet 
partikolari. 
47. (1) Kull persuna suġġetta għal-liġi militari li, b’mod li turi
sfida volontarja ta’ l-awtorità , ma tobdix xi kmand leġittimu
mogħti jew mibgħut lilha personalment tista’, meta tinsab ħatja
minn qorti marzjali, teħel priġunerija jew piena oħra iżgħar
provduta b’dan l-Att.
(2) Kull persuna suġġetta għal-liġi militari li, kemm
volontarjament jew bi traskuraġni, ma tobdix kmand leġittimu tista’
teħel, meta tinsab ħatja minn qorti marzjali, priġunerija jew piena
oħra iżgħar provduta b’dan l-Att:
Iżda jekk dak ir-reat ma jsirx waqt servizz attiv hi ma teħilx
priġunerija għal aktar minn sentejn.
Tfixkil lil provost 
officers.
48. Kull persuna suġġetta għal-liġi militari li -
(a) tfixkel; jew
(b) meta tkun mitluba, tirrifjuta li tgħin,
xi persuna li hi tkun taf li tkun provost officer, jew li tkun persuna
(kemm jekk suġġetta għal-liġi militari kemm jekk le) li tkun qed
teżerċita b’mod leġittimu awtorità  taħt jew f’isem provost officer,
tista’ teħel, meta tinsab ħatja minn qorti marzjali, priġunerija għal
żmien ta’ mhux iżjed minn sentejn jew piena oħra iżgħar provduta
b’dan l-Att.
Nuqqas ta’ 
ubbidjenza ta’ 
ordnijiet 
permanenti.
49. (1) Kull persuna suġġetta għal-liġi militari li tmur kontra
jew li tonqos li tħares xi disposizzjoni ta’ ordnijiet li għalihom
japplika dan l-artikolu, li tkun disposizzjoni li hi tkun taf biha, jew
li hi raġonevolment mistennija li tkun taf, tista’ teħel, meta tinsab
ħatja minn qorti marzjali, priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed
minn sentejn jew piena oħra iżgħar provduta b’dan l-Att.
(2) Dan l-artikolu japplika għal ordnijiet permanenti jew
ordnijiet oħra ta’ rutina ta’ natura kontinwa magħmula għal xi
formazzjoni jew unità  jew korp ta’ truppi, jew għal xi kmand jew
area oħra, gwarniġjon jew post, jew għal xi vapur, ferrovija jew
inġenju ta’ l-ajru.
Diżerzjoni, assenza mingħajr permess eċċ. 
Diżerzjoni. 50. (1) Kull persuna suġġetta għal-liġi militari li -
FORZIARMATI  TA’MALTAġ K AP. 220.    29
(a) tiddiżerta; jew
(b) tipperswadi jew tipprokura li xi persuna suġġetta għal
liġi militari li tiddiżerta,
tista’ teħel, meta tinsab ħatja minn qorti marzjali, priġunerija jew
piena oħra iżgħar provduta b’dan l-Att:
Iżda persuna ma teħilx priġunerija għal aktar minn sentejn
kemm-il darba -
(i) jekk ir-reat kien kontra l-paragrafu (a), hi ma
kenitx fuq servizz attiv jew taħt ordnijiet għal
servizz attiv fiż-żmien li jkun sar; jew
(ii) jekk ir-reat kien reat kontra l-paragrafu (b), il-
persuna li dwarha jkun sar ma kenitx fuq servizz
attiv jew taħt ordnijiet għal servizz attiv f’dak
iż-żmien.
(2) Għall-finijiet ta’ dan l-Att persuna tiddiżerta jekk - 
(a) titlaq is-servizz tal-forza jew, meta jkun id-dmir
tagħha li tagħmel hekk, tonqos li tingħaqad jew terġa’
tingħaqad ma’ dak is-servizz, bil-ħsieb (f’kull każ),
eżistenti fil-ħin li titlaq jew li tonqos jew iffurmat
wara, li tibqa’ assenti permanentement mid-dmirijiet
tagħha; jew
(b) fil-każ li tkun uffiċjal, tingaġġa jew tidħol f’xi parti
tal-forza mingħajr qabel ma tkun irriżenjat il-
kummissjoni tagħha, jew fil-każ li tkun raġel tal-forza
tingaġġa jew jidħol f’xi parti tal-forza mingħajr qabel
ma tkun ġiet meħlusa mill-ingaġġ tagħha ta’ qabel; jew
(ċ) tassenti ruħha mingħajr permess bil-ħsieb li tevita li
sservi f’xi post barra minn Malta, meta tkun obbligata
li hekk isservi, jew li tevita servizz jew xi servizz
partikolari meta tkun quddiem l-għadu; jew
(d) fil-każ li tkun uffiċjal jew raġel tal-forza territorjali
tonqos li tippreżenta ruħha fil-ħin u fil-post stabbilit
għal-laqgħa ma’ l-inkorporament jew skond il-każ, fil-
ħin u fil-post stabbilit li fih tkun imsejħa għal servizz
speċjali skond direttivi mogħtija taħt l-artikolu 26 jew
l-artikolu 28, bil-ħsieb, eżistenti fil-ħin li tonqos jew
iffurmat wara, li tibqa’ assenti permanentement mid-
dmirijiet tagħha,
u riferenzi f’dan l-Att għal diżerzjoni għandhom jiftehmu skond
hekk.
(3) B’żieda għal jew minflok xi piena awtorizzata bis-
subartikolu (1), il-qorti marzjali li tkun sabet raġel tal-forza
regolari ħati ta’ diżerzjoni tista’ tordna li s-servizz tiegħu kollu jew
parti minnu li jkun qabel il-perijodu li dwaru jkun misjub ħati għal
diżerzjoni għandu jintilef.
Assenza mingħajr 
permess.
51. (1) Kull persuna suġġetta għal-liġi militari li -
(a) tassenti ruħha mingħajr permess; jew
  30      KAP. 220. ħ          FORZIARMATI  ’MALTA
(b) tipperswadi jew tipprokura li xi persuna suġġetta għal
liġi militari tassenti ruħha mingħajr permess,
tista’ teħel, meta tinsab ħatja minn qorti marzjali, priġunerija għal
żmien ta’ mhux iżjed minn sentejn jew piena oħra iżgħar provduta
b’dan l-Att.
(2) Għall-finijiet ta’ dan l-Att, nuqqas minn uffiċjal jew raġel
tal-forza territorjali li jirraporta fil-ħin u fil-post stabbilit għal-
laqgħa ma’ l-inkorporament jew, skond il-każ, fil-ħin u fil-post
stabbilit meta jissejjaħ għal servizz speċjali, skond direttivi
mogħtija taħt l-artikolu 26 jew l-artikolu 28, għandha, jekk dak in-
nuqqas ikun mingħajr permess mogħti kif imiss jew mard jew
raġuni oħra tajba kif tista’ tiġi permessa bil-mod preskritt, titqies li
assentiet ruħha mingħajr permess fis-sens tas-subartikolu (1), u dan
l-Att għandu japplika għal, jew dwar, dik il-persuna skond hekk.
Għajnuna u ħabi 
ta’ diżerzjoni jew 
assenza mingħajr 
permess. 
52. Kull persuna suġġetta għal-liġi militari li -
(a) bid-dehen tgħin lil xi persuna suġġetta għal-liġi
militari li tiddiżerta jew tassenti ruħha mingħajr
permess; jew
(b) meta tkun taf li persuna suġġetta għal-liġi militari tkun
iddiżertat jew assentiet ruħha mingħajr permess, jew
tkun qed tipprova li tiddiżerta jew tassenti ruħha
mingħajr permess, tonqos li tirrapporta l-fatt mingħajr
telf ta’ żmien, jew tonqos li tieħu xi passi li tkun tista’
tieħu biex dik il-persuna tkun tista’ tinqabad,
tista’ teħel, meta tinsab ħatja minn qorti marzjali, priġunerija għal
żmien ta’ mhux iżjed minn sentejn jew piena oħra iżgħar provduta
b’dan l-Att.
Teħid jew titwil ta’ 
leave bil-qerq. 
53. Kull persuna suġġetta għal-liġi militari li sabiex tieħu l-
leave jew ittawwal il-leave tagħha bid-dehen tagħmel dikjarazzjoni
falza lil xi awtorità  militari, lil membru tal-korp tal-Pulizija jew lil
xi persuna awtorizzata minn jew taħt direttivi tal-Kmandant biex
taġixxi sabiex tikseb titwil ta’ leave tista’ teħel, meta tinsab ħatja
minn qorti marzjali, priġunerija għal-żmien ta’ mhux iżjed minn
sentejn jew piena oħra iżgħar provduta b’dan l-Att.
Nuqqas ta’ egħmil 
ta’ dmirijiet 
militari. 
54. Kull persuna suġġetta għal-liġi militari li mingħajr skuża
tajba tonqos li tattendi għal xi parata jew għal xi dmir ieħor militari
ta’ kull xorta jew titlaq minn parata jew dmir kif intqal qabel
mingħajr ma tkun ingħatat permess li tagħmel hekk tista’ teħel,
meta tinsab ħatja minn qorti marzjali, priġunerija għal żmien ta’
mhux iżjed minn sentejn jew piena oħra iżgħar provduta b’dan l-
Att.
Simulazzjoni ta’ mard u sokor
Simulazzjoni ta’ 
mard.
55. (1) Kull persuna suġġetta għal-liġi militari li -
(a) b’qerq tagħmel ta’ bir-ruħha li tkun qed tbati minn
marda jew li tkun inkapaċitata; jew
(b) tferi lilha nnifisha bil-ħsieb li b’hekk tirrendi ruħha
mhux tajba għal servizzi, jew iġġiegħel li hi tiġi ferita
minn xi persuna b’dak il-ħsieb; jew
FORZIARMATI  TA’MALTAġ K AP. 220.    31
(ċ) tferi lil persuna suġġetta għal-liġi militari, fuq talba ta’
dik il-persuna, bil-ħsieb li b’hekk tirrendi lil dik il-
persuna mhux tajba għal servizz; jew
(d) bil-ħsieb li tirrendi jew iżżomm lilha nnifisha mhux
tajba għal servizz, tagħmel jew tonqos li tagħmel xi
ħaġa (kemm jekk fil-ħin ta’ l-egħmil jew tan-nuqqas
tkun qegħda fi sptar kemm jekk le) li biha ġġib jew
ittawwal jew taggrava, xi marda jew inkapaċità ,
tkun ħatja ta’ simulazzjoni ta’ mard u tista’ teħel, meta tinsab ħatja
minn qorti marzjali, priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn
sentejn jew piena oħra iżgħar provduta b’dan l-Att.
(2) F’dan l-artikolu l-espressjoni "mhux tajba" tinkludi mhux
tajba temporanjament.
Sokor. 
sokor, kemm waqt li tkun fuq dmirha kemm jekk le, tista’ teħel,
meta tinsab ħatja minn qorti marzjali, priġunerija għal żmien ta’
mhux iżjed minn sentejn jew piena oħra iżgħar provduta b’dan l-
Att:
Iżda meta reat isir minn raġel tal-forza li la jkun fuq servizz
attiv u lanqas fuq dmiru s-sentenza li tingħatalu ma għandiex tkun
iżjed minn detenzjoni għal żmien ta’ sitt xhur.
(2) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu persuna tkun ħatja ta’ sokor
jekk minħabba l-influwenza ta’ alkohol jew ta’ xi droga, sew
waħedhom kemm flimkien ma’ xi ċirkostanzi oħra, ma tkunx tajba
li tiġi afdata bi dmirha jew b’xi dmir ieħor li tista’ tingħata
x’tagħmel, jew iġġib ruħha b’mod diżordinat li x’aktarx jitfa’ dell
ikrah fuq is-servizz.
Reati dwar proprjetà
Reati dwar 
proprjetà  pubblika 
u tas-servizz.
57. (1) Persuna suġġetta għal-liġi militari li -
(a) tisraq jew indebitament tapproprja ruħha minn xi
proprjetà  pubblika jew tas-servizz, jew tkun imdaħħla
fi jew tħalli jsir serq jew approprjazzjoni indebita ta’
proprjetà  jew pubblika jew tas-servizz; jew
(b) tirċievi, jew tintrabat jew tgħin fit-tiżmim, tneħħija,
disponiment jew bejgħ minn jew għall-benefiċċju ta’
persuna oħra ta’, ħwejjeġ misruqa jew approprjati
indebitament meta tkun taf li dawn ġew misruqa jew
approprjati indebitament, meta dawk il-ħwejjeġ ikunu
proprjetà  pubblika jew tas-servizz; jew
(ċ) tagħmel ħsara, għax trid, jew tkun imdaħħla fi ħsara
bir-rieda ta’, xi proprjetà  pubblika jew tas-servizz,
inklużi inġenji ta’ l-ajru jew materjal ta’ inġenji ta’ l-
ajru; jew
(d) bi traskuraġni bir-rieda tagħmel ħsara bi ħruq lil xi
proprjetà  pubblika jew tas-servizz; jew
(e) bi traskuraġni bir-rieda tagħmel ħsara lil, jew iġġib it-
telf ta’ xi proprjetà  pubblika jew tas-servizz li tkun
  32      KAP. 220. ħ          FORZIARMATI  ’MALTA
inġenju ta’ l-ajru jew materjal ta’ l-inġenju ta’ l-ajru,
jew
(f) mingħajr awtorità  xierqa tiddisponi minn xi proprjetà
pubblika jew tas-servizz li tkun inġenju ta’ l-ajru jew
materjal ta’ inġenju ta’ l-ajru,
tista’ teħel, meta tinsab ħatja minn qorti marzjali, priġunerija jew
piena oħra iżgħar provduta b’dan l-Att.
(2) Kull persuna suġġetta għal-liġi militari li, matul stat ta’
gwerra, bir-rieda jew mingħajr okkażjoni tajba jew bi traskuraġni
twassal għas-sekwestru minn jew taħt l-awtorità  ta’ stat newtrali
jew għad-distruzzjoni fi stat newtrali ta’ xi inġenju ta’ l-ajru tal-
forza tista’ teħel, meta tinsab ħatja minn qorti marzjali, priġunerija
jew piena oħra iżgħar provduta b’dan l-Att:
Iżda jekk dak li tkun għamlet ma tkunx għamlitu għax
riedet jew bi traskuraġni bir-rieda ma tistax teħel priġunerija għal
żmien ta’ iżjed minn sentejn.
Reati dwar 
proprjetà  ta’ 
membri tal-forza.
58. Kull persuna suġġetta għal-liġi militari li -
(a) tisraq jew indebitament tapproprja ruħha minn xi
proprjetà  ta’ persuna suġġetta għal-liġi militari, jew
tkun imdaħħla fi jew tħalli li jsir serq jew
approprjazzjoni indebita ta’ dik il-proprjetà ; jew
(b) tirċievi, jew tintrabat jew tgħin fit-tiżmim, tneħħija,
disponiment jew bejgħ minn jew għall-benefiċċju ta’
persuna oħra ta’ xi ħwejjeġ misruqa jew ta’ ħwejjeġ
approprjati indebitament meta tkun taf li dawn ġew
misruqa jew approprjati indebitament meta dawk il-
ħwejjeġ kienu proprjetà  ta’ persuna suġġetta għal-liġi
militari; jew
(ċ) tagħmel ħsara għax trid, jew tkun imdaħħla fi ħsara
bir-rieda ta’ xi proprjetà  ta’ persuna suġġetta għal-liġi
militari,
tista’ teħel, meta tinsab ħatja minn qorti marzjali, priġunerija għal
żmien ta’ mhux iżjed minn sentejn jew piena oħra iżgħar provduta
b’dan l-Att.
Reati mixxellanji 
dwar proprjetà .
59. Kull persuna suġġetta għal-liġi militari li -
(a) titlef jew bi traskuraġni tagħmel ħsara lil xi proprjetà
pubblika jew tas-servizz li tagħha tkun responsabbli
jew li tkun ġiet mogħtija lilha biex tieħu ħsiebha jew li
tkun parti minn proprjetà  li tagħha tkun responsabbli
jew li tkun ġiet mogħtija lilha biex tieħu ħsiebha; jew
(b) bi traskuraġni titlef jew tagħmel ħsara lil proprjetà
pubblika jew tas-servizz li tkun inġenju ta’ l-ajru jew
materjal ta’ inġenju ta’ l-ajru; jew
(ċ) tkun ħatja ta’ xi egħmil jew traskuraġni li x’aktarx
jagħmel ħsara lil, jew iġġib it-telf ta’, xi proprjetà
pubblika jew tas-servizz li tkun inġenju ta’ l-ajru jew
materjal ta’ inġenju ta’ l-ajru; jew
(d) bi traskuraġni tagħmel ħsara bi ħruq lil xi proprjetà
FORZIARMATI  TA’MALTAġ K AP. 220.    33
pubblika jew tas-servizz; jew
(e) titlef jew bi traskuraġni tagħmel ħsara lil, xi ħwejjeġ,
armi, munizzjon jew xi tagħmir ieħor maħruġ lilha
għall-użu tagħha għal finijiet militari; jew
(f) ma tieħux ħsieb tajjeb ta’ xi annimal jew tjur użat fis-
servizz pubbliku li għalih tkun responsabbli; jew
(g) tiddisponi minn (billi tirhan, tbiegħ, tiddistruġġi jew
b’kull mod ieħor) xi dekorazzjoni mogħtija lilha jew xi
ħwejjeġ, armi, munizzjon jew tagħmir ieħor maħruġ
lilha għall-użu tagħha għall-finijiet militari,
tista’ teħel, meta tinsab ħatja minn qorti marzjali, priġunerija għal
żmien ta’ mhux iżjed minn sentejn jew piena oħra iżgħar provduta
b’dan l-Att:
Iżda tkun difiża għal kull persuna akkużata taħt dan l-
artikolu li tkun tilfet xi proprjetà , ħwejjeġ, armi, munizzjon jew
tagħmir ieħor jekk hi tkun ħadet il-passi xierqa biex tieħu ħsiebhom
u tippreservahom.
Reati dwar, u minn, persuni f’kustodja
Arrest u detenzjoni 
irregolari.
60. (1) Kull persuna suġġetta għal-liġi militari li, meta
persuna oħra suġġetta għal dik il-liġi tkun taħt arrest -
(a) mingħajr ħtieġa ddum ma tieħu dawk il-passi li jkunu
fid-dmir tagħha li tieħu biex tinvestiga l-akkużi kontra
dik il-persuna l-oħra jew biex l-akkużi kontra dik il-
persuna l-oħra jiġu investigati mill-uffiċjal kmandant
tagħha jew mill-awtorità  superjuri xierqa jew, skond
il-każ, biex tgħaddi qorti marzjali; jew
(b) ma tilliberax, jew ma ġġiegħelx li tiġi liberata, dik il-
persuna l-oħra meta jkun id-dmir tagħha li tagħmel
hekk,
tkun ħatja ta’ reat kontra dan l-artikolu.
(2) Kull persuna suġġetta għal-liġi militari li tkun qegħdet
persuna (hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa "il-priġunier") fil-
kustodja ta’ provost officer jew ta’ uffiċjal ieħor, jew xi warrant
officer jew uffiċjal bla kummissjoni, tonqos mingħajr raġuni xierqa
li tagħti -
(a) fil-ħin tat-tqegħid, jew
(b) jekk ma jkunx prattikabbli li tagħmel hekk fil-ħin tat-
tqegħid, fi żmien erbgħa u għoxrin siegħa minn dak il-
ħin,
lill-persuna li fil-kustodja tagħha l-priġunier ikun intqiegħed
rapport iffirmat minnha nnifisha tar-reat li bih il-priġunier hu
akkużat li għamel, tkun ħatja ta’ reat kontra dan l-artikolu.
(3) Meta xi persuna (hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa "il-
priġunier") titqiegħed fil-kustodja ta’ persuna suġġetta għal-liġi
militari li tkun fil-kmand ta’ għassa, allura jekk mingħajr raġuni
xierqa dik il-persuna, kif tiġi meħlusa mill-għassa tagħha u minn
kull dmir ieħor, jew, jekk ma tkunx ġiet meħlusa qabel, fi żmien
  34      KAP. 220. ħ          FORZIARMATI  ’MALTA
erbgħa u għoxrin siegħa minn mindu l-priġunier ikun tqiegħed fil-
kustodja tagħha, ma tagħtix lill-uffiċjal li hu d-dmir tagħha li lilu
tirrapporta -
(a) dikjarazzjoni bil-miktub li jkun fiha, safejn tkun taf hi,
l-isem tal-priġunier u r-reat allegat u l-isem u r-rank
jew deskrizzjoni oħra ta’ l-uffiċjal jew tal-persuna l-
oħra li minnha l-priġunier ġie allegat li għamel ir-reat,
u
(b) jekk hi tkun irċevietu, ir-rapport meħtieġ bl-aħħar
subartikolu qabel dan,
tkun ħatja ta’ reat kontra dan l-artikolu.
(4) Kull persuna ħatja ta’ reat kontra dan l-artikolu tista’, meta
tinsab ħatja minn qorti marzjali, teħel priġunerija għal żmien ta’
mhux iżjed minn sentejn jew piena oħra iżgħar provduta b’dan l-
Att.
Min iħalli lil min 
jaħrab u ħelsien bla 
jedd ta’ priġunieri.
61. (1) Kull persuna suġġetta għal-liġi militari li għax trid
tħalli li taħrab lil xi persuna li tkun qegħda fil-kustodja tagħha jew
li hu d-dmir tagħha li tgħasses, tista’ teħel, meta tinsab ħatja minn
qorti marzjali, priġunerija jew piena oħra iżgħar provduta b’dan l-
Att.
(2) Kull persuna suġġetta għal-liġi militari li -
(a) mingħajr awtorità  xierqa tillibera xi persuna li tkun
qegħda fil-kustodja tagħha; jew
(b) mingħajr raġuni xierqa tħalli li taħrab xi persuna li
tkun qegħda fil-kustodja tagħha, jew li hu dmir tagħha
li tgħasses,
tista’ teħel, meta tinsab ħatja minn qorti marzjali, priġunerija għal
żmien ta’ mhux iżjed minn sentejn jew piena oħra iżgħar provduta
b’dan l-Att.
Reżistenza ta’ 
arrest.
62. (1) Kull persuna suġġetta għal-liġi militari li, meta jkollha
x’taqsam f’xi ġlieda jew diżordni, tirrifjuta li tobdi xi uffiċjal li
jordna l-arrest tagħha, jew tagħti xi daqqa jew b’mod ieħor tuża
vjolenza fuq, jew toffri vjolenza lil, xi uffiċjal bħal dak, tkun ħatja
ta’ reat kontra dan l-artikolu kemm jekk l-uffiċjal ikun superjur
tagħha kemm jekk le.
(2) Kull persuna suġġetta għal-liġi militari li tagħti xi daqqa lil
jew b’mod ieħor tuża vjolenza fuq, jew toffri vjolenza lil,
kwalunkwe persuna, kemm jekk tkun suġġetta għal-liġi militari
kemm jekk le, li jkun d-dmir tagħha li taqbdu jew li jkollha l-
kustodja tagħha tkun ħatja ta’ reat kontra dan l-artikolu.
(3) Kull persuna ħatja ta’ reat kontra dan l-artikolu tista’, meta
tinsab ħatja minn qorti marzjali, teħel priġunerija għal żmien ta’
mhux iżjed minn sentejn jew piena oħra iżgħar provduta b’dan l-
Att.
Min jaħrab minn 
arrest. 
63. Kull persuna suġġetta għal-liġi militari li taħrab minn
arrest, ħabs jew xi kustodja legali oħra (kemm tal-militar kemm
jekk le) tista’ teħel, meta tinsab ħatja minn qorti marzjali,
FORZIARMATI  TA’MALTAġ K AP. 220.    35
priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn sentejn jew piena oħra
iżgħar provduta b’dan l-Att.
Reati dwar qrati marzjali
Reati dwar qrati 
marzjali.
64. (1) Kull persuna suġġetta għal-liġi militari li -
(a) meta tkun imsejħa jew ordnata li tattendi bħala xhud
quddiem qorti marzjali, tonqos li tħares is-sejħa jew l-
ordni; jew
(b) tirrifjuta li tieħu ġurament meta tkun hekk meħtieġa
mill-qorti marzjali; jew
(ċ) tirrifjuta li tipproduċi xi dokument fil-kustodja jew
taħt il-kontroll tagħha li qorti marzjali tkun talbet
leġittimament biex hi tipproduċi; jew
(d) meta tkun xhud, tirrifjuta li twieġeb għal xi mistoqsija
li qorti marzjali tkun leġittimament talbitha biex
twieġeb; jew
(e) tinsulta għax trid lil xi persuna, li tkun membru ta’
qorti marzjali jew xhud jew xi persuna oħra li d-dmir
tagħha jkun li taqdi lil jew tattendi quddiem il-qorti,
meta dik il-persuna tkun qed tagħmilha ta’ membru
tal-qorti, jew tkun hekk qed taqdi jew tattendi, jew
tinsulta għax trid lil xi persuna msemmija qabel fil-
waqt li dik il-persuna tkun sejra jew tkun ġejja mill-
proċedimenti tal-qorti; jew
(f) tfixkel għax trid il-proċedimenti ta’ qorti marzjali jew
b’mod ieħor ma ġġibx ruħha sewwa quddiem il-qorti,
tista’ teħel, meta tinsab ħatja minn qorti marzjali, li ma tkunx l-
istess qorti li dwarha r-reat ikun sar, priġunerija għal żmien ta’
mhux iżjed minn sentejn jew piena oħra iżgħar provduta b’dan l-
Att.
(2) B’dak kollu li hemm fl-aħħar subartikolu qabel dan, meta
reat kontra l-paragrafu (e) jew (f) ta’ dak is-subartikolu jsir dwar
qorti marzjali miżmuma skond dan l-Att dik il-qorti, jekk tkun tal-
fehma li hu spedjent li min jagħmel ir-reat jiġi proċessat
sommarjament mill-qorti minflok li jiġi proċessat quddiem qorti
marzjali oħra, tista’ b’ordni ffirmat mill-president tordna lil min
jagħmel ir-reat li jiġi arrestat għal żmien ta’ mhux iżjed minn
wieħed u għoxrin ġurnata, jew fil-każ ta’ raġel tal-forza, jew li jiġi
arrestat għal perijodu bħal dak jew jinżamm f’detenzjoni għal dak
il-perijodu.
Xiehda falza. 
ingħatat il-ġurament kif imiss bħala xhud jew bħala interpretu fi
proċedimenti quddiem qorti marzjali jew quddiem bord jew
persuna li jkollha s-setgħa bis-saħħa ta’ dan l-Att li tamministra
ġuramenti, tagħmel dikjarazzjoni ta’ sustanza f’dawk il-
proċedimenti li hi tkun taf li tkun falza jew li ma taħsibx li tkun
vera tista’ teħel, meta tinsab ħatja minn qorti marzjali, priġunerija
għal żmien ta’ mhux iżjed minn sentejn jew piena oħra iżgħar
provduta b’dan l-Att.
  36      KAP. 220. ħ          FORZIARMATI  ’MALTA
(2) Persuna ma tistax tiġi misjuba ħatja ta’ reat kontra dan l-
artikolu fuq prova biss ta’ xhud wieħed dwar il-falzita ta’ xi
dikjarazzjoni li tingħad li hi falza.
Reati mixxellanji
Dikjarazzjoni falza 
ma’ l-ingaġġ. 
66. Kull persuna li, meta tkun quddiem l-uffiċjal ta’ l-ingaġġ
biex tiġi konfermata skond it-Taqsima II ta’ dan l-Att, bid-dehen
tagħti tweġiba falza għal xi mistoqsija li tkun tinsab fil-karta tal-
konferma u li tkun saritilha minn jew bl-ordni ta’ l-uffiċjal ta’ l-
ingaġġ tista’ teħel, jekk minn dak iż-żmien tkun saret u baqgħet
suġġetta għal-liġi militari, meta tinsab ħatja minn qorti marzjali, l-
istess priġunerija bħal persuna kundannata sommarjament għal reat
kontra l-artikolu 18 jew piena oħra iżgħar provduta b’dan l-Att.
Egħmil ta’ 
dokumenti foloz.
67. Kull persuna suġġetta għal-liġi militari li -
(a) tagħmel, tiffirma jew tagħmel dħul f’xi rapport,
prospett, lista tal-pagi jew ċertifikat uffiċjali tas-
servizz jew xi dokument ieħor tas-servizz, li jkun
dokument jew dħul li hi tkun taf li hu falz f’xi
partikular ta’ sustanza; jew
(b) tibdel xi rapport, prospett, lista tal-pagi jew ċertifikat
tas-servizz jew dokument ieħor tas-servizz, jew tibdel
dħul f’xi dokument tali, hekk li tkun taf li d-dokument
jew id-dħul hu falz f’xi partikular ta’ sustanza, jew
taħbi, tħassar jew tiddistruġġi xi dokument jew dħul
bħal dak li jkun id-dmir tagħha li tikkonserva jew
tipproduċi; jew
(ċ) bil-ħsieb li tqarraq, ma tagħmilx xi dħul f’xi dokument
bħal dak; jew
(d) tgħin, tassisti, tikkmanda, tagħti parir, tipprokura jew
tħalli li jsir minn xi persuna oħra suġġetta għal-liġi
militari reat kontra dan l-artikolu (kemm jekk tkun taf
x’ikun ix-xorta tad-dokument li dwaru dak ir-reat ikun
ser isir kemm jekk le),
tista’ teħel, meta tinsab ħatja minn qorti marzjali, priġunerija għal
żmien ta’ mhux iżjed minn sentejn jew piena oħra iżgħar provduta
b’dan l-Att.
Reati kontra l-
popolazzjoni ċivili.
68. Kull persuna suġġetta għal-liġi militari li, f’xi pajjiż jew
territorju barra minn Malta, tagħmel xi reat kontra l-persuna jew
proprjetà  ta’ xi membru tal-popolazzjoni ċivili tista’ teħel, meta
tinsab ħatja minn qorti marzjali, priġunerija għal żmien ta’ mhux
iżjed minn sentejn jew piena oħra iżgħar provduta b’dan l-Att.
Imġieba 
skandaluża ta’ 
uffiċjal.
69. Kull uffiċjal suġġett għal-liġi militari li jġib ruħu b’mod
skandaluż, li ma jixraqx il-karattru ta’ uffiċjal u ta’ ġentlom,
għandu meta jinsab ħati minn qorti marzjali, jiġi cashiered.
Trattament ħażin 
ta’ uffiċjal u rġiel 
ta’ rank inferjuri.
70. Jekk -
(a) xi uffiċjal suġġett għal-liġi militari jagħti xi daqqa jew
b’mod ieħor jittratta ħażin xi uffiċjal suġġett għal dik
il-liġi ta’ rank inferjuri jew ta’ anzjanità  anqas jew xi
raġel tal-forza suġġett għal-liġi militari; jew
FORZIARMATI  TA’MALTAġ K AP. 220.    37
(b) xi warrant officer jew uffiċjal bla kummissjoni suġġett
għal-liġi militari jagħti xi daqqa jew b’xi mod ieħor
jittratta ħażin xi persuna suġġetta għal-liġi militari, li
tkun warrant officer jew uffiċjal bla kummissjoni ta’
rank inferjuri jew ta’ anzjanità  anqas jew xi raġel ieħor
tal-forza,
jista’ jeħel, meta jinsab ħati minn qorti marzjali, priġunerija għal
żmien ta’ mhux anqas minn sentejn jew piena oħra iżgħar provduta
b’dan l-Att.
Imġieba 
diżonorevoli. 
71. Persuna suġġetta għal-liġi militari li tkun ħatja ta’ mġieba
diżonorevoli li tkun ta’ xorta kattiva, indiċenti jew mhux naturali
tista’ teħel, meta tinsab ħatja minn qorti marzjali, priġunerija għal
żmien ta’ mhux iżjed minn sentejn jew piena oħra iżgħar provduta
b’dan l-Att.
Akkuża falza eċċ.
(a) tagħmel xi akkuża kontra xi uffiċjal jew raġel tal-forza
suġġett għal-liġi militari, li tkun taf li tkun falza jew
ma tkunx temmen li tkun vera; jew
(b) meta tagħmel ilment li tkun ġiet trattata ħażin, tagħmel
dikjarazzjoni li tolqot il-karattru ta’ uffiċjal jew raġel
tal-forza suġġett għal-liġi militari, li hi tkun taf li hi
falza jew ma tkunx temmen li tkun vera, jew bir-rieda
taħbi xi fatti ta’ sustanza,
tista’ teħel, meta tinsab ħatja minn qorti marzjali, priġunerija għal
żmien ta’ mhux iżjed minn sentejn jew piena oħra iżgħar provduta
b’dan l-Att.
Attentat ta’ egħmil 
ta’ reati militari.
Emendat:
X. 2000.3.
73. Kull persuna suġġetta għal-liġi militari li tipprova tagħmel
xi reat kontra xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ din it-
Taqsima ta’ dan l-Att tista’ teħel, meta tinsab ħatja minn qorti
marzjali, l-istess piena bħal dik li tapplika għal dak ir-reat.
Kondotta ta’ 
detriment għad-
dixxiplina militari.
74. Kull persuna suġġetta għal-liġi militari li tkun ħatja ta’ xi
egħmil, kondotta jew nuqqas li tkun għad-detriment tal-bon’ordni
tad-dixxiplina militari tista’ teħel, meta tinsab ħatja minn qorti
marzjali, priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn sentejn jew
piena oħra iżgħar provduta b’dan l-Att.
Reati ċivili
Reat ċivili. 
ċivili barra minn Malta tkun ħatja ta’ reat kontra dan l-artikolu. 
(2) F’dan l-Att l-espressjoni "ir-reat ċivili korrispondenti"
tfisser ir-reat ċivili li l-egħmil tiegħu jikkostitwixxi r-reat kontra
dan l-artikolu.
(3) Kull persuna misjuba ħatja minn qorti marzjali ta’ reat
kontra dan l-artikolu tista’ teħel dik il-piena jew dawk il-pieni li
qorti ċivili tista’ tagħti għal reat ċivili korrispondenti, jekk isir
f’Malta, li tkun piena jew ikunu pieni provduti b’dan l-Att, jew dik
il-piena, li tkun anqas mill-massimu li qorti ċivili tkun tista’ tagħti,
kif hekk provdut:
  38      KAP. 220. ħ          FORZIARMATI  ’MALTA
Iżda meta qorti ċivili ma tkunx hekk tista’ tagħti
priġunerija, persuna hekk misjuba ħatja tista’ teħel dik il-piena, li
tkun inqas minn cashiering fil-każ ta’ uffiċjal, jew detenzjoni fil-
każ ta’ raġel tal-forza, kif hekk provdut.
TAQSIMA IV
PROĊESS U PIENI GĦAL REATI MILITARI
Pieni 
Piena għal uffiċjali.
Emendat:
X. 2000.4.
76. (1) Il-pieni li jistgħu jingħataw lil uffiċjal b’sentenza ta’
qorti marzjali skond dan l-Att huma, bla ħsara tal-limitazzjonijiet
hawnhekk iżjed ’il quddiem mogħtija bis-setgħat ta’ ċerti qrati
marzjali, dawk murija fl-iskala li ġejja; u dwar uffiċjal riferenzi
f’dan l-Att għal pieni provduti b’dan l-Att huma riferenzi għal
dawk il-pieni.
(2) L-imsemmija skala hija: 
(a) priġunerija għal għomorha;
(b) priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn ħamsa u
għoxrin sena;
(ċ) cashiering;
(d) tkeċċija mis-servizz;
(e) telf bil-mod preskritt tar-rank ta’ anzjanità ; 
(f) multa;
(g) ċanfira severa jew ċanfira;
(h) meta r-reat ikun ġab xi spiża, telf jew ħsara, stoppages.
(3) Għall-finijiet tat-Taqsima III u ta’ din it-Taqsima ta’ dan l-
Att piena speċifikata f’xi paragrafu ta’ l-imsemmija skala għandha
titqies li hi iżgħar mill-pieni speċifikati fil-paragrafi ta’ qabel, u
ikbar minn dawk speċifikati fil-paragrafi ta’ wara, ta’ l-iskala.
(4) Ħlief kif provdut espressament f’dan l-Att, qorti marzjali
ma għandiex tagħti aktar minn piena waħda għal reat wieħed.
(5) Stoppages jistgħu jingħataw fuq ordni ta’ qorti marzjali jew
b’żieda ma’ jew mingħajr piena oħra.
(6) Ċanfira severa jew ċanfira tista’ tingħata minn qorti
marzjali b’żieda mat-telf ta’ l-anzjanità  ta’ rank jew ma’ multa.
(7) Meta uffiċjal ikun ikkundannat minn qorti marzjali għal
priġunerija hu għandu jiġi wkoll ikkundannat li jiġi cashiered: 
Iżda jekk il-qorti marzjali ma tikkundannahx li jiġi
cashiered, is-sentenza ta’ priġunerija ma tkunx invalida iżda
għandha titqies li tinkludi sentenza għal cashiering.
FORZIARMATI  TA’MALTAġ K AP. 220.    39
Piena għal ranks 
oħra.
Emendat:
X. 2000.4.
77. (1) Il-pieni li jistgħu jingħataw lil raġel tal-forza
b’sentenza tal-qorti marzjali skond dan l-Att huma, bla ħsara għal-
limitazzjonijiet hawnhekk iżjed ’il quddiem mogħtija lis-setgħat ta’
ċerti qrati marzjali, dawk murija fl-iskala li ġejja; u dwar raġel tal-
forza riferenzi f’dan l-Att għal pieni provduti b’dan l-Att huma
riferenzi għal dawk il-pieni.
(2) L-imsemmija skala hija: 
(a) priġunerija għal għomorha;
(b) priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn ħamsa u
għoxrin sena;
(ċ) tkeċċija bid-diżunur mis-servizz; 
(d) tkeċċija mis-servizz;
(e) detenzjoni għal żmien ta’ mhux iżjed minn sentejn;
(f) meta min jagħmel ir-reat ikun fuq servizz attiv fid-data
tas-sentenza, field punishment għal żmien ta’ mhux
iżjed minn disgħin ġurnata;
(g) fil-każ ta’ warrant officer jew uffiċjal bla
kummissjoni, tniżżil għar-ranks jew xi tnaqqis iżgħar
fir-rank;
(h) fil-każ ta’ warrant officer jew uffiċjal bla
kummissjoni, telf bil-mod preskritt ta’ l-anzjanità  tar-
rank;
(i) meta r-reat ikun diżerzjoni, telf ta’ servizz;
(j) meta min jagħmel ir-reat ikun fuq servizz attiv fid-data
tas-sentenza, telf ta’ paga għal żmien li jibda mill-
ġurnata tas-sentenza u li ma jkunx iktar minn disgħin
ġurnata;
(k) multa;
(l) fil-każ ta’ warrant officer jew uffiċjal bla
kummissjoni, ċanfira severa jew ċanfira;
(m) meta r-reat ikun ġab xi spiża, telf jew ħsara, stoppages.
 (3) Għall-finijiet tat-Taqsima III u ta’ din it-Taqsima ta’ dan l-
Att piena speċifikata f’xi paragrafu ta’ l-imsemmija skala għandha
titqies li hi iżgħar mill-pieni speċifikati fil-paragrafi ta’ qabel, u
akbar minn dawk speċifikati fil-paragrafi ta’ wara, ta’ l-iskali:
Iżda detenzjoni ma għandhiex titqies li hi piena iżgħar minn
priġunerija jekk iż-żmien tad-detenzjoni ma jkunx itwal miż-żmien
tal-priġunerija.
(4) Ħlief kif provdut espressament f’dan l-Att, qorti marzjali
ma għandhiex tagħti aktar minn piena waħda għal reat wieħed.
(5) Raġel tal-forza ikkundannat minn qorti marzjali għal
priġunerija jista’ b’żieda jiġi kundannat għat-tkeċċija mis-servizz
bid-diżunur jew għat-tkeċċija mis-servizz.
(6) Raġel tal-forza kkundannat minn qorti marzjali għal
tkeċċija mis-servizz jista’ b’żieda jiġi kkundannat għal detenzjoni.
(7) Meta warrant officer jew uffiċjal bla kummissjoni jiġi
  40      KAP. 220. ħ          FORZIARMATI  ’MALTA
kkundannat minn qorti marzjali għal priġunerija, detenzjoni jew
field punishment, hu għandu jiġi kkundannat ukoll li jitniżżel għar-
ranks:
Iżda jekk il-qorti marzjali ma tikkundannahx li jiġi hekk
imniżżel, is-sentenza ma tkunx invalida iżda għandha titqies li
tinkludi sentenza għal tniżżil għar-ranks.
(8) Fil-każ ta’ warrant officer jew uffiċjal bla kummissjoni
ċanfira severa jew ċanfira tista’ tingħata minn qorti marzjali
b’żieda mat-telf ta’ l-anzjanità  ta’ rank jew ma’ multa.
(9) Jekk min jagħmel ir-reat ikun fuq servizz attiv meta
tingħata s-sentenza tal-qorti marzjali, jista’ jingħata telf tal-paga
b’żieda ma’ field punishment u, fil-każ li dan ikun warrant officer
jew uffiċjal bla kummissjoni, ċanfira severa jew ċanfira tista’
tingħata b’żieda mat-telf ta’ paga.
(10) Stoppages jistgħu jingħataw fuq ordni ta’ qorti marzjali jew
b’żieda ma’ jew mingħajr xi piena oħra.
(11) Meta min jagħmel ir-reat ikun ikkundannat għal detenzjoni
minn qorti marzjali skond dan l-Att, jekk imbagħad hu jiġi
kkundannat għal priġunerija minn qorti marzjali skond dan l-Att
kull parti tas-sentenza ta’ detenzjoni li ma tkunx ġiet skuntata
għandha tiġi maħfura bis-saħħa ta’ dan is-subartikolu.
(12) Bla ħsara tal-validità  ta’ kull sentenza, min jagħmel ir-reat
ma għandux jinżamm f’detenzjoni kontinwa taħt dan l-Att għal
aktar minn sentejn.
Field punishment.  78. (1) Field punishment għandu jkun magħmul minn dawk
id-dmirijiet jew drillijiet, b’żieda ma’ dawk li min jagħmel ir-reat
ikun meħtieġ li jagħmel li kieku ma kienx qed jiġi kastigat, u minn
dak in-nuqqas ta’ privileġġi, kif jista’ jiġi provdut minn jew skond
regoli magħmula mill-Ministru jew, jekk ma jkunx hemm regoli
bħal dawk, kif jista’ jiġi ordnat mill-uffiċjal kmandant jew mill-
uffiċjal nominat biex jikkontrolla l-esekuzzjoni ta’ field
punishment, u jistgħu jinkludu għeluq f’dak il-post u bil-mod kif
jista’ jiġi provdut jew ordnat kif intqal qabel u dawk ir-
restrizzjonijiet tal-persuna li jistgħu jkunu meħtieġa biex ma
jitħallix li min jagħmel ir-reat jaħrab u kif jista’ jiġi provdut kif
intqal qabel.
(2) Regoli magħmula skond dan l-artikolu jista’ jkun fihom
disposizzjonijiet inċidentali u supplementari kif jidher lill-Ministru
li jkun meħtieġ għall-finijiet ta’ dawk ir-regoli.
Multi. 79. (1) L-ammont ta’ multa li tista’ tingħata minn qorti
marzjali skond dan l-Att bħala piena għal reat -
(a) ħlief fil-każ ta’ reat kontra l-artikolu 75, ma għandux
ikun iżjed mill-paga ta’ tmienja u għoxrin ġurnata ta’
min jagħmel ir-reat; u
(b) fil-każ hawn fuq eċċettwat, meta r-reat ċivili li
jikkostitwixxi r-reat kontra dak l-artikolu jkun
punibbli b’multa jew ammenda minn qorti ċivili
f’Malta, ma għandux ikun iżjed mill-massimu ta’ dik
FORZIARMATI  TA’MALTAġ K AP. 220.    41
il-multa jew ammenda.
(2) L-ammont ta’ multa li tista’ tingħata bħala piena għal reat
meta, skond dan l-Att, akkuża tiġi trattata sommarjament- 
(a) ħlief fil-każ ta’ reat kontra l-imsemmi artikolu 75, ma
għandux ikun iżjed mill-paga ta’ erbatax-il ġurnata ta’
min jagħmel ir-reat; u
(b) fil-każ hawn fuq eċċettwat -
(i) f’ebda każ, ma għandux jkun iżjed mill-ammont
imsemmi fil-paragrafu ta’ qabel dan;
(ii) meta r-reat ċivili li jikkostitwixxi r-reat kontra
dak l-artikolu jkun punibbli minn qorti ċivili
f’Malta b’multa jew ammenda li l-massimu
tagħha jkun anqas mill-ammont hekk imsemmi,
ma għandux ikun iżjed minn dak il-massimu.
(3) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu ġurnata paga għandha, dwar
persuna misjuba ħatja ta’ reat, titqies li tkun il-paga sħiħa li hi, jew
tkun (kieku ma kienx għal xi telf), maħruġa għal dik il-persuna fil-
ġurnata li fiha tingħata l-piena dwar ir-reat.
(4) Ebda ħaġa fid-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-artikolu
ma għandha titqies li teffettwa l-ammont tal-multa li tista’ tingħata
bis-saħħa ta’ l-artikolu 179 (3)(a) jew (b) lil persuna li għaliha
japplikaw it-Taqsima III u din it-Taqsima ta’ dan l-Att bis-saħħa ta’
dak l-artikolu.
Arrest 
Setgħa għall-arrest 
ta’ min jagħmel ir-
reat. 
80. (1) Kull persuna suġġetta għal-liġi militari li tinsab li qed
tagħmel reat kontra xi disposizzjoni ta’ dan l-Att, jew li jingħad li
għamlet jew hi raġonevolment suspettata li għamlet xi reat bħal
dak, tista’ tiġi arrestata skond id-disposizzjonijiet li ġejjin ta’ dan l-
artikolu.
(2) Uffiċjal jista’ jiġi arrestat minn uffiċjal tal-forza regolari ta’
rank superjuri, jew, jekk ikun imdaħħal f’xi ġlieda jew diżordni,
minn uffiċjal tali ta’ kwalunkwe rank.
(3) Raġel tal-forza jista’ jiġi arrestat minn kull uffiċjal,
warrant officer jew uffiċjal bla kummissjoni tal-forza regolari:
Iżda persuna ma tistax tiġi arrestata bis-saħħa ta’ dan is-
subartikolu ħlief minn persuna ta’ rank superjuri.
(4) Provost officer, jew xi uffiċjal, warrant officer, uffiċjal bla
kummissjoni jew persunal ieħor militari li jkun qed jeżerċita
legalment awtorità  taħt provost officer jew f’ismu, jista’ jarresta
kwalunkwe uffiċjal jew raġel tal-forza:
Iżda uffiċjal ma jiġix arrestat bis-saħħa ta’ dan is-
subartikolu hlief fuq ordni ta’ uffiċjal ieħor.
(5) Is-setgħa għall-arrest mogħtija lil kull persuna b’dan l-
artikolu tista’ (bla ħsara tad-disposizzjonijiet ta’ regolamenti jew
ordnijiet magħmula taht l-artikolu 4) tiġi eżerċitata jew
personalment jew billi jiġi ordnat l-arrest tal-persuna li għandha
tiġi arrestata jew billi jingħataw ordnijiet li dik il-persuna tiġi
  42      KAP. 220. ħ          FORZIARMATI  ’MALTA
arrestata.
Disposizzjoni biex 
jiġi evitat dewmien 
wara arrest.
Emendat:
LVIII. 1974.68.
81. (1) L-allegazzjonijiet kontra xi persuna suġġetta għal-liġi
militari li tkun taħt arrest għandhom jiġu investigati kif imiss
mingħajr dewmien mhux meħtieġ, u kemm jista’ jkun malajr jew
jibdew il-proċeduri biex tingħata piena għar-reat tagħha jew tiġi
liberata.
(2) Kull meta persuna suġġetta għal-liġi militari, li tkun
ittieħdet taħt kustodja militari, tibqa’ taħt arrest għal żmien ta’ iktar
minn tmint ijiem mingħajr ma jkun tlaqqgħet qorti marzjali għall-
proċess tagħha, rapport speċjali għall-ħtieġa ta’ aktar dewmien
għandu jsir bil-mod preskritt mill-uffiċjal kmandant tagħha lill-
uffiċjal li jkun responsabbli li jlaqqa’ l-qorti marzjali għall-proċess
tal-persuna taħt arrest u lill-Avukat Ġenerali, u rapport bħal dan
għandu jingħata lil dawk l-awtoritajiet u bl-istess mod kull tmint
ijiem sakemm titlaqqa’ l-qorti marzjali jew sakemm ir-reat jiġi
trattat sommarjament jew hi tiġi liberata:
Iżda fil-każ ta’ persuna li tkun fuq servizz attiv it-tħaris ta’
dan is-subartikolu ma jkunx meħtieġ sakemm ma jkunx
raġonevolment prattikabbli meta jittieħdu in konsiderazzjoni l-
eżiġenzi ta’ l-operazzjonijiet militari.
(3) Għall-finijiet ta’ l-artikolu 60(1), il-kwistjoni dwar jekk
kienx hemm dewmien bla meħtieġ biex jittieħdu xi passi għall-
investigazzjoni ta’ allegazzjonijiet kontra persuna taħt arrest
għandha tiġi stabbilita mingħajr ma jittieħdu in konsiderazzjoni d-
disposizzjonijiet ta’ l-aħħar subartikolu qabel dan.
Investigazzjoni u trattament sommarju ta’ akkużi
Investigazzjoni ta’ 
akkużi mill-uffiċjal 
kmandant. 
82. Qabel ma allegazzjoni kontra persuna suġġetta għal-liġi
militari (hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa "l-akkużat") li tkun
għamlet reat kontra xi disposizzjoni tat-Taqsima III ta’ dan l-Att
titkompla, l-allegazzjoni għandha tiġi rappurtata, f’forma ta’
akkuża, lill-uffiċjal kmandant ta’ l-akkużat u l-uffiċjal kmandant
għandu jinvestiga l-akkuża bil-mod preskritt.
Akkużi jiġu trattati 
sommarjament jew 
minn qorti 
marzjali.
83. (1) Wara investigazzjoni, akkuża kontra uffiċjal li jkun
taħt ir-rank ta’ tenent kurunell jew kontra warrant officer tista’,
jekk awtorità  għandha setgħa skond id-disposizzjonijiet li ġejjin ta’
din it-Taqsima ta’ dan l-Att li titrattaha sommarjament, tiġi hekk
trattata minn dik l-awtorità  (f’dan l-Att imsejħa "l-awtorità
superjuri xierqa") skond dawk id-disposizzjonijiet.
(2) Wara investigazzjoni, akkuża kontra raġel tal-forza li ma
jkunx warrant officer tista’ tiġi trattata sommarjament mill-uffiċjal
kmandant tiegħu, bla ħsara ta’ u skond id-disposizzjonijiet li ġejjin
ta’ din it-Taqsima ta’ dan l-Att.
(3) Kull akkuża li ma tiġix trattata sommarjament kif intqal
qabel għandha wara l-investigazzjoni tintbagħat biex tiġi deċiża
minn qorti marzjali.
(4) B’dak kollu li jinsab fid-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan
l-artikolu, meta -
(a) l-uffiċjal kmandant ikun investiga akkuża kontra xi
FORZIARMATI  TA’MALTAġ K AP. 220.    43
uffiċjal jew warrant officer, jew
(b) l-uffiċjal kmandant ikun investiga akkuża kontra raġel
tal-forza li ma jkunx warrant officer u li ma tkunx
akkuża li tista’ tiġi trattata sommarjament,
l-uffiċjal kmandant jista’ jillibera l-akkużat jekk hu jkun tal-fehma
li ma għandu jsir xejn aktar dwar l-akkuża.
(5) Riferenzi f’dan l-Att għal trattazzjoni sommarja ta’ akkuża
huma riferenzi għat-teħid mill-awtorità  superjuri xierqa jew mill-
uffiċjal kmandant ta’ l-akkużat, skond il-każ, ta’ l-azzjoni li ġejja,
jiġifieri, jistabbilixxi jekk l-akkużat hux ħati, u skond ir-riżultat
jillibera l-akkużat jew jirreġistra li nstab ħati u l-għoti ta’ piena.
Proċedimenti oħra 
fuq akkużi kontra 
uffiċjali bla 
kummissjoni u 
suldati. 
Emendat: 
XIII. 1975.2.
84. (1) Id-disposizzjonijiet li ġejjin ta’ dan l-artikolu għandu
jkollhom effett meta l-uffiċjal kmandant ikun investiga akkuża
kontra uffiċjal bla kummissjoni jew suldat.
(2) Jekk -
(a) l-akkuża ma tkunx waħda li tista’ tiġi trattata
sommarjament u l-uffiċjal kmandant ma jkunx illibera
l-akkużat; jew
(b) l-akkuża tkun waħda li tista’ tiġi trattata
sommarjament iżda l-uffiċjal kmandant ikun tal-fehma
li ma għandhiex tiġi hekk trattata,
hu għandu jieħu l-passi preskritti sabiex l-akkuża tkun tista’ tiġi
trattata minn qorti marzjali.
(3) F’kull każ ieħor l-uffiċjal kmandant għandu jmexxi sabiex
jittratta l-akkuża sommarjament; u jekk hu jirreġistra deċiżjoni ta’
ħtija hu għandu jagħti waħda jew iżjed minn dawn il-pieni li ġejjin,
jiġifieri:
(a) jekk l-akkużat ikun suldat, detenzjoni għal żmien ta’
mhux iżjed minn tmienja u għoxrin ġurnata jew jekk l-
akkużat ikun fuq servizz attiv, field punishment għal
żmien ta’ mhux iżjed minn tmienja u għoxrin ġurnata;
(b) jekk l-akkużat ikun suldat li jkun fuq servizz attiv fil-
ġurnata tas-sentenza, telf ta’ paga għal żmien li jibda
mill-ġurnata tas-sentenza u li ma jkunx iżjed minn
tmienja u għoxrin ġurnata;
(ċ) multa;
(d) jekk l-akkużat ikun uffiċjal bla kummissjoni, ċanfira
severa jew ċanfira;
(e) meta r-reat ikun ġab xi spiża, telf jew ħsara, stoppages;
(f) kull waħda minn dawn il-pieni iżgħar li ġejjin,
jiġifieri:
(i) twissija;
(ii) għassa żejda għal mhux aktar minn tliet darbiet; 
(iii) tiżmim ġol-barracks barra l-ħinijiet normali tax-
xogħol sa massimu ta’ ħames sigħat f’kull
ġurnata għal perijodu ta’ mhux aktar minn
  44      KAP. 220. ħ          FORZIARMATI  ’MALTA
erbatax-il ġurnata; jew
(iv) kull piena oħra żgħira li tkun f’dak iż-żmien
preskritta:
Iżda ebda telf ta’ paga, multa jew piena iżgħar ma tingħata
għal reat li għalih tkun ingħatat detenzjoni, u ebda multa ma
għandha tingħata għal reat li għalih ikun ingħata field punishment
jew telf ta’ paga.
(4) Meta l-akkużat ikun lance-kapural jew lance-bumbardier, u
l-uffiċjal kmandant isibu ħati, l-uffiċjal kmandant jista’, jekk ma
jagħti ebda piena oħra jew ma jagħti ebda piena oħra hlief
stoppages, jordna li l-akkużat jitniżżel għar-ranks.
(5) Meta l-akkużat ikun aġent warrant officer jew aġent uffiċjal
bla kummissjoni, u l-uffiċjal kmandant isibu ħati, l-uffiċjal
kmandant jista’, jekk ma jagħti ebda piena oħra jew ma jagħti ebda
piena oħra ħlief stoppages, jordna li l-akkużat jerġa’ jieħu r-rank
permanenti tiegħu jew jieħu acting rank aktar baxx minn dak li
kellu qabel iżda ogħla mir-rank permanenti tiegħu jew, meta r-rank
permanenti tiegħu huwa ta’ lance-kapural jew lance-bumbardier,
jitlef l-acting rank tiegħu u jitniżżel għar-ranks.
(6) B’dak kollu li hemm fis-subartikolu (3), meta l-uffiċjal
kmandant ikun iddeċieda li l-akkużat huwa ħati u jekk l-akkuża tiġi
trattata sommarjament hu jagħti piena li ma tkunx multa jew
stoppages li ma jilħqux iżjed minn paga ta’ sebat ijiem, ċanfiera
severa, ċanfira jew piena iżgħar, jew meta deċiżjoni ta’ ħtija (tkun
liema tkun il-piena mogħtija) tinvolvi tnaqqis tal-paga għal aktar
minn sebat ijiem, l-uffiċjal kmandant ma għandux jirreġistra
deċiżjoni qabel ma jagħti lill-akkużat l-opportunità  biex jagħżel
jekk iridx jiġi proċessat minn qorti marzjali; u jekk l-akkużat hekk
jagħżel u jekk wara ma jibdilx l-għażla tiegħu, l-uffiċjal kmandant
ma għandux jirreġistra d-deċiżjoni tiegħu iżda għandu jieħu l-passi
preskritti sabiex l-akkuża tiġi trattata minn qorti marzjali.
(7) Meta l-akkuża tkun waħda li tista’ tiġi trattata
sommarjament, iżda l-uffiċjal kmandant ikun ħa l-passi sabiex tiġi
trattata minn qorti marzjali, kull awtorità  ogħla li lilha tkun
mibgħuta l-akkuża tista’ tibgħat dik l-akkuża lura lill-uffiċjal
kmandant biex tiġi trattata sommarjament; u meta jsir hekk l-aħħar
erba’ subartikoli qabel dan għandhom japplikaw bħallikieku l-
uffiċjal kmandant kien oriġinarjament tal-fehma li l-akkuża
għandha tiġi trattata sommarjament:
Iżda akkuża ma għandhiex tintbagħat lura meta l-akkużat
ikun għażel li jiġi proċessat minn qorti marzjali u ma jkunx irtira l-
għażla tiegħu.
Proċedimenti oħra 
fuq akkużi kontra 
uffiċjali u warrant 
officers. 
Emendat: 
XIII. 1975.3.
85. (1) Wara li jinvestiga akkuża kontra uffiċjal jew warrant
officer, l-uffiċjal kmandant għandu, kemm-il darba ma jkunx
illibera l-akkużat jew il-każ ikun wieħed fejn ikollu s-setgħa, u
jkun bi ħsiebu, li jordna proċess b’qorti marzjali li tkun field
general court martial, jissottomettiha bil-mod preskritt lil awtorità
ogħla; u imbagħad għandu jiġi stabbilit minn dik l-awtorità  kif l-
akkuża għandha titkompla skond iż-żewġ subartikoli li ġejjin.
FORZIARMATI  TA’MALTAġ K AP. 220.    45
(2) Jekk l-akkuża tkun waħda li tista’ tiġi trattata
sommarjament, tista’ tinbagħat lill-awtorità  superjuri xierqa.
(3) Jekk l-akkuża ma tkunx hekk mibgħuta, il-passi preskritti
għandhom jittieħdu sabiex tiġi trattata minn qorti marzjali.
(4) Meta l-akkuża tinbagħat lil awtorità  superjuri xierqa, l-
awtorità  għandha tinvestiga l-akkuża bil-mod preskritt u
tistabbilixxi jekk l-akkużat hux ħati ta’ dik l-akkuża u skond ir-
riżultat tillibera l-akkużat jew tirreġistra deċiżjoni ta’ ħtija:
Iżda jekk fil-kors ta’ l-investigazzjoni ta’ l-akkuża l-
awtorità  tiddeċiedi li l-akkuża għandha tiġi trattata minn qorti
marzjali, il-passi preskritti għandhom jittieħdu sabiex tiġi hekk
trattata.
(5) Jekk l-awtorità  superjuri xierqa tirreġistra deċiżjoni ta’
ħtija l-awtorità  tista’ tagħti piena waħda jew iżjed mill-pieni li
ġejjin, jiġifieri:
(a) telf bil-mod preskritt ta’ l-anzjanità  tar-rank; 
(b) multa;
(ċ) ċanfira severa jew ċanfira;
(d) meta r-reat ikun ġab xi spiża, telf jew ħsara, stoppages,
iżda ma tistax tagħti telf ta’ anzjanità  tar-rank u multa flimkien.
(6) B’dak kollu li hemm fis-subartikolu (4), meta l-awtorità
superjuri xierqa tkun iddeċidiet li l-akkużat ikun ħati u jekk l-
akkuża tiġi trattata sommarjament hi tagħti telf ta’ l-anzjanità ,
multa jew stoppages li jilħqu iżjed minn paga ta’ sebat ijiem, jew
jekk id-deċiżjoni tinvolvi telf ta’ paga ta’ aktar minn sebat ijiem, l-
awtorità  ma għandhiex tirreġistra deċiżjoni qabel ma tagħti lill-
akkużat l-opportunità  li jagħżel jekk iridx jiġi proċessat minn qorti
marzjali; u jekk l-akkużat hekk jagħżel l-awtorità  ma għandhiex
tirreġistra deċiżjoni iżda għandha tieħu l-passi preskritti sabiex l-
akkuża tiġi trattata minn qorti marzjali.
Twaqqif ta’ akkużi 
jiġi mibgħut lil 
awtorità  superjuri.
86. (1) B’dak kollu li hemm fl-aħħar żewġ artikoli qabel dan,
meta akkuża - 
(a) tkun ġiet mibgħuta lil awtorità  superjuri sabiex tiġi
trattata minn qorti marzjali; jew
(b) tkun ġiet sottomessa lil awtorità  superjuri biex jiġi
deċiż kif għandha tiġi trattata,
dik l-awtorità  tista’, bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-
artikolu, tibgħat lura l-akkuża lill-uffiċjal kmandant ta’ l-akkużat
b’ordni li l-akkużat jiġi liberat u f’kull każ bħal dak l-uffiċjal
kmandant għandu jillibera l-akkużat.
(2) Il-fatt li akkuża tintbagħat lura skond dan l-artikolu għandu
jkun bla ħsara għall-egħmil ta’ akkuża oħra jekk l-awtorità
superjuri hekk tordna jew jekk l-uffiċjal kmandant jidhirlu hekk
xieraq.
Stqarrija ta’ 
diżerzjoni minn 
raġel tal-forza.
87. (1) Meta b’dak il-mod li jista’ jiġi preskritt jew kif il-
Kmandant jista’ japprova raġel tal-forza regolari jiffirma stqarrija
  46      KAP. 220. ħ          FORZIARMATI  ’MALTA
bil-miktub li jkun ħati ta’ diżerzjoni, l-uffiċjal kmandant tiegħu
jista’, b’dan kollu li hemm fid-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ din it-
Taqsima ta’ dan l-Att, jissottometti l-istqarrija għall-
konsiderazzjoni tal-Kmandant jew ta’ dak l-uffiċjal l-ieħor li ma
jkunx taħt ir-rank ta’ kurunell kif jista’ jiġi preskritt.
(2) Wara li jikkunsidra xi stqarrija bħal dik il-Kmandant jew
dak l-uffiċjal l-ieħor kif intqal qabel jista’ jordna li dak ir-reat ma
jiġix trattat minn qorti marzjali jew ma jiġix trattat sommarjament
mill-awtorità  superjuri xierqa jew mill-uffiċjal kmandant, u jekk
jingħata dak l-ordni iż-żmien tas-servizz tiegħu li dwaru jkun
għamel l-istqarrija ta’ diżerzjoni jintilef.
(3) Ordni skond l-aħħar subartikolu qabel dan jista’ jipprovdi
wkoll li s-servizz kollu jew parti mis-servizz ta’ min jagħmel ir-reat
li jkun qabel dak li dwaru jkun għamel stqarrija kif intqal qabel
għandu jintilef ukoll.
(4) L-artikolu 16(2) sa (5) għandhom japplikaw dwar it-telf ta’
servizz bis-saħħa ta’ dan l-artikolu bla ħsara tal-modifiki li ġejjin:
(a) minflok ir-riferenzi għal sentenza ta’ telf ta’ servizz
minn qorti marzjali għandhom jidħlu riferenzi għall-
ordni;
(b) minflok riferenzi għad-data li fiha min jagħmel ir-reat
ikun instab ħati għandhom jidħlu riferenzi għad-data li
fiha l-ordni jkun mogħti.
Uffiċjali li 
għandhom jaġixxu 
bħala uffiċjali 
kmandanti u 
awtoritajiet 
superjuri xierqa. 
88. (1) F’dan l-Att l-espressjoni "uffiċjal kmandant", dwar
persuna li tkun akkużata b’reat, tfisser dak l-uffiċjal li jkollu s-
setgħa ta’ kmand fuq dik il-persuna kif jista’ jiġi preskritt.
(2) Il-persuni li ġejjin jistgħu jaġixxu bħala awtorità  superjuri
xierqa dwar persuna li tkun akkużata b’reat, jiġifieri - 
(a) il-Kmandant;
(b) fin-nuqqas tal-Kmandant, id-deputat Kmandant; 
(ċ) dawk l-uffiċjali l-oħra kif jista’ jiġi preskritt.
(3) Setgħa mogħtija b’dan l-Att li tippreskrivi dwar ħwejjeġ
imsemmija f’dan l-artikolu għandha tinkludi s-setgħa li tingħata lil
uffiċjali, jew xi klassi ta’ uffiċjali, awtorizzati biex jeżerċitaw id-
dmirijiet ta’ uffiċjal kmandant is-setgħa li jiddelegaw dawk id-
dmirijiet, f’dawk il-każijiet u fil-limiti li jistgħu jiġu preskritti, lil
uffiċjali ta’ klassi kif jista’ jiġi preskritt.
Limitazzjoni ta’ 
setgħat biex akkużi 
jiġu trattati 
sommarjament.
89. (1) L-akkużi li jistgħu jiġu trattati sommarjament mill-
uffiċjal kmandant, u l-akkużi li jistgħu jiġu trattati sommarjament
minn awtorità  superjuri xierqa, għandhom ikunu dawk kif jista’ jiġi
preskritt.
(2) F’dawk il-każijiet li jistgħu jiġu preskritti, is-setgħat ta’
uffiċjal kmandant jew awtorità  superjuri xierqa li tagħti piena
għandhom ikunu bla ħsara għal dawk il-limitazzjonijiet kif jistgħu
jiġu preskritti.
FORZIARMATI  TA’MALTAġ K AP. 220.    47
Qorti marzjali: Disposizzjonijiet ġenerali
Proċess għandu jsir 
minn qorti marzjali 
ġenerali jew 
distrettwali, jew 
f’ċerti każijiet 
minn field general 
court-martial.
90. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu,
akkuża li tiġi trattata minn qorti marzjali għandha tiġi trattata jew
minn qorti marzjali ġenerali jew qorti marzjali distrettwali.
(2) Meta l-uffiċjal kmandant ta’ korp tal-forza li jkun fuq
servizz attiv - 
(a) li jkun uffiċjal li lilu skond l-artikolu 85(1) akkuża
tkun ġiet sottomessa biex jiddeċiedi kif għandha tiġi
trattata; jew
(b) li jkun l-uffiċjal kmandant ta’ l-akkużat li jkun
investiga akkuża li ma tistax tiġi trattata
sommarjament jew li fil-fehma tiegħu ma għandhiex
tiġi hekk trattata; jew
(ċ) li jkun l-uffiċjal kmandant ta’ l-akkużat jew l-awtorità
superjuri xierqa li tkun investigat akkuża li dwarha l-
akkużat ikun għażel li jiġi proċessat minn qorti
marzjali,
ikun tal-fehma li ma hux possibbli mingħajr ħsara serja għas-
servizz pubbliku li l-akkuża tiġi trattata minn qorti marzjali
ġenerali jew distrettwali, l-uffiċjal jista’ (ikun awtorizzat jew le li
jsejjaħ qorti marzjali ġenerali) jordna li l-akkuża tiġi trattata minn
qorti marzjali li tkun field general court-martial.
Setgħat ta’ diversi 
xorta ta’ qorti 
marzjali. 
Emendat:
X. 2000.6.
91. (1) Qorti marzjali ġenerali jkollha s-setgħa li tipproċessa
persuna suġġetta għal-liġi militari dwar kull reat li skond dan l-Att
għandu jiġi trattat minn qorti marzjali, u li tagħti dwar kull reat
bħal dak piena awtorizzata b’dan l-Att dwar dak ir-reat.
(2) Qorti marzjali distrettwali jkollha dawk is-setgħat ta’ qorti
marzjali ġenerali ħlief li hi ma għandhiex tipproċessa uffiċjal u
lanqas tikkundanna warrant officer għal priġunerija, tkeċċija bid-
diżunur, tkeċċija jew detenzjoni, u ma għandhiex tagħti piena ta’
priġunerija għal żmien ta’ iżjed minn sentejn.
(3) Field general court-martial ikollha s-setgħa ta’ qorti
marzjali ġenerali, ħlief li meta l-qorti tkun magħmula minn inqas
minn tliet uffiċjali s-sentenza ma għandhiex tkun iżjed minn
priġunerija għal żmien ta’ sentejn.
Uffiċjali li 
għandhom setgħa li 
jlaqqgħu qrati 
marzjali.
Emendat: 
LVIII. 1974.68.
92. (1) Qorti marzjali ġenerali tista’ titlaqqa’ minn kull
uffiċjal awtorizzat mill-President ta’ Malta b’mandat iffirmat
minnu biex ilaqqa’ qrati marzjali ġenerali jew dik il-qorti marzjali,
jew minn uffiċjal taħt il-kmand ta’ uffiċjal awtorizzat kif intqal
qabel li lilu l-uffiċjal l-aħħar imsemmi jkun, bis-saħħa tas-setgħa
mogħtija bil-mandat maħruġ lilu, iddelega s-setgħa tiegħu li jlaqqa’
qorti marzjali ġenerali.
(2) Qorti marzjali distrettwali tista’ titlaqqa’ minn uffiċjal
awtorizzat li jlaqqa’ qorti marzjali ġenerali jew minn xi persuna
taħt il-kmand ta’ dak l-uffiċjal li lilu dak l-uffiċjal ikun awtorizza
biex ilaqqa’ qorti marzjali.
(3) Field general court-martial tista’ titlaqqa’ mill-uffiċjal li
jkun ordna li l-akkuża għandha tiġi trattata minn qorti marzjali li
  48      KAP. 220. ħ          FORZIARMATI  ’MALTA
tkun field general court-martial.
(4) Kull mandat skond dan l-artikolu, jew kull awtorizzazzjoni
skond dan l-artikolu li titlaqqa’ qorti marzjali - 
(a) jistgħu jsiru bħala suġġetti għal restrizzjonijiet,
riżervi, eċċezzjonijiet jew kondizzjonijiet;
(b) jistgħu jiġu ndirizzati lil uffiċjali b’isimhom jew
indikati bil-grad tal-kariga tagħhom, u jistgħu jinħarġu
jew jingħataw lil uffiċjal imsemmi b’ismu jew indikat,
lil uffiċjal imsemmi b’ismu jew indikat u lil persuna li
dak iż-żmien tkun qed tagħmel id-dmirijiet tal-kariga
tiegħu, lil uffiċjal imsemmi b’ismu jew indikat u lis-
suċċessuri tiegħu f’dik il-kariga jew lil uffiċjal
imsemmi b’ismu jew indikat u lil persuna u suċċesuri
bħal dawk;
(ċ) jistgħu jinbidlu jew jitħassru, jew għal kollox jew
f’parti, b’mandat sussegwenti tal-President ta’ Malta
jew, skond il-każ, mill-uffiċjal li minnu jkun ngħata
jew mis-suċċessuri tiegħu fil-kariga.
Kostituzzjoni ta’ 
qorti marzjali 
ġenerali.
93. (1) Qorti marzjali ġenerali għandha tkun magħmula minn
president u minn mhux anqas minn erba’ uffiċjali oħra.
(2) Uffiċjal ma jistax jiġi nominat membru ta’ qorti marzjali
ġenerali jekk ma jkunx wieħed mill-forza, suġġett għal-liġi militari
u kellu kummissjoni fil-forza jew f’xi waħda mill-forzi ta’ pajjiż
tal-Commonwealth għal żmien ta’ mhux anqas minn tliet snin jew
għal żminijiet li flimkien ma jkunux anqas minn tliet snin.
(3) Mhux anqas minn erba’ membri ta’ qorti marzjali ġenerali
għandhom ikunu ta’ rank ta’ mhux anqas minn kaptan.
(4) Il-president ta’ qorti marzjali ġenerali jiġi nominat b’ordni
ta’ l-uffiċjal li jlaqqa’ l-qorti u ma għandux ikun taħt il-grad ta’
field officer meta jkun prattikabbli li jiġi nominat uffiċjal bħal dak
jew ħlief meta fil-fehma ta’ l-uffiċjal li jlaqqa’ l-qorti field officer
li jkollu kwalifiki xierqa ma jkunx, meta jittieħed in
konsiderazzjoni s-servizz pubbliku, disponibbli; u f’kull każ il-
president ta’ qorti marzjali ġenerali ma għandux jkun taħt ir-rank
ta’ kaptan.
(5) Il-membri ta’ qorti marzjali ġenerali, barra mill-president,
għandhom jiġu nominati b’ordni ta’ l-uffiċjal li jlaqqa’ l-qorti jew
b’dak il-mod l-ieħor li jista’ jiġi preskritt.
(6) Uffiċjal taħt ir-rank ta’ kaptan ma jistax ikun membru ta’
qorti marzjali ġenerali għall-proċess ta’ uffiċjal fuq ir-rank ta’
kaptan.
Kostituzzjoni ta’ 
qorti marzjali 
distrettwali. 
94. (1) Qorti marzjali distrettwali għandha tkun magħmula
minn president u mhux anqas minn żewġ uffiċjali oħra.
(2) Uffiċjal ma jistax jiġi nominat membru ta’ qorti marzjali
distrettwali jekk ma jkunx wieħed mill-forza, suġġett għal-liġi
militari u kellu kummissjoni fil-forza jew f’xi waħda mill-forzi ta’
pajjiż tal-Commonwealth għal żmien ta’ mhux anqas minn sentejn
jew għal żminijiet li flimkien ma jkunux anqas minn sentejn.
FORZIARMATI  TA’MALTAġ K AP. 220.    49
(3) Il-president ta’ qorti marzjali distrettwali jiġi nominat
b’ordni ta’ l-uffiċjal li jlaqqa’ l-qorti u ma għandux ikun taħt ir-
rank ta’ field officer meta jkun prattikabbli li jiġi nominat uffiċjal
bħal dak jew ħlief meta fil-fehma ta’ l-uffiċjal li jlaqqa’ l-qorti field
officer li jkollu kwalifiki xierqa ma jkunx, meta jittieħed in
konsiderazzjoni s-servizz pubbliku, disponibbli; u f’kull każ il-
president ta’ qorti marzjali distrettwali ma għandux ikun taħt ir-
rank ta’ kaptan.
(4) Il-membri ta’ qorti marzjali distrettwali, barra mill-
president, għandhom jiġu nominati b’ordni ta’ l-uffiċjal li jlaqqa’ l-
qorti jew b’dak il-mod l-ieħor li jista’ jiġi preskritt.
Kostituzzjoni ta’ 
field general court-
martial.
95. (1) Field general court-martial għandha tkun magħmula
mill-president u minn mhux anqas minn żewġ uffiċjali oħra, jew,
jekk l-uffiċjal li jlaqqa’ l-qorti jkun tal-fehma li ma hemmx tliet
uffiċjali li għandhom kwalifiki xierqa li huma disponibbli mingħajr
ħsara għas-servizz pubbliku, għandu jkun magħmul mill-president
u minn uffiċjal ieħor.
(2) Il-membri ta’ field general court-martial għandhom ikunu
persuni li huma fil-forza u suġġetti għal-liġi militari.
(3) Il-president ta’ field general court-martial għandu jkun
uffiċjal nominat mill-uffiċjal li jlaqqa’ l-qorti u ma għandux ikun
taħt ir-rank ta’ kaptan.
(4) Il-membri ta’ field general court-martial, barra mill-
president, għandhom jiġu nominati b’ordni ta’ l-uffiċjal li jlaqqa’ l-
qorti jew b’dak il-mod l-ieħor kif jista’ jiġi preskritt.
Disposizzjonijiet 
supplementari 
dwar il-
kostituzzjoni ta’ 
qrati marzjali. 
96. (1) L-uffiċjal li jkun laqqa’ l-qorti marzjali ma jistax ikun
membru ta’ dik il-qorti marzjali:
Iżda jekk fil-każ ta’ field general court-martial ma jkunx
prattikabbli fil-fehma ta’ l-uffiċjal li jlaqqa’ l-qorti li jiġi nominat
uffiċjal ieħor bħala president, hu stess jista’ jkun president tal-qorti
marzjali.
(2) Uffiċjal li f’xi żmien bejn id-data li fiha l-akkużat ġie
akkużat bir-reat u d-data tal-proċess kien l-uffiċjal kmandant ta’ l-
akkużat, u kull uffiċjal ieħor li jkun investiga l-akkuża kontra l-
akkużat, jew li skond dan l-Att ikun għamel, jew ikun wieħed mill-
persuni li jkunu għamlu, inkjesta fuq ħwejjeġ li għandhom
x’jaqsmu ma’ l-oġġett ta’ l-akkuża kontra l-akkużat, ma għandux
jagħmilha ta’ membru ta’ qorti marzjali ġenerali jew distrettwali
jew jagħmilha ta’ avukat imħallef f’dik il-qorti marzjali.
(3) Meta - 
(a) l-uffiċjal li laqqa’ qorti marzjali ġenerali jew
distrettwali jinnomina kaptan biex ikun president, jew
minħabba li ma jkunx prattikabbli li jiġi nominat field
officer jew minħabba li jkun tal-fehma li field officer li
jkollu l-kwalifiki xierqa ma jkunx, meta jittieħed in
konsiderazzjoni s-servizz pubbliku, disponibbli; jew
(b) uffiċjal jordna li min jagħmel ir-reat jiġi proċessat
minn field general court-martial, għax ikun tal-fehma
  50      KAP. 220. ħ          FORZIARMATI  ’MALTA
li ma jkunx possibbli mingħajr ħsara kbira lis-servizz
pubbliku li min jagħmel ir-reat jiġi proċessat minn
qorti marzjali ġenerali jew distrettwali, jew l-uffiċjal li
jlaqqa’ field general court-martial, jinnomina żewġ
uffiċjali biss biex ikunu membri tal-qorti, għax ikun
tal-fehma li tliet uffiċjali li għandhom kwalifiki xierqa
ma humiex, mingħajr ħsara kbira lis-servizz pubbliku,
disponibbli, jew jinnomina lilu nnifsu bħala president,
għax ikun tal-fehma li ma jkunx prattikabbli li
jinnomina uffiċjal ieħor bħala president,
l-ordni li jlaqqa’ qorti marzjali għandu jkun fih dikjarazzjoni ta’ l-
imsemmija raġuni jew fehma, u dik id-dikjarazzjoni għandha tkun
konklużiva.
Post fejn tinżamm 
qorti marzjali.
97. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu,
qorti marzjali tinżamm f’dak il-post (kemm f’Malta jew barra minn
Malta) kif jista’ jiġi speċifikat fl-ordni li jlaqqa’ l-qorti; u l-uffiċjal
li jlaqqa’ l-qorti jista’ jlaqqagħha f’post li jkun barra mil-limiti tal-
kmand tiegħu.
(2) Qorti marzjali li tinżamm f’xi post għandha jekk l-uffiċjal li
jlaqqa’ l-qorti jordna li tinżamm f’xi post ieħor, u tista’ mingħajr
dak l-ordni jekk ikun jidher lill-qorti li jkun meħtieġ fl-interess tal-
ġustizzja li tinżamm f’xi post ieħor, taġġorna sabiex tinżamm f’dak
il-post l-ieħor.
Qorti marzjali: Disposizzjonijiet dwar proċess
Oġġezzjonijiet 
mill-akkużat. 
98. (1) Akkużat li jkun ser jiġi proċessat minn qorti marzjali
jkun intitolat li joġġezzjona, għal kull raġuni tajba, għal
kwalunkwe membru tal-qorti, kemm jekk nominat oriġinarjament
kif ukoll jekk nominat minflok uffiċjal ieħor.
(2) Sabiex l-akkużat ikun jista’ juża d-dritt mogħti lilu bl-aħħar
subartikolu qabel dan, l-ismijiet tal-membri tal-qorti għandhom
jinqraw fil-preżenza ta’ l-akkużat qabel ma jingħataw il-ġurament,
u hu għandu jiġi mistoqsi jekk joġġezzjonax għal xi ħadd minn
dawk l-uffiċjali.
(3) Kull oġġezzjoni li jagħmel akkużat għal uffiċjal għandha
tiġi kunsidrata mill-uffiċjali l-oħra nominati bħala membri tal-
qorti. 
(4) Jekk issir oġġezzjoni għall-president u mhux anqas minn
terz tal-membri l-oħra tal-qorti jilqgħuha, il-qorti għandha taġġorna
u l-uffiċjal li jlaqqa’ l-qorti għandu jinnomina president ieħor.
(5) Jekk issir oġġezzjoni għal membru tal-qorti li ma jkunx il-
president u mhux anqas minn nofs il-membri li jkollhom dritt li
jivvotaw jilqgħuha, il-membru li tkun saritlu l-oġġezzjoni għandu
jirtira u l-post tiegħu jista’, u jekk ma jsirx hekk in-numru ta’
membri jitnaqqas għal taħt il-minimu legali għandu, jiġi mimli bil-
mod preskritt minn uffiċjal ieħor.
Għoti ta’ 
ġurament. 
99. (1) Ġurament għandu jingħata lil kull membru ta’ qorti
marzjali u lil kull persuna li tkun qegħda taqdi lil qorti marzjali
bħala avukat imħallef, uffiċjal taħt direttivi, stenografu jew
FORZIARMATI  TA’MALTAġ K AP. 220.    51
interpretu.
(2) Kull xhud quddiem qorti marzjali għandu jiġi eżaminat taħt
ġurament:
Iżda meta tifel jew tifla ta’ età  żgħira li jissejħu bħala xhud
ma jkunux fil-fehma tal-qorti jifhmu x’inhu ġurament, ix-xiehda
tagħhom għandha tiġi milqugħa, għalkemm ma tkunx mogħtija taħt
ġurament, jekk fil-fehma tal-qorti jkollhom intelliġenza biżżejjed li
tiġġustifika li tiġi milqugħa x-xiehda tagħhom u jkunu jifhmu d-
dmir li għandhom jgħidu l-verità , hekk iżda li meta x-xiehda
tingħata għaf-favur tal-prosekuzzjoni l-akkużat ma għandux jiġi
misjub ħati kemm-il darba ma tkunx korroborata minn xi prova
oħra materjali b’sustenn tagħha li timplika lill-akkużat.
(3) Ġurament li għandu jingħata skond dan l-artikolu għandu
jkun fil-forma preskritta u għandu jingħata fil-ħin preskritt u mill-
persuna preskritta u bil-mod preskritt.
Qrati marzjali 
jiltaqgħu fil-
miftuħ.
100. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu,
qorti marzjali għandha titlaqqa’ fil-miftuħ u fil-presenza ta’ l-
akkużat.
(2) Ebda ħaġa fl-aħħar subartikolu qabel dan ma għandha
tfixkel is-setgħa lil qorti marzjali li tiltaqa’ in camera minħabba r-
raġuni li jkun meħtieġ jew spedjent fl-interess ta’ l-
amministrazzjoni tal-ġustizzja li tagħmel hekk; u mingħajr ħsara
għal dik is-setgħa qorti marzjali tista’ tordna li, salvi dawk l-
eċċezzjonijiet li l-qorti tista’ tispeċifika, il-pubbliku għandu jitħalla
barra mill-proċeduri kollha tal-qorti jew parti minnhom jekk ikun
jidher lill-qorti li xi xiehda li tkun ser tingħata jew dikjarazzjoni li
tkun ser issir fil-kors tal-proċeduri jew ta’ dik il-parti, skond il-każ,
jistgħu altrimenti iwasslu għall-kxif ta’ xi informazzjoni li tkun jew
tista’ tkun utili għall-għadu direttament jew indirettament.
(3) Qorti marzjali għandha tiltaqa’ fil-magħluq meta tkun qed
tikkunsidra d-deċiżjoni jew is-sentenza tagħha fuq xi akkuża.
(4) Qorti marzjali tista’ tiltaqa’ fil-magħluq meta jkollha xi
diskussjoni oħra bejn il-membri.
(5) Meta qorti marzjali tkun qed tiltaqa’ fil-magħluq ebda
persuna ma għandha titħalla hemm ħlief il-membri tal-qorti u dawk
il-persuni l-oħra kif jista’ jiġi preskritt.
Xoljiment ta’ qorti 
marzjali. 
101. (1) Meta, kemm qabel kif ukoll wara li jkun beda il-
proċess, ikun jidher lill-uffiċjal li jlaqqa’ l-qorti li jkun meħtieġ jew
spedjent fl-interess ta’ l-amministrazzjoni tal-ġustizzja li qorti
marzjali għandha tiġi xolta, l-uffiċjal li jlaqqa’ l-qorti għandu
b’ordni jxolji l-qorti.
(2) Mingħajr ħsara għall-ġeneralità  ta’ l-aħħar subartikolu
qabel dan, jekk wara li jkun beda l-proċess qorti marzjali tiġi,
minħabba l-mewt ta’ xi wieħed mill-membri jew għal xi raġuni
oħra, imnaqqsa għal anqas mill-minimu legali, għandha tiġi xolta.
(3) Jekk wara li jkun beda l-proċess il-president imut jew għal
xi raġuni oħra ma jkunx jista’ jattendi u l-qorti ma tkunx mnaqqsa
taħt il-minimu legali, allura -
  52      KAP. 220. ħ          FORZIARMATI  ’MALTA
(a) jekk il-membru l-aktar anzjan tal-qorti jkun tar-rank
ta’ kaptan jew ta’ rank ogħla, l-uffiċjal li jlaqqa’ l-
qorti jista’ jinnominah president u l-proċess għandu
jitkompla skond hekk; iżda
(b) jekk ma jkunx, il-qorti għandha tiġi xolta.
(4) Mingħajr ħsara għall-ġeneralità  tas-subartikolu (1), jekk
wara li jkun beda l-proċess l-uffiċjal li jlaqqa’ l-qorti jiġi nfurmat li
minħabba mard jew inkapaċità  oħra ta’ l-akkużat ma jkunx
prattikabbli meta jittieħdu in konsiderazzjoni ċ-ċirkostanzi kollha li
jitkompla l-proċess fi żmien raġonevoli, l-uffiċjal li jlaqqa’ l-qorti
jista’ jxolji l-qorti.
(5)Meta qorti marzjali tkun xolta skond id-disposizzjonijiet ta’
qabel ta’ dan l-artikolu l-akkużat jista’ jiġi proċessat minn qorti
oħra.
Deċiżjonijiet ta’ 
qorti marzjali.
Emendat:
X. 2000.7.
102. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu,
kull kwistjoni li għandha tiġi deċiża fi proċess minn qorti marzjali
għandha tiġi deċiża b’maġġoranza tal-voti tal-membri tal-qorti.
(2) Fil-każ ta’ voti ndaqs dwar deċiżjoni, il-qorti għandha
tillibera lill-akkużat.
(3) Deċiżjoni ta’ ħati meta l-unika piena li l-qorti tkun tista’
tagħti tkun priġunerija għal għomor bniedem ma għandux ikollha
effett jekk ma tkunx intlaħqet bil-ftehim tal-membri kollha tal-
qorti; u meta deċiżjoni tali tkun intlaħqet b’maġġoranza tal-membri
u ma jkunx hemm dak il-ftehim, il-qorti għandha tiġi xolta u l-
akkużat jista’ jiġi proċessat minn qorti oħra.
(4) Meta akkużat jinsab ħati u l-qorti jkollha s-setgħa li
tikkundannah jew għall-priġunerija għal għomor bniedem jew għal
xi piena anqas, ma għandhiex tingħata kundanna għall-priġunerija
għal għomor bniedem mingħajr il-ftehim tal-membri kollha tal-
qorti.
(5) Fil-każ ta’ voti ndaqs dwar is-sentenza, jew dwar xi
kwistjoni li tinqala’ wara li jkun beda l-proċess, ħlief fuq deċiżjoni
dwar il-ħtija, il-president ikollu vot ieħor jew vot deċiżiv.
Deċiżjoni u 
sentenza. 
103. (1) Mingħajr ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu
100, id-deċiżjoni ta’ qorti marzjali fuq kull akkuża għandha
tingħata fil-miftuħ.
(2) Deċiżjoni ta’ ħati għandha tkun, u għandha tiġi mogħtija
bħala, suġġetta għal konferma.
(3) Kull sentenza tal-qorti marzjali, flimkien ma’ kull
rakkomandazzjoni għal klemenza, għandha tingħata fil-miftuħ, u
sentenza ta’ qorti marzjali għandha tkun, u għandha tiġi mogħtija
bħala, suġġetta għal konferma.
Setgħa li ssib ħati 
ta’ reat li ma jkunx 
dak ta’ l-akkuża.
104. (1) Akkużat li jiġi akkużat quddiem qorti marzjali b’reat
skond dan l-Att jista’ fin-nuqqas ta’ prova li reat ikun sar taħt
ċirkostanzi li jinvolvu grad ogħla ta’ piena, jinsab ħati tar-reat
bħala li jkun sar taħt ċirkostanzi li jinvolvu grad anqas ta’ piena.
(2) Akkużat li jiġi akkużat quddiem qorti marzjali b’reat taħt
FORZIARMATI  TA’MALTAġ K AP. 220.    53
dan l-Att jista’ jinsab ħati ta’ attentat li jagħmel dak ir-reat jew ir-
reat ċivili korrispondenti; u jekk akkużat jiġi akkużat b’attentat li
għamel reat taħt dan l-Att hu jista’ jiġi misjub ħati ta’ dik l-akkuża
wkoll jekk jiġi pruvat li hu fil-fatt ikun għamel ir-reat jew ir-reat
ċivili korrispondenti.
(3) Meta dwar reat skond dan l-Att jiġi preskritt li persuna
akkużata quddiem qorti marzjali b’dak ir-reat tista’ tinsab ħatja ta’
reat ieħor li huwa preskritt b’riferenza għalih, persuna akkużata kif
intqal qabel tista’ tinsab ħatja ta’ reat ieħor preskritt kif intqal
qabel b’riferenza għal reat li bih huwa akkużat.
 Regoli dwar provi.
proċedimenti quddiem qorti marzjali għandhom, bla ħsara għal xi
disposizzjoni ta’ dan l-Att jew għal xi regolamenti magħmula
taħtha, ikunu l-istess bħal dawk imħarsa fi qrati ċivili f’Malta, u
ebda persuna ma tkun meħtieġa fi proċeduri quddiem qorti marzjali
li twieġeb xi mistoqsija jew tipproduċi xi dokument li hi mhix
meħtieġa li twieġeb jew tipproduċi fi proċedimenti simili quddiem
qorti ċivili f’Malta.
Kap. 9.
(2) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu investigazzjoni li ssir skond
dan l-Att dwar akkuża għandha titqies bħala kompilazzjoni dwar
reat miżmuma skond il-Kodiċi Kriminali.
(3) Qorti marzjali għandha tikkunsidra ġudizzjarjament il-
ħwejjeġ kollha ta’ notorjetà , inklużi l-ħwejjeġ kollha li l-qorti tkun
taf bihom għax ġeneralment magħrufa fis-servizz, u dawk il-
ħwejjeġ l-oħra kollha li jiġu kunsidrati ġudizzjarjament minn qorti
ċivili f’Malta.
Reati minn nies 
ċivili dwar qrati 
marzjali. 
Emendat: 
VIII. 1990.3. 
106. Meta f’Malta xi persuna li ma tkunx suġġetta għal-liġi
militari - 
(a) li tkun imsejħa biex tattendi bħala xhud quddiem qorti
marzjali, tonqos li tħares dik is-sejħa; jew
(b) tirrifjuta li tieħu ġurament meta tkun hekk meħtieġa li
tagħmel minn qorti marzjali; jew
(ċ) tirrifjuta li tipproduċi xi dokument li jkun fil-kustodja
jew taħt il-kontroll tagħha li qorti marzjali
leġittimament tkun talbitha biex tipproduċi; jew
(d) meta tkun xhud, tirrifjuta li twieġeb xi mistoqsija li
qorti marzjali leġittimament talbitha biex twieġeb; jew 
(e) tinsulta għax trid xi persuna, li tkun membru ta’ qorti
marzjali jew xhud jew xi persuna oħra li d-dmir tagħha
jkun li taqdi lil jew tattendi quddiem il-qorti, fil-waqt
li dik il-persuna kienet membru ta’ dik il-qorti jew
tkun qegħda hekk taqdi jew tattendi, jew tinsulta għax
trid xi persuna bħal dik kif intqal qabel fil-waqt li dik
il-persuna tkun sejra jew ġejja lura mill-proċedimenti
tal-qorti; jew
(f) tfixkel għax trid il-proċeduri ta’ qorti marzjali jew
b’mod ieħor ma ġġibx ruħha sewwa quddiem il-qorti;
jew
  54      KAP. 220. ħ          FORZIARMATI  ’MALTA
(g) tagħmel xi ħaġa li, kieku l-qorti marzjali kienet qorti li
kellha s-setgħa li twaħħal għal disprezz, kienet tkun
disprezz ta’ dik il-qorti,
il-president tal-qorti marzjali jista’ jiċċertifika bil-firma tiegħu r-
reat ta’ dik il-persuna lill-Qorti tal-Maġistrati, u dik il-qorti
għandha imbagħad tordna li toħroġ akkuża kontra l-persuna
msemmija fiċ-ċertifikat u tagħmel dak li għandha tagħmel dwar dik
il-persuna dwar ir-reat li jingħad li jkun għamlet daqs li kieku r-reat
kien dak ta’ disprezz ta’ l-imsemmija qorti.
Reati: Proċedura
Regoli ta’ 
proċedura.
107. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, il-
Ministru jista’ jagħmel regoli (hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa
Regoli ta’ Proċedura) dwar il-proċedura li għandha tiġi mħarsa fi, u
dwar kull ħaġa oħra li għandha x’taqsam ma’, l-investigazzjoni ta’
u l-proċedimenti dwar, u l-għoti ta’ piena għal, reati fil-kompetenza
ta’ qrati marzjali, uffiċjali kmandanti u awtoritajiet superjuri xierqa
u l-konferma u reviżjoni ta’, u appelli minn, deċiżjonijiet u sentenzi
ta’ qrati marzjali, kif ukoll dwar kull ħaġa li bit-Taqsima III jew
b’din it-Taqsima ta’ dan l-Att hi meħtieġa jew awtorizzata li tiġi
preskritta:
Iżda meta r-regoli jipprovdu għas-setgħa li jiġu emendati
akkużi r-regoli għandhom jiżguraw li l-akkużat ma jiġix b’hekk
preġudikat fid-difiża tiegħu u s-setgħa msemmija qabel ma tkunx
eżerċitabbli minn qorti marzjali (ħlief sabiex jissewwa żball fl-isem
jew fid-deskrizzjoni ta’ l-akkużat jew żball jew nuqqas li jista’
jagħmel skrivan) jekk ma jkunx hemm preżenti waqt il-proċess
avukat imħallef.
(2) Regoli ta’ Proċedura jistgħu jipprovdu wkoll dwar l-
eżerċizzju minn avukat imħallef tad-dmirijiet tiegħu fil-
proċedimenti ta’ qorti marzjali u, bla ħsara tal-ġeneralità  tad-
disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan is-subartikolu, jistgħu jipprovdu -
(a ) dwar l-effett tal-parir jew deċiżjonijiet mogħtija lil
qorti minn avukat imħallef fuq punti ta’ liġi (liema
espressjoni f’dan is-subartikolu tinkludi kwistjonijiet
dwar l-għaqda ta’ akkużi u dwar jekk persuni
għandhomx jiġu proċessati flimkien jew
separatament);
(b) biex jeħtieġu jew jawtorizzaw lill-president ta’ qorti
marzjali, f’dawk il-każijiet li jistgħu jiġu speċifikati
fir-regoli, li jordna li punti ta’ liġi għandhom jiġu
deċiżi minn avukat imħallef fl-assenza tal-president u
ta’ membri oħra tal-qorti u ta’ xi uffiċjali taħt l-
istruzzjoni, u biex jiġu applikati għall-avukat imħallef
u l-proċedimenti tiegħu dwar xi deċiżjoni bħal din
dawk id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att dwar il-qorti
jew il-membri tagħha u l-proċedimenti tagħha li jiġu
speċifikati fir-regoli.
(3) Regoli ta’ Proċedura jistgħu jistabbilixxu l-każijiet li fihom
u l-limiti safejn qorti marzjali tista’, fis-sentenza tagħha kontra l-
akkużat għal xi reat li għalih jkun ġie kundannat, fuq it-talba ta’ l-
FORZIARMATI  TA’MALTAġ K AP. 220.    55
akkużat tieħu in konsiderazzjoni reati oħra kontra dan l-Att
magħmula minnu, u jagħtu s-setgħa lill-qorti, f’każijiet bħal dawn,
li tordna li jsir dak it-tnaqqis mill-paga ta’ l-akkużat kif il-qorti
kien ikollha s-setgħa li tordna li kieku hu kien misjub ħati tar-reati
jew reati li jittieħdu in konsiderazzjoni kif ukoll tar-reat li tiegħu
fil-fatt instab ħati.
(4) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 4(4) u (5) għandhom
japplikaw għal regoli magħmula taħt dan l-artikolu kif japplikaw
għal regolamenti jew ordnijiet magħmula taħt dak l-artikolu bis-
sostituzzjoni ta’ riferenzi għal Regoli ta’ Proċedura minflok
riferenzi għal regolamenti jew ordnijiet magħmula taħt l-imsemmi
artikolu.
Konferma, reviżjoni u konsiderazzjoni mill-ġdid ta’ proċedimenti 
ta’ qrati marzjali
Konferma ta’ 
proċedimenti ta’ 
qrati marzjali. 
108. (1) Meta qorti marzjali ssib lill-akkużat ħati fuq xi
akkuża, il-proċess tal-qorti marzjali għandu jintbagħat lill-uffiċjal
li għandu l-jedd li jikkonferma għall-konferma tad-deċiżjoni u tas-
sentenza tal-qorti dwar dik l-akkuża.
(2) Deċiżjoni ta’ ħati jew sentenza ta’ qorti marzjali ma
għandhomx jitqiesu bħala deċiżjoni jew sentenza tal-qorti sakemm
jiġu konfermati:
Iżda dan is-subartikolu ma jfixkilx li l-akkużat jinżamm
f’kustodja sakemm tingħata konferma jew li joperaw iż-żewġ
artikoli li jiġu wara dan jew id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att dwar
konferma jew approvazzjoni.
Petizzjonijiet 
kontra deċiżjoni 
jew sentenza. 
109. F’kull żmien wara li qorti marzjali tkun tat sentenza kontra
akkużat, jew tkun sabet lill-akkużat mhux fi stat li jiġi proċessat
jew li ma hux ħati minħabba ġenn, iżda mhux aktar tard miż-żmien
preskritt wara li ssir il-konferma, l-akkużat jista’ bil-mod preskritt
jippreżenta petizzjoni kontra d-deċiżjoni jew is-sentenza jew kontra
t-tnejn.
Reviżjoni ta’ 
deċiżjonijiet ta’ 
qrati marzjali.
110. (1) Uffiċjal li għandu l-jedd li jikkonferma jista’ jordna li
qorti marzjali tirrevedi xi deċiżjoni ta’ ħati li l-qorti tkun waslet
għaliha f’kull każ jekk ikun jidhirlu -
(a) li d-deċiżjoni kienet kontra l-piż tal-provi; jew
(b) li xi punt tal-liġi deċiż fil-proċess u li kien rilevanti
għad-deċiżjoni kien deċiż ħażin.
(2) Kull ordni bħal dan għandu jkollu miegħu l-ordnijiet
meħtieġa biex il-qorti terġa’ tiltaqa’, u għandu jkun fih
dikjarazzjoni tar-raġunijiet għall-ordni.
(3) Kull meta deċiżjoni tiġi riveduta l-qorti għandha terġa’
tikkunsidra d-deċiżjoni, u (kemm-il darba l-qorti ma tibqax ta’ l-
istess fehma) tista’ tibdel minflokha jew deċiżjoni ta’ mhux ħati
jew xi deċiżjoni oħra li l-qorti setgħat oriġinarjament waslet
għaliha fil-proċess minflok id-deċiżjoni li tkun qed tiġi riveduta.
(4) Kull meta ssir xi reviżjoni tali l-qorti ma jkollhiex is-setgħa
li tisma’ aktar provi.
  56      KAP. 220. ħ          FORZIARMATI  ’MALTA
(5) Kull meta ssir xi reviżjoni tali, jekk il-qorti jew tibqa’ ta’ l-
istess fehma fuq id-deċiżjoni oriġinali jew tibdel minflokha
deċiżjoni ta’ ħati għal xi reat ieħor, jew ta’ l-istess reat
f’ċirkostanzi differenti, il-qorti tista’ tagħti sentenza differenti
minflok is-sentenza oriġinali:
Iżda l-qorti ma jkollhiex is-setgħa li tagħti sentenza ta’
piena akbar minn dik il-piena jew l-akbar waħda mill-pieni
mogħtija bis-sentenza oriġinali, jew li tagħti sentenza li fil-fehma
tal-qorti tkun aktar severa mis-sentenza oriġinali.
(6) L-uffiċjal li għandu l-jedd li jikkonferma ma jkollux s-
setgħa li jordna r-reviżjoni ta’ kull deċiżjoni sostitwita li tkun
waslet għaliha l-qorti fuq ordni preċedenti ta’ l-uffiċjal li għandu l-
jedd li jikkonferma, jew ir-reviżjoni tad-deċiżjoni oriġinali jekk il-
qorti tkun baqgħet ta’ l-istess fehma fuqha fuq ordni preċedenti
bħal dak; iżda bla ħsara ta’ dak li ntqal qabel dan l-Att għandu
japplika għall-proċedimenti tal-qorti fuq xi reviżjoni bħal dik kif
japplika fuq deliberazzjonijiet tagħha dwar id-deċiżjoni jew is-
sentenza oriġinali, u kull deċiżjoni jew sentenza sostitwita għandha
titqies għall- finijiet kollha bħala deċiżjoni jew sentenza oriġinali
tal-qorti:
Iżda d-deċiżjoni tal-qorti fuq ir-reviżjoni ma tkunx
meħtieġa li tingħata fil-miftuħ.
Setgħat ta’ uffiċjal 
li għandu l-jedd li 
jikkonferma.
111. (1) Bla ħsara tad-disposizzjonijiet ta’ l-aħħar artikolu
qabel dan u tad-disposizzjonijiet ta’ wara ta’ dan l-artikolu, uffiċjal
li għandu l-jedd li jikkonferma għandu dwar id-deċiżjoni jew is-
sentenza ta’ qorti marzjali, jew iżomm il-konferma, jekk ikun tal-
fehma li d-deċiżjoni tal-qorti tkun taħt iċ-ċirkostanzi kollha tal-każ
mhux soda jew mhux sodisfaċenti jew li tinvolvi deċiżjoni ħażina
dwar punt ta’ liġi jew li kien hemm irregolarità  sostanzjali fil-kors
tal-proċess, jew jikkonferma d-deċiżjoni jew is-sentenza jew
jibgħat id-deċiżjoni jew is-sentenza, jew it-tnejn, għall-konferma
minn awtorità  superjuri li għandha l-jedd li tikkonferma:
Iżda l-uffiċjal li għandu l-jedd li jikkonferma jista’, ukoll
jekk fil-fehma tiegħu li kieku ma kienx għal dan il-proviso hu kien
iżomm il-konferma tad-deċiżjoni, jikkonferma d-deċiżjoni jekk hu
jidhirlu li fil-fatt ma kienx hemm nuqqas ta’ ġustizzja.
(2) Minflok li jżomm konferma ta’ deċiżjoni ta’ qorti marzjali,
uffiċjal li għandu l-jedd li jikkonferma jista’, jekk -
(a) xi deċiżjoni oħra ta’ ħati setgħat tingħata validament
minn qorti marzjali dwar akkuża quddiemha, u
(b) ikun tal-fehma li l-qorti marzjali kellha tkun sodisfatta
bil-fatti meħtieġa biex tiġi ġustifikata d-deċiżjoni l-
oħra,
jissostitwixxi minflokha dik id-deċiżjoni l-oħra, u jekk jagħmel
hekk għandu jikkunsidra b’liema mod, jekk ikun il-każ, is-setgħat
mogħtija bis-subartikolu (4) għandhom jiġu eżerċitati, jew uffiċjal
li għandu l-jedd li jikkonferma jista’, jekk ikun tal-fehma li l-każ
ma jkunx wieħed li dwaru kellu jkun hemm deċiżjoni ta’ mhux ħati,
iżda li kellu jkun hemm deċiżjoni li l-akkużat ma kienx fi stat li jiġi
FORZIARMATI  TA’MALTAġ K AP. 220.    57
proċessat, jissostitwixxi deċiżjoni li l-akkużat ma kienx fi stat li
jiġi proċessat.
(3) Meta jkun jidher lil uffiċjal li għandu l-jedd li jikkonferma
li sentenza ta’ qorti marzjali tkun invalida, hu jista’ minflok li
jżomm il-konferma tas-sentenza jibdel minflokha sentenza ta’ xi
piena jew pieni li setgħu jingħataw mill-qorti, li ma tkunx piena
akbar mill-piena jew l-akbar waħda mill-pieni mogħtija mill-qorti u
li fil-fehma tiegħu ma jkunux aktar severi minn dik il-piena jew
dawk il-pieni.
(4) Meta jikkonferma sentenza ta’ qorti marzjali, uffiċjal li
għandu l-jedd li jikkonferma jista’ -
(a) jaħfer għal kollox jew f’parti xi piena mogħtija mill-
qorti; jew
(b) jibdel xi piena bħal dik għal xi piena jew pieni oħra
provduti b’dan l-Att, li jkunu anqas mill-piena
mibdula.
(5) Meta jikkonferma xi sentenza, uffiċjal li għandu l-jedd li
jikkonferma jista’ jipposponi l-esekuzzjoni tas-sentenza għal dak
iż-żmien li jidher spedjent, u uffiċjal li għandu l-jedd li
jikkonferma jista’ jtawwal jew iwaqqaf kull posponiment ordnat
skond dan is-subartikolu.
(6) Deċiżjoni jew sentenza sostitwita minn uffiċjal li għandu l-
jedd li jikkonferma, jew xi sentenza li tieħu effett wara li l-uffiċjal
li għandu l-jedd li jikkonferma jkun ħafer jew bidel, il-piena,
għandha titqies għall-finijiet kollha bħala deċiżjoni jew sentenza
tal-qorti bħala konfermata kif imiss.
(7) Il-konferma ta’ deċiżjoni jew sentenza ma għandhiex titqies
li hi finali sakemm id-deċiżjoni jew is-sentenza tiġi promulgata; u
fil-każ ta’ xi sostituzzjoni, maħfra jew tibdil kif intqal qabel id-
deċiżjoni jew is-sentenza għandha tiġi promulgata kif ikollha effett
wara s-sostituzzjoni, il-maħfra jew it-tibdil.
(8) Meta l-uffiċjal li għandu l-jedd li jikkonferma jiddeċiedi li
jżomm konferma, dik d-deċiżjoni għandha tiġi promulgata u
għandu jkollha effett mill-ħin tal-promulgazzjoni tagħha.
Uffiċjal li għandu 
l-jedd li 
jikkonferma.
112. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu,
dawn li ġejjin ikollhom is-setgħa li jikkonfermaw id-deċiżjoni jew
is-sentenza ta’ kull qorti marzjali, jiġifieri:
(a) l-uffiċjal li jkun laqqa’ l-qorti marzjali jew kull
uffiċjal superjuri fil-kmand għal dak l-uffiċjal;
(b) is-suċċessur ta’ kull uffiċjal jew uffiċjal superjuri bħal
dak, jew kull persuna li f’dak iż-żmien tkun qed
teżerċita d-dmirijiet ta’ kull uffiċjal jew uffiċjal
superjuri bħal dak;
(ċ) fin-nuqqas ta’ xi uffiċjal bħal dak imsemmi qabel, kull
persuna nominata mill-Ministru biex tagħmilha ta’
uffiċjal li għandu l-jedd li jikkonferma, kemm għal każ
partikolari kif ukoll għal klassi speċifikata ta’ każijiet.
(2) Dawn li ġejjin ma jkollhomx is-setgħa li jikkonfermaw
  58      KAP. 220. ħ          FORZIARMATI  ’MALTA
deċiżjoni jew sentenza ta’ qorti marzjali, jiġifieri:
(a) kull uffiċjal li kien membru tal-qorti marzjali; jew
(b) kull persuna li bħala uffiċjal kmandant ta’ l-akkużat
investigat l-allegazzjonijiet kontrih jew li tkun fiż-
żmien l-uffiċjal kmandant ta’ l-akkużat; jew
(ċ) kull persuna li bħala awtorità  superjuri xierqa tkun
investigat l-allegazzjonijiet kontra l-akkużat:
Iżda persuna eskluża mid-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan
is-subartikolu tista’ tagħmilha ta’ uffiċjal li għandu jedd li
jikkonferma dwar field general court-martial, jekk altrimenti
jkollha dik is-setgħa, meta tkun tal-fehma li ma jkunx prattikabbli,
meta jittieħed in konsiderazzjoni s-servizz pubbliku, li ttawwal il-
każ sabiex jintbagħat quddiem uffiċjal ieħor li għandu l-jedd li
jikkonferma.
(3) Mandat jew awtorizzazzjoni li tagħti s-setgħa biex titlaqqa’
qorti marzjali ġenerali jew distrettwali tista’ tirriżerva għall-
konferma minn awtorità  superjuri deċiżjonijiet jew sentenzi jew it-
tnejn f’dawk iċ-ċirkostanzi kif jista’ jiġi speċifikat minn jew taħt
il-mandat jew awtorizzazzjoni, u s-setgħat mogħtija bis-subartikolu
(1) għandhom ikunu eżerċitabbli bla ħsara għal kull riżerva bħal
dik.
Rakkomandazzjoni 
mill-qorti marzjali 
meta tagħti 
sentenza ta’ 
priġunerija għal 
għomor bniedem. 
Emendat: 
LVIII. 1974.68. 
Sostitwit:
X. 2000.8.
113. Wara li l-qorti marzjali tkun tat sentenza ta’ priġunerija
għal ghomor bniedem, din tista’ tirrakkomanda bil-miktub lill-
Ministru fi żmien erbgħa w għoxrin siegħa x’ikun l-inqas perijodu
li fil-fehma tagħha jkollu jgħaddi qabel ma l-priġunier jinħeles
mill-ħabs. Dik ir-rakkomandazzjoni għandha tintgħamel
disponibbli għall-persuna ssentenzjata, u għandha tinżamm kopja
tagħha mill-Kmandant.
Reviżjoni ta’ 
deċiżjonijiet u 
sentenza ta’ qrati 
marzjali.
Emendat: 
LVIII. 1974.68;
A.L. 148 ta’ l-
1975.
114. (1) Deċiżjoni jew sentenza li tkun ġiet konfermata tista’
f’kull żmien tiġi riveduta minn awtorità  ta’ reviżjoni, u jekk wara
konferma ta’ deċiżjoni jew sentenza tiġi preżentata petizzjoni
skond l-artikolu 109 kontra d-deċiżjoni jew sentenza allura, bla
ħsara tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, id-deċiżjoni jew is-
sentenza għandha tiġi hekk riveduta kemm jista’ jkun malajr wara
li tiġi preżentata l-petizzjoni u wara li jiġi kunsidrat dak li jingħad
fiha.
(2) Għall-finijiet ta’ dan l-Att l-awtoritajiet ta’ reviżjoni huma
dawn li ġejjin:
(a) il-President ta’ Malta;
(b) mħallef nominat għal dan l-iskop mill-President ta’
Malta.
(3) Jekk isir appell lill-Qorti ta’ l-Appell Kriminali, dik il-parti
tas-subartikolu (1) li teħtieġ ir-reviżjoni ta’ deċiżjoni jew sentenza
li kontriha jkun sar appell għandha malli jsir appell ma tkomplix
tapplika għad-deċiżjoni li dwarha jkun sar appell u għas-sentenza
mogħtija bħala konsegwenza ta’ dik id-deċiżjoni.
(4) Meta ssir reviżjoni skond dan l-artikolu l-awtorità  ta’
reviżjoni tista’ -
FORZIARMATI  TA’MALTAġ K AP. 220.    59
(a) safejn ir-reviżjoni tkun ta’ deċiżjoni, tannulla d-
deċiżjoni u, jekk is-sentenza tkun dwar id-deċiżjoni
annullata biss, tannulla s-sentenza;
(b) meta r-reviżjoni tkun ta’ sentenza, tannulla s-sentenza;
(ċ) f’kull każ teżerċita l-istess setgħat, li tissostitwixxi
deċiżjonijiet, tissostitwixxi sentenzi validi minflok
sentenzi mhux validi, u taħfer jew tbiddel piena kif
mogħtija lil uffiċjal li għandu l-jedd li jikkonferma bl-
artikolu 111(2) sa (4),
u kull deċiżjoni jew sentenza sostitwita, jew sentenza li jkollha
effett wara l-maħfra jew it-tibdil ta’ piena, għandha titqies għall-
finijiet kollha li tkun deċiżjoni jew sentenza tal-qorti konfermata
kif imiss.
(5) Meta awtorità  ta’ reviżjoni teżerċita xi waħda mis-setgħat
mogħtija lilha bl-aħħar subartikolu qabel dan, id-deċiżjoni ta’ l-
awtorità  għandha tiġi promulgata u għandha tibda sseħħ mill-
promulgazzjoni tagħha.
Kap. 9. 
għandhom japplikaw dwar reviżjoni minn awtorità  ta’ reviżjoni
skond dan l-artikolu kif japplikaw dwar appell lill-Qorti ta’ l-
Appell Kriminali, b’dawk il-modifiki u adattamenti kif imsemmija
fl-artikolu 116.
Konsiderazzjoni 
mill-ġdid ta’ 
sentenzi ta’ 
priġunerija u 
detenzjoni. 
115. Sentenzi ta’ priġunerija u detenzjoni jistgħu jiġu kunsidrati
mill-ġdid mill-Kmandant f’kull żmien wara l-konferma; u jekk
wara dik il-kunsiderazzjoni mill-ġdid ikun jidher li l-imġieba ta’
min ikun għamel ir-reat minn mindu jkun instab ħati tkun hekk li
tiġġustifika l-maħfra tas-sentenza, għal kollox jew f’parti, din is-
sentenza għandha tiġi maħfura skond hekk.
Appelli minn qrati marzjali
Qorti ta’ Appell 
Kriminali tkun 
qorti ta’ l-appell.
Emendat: 
A.L. 148 ta’ l-
1975.
Kap. 9.
116. (1) Il-Qorti ta’ l-Appell Kriminali (hawnhekk iżjed ’il
quddiem imsejħa "il-Qorti ta’ l-Appell") kostitwita kif provdut fl-
artikolu 498(2) tal-Kodiċi Kriminali għandha, b’żieda mal-
ġurisdizzjoni mogħtija lilha bl-imsemmi Kodiċi, jkollha
ġurisdizzjoni li tisma’ u tiddeċiedi appelli minn qrati marzjali.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, id-
disposizzjonijiet ta’ l-imsemmija Kodiċi dwar il-Qorti ta’ l-Appell
u dwar appelli magħmula lil dik il-qorti taħt it-Titolu V tat-Taqsima
I tat-Tieni Ktieb ta’ dak il-Kodiċi għandhom japplikaw għall-Qorti
ta’ l-Appell fl-eżerċizzju tal-ġurisdizzjoni tagħha skond dan l-Att u
għal appelli magħmula taħt dan l-Att, u d-disposizzjonijiet relattivi
għall-proċess mill-ġdid ordnat mill-imsemmija qorti għandhom,
safejn jirriferixxu għall-Qorti Kriminali, japplikaw għall-qorti
marzjali meta jsir dak il-proċess mill-ġdid, iżda għandhom hekk
japplikaw b’dawk il-modifiki u adattamenti li jkunu meħtieġa biex
iseħhu d-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u b’mod partikolari, iżda
mingħajr ħsara għall-ġeneralità  ta’ dak li ntqal qabel, bis-
sostituzzjoni ta’ riferenzi għal qorti marzjali minflok riferenzi għal
ġurija jew Qorti Kriminali, ta’ riferenzi għal akkuża minflok
riferenzi għal att ta’ akkuża u ta’ riferenzi għal deċiżjoni minflok
  60      KAP. 220. ħ          FORZIARMATI  ’MALTA
riferenzi għal verdett.
Jedd għal appell. 117. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, persuna
misjuba ħatja minn qorti marzjali tkun tista’ tappella lill-Qorti ta’ l-
Appell kontra d-deċiżjoni ta’ ħati jew, ħlief meta s-sentenza tkun
waħda stabbilita bil-liġi, kontra s-sentenza mogħtija meta tinsab
ħatja.
(2) Bla ħsara għal dak li intqal qabel, persuna ma tkunx tista’
teżerċita l-jedd tagħha ta’ appell -
(a) kemm-il darba dik il-persuna ma tkunx -
(i) fi żmien erbgħin ġurnata wara l-ġurnata li fiha d-
deċiżjoni tal-qorti marzjali tkun ġiet promulgata,
jekk il-qorti marzjali kienet saret f’Malta; jew
(ii) f’kull każ ieħor, fi żmien sittin ġurnata wara l-
ġurnata li fiha d-deċiżjoni tal-qorti tkun ġiet
promulgata,
ippreżentat petizzjoni kontra d-deċiżjoni jew is-
sentenza jew it-tnejn skond l-artikolu 109; u 
(b) sakemm jew jgħaddi ż-żmien ta’ tletin ġurnata (li jibda
mill-ġurnata li fiha l-petizzjoni tiġi preżentata) jew tiġi
notifikata mill-Kmandant li l-petizzjoni tagħha ma
tkunx ġiet milqugħa, skond liema minnhom jiġri l-
ewwel.
(3) Jekk persuna tippreżenta petizzjoni għall-finijiet tas-
subartikolu (2)(a), iżda ma tagħmilx hekk fiż-żmien fih speċifikat,
u wara dan tagħmel rikors lill-Qorti ta’ l-Appell għal permess biex
tappella, il-Qorti ta’ l-Appell tista’ tordna li dik il-persuna tiġi
meqjusa bħala li ma tilfitx il-jedd tagħha ta’ appell jekk tkun tal-
fehma li jkun hemm raġuni tajba għax naqset u li jkun fl-interessi
tal-ġustizzja li tiġi hekk meqjusa.
Mod u żmien biex 
isir appell. 
Emendat: 
LVIII. 1974.68. 
118. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu,
appell magħmul taħt din it-Taqsima ta’ dan l-Att għandu jinġieb
quddiem il-Qorti ta’ l-Appell b’rikors preżentat fi żmien tletin
ġurnata wara l-ġurnata li fiha jew iż-żmien imsemmi fl-artikolu
117(2)(b) ikun għadda jew li l-persuna tkun notifikata kif provdut
fl-imsemmi paragrafu, skond liema minnhom jiġri l-ewwel.
(2) Il-Qorti ta’ l-Appell tista’ ttawwal iż-żmien li fih jista’
jsirilha appell, kemm jekk iż-żmien ikun għadda kemm jekk le.
(3) Kopja tar-rikors għandha tiġi notifikata lill-Avukat Ġenerali
mill-anqas għaxart ijiem qabel id-data stabbilita għas-smigħ ta’ l-
appell, kemm-il darba l-Qorti ta’ l-Appell f’xi każ ta’ urġenza ma
tordnax notifika b’inqas żmien.
Proċedimenti tal-
qorti marzjali. 
Emendat: 
LVIII. 1974.68;
XXIV. 1995.362.
119. (1) Meta jsir appell skond din it-Taqsima ta’ dan l-Att, ir-
Reġistratur tal-Qrati (hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejjaħ "ir-
reġistratur") għandu jitlob lill-Avukat Ġenerali biex jagħtih il-
proċess tal-qorti marzjali u kull petizzjoni preżentata mill-appellant
skond l-artikolu 109.
(2) Wara li appell jiġi deċiż finalment jew jiġi deżert, ir-
FORZIARMATI  TA’MALTAġ K AP. 220.    61
reġistratur għandu, bla ħsara ta’ xi ordni li l-Qorti ta’ l-Appell tista’
tagħti, jagħti lura l-proċess tal-qorti marzjali u kull petizzjoni lill-
Avukat Ġenerali.
(3) F’kull żmien wara li jkun sar l-appell kif intqal qabel l-
appellant jista’, bla ħsara tas-subartikolu (5), jikseb mingħand ir-
reġistratur kopji ta’ kull dokument li jkun fil-pussess tiegħu għall-
finijiet ta’ l-appell.
(4) Dawk il-kopji għandhom jingħataw mir-reġistratur lill-
appellant mal-ħlas għalihom ta’ dawk id-drittijiet raġonevoli kif ir-
reġistratur jista’ jistabbilixxi, jew, jekk l-appellant ikun ingħata
għajnuna legali b’xejn, mingħajr ħlas; iżda ebda ħaġa f’dan l-
artikolu ma teħtieġ lir-reġistratur li jagħti mingħajr ħlas xi kopja ta’
dokument li fil-fehma tiegħu ma tkunx meħtieġa għall-finijiet ta’ l-
appell.
(5) Jekk il-Ministru jiċċertifika li minħabba raġunijiet ta’
sigurtà  il-proċess kollu tal-qorti marzjali jew parti minnu jew
dokument ieħor, jew xi esibit jew ħaġa oħra, ma għandhomx jiġu
murija ħlief lill-Qorti ta’ l-Appell, jew għandhom jiġu murija biss
taħt dawk il-kondizzjonijiet li hu jista’ jispeċifika, ir-reġistratur
għandu jħalli lil min jarahom jew jagħti kopji tagħhom biss skond
ordni tal-Qorti ta’ l-Appell u taħt dawk l-kondizzjonijiet, jekk ikun
hemm, kif dik il-qorti tista’ tordna.
Appell minn 
deċiżjoni ta’ ġenn 
u li persuna ma 
tkunx fi stat li tiġi 
proċessata.
120. (1) Persuna li tkun ġiet proċessata minn qorti marzjali
għal reat u tkun instabet mhux ħatja minħabba ġenn tista’ tappella
lill-Qorti ta’ l-Appell kontra dik id-deċiżjoni; u d-disposizzjonijiet
ta’ l-aħħar erba’ artikoli qabel dan għandhom japplikaw għal kull
appell bħal dak.
(2) Persuna misjuba minn qorti marzjali li ma tkunx fi stat li
tiġi proċessata tista’ tappella lill-Qorti ta’ l-Appell kontra d-
deċiżjoni u, bla ħsara tas-subartikoli li ġejjin, id-disposizzjonijiet
ta’ l-aħħar erba’ artikoli qabel dan għandhom japplikaw għal kull
appell bħal dak.
(3) Meta l-kwistjoni jekk l-akkużat kienx fi stat li jiġi proċessat
tkun ġiet deċiża minn qorti marzjali fi żmien wara li jkun deher
quddiem il-qorti, l-appell jista’ jiġi milqugħ (ukoll jekk id-
deċiżjoni tkun intlaħqet bil-mod xieraq) jekk il-Qorti ta’ l-Appell
tkun tal-fehma li l-każ kien wieħed li dwaru l-qorti kien imissha
qabel dak iż-żmien sabitu mhux ħati.
(4) Jekk il-Qorti ta’ l-Appell tkun ta’ dik il-fehma, hi għandha
tissostitwixxi minflokha deċiżjoni ta’ mhux ħati (iżda mhux
deċiżjoni ta’ mhux ħati minħabba ġenn) u l-appellant imbagħad ma
jkunx jista’ jiġi proċessat minn qorti marzjali jew minn xi qorti
oħra għar-reat li bih hu kien ġie akkużat.
(5) Meta l-appell jiġi milqugħ u l-Qorti ta’ l-Appell ma
tissostitwix deċiżjoni ta’ mhux ħati, l-appellant jista’ jiġi proċessat
kif imiss għall-imsemmi reat; u jekk hu f’dak iż-żmien ikun qed
jiġi miżmum għal raġunijiet ta’ saħħa mentali l-qorti tista’ tagħti
dak l-ordni li jidhrilha li jkun meħtieġ jew spedjent sakemm isir
dak il-proċess dwar id-detenzjoni tiegħu.
  62      KAP. 220. ħ          FORZIARMATI  ’MALTA
Reviżjoni ta’ deċiżjonijiet sommarji u awards
Reviżjoni ta’ 
deċiżjonijiet 
sommarji u 
awards.
121. (1) Meta akkuża tkun ġiet trattata sommarjament, ħlief
meta l-akkużat ikun ġie liberat, kull uffiċjal superjuri fil-kmand
għal dak l-uffiċjal li jkun ittratta l-akkuża sommarjament jista’
f’kull żmien jirrevedi d-deċiżjoni jew l-award.
(2) Meta fuq reviżjoni skond dan l-artikolu jkun jidher lill-
uffiċjal li jagħmel ir-reviżjoni spedjent li jagħmel hekk minħabba
xi żball ta’ liġi fil-proċeduri tat-trattazzjoni sommarja ta’ l-akkuża
jew minħabba xi ħaġa f’dawk il-proċeduri li fil-fehma ta’ l-uffiċjal
li jagħmel ir-reviżjoni kienet tinvolvi inġustizzja sostanzjali, l-
imsemmi uffiċjal jista’ jannulla d-deċiżjoni.
(3) Jekk deċiżjoni f’xi proċedimenti tiġi annullata skond l-
aħħar subartikolu qabel dan u l-award mogħti f’dawk il-
proċedimenti jkun biss dwar id-deċiżjoni annullata l-uffiċjal li
jagħmel ir-reviżjoni għandu jannulla wkoll l-award; u jekk l-award
jkun ukoll dwar xi deċiżjoni oħra u jkun jidher lill-imsemmi
uffiċjal li l-award ma kienx ġustifikat skond dan l-Att dwar dik id-
deċiżjoni l-oħra, hu jista’ jibdel l-award billi jissostitwixxi dik il-
piena jew dawk il-pieni kif jidhirlu xieraq, li jkunu piena jew pieni
li kienu setgħu ġew inklużi fl-award oriġinali dwar dik id-deċiżjoni
l-oħra, u li ma jkunux fil-fehma ta’ l-uffiċjal li jagħmel ir-reviżjoni
aktar ħorox mill-piena jew pieni inklużi fl-award oriġinali.
(4) Meta fuq reviżjoni skond dan l-artikolu jkun jidher lill-
uffiċjal li jagħmel ir-reviżjoni li xi piena mogħtija kienet mhux
valida, jew ħarxa ż-żejjed, jew, meta l-award kien jinkludi żewġ
pieni jew iżjed, li dawk il-pieni jew uħud minnhom ma setgħux
jingħataw flimkien b’mod validu, jew ikunu, meħudin flimkien,
ħorox iż-żejjed, hu jista’ jibdel l-award billi jissostitwixxi dik il-
piena jew dawk il-pieni kif jidhirlu xieraq, li jkunu piena jew pieni
li setgħu ġew inklużi fl-award oriġinali u li ma jkunux fil-fehma ta’
l-uffiċjal li jagħmel ir-reviżjoni aktar ħorox mill-piena jew pieni
inklużi fl-award oriġinali.
Deċiżjonijiet li l-akkużat huwa miġnun
Disposizzjonijiet 
fuq meta akkużat 
jinsab li jkun 
miġnun.
Emendat: 
XVIII. 1976.52;
X. 2000.9. 
Kap. 262.
122. (1) Meta, fuq proċess kontra persuna minn qorti marzjali,
ikun jidher lill-qorti li l-akkużat ma jkunx fi stat li jiġi proċessat, il-
qorti għandha hekk tiddeċidi; u jekk id-deċiżjoni tiġi konfermata
skond id-disposizzjonijiet li ġejjin ta’ dan l-artikolu l-akkużat
għandu jinżamm taħt kustodja fl-Isptar Monti Karmelu sabiex
hemmhekk jibqa’ taħt kustodja u miżmum skond id-
disposizzjonijiet tat-Taqsima IV ta’ l-Att dwar is-Saħħa Mentali
jew skond xi disposizzjoni ta’ liġi jew leġislazzjoni oħra
applikabbli għall-każ, u dawk id-disposizzjonijiet għandhom
japplikaw għall-akkużat skond hekk. Għall-finijiet ta’ dan is-
subartikolu "mhux fi stat li jiġi proċessat" tfisser mhux fi stat li jiġi
proċessat minħabba ġenn.
FORZIARMATI  TA’MALTAġ K AP. 220.    63
Kap. 262.
(2) Meta, fuq proċess kontra persuna minn qorti marzjali jkun
jidher lill-qorti li l-provi huma hekk li, apparti minn kwistjoni ta’
ġenn, tiġġustifika deċiżjoni li l-akkużat kien ħati ta’ xi reat, iżda li
fil-ħin ta’ l-atti jew nuqqasijiet li jikkostitwixxu r-reat l-akkużat
kien fi stat ta’ ġenn, il-qorti għandha tiddeċiedi li l-akkużat ma
kienx ħati ta’ dak ir-reat minħabba ġenn, u malli jsir hekk l-akkużat
għandu jinżamm taħt kustodja fl-Isptar Monti Karmelu sabiex
hemmhekk jibqa’ taħt kustodja u miżmum skond id-
disposizzjonijiet tat-Taqsima IV ta’ l-Att dwar is-Saħħa Mentali
jew skond xi disposizzjoni ta’ liġi jew leġislazzjoni oħra li tapplika
għall-każ, u dawk id-disposizzjonijiet għandhom japplikaw għall-
akkużat skond hekk.
(3) Deċiżjoni skond is-subartikolu (1) ma għandux ikollha
effett kemm-il darba u sakemm id-deċiżjoni tiġi konfermata minn
uffiċjal li kien ikollu s-setgħa li jikkonferma deċiżjoni ta’ ħati li
għaliha tkun waslet il-qorti marzjali in kwistjoni u tiġi promulgata.
(4) Meta, fil-proċess kontra persuna minn qorti marzjali,
tinqala’ l-kwistjoni (fuq talba tad-difiża jew xort’oħra) dwar jekk l-
akkużat kienx fi stat li jiġi proċessat, għandhom japplikaw id-
disposizzjonijiet li ġejjin:
(a) il-qorti, jekk meta tikkunsidra x-xorta ta’ l-inkapaċità
li jingħad li jkun hemm tkun tal-fehma li jkun spedjent
li tagħmel hekk u fl-interess ta’ l-akkużat, tista’
tipposponi l-konsiderazzjoni tal-kwistjoni għal kull
żmien sakemm tibda d-difiża u jekk qabel ma l-
kwistjoni tasal biex tiġi deċiża, l-qorti ssib lill-akkużat
mhux ħati ta’ l-akkuża jew ta’ kull waħda mill-akkużi
li għalihom qed jiġi proċessat, il-kwistjoni ma
għandhiex tiġi deċiża;
(b) bla ħsara tal-paragrafu (a) ta’ hawn fuq, il-kwistjoni
għandha tiġi deċiża meta tinqala’;
(ċ) meta l-akkużat jinsab mhux fi stat li jiġi proċessat, il-
proċess ma għandux isir jew jitkompla, iżda jekk il-
kwistjoni tiġi deċiża f’xi żmien li jkun wara li tinqara
l-akkuża l-uffiċjal li għandu jedd li jikkonferma jew l-
awtorità  ta’ reviżjoni jistgħu jissostitwixxu deċiżjoni
ta’ mhux ħati (li ma tkunx deċiżjoni ta’ mhux ħati
minħabba ġenn), jekk ikunu tal-fehma li l-qorti
jmissha qabel dak iż-żmien waslet għal dik id-
deċiżjoni.
(5) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att dwar reviżjoni, konferma
jew reviżjoni (u b’mod partikolari d-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att
li jagħtu s-setgħa għas-sostituzzjoni minflok xi deċiżjoni ta’
deċiżjoni oħra li setgħet waslet għaliha b’qorti marzjali in
kwistjoni) japplikaw għal dawk id-deċiżjonijiet kif hemm provdut
għalihom bis-subartikolu (2) kif dawk id-disposizzjonijiet
japplikaw għal deċiżjonijiet ta’ ħati.
(6) Meta l-uffiċjal li għandu l-jedd li jikkonferma jew l-
awtorità  ta’ reviżjoni tissostitwixxi minflok deċiżjoni ta’ mhux ħati
minħabba ġenn deċiżjoni ta’ ħati ta’ reat, l-uffiċjal li għandu l-jedd
li jikkonferma jew l-awtorità  ta’ reviżjoni jkollha l-istess setgħa li
  64      KAP. 220. ħ          FORZIARMATI  ’MALTA
tikkundanna lill-akkużat u s-setgħat l-oħra kif kien ikollha qorti
marzjali li waslet għal deċiżjoni ta’ ħati, u kull sentenza mogħtija
għandha tiġi promulgata u jkollha effett kif kien ikollha sentenza
sostitwita kif imiss mill-uffiċjal li għandu l-jedd li jikkonferma jew
mill-awtorità  ta’ reviżjoni minflok sentenza ta’ qorti marzjali.
(7) Meta in eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni ta’ mhux ħati minħabba
ġenn persuna tiġi detenuta għal raġunijiet ta’ saħħa mentali, u l-
awtorità  ta’ reviżjoni tannulla d-deċiżjoni (mingħajr ma
tissostitwixxi deċiżjoni oħra) allura, jekk l-awtorità  ta’ reviżjoni
tkun tal-fehma -
(a) li l-persuna in kwistjoni tkun qed tbati minn diżordni
mentali ta’ natura jew grad li jiġġustifika li tiġi
detenuta fi sptar għall-osservazzjoni (b’kura medika
jew mingħajrha) għal mill-anqas żmien limitat; u
(b) li hi għandha tiġi hekk detenuta fl-interess tas-saħħa
jew tas-sigurtà  tagħha stess jew bil-ħsieb ta’ ħarsien
ta’ persuni oħra,
l-awtorità  ta’ reviżjoni għandha tagħmel ordni biex dik il-persuna
tkompli detenuta; u l-ordni jkun awtorità  biżżejjed biex hi tibqa’
detenuta, u dik il-persuna għandha tibqa’ hekk detenuta skond id-
disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-artikolu daqslikieku d-
deċiżjonijiet ma’ ġewx imħassra.
Dmirijiet ta’ l-Avukat Ġenerali dwar qrati marzjali
Dmirijiet ta’ l-
Avukat Ġenerali 
dwar qrati 
marzjali.
Emendat: 
LVIII. 1974.68. 
123. Regolamenti jew regoli magħmula bis-saħħa ta’ dan l-Att u
regolamenti magħmula mill-Ministru bis-saħħa ta’ dan l-artikolu
jistgħu jagħtu lill-Avukat Ġenerali dawk il-funzjonijiet li
jikkunsidra u jirrapporta fuq proċedimenti ta’ qrati marzjali u dawk
il-funzjonijiet l-oħra dwar dawk il-qrati kif l-awtorità  li tagħmel ir-
regolamenti jew ir-regoli jidhrilha xieraq u ebda ħaġa fid-
disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ din it-Taqsima ta’ dan l-Att ma
għandha tkun ta’ preġudizzju ta’ dawk id-dmirijiet.
Il-bidu, sospensjoni u tul ta’ sentenzi
Il-bidu ta’ sentenzi. 124. (1) Sentenza militari ta’ priġunerija jew detenzjoni jew
sentenza ta’ field punishment għandha, bla ħsara tad-
disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, tibda tgħodd mill-bidu tal-
ġurnata li fiha sentenza tkun ingħatat oriġinarjament mill-qorti
marzjali li tkun ipproċessat lil min għamel ir-reat, jew, skond il-każ
li ngħatat oriġinarjament mill-uffiċjal kmandant tiegħu.
(2) Sentenza ta’ priġunerija jew detenzjoni mogħtija minn qorti
marzjali lil raġel tal-forza li tkun sospiża skond l-artikolu 126 qabel
ma jkun mibgħut il-ħabs jew stabbiliment ieħor ma għandhiex tibda
tgħodd qabel il-bidu tal-ġurnata li fiha s-sentenza ma tibqax aktar
sospiża:
Iżda meta sentenza tiġi sospiża minn uffiċjal li għandu l-
jedd li jikkonferma u l-awtorità  ta’ reviżjoni twaqqaf s-sospensjoni,
l-awtorità  ta’ reviżjoni tista’ tordna li s-sentenza tibda tgħodd minn
dik id-data anterjuri, li ma tkunx qabel il-ġurnata li fiha s-sentenza
kienet oriġinarjament mogħtija mill-qorti marzjali, kif l-awtorità
FORZIARMATI  TA’MALTAġ K AP. 220.    65
ta’ reviżjoni tista’ tispeċifika.
Tul ta’ sentenza ta’ 
priġunerija u 
detenzjoni.
125. (1) Meta raġel tal-forza jkun ġie ikkundannat għal
priġunerija jew detenzjoni minn qorti marzjali, u s-sentenza tiġi
sospiża skond l-artikolu li jiġi minnufih wara dan wara li hu jkun
intbagħat il-ħabs jew stabbiliment ieħor, id-dekorriment tas-
sentenza għandu jiġi sospiż mill-bidu tal-ġurnata li tkun l-għada
tal-ġurnata li fiha jkun ġie meħlus skond id-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu li jiġi minnufih wara dan sal-bidu tal-ġurnata li fiha s-
sentenza ma tibqax aktar sospiża.
(2) Meta xi persuna li tkun qed tiskonta sentenza ta’ priġunerija
jew detenzjoni tkun illegalment in libertà  waqt li s-sentenza tkun
għaddejja, allura, biex jiġi kalkulat iż-żmien li hi għandha tibqa’ fi
priġunerija jew detenzjoni skond is-sentenza, ma għandux jingħadd
iż-żmien li jgħaddi matul il-perijodu li jibda mill-ġurnata li fiha
kienet in libertà  u li jispiċċa fil-ġurnata li fiha, bħala persuna li
tkun illegalment in libertà  titqiegħed f’kustodja militari jew
kustodja ta’ awtorità  ċivili jew (jekk ma titteħidx hekk f’kustodja)
li terġa’ lura fil-post li fih kienet qed tinżamm fi priġunerija jew
detenzjoni qabel ma kienet illegalment in libertà :
Iżda kull żmien, matul iż-żmien imsemmi l-aħħar li matulu
hi tipprova li kienet taħt kustodja ta’ awtorità  ċivili jew ta’ xi
awtorità  oħra li dwarha jkunu saru arranġamenti skond l-artikolu
129 ta dan l-Att, għandu jingħadd fil-kalkolu tal-perijodu li għalih
kellha tinżamm fi priġunerija jew detenzjoni skond is-sentenza
militari.
(3) Bla ħsara tas-subartikolu (2), meta persuna li tkun qed
tiskonta sentenza militari ta’ priġunerija jew detenzjoni tkun ġiet
legalment liberata temporanjament għal raġunijiet ta’ kompassjoni,
allura fil-kalkolu tal-perijodu li għalih hi għandha tibqa’ fi
priġunerija jew detenzjoni skond is-sentenza, ma għandux jitnaqqas
iż-żmien li jgħaddi matul il-perijodu li jibda mill-ġurnata li tiġi
wara dik li fiha hi tkun liberata u li jispiċċa fil-ġurnata li fiha hi
tkun meħtieġa li terġa’ lura taħt kustodja.
(4) Persuna li għal xi perijodu tiġi liberata kif issemma fl-aħħar
subartikolu qabel dan jew li b’mod ieħor titħalla legalment barra
minn xi stabbiliment militari jew stabbiliment ieħor jew b’mod
ieħor mhux taħt kustodja għal xi perijodu jew taħt xi kondizzjoni
għandha, jekk tonqos li terġa’ lura meta jgħaddi l-perijodu jew li
tħares il-kondizzjoni, titqies għall-finijiet tas-subartikolu (2) li tkun
illegalment in libertà .
Sospensjoni ta’ 
sentenzi.
126. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 111(5),
meta jikkonferma sentenza ta’ priġunerija jew detenzjoni mogħtija
minn qorti marzjali lil raġel tal-forza, l-uffiċjal li għandu l-jedd li
jikkonferma jista’ jordna li dik is-sentenza tiġi sospiża; u kull
sentenza tali li ma tkunx f’dak iż-żmien sospiża tista’, fuq reviżjoni
jew kunsiderazzjoni mill-ġdid tas-sentenza, tiġi sospiża b’ordni ta’
l-awtorità  li tkun qed tirrevedi jew tikkunsidra mill-ġdid is-
sentenza.
(2) Is-sospensjoni ta’ kull sentenza bħal dik tista’ (mingħajr ma
jiġi preġudikat is-sospensjoni tagħha għal darb’oħra) tiġi terminata
  66      KAP. 220. ħ          FORZIARMATI  ’MALTA
mar-reviżjoni jew mal-kunsiderazzjoni mill-ġdid tas-sentenza
b’ordni ta’ l-imsemmija awtorità  li tikkommetti l-persuna
kundannata għal priġunerija jew detenzjoni, skond il-każ.
(3) Meta fil-waqt li xi sentenza bħal dik tkun sospiża, il-
persuna kundannata tiġi kundannata minn qorti marzjali għal
priġunerija jew detenzjoni għal reat ieħor allura (kemm-il darba
dak li jkun fadal mis-sentenza ta’ qabel ma jkunx maħfur bis-saħħa
ta’ l-artikolu 77(11)) -
(a) il-qorti tista’ tittermina s-sospensjoni tas-sentenza ta’
qabel b’ordni li jikkommetti l-persuna kundannata
għal priġunerija jew detenzjoni, skond il-każ, u jekk
tagħmel hekk il-qorti għandha tgħid jekk iż-żewġ
kundanni għandhomx jiġu skuntati flimkien jew waħda
wara l-oħra;
(b) jekk il-qorti ma teżerċitax is-setgħat mogħtija bl-aħħar
paragrafu qabel dan, l-uffiċjal li għandu l-jedd li
jikkonferma jista’ jeżerċita dawk is-setgħat mal-
konferma ta’ l-aħħar sentenza;
(ċ) jekk la l-qorti u lanqas l-uffiċjal li għandu l-jedd li
jikkonferma ma jeżerċitaw l-imsemmija setgħat,
awtorità  ta’ reviżjoni tista’ teżerċita dawk is-setgħat
mar-reviżjoni ta’ l-aħħar sentenza;
(d) meta l-imsemmija setgħat jiġu eżerċitati (mill-qorti,
mill-uffiċjal li għandu l-jedd li jikkonferma jew mill-
awtorità  ta’ reviżjoni) kull setgħa ta’ sospensjoni jew
maħfra eżerċitabbli dwar is-sentenza ta’ wara għandha
tkun eżerċitabbli wkoll dwar is-sentenza ta’ qabel:
Iżda dan is-subartikolu għandu jkollu effett bla ħsara tad-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 77(12). 
(4) Bla ħsara għal sospensjoni oħra tas-sentenza ta’ qabel,
ordni skond l-aħħar subartikolu qabel dan li jordna li s-sospensjoni
ta’ dik is-sentenza għandha tiġi terminata ma għandux jiġi mfixkel
billi s-sentenza ta’ wara ma tkunx ġiet konfermata jew billi tkun
ġiet annullata.
(5) Meta s-sentenza ta’ persuna taħt kustodja tiġi sospiża, hi
għandha malli jsir hekk tiġi liberata.
Esekuzzjoni ta’ sentenzi ta’ priġunerija u detenzjoni
Esekuzzjoni ta’ 
sentenzi ta’ mewt.
Emendat: 
XI. 1977.2. 
Mħassar: X.2000.10.
Regoli dwar 
priġunerija u 
detenzjoni.
128. (1) Il-Ministru jista’ jagħmel regoli (f’dan l-Att imsejħa
Regoli dwar Priġunerija u Detenzjoni) dwar il-ħwejjeġ kollha li
ġejjin jew uħud minnhom:
(a) il-postijiet li fihom u l-istabbilimenti jew xorta ta’
kustodja (militari jew m’humiex) li fihom persuni
jistgħu jkunu meħtieġa li jiskontaw is-sentenzi militari
ta’ priġunerija jew detenzjoni jew parti minnhom li
jingħataw lilhom;
FORZIARMATI  TA’MALTAġ K AP. 220.    67
(b) li jintbagħtu persuni taħt sentenzi militari ta’
priġunerija jew detenzjoni fl-istabbiliment xieraq jew
taħt xorta ta’ kustodja xierqa, it-tneħħija minn pajjiż
jew post għal ieħor u minn stabbiliment jew xorta ta’
kustodja għal oħra u l-ħelsien meta jispiċċa ż-żmien
ta’ priġunerija jew detenzjoni;
(ċ) il-provvediment, il-klassifika, it-tmexxija u l-
amministrazzjoni ta’ stabbilimenti militari;
(d) il-klassifika, it-trattament, l-impieg, id-dixxiplina u l-
kontroll ta’ persuni li jkunu qed jiskontaw sentenzi
militari ta’ priġunerija jew detenzjoni fi stabbilimenti
militari jew xort’oħra f’kustodja militari;
(e) il-liberazzjoni temporanja għal raġunijiet ta’
kompassjoni ta’ persuni li jkunu qed jiskontaw dawk
is-sentenzi f’dawk l-istabbilimenti jew taħt dik il-
kustodja kif intqal qabel, il-każijiet li fihom, il-
perijodi li għalihom u l-kondizzjonijiet li taħthom
huma jistgħu jitħallew barra minn xi stabbiliment bħal
dak jew ma jibqgħux taħt dik il-kustodja u l-maħfra ta’
xi parti minn dik is-sentenza għal imġieba tajba jew
xogħol tajjeb;
(f) in-nomina, is-setgħat u d-dmirijiet ta’ spetturi,
viżitaturi u gvernaturi, u ta’ uffiċjali u membri oħra
tal-persunal, ta’ stabbilimenti militari.
(2) Sakemm isiru r-Regoli dwar Priġunerija u Detenzjoni
sentenza ta’ priġunerija skond dan l-Att għandha tiġi skontata fil-
Ħabs Ċivili, u sentenza ta’ detenzjoni skond dan l-Att għandha tiġi
skontata f’barrack ta’ detenzjoni jew f’kustodja militari iżda mhux
f’ħabs.
(3) Bla ħsara ta’ xi disposizzjoni li tinsab fir-Regoli dwar
Priġunerija u Detenzjoni, priġunier militari għandu, fil-waqt li jkun
f’ħabs ċivili, ikun miżmum u dwar ħwejjeġ oħra trattat bl-istess
mod bħala priġunier ċivili li jkollu sentenza ta’ priġunerija bħal
tiegħu.
(4) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 4(5) u (6) għandhom
japplikaw għar-Regoli dwar Priġunerija u Detenzjoni kif japplikaw
għal regolamenti u ordnijiet magħmula skond dak l-artikolu.
Arranġamenti biex 
sentenzi jiġu 
skuntati barra minn 
Malta.
129. (1) Il-Ministru jista’ minn żmien għal żmien jagħmel
arranġamenti ma’ l-awtoritajiet ta’ kwalunkwe pajjiż jew territorju
barra minn Malta li bihom sentenzi militari ta’ priġunerija jew
detenzjoni jkunu jistgħu skond ir-Regoli dwar Priġunerija u
Detenzjoni jew skond xi arranġamenti bħal dawk jiġu skuntati għal
kollox jew f’parti fi stabbilimenti taħt il-kontroll ta’ dawk l-
awtoritajiet.
(2) Is-setgħat mogħtija lill-Ministru bl-artikolu 128 għandhom
japplikaw wkoll għall-egħmil ta’ dak il-provvediment li jidhirlu
meħtieġ jew spedjent biex iseħħu kwalunkwe arranġamenti
magħmula taħt l-aħħar subartikolu qabel dan.
  68      KAP. 220. ħ          FORZIARMATI  ’MALTA
Proċessi kontra persuni li ma jibqgħux suġġetti għal-liġi militari u 
ż-żmien li fih għandhom isiru l-proċessi
Proċess u piena 
għal reati taħt liġi 
militari ukoll jekk 
min jagħmel ir-reat 
ma jkunx baqa’ 
suġġett għal-liġi 
militari.
130. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu li  jiġi
minnufih wara dan, meta reat li skond dan l-Att għandu jiġi trattat
minn qorti marzjali jiġi kommess jew ikun raġonevolment maħsub
li ġie kommess, minn xi persuna fil-waqt li tkun suġġetta għal-liġi
militari, allura dwar dak ir-reat hi għandha tiġi trattata, għall-
finijiet tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att dwar l-arrest, t-tiżmim
f’kustodja, l-investigazzjoni ta’ akkużi, il-proċess u piena minn
qorti marzjali (inklużi konferma, reviżjoni, kunsiderazzjoni mill-
ġdid u sospensjoni) u l-esekuzzjoni ta’ sentenzi bħala li baqgħet
suġġetta għal-liġi militari minkejja li ma tkunx f’xi żmien baqgħet
hekk suġġetta.
(2) Meta, fil-waqt li persuna tkun taħt kustodja militari bis-
saħħa ta’ dan l-artikolu (kemm qabel, matul jew wara l-proċess) hi
tagħmel, jew tkun raġonevolment maħsuba li għamlet, xi reat li
kieku kienet suġġetta għal-liġi militari kien ikun reat skond dan l-
Att li għandu jiġi trattat minn qorti marzjali, allura dwar dak ir-reat
jew ir-reat maħsub hi għandha tiġi trattata, għall-finijiet tad-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att imsemmija fl-aħħar subartikolu qabel
dan u tad-disposizzjonijiet tiegħu dwar trattazzjoni sommarja ta’
akkużi, bħala li kienet suġġetta għal-liġi militari meta kien sar jew
kien maħsub li sar ir-reat u bħala li baqgħet suġġetta għal-liġi
militari wara dan.
(3) Meta bis-saħħa ta’ xi wieħed mill-aħħar żewġ subartikoli
qabel dan persuna titqies li tkun f’xi żmien suġġetta għal-liġi
militari għall-finijiet ta’ xi disposizzjoni ta’ dan l-Att, dik id-
disposizzjoni għandha tapplika għaliha -
(a) jekk ikollha xi rank militari, bħal ma tapplika għal
persuna li jkollha dak ir-rank;
(b) f’kull każ ieħor bħal ma tapplika għal persuna li
jkollha r-rank li kellha qabel meta l-aħħar kienet
suġġetta għal-liġi militari:
Iżda dwar kull żmien wara li tkun ġiet kundannata għar-reat
in kwistjoni u l-kundanna tkun ġiet konfermata l-imsemmija
disposizzjoni għandha tapplika għaliha (f’kull każ) bħal ma
tapplika għal suldat.
(4) Meta apparti minn dan is-subartikolu xi disposizzjoni ta’
dan l-Att kienet tkun skond l-aħħar subartikolu qabel dan tapplika
għal persuna, dwar reati differenti, kif tapplika għal persuna
b’ranks differenti, għandha tapplika għaliha bħala persuna li
jkollha l-inqas minn dawk ir-ranks.
Limitazzjoni ta’ 
żmien għal 
proċessi taħt liġi 
militari.
Emendat: 
LVIII. 1974.68.
131. (1) Ebda persuna ma għandha tiġi proċessata minn qorti
marzjali għal reat, li ma jkunx wieħed kontra l-artikolu 44 jew 45
jew diżerzjoni, kemm-il darba l-proċess ma jinbedix fi żmien tliet
snin wara li jsir ir-reat, iżda għandu jiġi injorat kull żmien li matulu
hi kienet priġunier tal-gwerra u kull żmien li matulu kienet nieqsa
illegalment:
Iżda -
FORZIARMATI  TA’MALTAġ K AP. 220.    69
(a) fil-każ ta’ reat kontra l-artikolu 75 meta proċedimenti
għal xi reat ċivili korrispondenti għandhom, bis-saħħa
ta’ xi liġi, jinbdew fi żmien limitat, dak il-limitu ta’
żmien għandu japplika għall-proċess dwar ir-reat
skond l-imsemmi artikolu 75 minflok id-
disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan is-subartikolu;
(b) bla ħsara ta’ kull limitu ta’ żmien bħal dak imsemmi
fl-aħħar paragrafu qabel dan, persuna tista’ tiġi
proċessata minn qorti marzjali għal reat ċivili minkejja
li jkun magħmul aktar minn tliet snin qabel ma jibda l-
proċess, jekk l-Avukat Ġenerali jagħti l-kunsens għal
dak il-proċess.
(2) Meta persuna li tkun ikkommettiet reat ta’ diżerzjoni, li ma
jkunx diżerzjoni waqt servizz attiv, tkun wara l-egħmil tar-reat
serviet bħala membru tal-forza regolari kontinwament b’mod
eżemplari għal mhux inqas minn tliet snin, hi ma għandhix tiġi
proċessata għal dak ir-reat.
(3) Persuna ma tistax tiġi proċessata bis-saħħa tas-subartikolu
(1) ta’ l-aħħar artikolu qabel dan ħlief jekk il-proċess tagħha
jinbeda fi żmien tliet xhur wara li ma tkunx baqgħet suġġetta għal-
liġi militari jew jekk il-proċess tagħha jkun għal reat ċivili u l-
Avukat Ġenerali jagħti l-kunsens tiegħu għall-proċess:
Iżda dan is-subartikolu ma għandux japplika għal reat
kontra l-artikolu 44 jew 45 jew għal diżerzjoni.
(4) Persuna ma għandhiex tiġi arrestata jew miżmuma taħt
kustodja bis-saħħa tas-subartikolu (1) ta’ l-aħħar artikolu qabel dan
għal reat fi kwalunkwe żmien wara li ma tkunx baqgħet li tista’ tiġi
proċessata għar-reat.
Relazzjonijiet bejn liġi militari u qrati ċivili u finalità  ta’ proċessi 
Ġurisdizzjoni ta’ 
qrati ċivili. 
132. (1) Meta persuna suġġetta għal-liġi militari -
(a) tkun ġiet proċessata għal reat minn qorti marzjali jew
kellha reat li hi tkun għamlet li ġie meħud in
konsiderazzjoni minn qorti marzjali meta
ikkundannatha; jew
(b) tkun ġiet akkużata b’reat skond dan l-Att u l-akkuża
kienet ġiet trattata sommarjament mill-uffiċjal
kmandant tagħha jew mill-awtorità  superjuri xierqa,
qorti ċivili ma tkunx tista’ wara tipproċessaha għal reat li
sostanzjalment ikun l-istess bħal dak ir-reat, iżda ħlief kif intqal
qabel ebda ħaġa f’dan l-Att ma għandha tiftiehem li tnaqqas il-
ġurisdizzjoni ta’ xi qrati ċivili li tipproċessa persuna suġġetta għal
dan l-Att għal reat.
(2) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu -
(a) persuna ma għandhiex titqies li ġiet proċessata minn
qorti marzjali jekk tiġi miżmuma l-konferma ta’
deċiżjoni tal-qorti marzjali li dik il-persuna hija ħatja
tar-reat, jew ta’ deċiżjoni ta’ qorti marzjali li ma hix
ħatja tar-reat minħabba ġenn;
  70      KAP. 220. ħ          FORZIARMATI  ’MALTA
(b) persuna ma għandhiex titqies li kellha reat li ttieħed in
konsiderazzjoni minn qorti marzjali meta
ikkundannatha jekk il-konferma tas-sentenza tiġi
miżmuma jew is-sentenza tiġi annullata;
(ċ) każ għandu jitqies li ġie trattat sommarjament mill-
uffiċjal kmandant jew mill-awtorità  superjuri xierqa
minkejja li d-deċiżjoni ta’ dak l-uffiċjal jew ta’ dik l-
awtorità  tkun ġiet annullata, jew is-sentenza ta’ dak l-
uffiċjal jew ta’ dik l-awtorità  tkun ġiet annullata jew
mibdula, meta ġiet riveduta.
Persuni ma jiġux 
proċessati skond 
dan l-Att għal reati 
diġà  maqtugħin.
133. (1) Meta persuna suġġetta għal-liġi militari -
(a) tkun ġiet proċessata għal reat minn qorti ċivili
kompetenti, tkun fejn tkun, jew minn qorti marzjali;
jew 
(b) kellha reat li tkun għamlet meħud in konsiderazzjoni
meta ġiet kundannata minn qorti marzjali jew minn xi
qorti ċivili kif intqal qabel; jew
(ċ) tkun ġiet akkużata b’reat skond dan l-Att u tkun ġiet
liberata, jew kienet instabet ħatja tar-reat, mill-uffiċjal
kmandant tagħha jew mill-awtorità  superjuri xierqa;
jew
(d) kellha reat maħfur mill-uffiċjal kmandant tagħha,
ma tkunx suġġetta, dwar dak ir-reat li tiġi proċessata minn qorti
marzjali jew li l-każ tagħha jiġi trattat sommarjament mill-uffiċjal
kmandant tagħha jew mill-awtorità  superjuri xierqa.
(2) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu -
(a) persuna ma għandhiex titqies li ġiet proċessata minn
qorti marzjali jekk tiġi miżmuma l-konferma ta’
deċiżjoni ta’ qorti marzjali li dik il-persuna tkun ħatja
tar-reat jew ta’ deċiżjoni ta’ qorti marzjali li hi ma
tkunx ħatja tar-reat minħabba ġenn;
(b) persuna ma għandhiex titqies li kellha reat li ttieħed in
konsiderazzjoni minn qorti marzjali meta ġiet
ikkundannata jekk il-konferma tas-sentenza tiġi
miżmuma jew is-sentenza tiġi annullata;
(ċ) każ għandu jitqies li ġie trattat sommarjament mill-
uffiċjal kmandant jew mill-awtorità  superjuri xierqa
minkejja li d-deċiżjoni ta’ dak l-uffiċjal jew ta’ dik l-
awtorità  tkun ġiet annullata, jew is-sentenza ta’ dak l-
uffiċjal jew ta’ dik l-awtorità  tkun ġiet annullata jew
mibdula, meta ġiet riveduta;
(d) reat għandu jitqies li jkun ġie maħfur mill-uffiċjal
kmandant dwar persuna akkużata bir-reat jekk, u biss
jekk, dak l-uffiċjal jew xi uffiċjal awtorizzat minnu
biex jagħmel dak li hu meħtieġ dwar ir-reat ikun bit-
tagħrif taċ-ċirkostanzi kollha rilevanti għarrafha li ma
tkunx ser tiġi akkużata b’dak ir-reat;
(e) persuna ordnata taħt l-artikolu 64(2) li tiġi impriġunata
FORZIARMATI  TA’MALTAġ K AP. 220.    71
jew li tinżamm taħt detenzjoni għal reat kontra dak l-
artikolu għandha titqies li ġiet proċessata minn qorti
marzjali għar-reat.
(3) Meta l-konferma ta’ deċiżjoni ta’ ħati ta’ reat jew deċiżjoni
ta’ mhux ħati ta’ reat minħabba ġenn tiġi miżmuma l-akkużat ma
għandux jiġi proċessat darb’oħra minn qorti marzjali għal dak ir-
reat ħlief jekk l-ordni li jlaqqa’ l-qorti ta’ l-aħħar jiġi maħruġ mhux
aktar tard minn tmienja u għoxrin ġurnata wara l-promulgazzjoni
tad-deċiżjoni li tinżamm il-konferma.
(4) Ħlief kif provdut fid-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-
artikolu, proċedimenti għal reati kontra dan l-Att (kemm quddiem
uffiċjal kmandant jew awtorità  superjuri xierqa jew quddiem qorti
marzjali) ma għandhomx jiġu esklużi minħabba maħfra.
Inkjesti 
Bord ta’ inkjesta. 
Emendat: 
A.L. 148 ta’ l-
1975.
134. (1) Bla ħsara ta’ u skond id-disposizzjonijiet ta’ regoli
magħmula skond dan l-artikolu (hawnhekk iżjed ’il quddiem
imsejħa "Regoli dwar Bord ta’ Inkjesta"), il-Kmandant jew xi
uffiċjal tal-forza mogħti s-setgħa minn jew skond dawk ir-regoli li
jagħmel hekk jista’ jlaqqa’ bord ta’ inkjesta biex jinvestiga u
jirrapporta fuq fatti dwar -
(a) l-assenza ta’ xi persuna suġġetta għal-liġi militari; 
(b) il-qbid ta’ xi persuna bħal dik mill-għadu;
(ċ) il-mewt ta’ xi persuna fi stabbiliment militari meta ma
tkunx meħtieġa li ssir inkjesta fuq il-mewt minn xi
awtorità  ċivili;
(d) kull ħaġa’oħra ta’ klassi speċifikata f’dawk ir-regoli
jew riferita għal dak il-bord mill-Kmandant jew minn
xi uffiċjal kif intqal qabel,
u bord ta’ inkjesta għandu, jekk jiġi ordnat li jagħmel hekk, jagħti
l-fehma tiegħu fuq xi kwistjoni li tinqala’ minn kwalunkwe ħaġa
riferita lill-bord.
(2) Bord ta’ inkjesta għandu jkun magħmul minn president, li
jkun uffiċjal li ma jkunx taħt il-grad ta’ kaptan u li jkun suġġett
għal-liġi militari u minn mhux anqas minn żewġ membri oħra li
kull wieħed minnhom jew ikun persuna suġġetta għal-liġi militari
jew persuna li ma tkunx hekk suġġetta li tkun fis-servizz tal-Gvern
ta’ Malta.
(3) Bla ħsara tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, regoli
dwar bord ta’ inkjesta jistgħu jipprovdu dwar il-laqgħa, il-
kostituzzjoni u l-proċeduri ta’ bord ta’ inkjesta u, bla ħsara tal-
ġeneralità  ta’ dak li ntqal qabel, jistgħu, jipprovdu dwar kull ħaġa
jew xi ħaġa minn dan li ġej:
(a) ir-regoli dwar provi li għandhom jiġu mħarsa minn
bord ta’ inkjesta u s-smigħ ta’ provi quddiem bord
bħal dawk, hekk iżda li r-regoli għandhom jipprovdu
biex tittieħed ix-xiehda bil-ġurament jew
b’dikjarazzjoni ħlief f’dawk iċ-ċirkostanzi li jekk ix-
xiehda kellha tittieħed f’qorti marzjali l-ġurament kien
  72      KAP. 220. ħ          FORZIARMATI  ’MALTA
jista’ jiġi dispensat;
(b) bla ħsara tad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu li jiġi
minnufih wara dan, ir-reġistrar fil-kotba tas-servizz ta’
deċiżjonijiet tal-bord ta’ inkjesta f’dawk il-każijiet li
jistgħu jiġu provduti bir-regoli;
(ċ) dawk il-ħwejjeġ inċidentali u supplimentari kif jidher
li jkunu meħtieġa għall-fini tar-regoli.
(4) Regoli dwar Bord ta’ Inkjesta għandhom jipprovdu biex jiġi
żgurat li kull xhud jew persuna oħra li tista’ tiġi effettwata mid-
deċiżjoni ta’ bord ta’ inkjesta jkollha l-opportunità  li tkun preżenti,
u rappreżentata, fis-seduti tal-bord jew f’parti minnhom kif jista’
jiġi speċifikat minn jew skond ir-regoli.
(5) Xiehda mogħtija quddiem bord ta’ inkjesta ma għandhiex
tiġi milqugħa kontra kwalunkwe persuna fi proċedimenti quddiem
qorti marzjali, uffiċjal kmandant jew awtorità  superjuri xierqa, li
ma jkunux proċediment għal reat kontra l-artikolu 65 jew għal reat
kontra l-artikolu 75 meta r-reat ċivili korrispondenti jkun sperġur.
(6) Is-setgħa għall-egħmil ta’ Regoli dwar Bord ta’ Inkjesta
għandha tiġi eżerċitata mill-Ministru; u d-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 4(5) u (6) għandhom japplikaw għal dawk ir-regoli kif
japplikaw għal regolamenti u ordnijiet magħmula taħt dak l-
artikolu.
Inkjesti dwar 
assenza. 
135. (1) Meta bord ta’ inkjesta li jkun qed jistħarreġ l-assenza
ta’ uffiċjal jew raġel tal-forza jirrapporta li jkun assenta ruħu
mingħajr leave jew mingħajr raġuni xierqa għal perijodu speċifikat
fir-rapport, li ma jkunx anqas minn wieħed u għoxrin ġurnata,
reġistrazzjoni tar-rapport għandha skond ir-Regoli dwar Bord ta’
Inkjesta titniżżel fil-kotba tas-servizz.
(2) Reġistrazzjoni mniżżla skond l-aħħar subartikolu qabel dan
għandha, kemm-il darba l-assenti ma jerġax lura sussegwentement,
jew ma jiġix arrestat, jew ir-rapport tal-bord ta’ inkjesta, ma jiġix
annullat mill-kmandant jew minn bord ieħor ta’ inkjesta ikollha l-
istess effett bħal kundanna minn qorti marzjali għal diżerzjoni.
Inkjesti 
reġimentali. 
Emendat: 
A.L. 148 ta’ l-
1975.
136. (1) Uffiċjal tal-forza awtorizzat f’dak is-sens minn jew
skond regolamenti magħmula mill-Ministru taħt dan l-artikolu
jista’ jġiegħel li inkjesta tinżamm f’dak il-mod u minn dik il-
persuna jew dawk il-persuni kif jista’ jiġi speċifikat minn jew
stabbilit skond dawk ir-regolamenti (li tkun persuna jew ikunu
persuni li kull waħda minnhom tkun jew suġġetta għal-liġi militari
jew, jekk ma tkunx hekk suġġetta, tkun fis-servizz tal-Gvern ta’
Malta), dwar kull ħaġa hekk speċifikata jew stabbilita:
Iżda ma għandhiex issir inkjesta skond dan l-artikolu dwar:
(a) l-assenza ta’ persuna li tkun suġġetta għal-liġi militari;
jew
(b) il-qbid ta’ xi persuna bħal dik mill-għadu.
(2) Regolamenti skond dan l-artikolu jistgħu jipprovdu dwar
regoli dwar provi li għandhom jiġu mħarsa fl-inkjesti miżmuma
skond dan l-artikolu u dwar kif tittieħed ix-xiehda f’dawk l-
FORZIARMATI  TA’MALTAġ K AP. 220.    73
inkjesti, u jistgħu jawtorizzaw is-smigħ ta’ xiehda bil-ġurament jew
b’dikjarazzjoni, u l-għoti ta’ ġuramenti, f’dawk il-każijiet li jistgħu
jiġu speċifikati minn jew skond ir-regolamenti.
(3) L-artikolu 134(4) u (5) għandhom japplikaw għal inkjesti
miżmuma bis-saħħa ta’ dan l-artikolu bis-sostituzzjoni ta’ riferenzi
għal regolamenti skond dan l-artikolu minflok riferenzi għal Regoli
dwar Bord ta’ Inkjesta u ta’ riferenzi għal inkjesta miżmuma bis-
saħħa ta’ dan l-artikolu minflok riferenzi għal bord ta’ inkjesta; u l-
artikolu 4(5) u (6) għandhom japplikaw għal regolamenti
magħmula skond dan l-artikolu kif japplikaw għal regolamenti
magħmula skond dak l-artikolu.
Disposizzjonijiet mixxellanji
Nomina ta’ avukati 
mħallfin. 
Emendat: 
LVIII. 1974.68. 
137. In-nomina ta’ persuna biex tagħmilha ta’ avukat imħallef
f’xi qorti marzjali għandha ssir mill-Avukat Ġenerali jew f’ismu u,
f’każijiet meta ma jkunx prattikabbli għalih li jagħmel hekk, tista’
ssir mill-uffiċjal li jlaqqa’ l-qorti.
Promulgazzjoni. 
meħtieġa b’dan l-Att li tiġi promulgata għandha tiġi promulgata
jew billi tiġi komunikata lill-akkużat jew b’dak il-mod l-ieħor kif
jista’ jiġi preskritt jew kif uffiċjal li għandu l-jedd li jikkonferma
jew l-awtorità  ta’ reviżjoni, skond il-każ, jistgħu jordnaw.
Kustodja tal-
proċessi ta’ qrati 
marzjali u dritt ta’ 
l-akkużat għal 
kopja tagħhom. 
Emendat: 
LVIII. 1974.68.
139. (1) Il-proċess ta’ qorti marzjali għandu jinżamm fil-
kustodja ta’ l-Avukat Ġenerali għal mhux inqas minn sitt snin, li
jkun żmien biżżejjed biex jiġu żgurat li d-drittijiet mogħtija biż-
żewġ subartikoli li jiġu wara dan ikunu jistgħu jiġu eżerċitati.
(2) Bla ħsara tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, kull
persuna proċessata minn qorti marzjali jkollha d-dritt li tikseb
mingħand l-Avukat Ġenerali fuq talba fi kwalunkwe żmien li jkun
matul iż-żmien rilevanti u billi tħallas għaliha skond ir-rata kif
tista’ tiġi preskritta kopja tal-proċess tal-qorti.
(3) Meta persuna proċessata minn qorti marzjali tmut matul iż-
żmien rilevanti l-eredi tagħha, jew kull persuna li fil-fehma ta’ l-
Avukat Ġenerali għandha titqies għall-finijiet ta’ dan is-subartikolu
bħala l-eredi tagħha jkollhom bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’
dan l-artikolu, id-dritt li jiksbu mingħand l-Avukat Ġenerali fuq
talba fi kwalunkwe żmien li jkun matul iż-żmien ta’ tnax-il xahar
mill-mewt u billi tħallas għaliha skond ir-rata preskritta kopja tal-
proċess tal-qorti.
(4) Jekk, fuq applikazzjoni skond xi wieħed mill-aħħar żewġ
subartikoli qabel dan għal kopja ta’ xi proċess, il-Ministru
jiċċertifika li jkun meħtieġ għal raġunijiet ta’ sigurtà  li l-proċess
jew xi parti minnu ma għandux jinkixef, l-applikant ma jkollux
dritt għal kopja tal-proċess jew parti tal-proċess li għalihom iċ-
ċertifikat jirriferixxi.
(5) F’dan l-artikolu "iż-żmien rilevanti", dwar persuna
proċessata minn qorti marzjali, tfisser il-perijodu ta’ ħames snin li
jibda mid-data tal-liberazzjoni tagħha jew, meta tkun misjuba ħatja,
tal-promulgazzjoni tad-deċiżjoni u sentenza jew, meta deċiżjoni ta’
ħati ma tkunx konfermata, tal-promulgazzjoni tat-tiżmim tal-
  74      KAP. 220. ħ          FORZIARMATI  ’MALTA
konferma:
Iżda meta l-proċedimenti jkunu dwar żewġ akkużi jew iżjed
u l-akkużat kien liberat fuq akkuża waħda jew iżjed u misjub ħati
fuq oħra jew oħrajn, iż-żmien rilevanti għandu jkun il-perijodu ta’
ħames snin li jibda mid-data tal-promulgazzjoni tad-deċiżjoni jew
deċiżjonijiet ta’ ħati u s-sentenza dwarha jew it-tiżmim tal-
konferma ta’ dik id-deċiżjoni jew dawk id-deċiżjonijiet.
(6) Kull riferenza f’dan l-artikolu għall-proċess ta’ qorti
marzjali tinkludi riferenza għal proċess dwar il-konferma jew ir-
reviżjoni ta’ deċiżjonijiet u sentenza tal-qorti marzjali.
Indennizz għal 
uffiċjali tal-ħabs 
eċċ.
140. Ma tista’ tittieħed ebda azzjoni dwar xi ħaġa magħmula
minn kwalunkwe persuna in esekuzzjoni ta’ sentenza militari ta’
priġunerija jew detenzjoni jekk l-egħmil tagħha kien ikun legali li
ma kienx għal difett f’xi mandat jew att ieħor magħmul għall-
finijiet ta’ dik is-sentenza.
Regolamenti 
addizzjonali. 
141. (1) Meta xi ħaġa awtorizzata jew meħtieġa bit-Taqsima
III jew b’din it-Taqsima ta’ dan l-Att li tiġi preskritta ma tkunx
tista’ tiġi preskritta b’mod xieraq jew konvenjenti bir-Regoli ta’
Proċedura, kull ħaġa bħal dik tista’ tiġi preskritta b’regolamenti
taħt dan l-artikolu.
(2) Regolamenti taħt dan l-artikolu jistgħu jsiru mill-Ministru,
u d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 4(5) u (6) għandhom japplikaw
għal dawn ir-regolamenti kif japplikaw għal reġolamenti magħmula
taħt dak l-artikolu.
Restituzzjoni jew 
kumpens dwar 
serq, eċċ.
142. (1) Id-disposizzjonijiet li ġejjin għandhom ikollhom
effett meta persuna tkun instabet ħatja minn qorti marzjali ta’ reat
kontra l-artikolu 43, 57(1) jew 58, jew ta’ reat ċivili korrispondenti
taħt l-artikolu 75, jew ta’ ksib illegali xort’oħra ta’ xi proprjetà .
(2) Jekk xi proprjetà  li tinkiseb illegalment kif intqal qabel
tinstab fil-pussess ta’ min jagħmel ir-reat, jista’ jiġi ordnat li tiġi
konsenjata jew imħallsa lill-persuna li tidher li tkun is-sid tagħha.
(3) Jekk tinstab fil-pussess ta’ min jagħmel ir-reat xi proprjetà
(li ma tkunx flus) li tidher li tkun miksuba minnu billi jkun bidel
jew partat xi proprjetà  miksuba illegalment kif intqal qabel, jista’
jiġi ordnat li l-proprjetà  tiġi konsenjata lill-persuna li tidher li tkun
is-sid tal-proprjetà  miksuba illegalment.
(4) Meta flus jinsabu fil-pussess ta’ min jagħmel ir-reat, kemm
jekk ikun jidher li jkunu miksuba kif intqal qabel kemm jekk le,
jista’ jsir ordni li jkollha titħallas minn dawk il-flus lill-persuna li
tidher li tkun is-sid tal-proprjetà  miksuba illegalment dik is-somma
kif jista’ jiġi speċifikat fl-ordni bħala kumpens jew bħala parti mill-
kumpens tat-telf kawżat lill-imsemmija persuna bir-reat, safejn ma
tkunx kumpensata xort’oħra skond dan l-Att jew bil-ksib lura tal-
proprjetà  miksuba illegalment.
(5) Meta xi proprjetà  li tkun ġiet miksuba illegalment kif intqal
qabel tkun ġiet mibjugħa jew mogħtija b’rahan lil xi persuna oħra li
f’dak iż-żmien ma kenitx taf li kienet ġiet miksuba illegalment,
jista’ jsir ordni li, bil-kondizzjoni li l-proprjetà  mibjugħa jew
FORZIARMATI  TA’MALTAġ K AP. 220.    75
mogħtija kif intqal qabel tiġi restitwita lil sidha, għandha titħallas
lill-imsemmija persuna l-oħra, mill-flus li jinstabu fil-pussess ta’
min jagħmel ir-reat (kemm jekk ikun jidher li l-flus ikunu r-rikavat
tal-bejgħ jew ta’ l-għoti b’rahan), dik is-somma kif jista’ jiġi
speċifikat fl-ordni bħala kumpens jew bħala parti tal-kumpens
għat-telf kawżat lilha bħala konsegwenza tal-bejgħ jew ta’ l-għoti
b’rahan.
(6) Meta xi parti mill-proprjetà  miksuba illegalment kif intqal
qabel tkun ingħatat bi tpartit lil xi persuna oħra li f’dak iż-żmien
ma kenitx taf li kienet ġiet miksuba illegalment, jista jsir ordni li,
bil-kondizzjoni li l-proprjetà  mogħtija kif intqal qabel tiġi
restitwita lil sidha, għandha tingħata lura lill-imsemmija persuna l-
oħra l-proprjetà  li tkun ittieħdet bi tpartit mal-proprjetà  miksuba
illegalment.
(7) Ordni taħt dan l-artikolu jista’ jsir mill-qorti marzjali li ssib
lill-akkużat ħati, mill-uffiċjal li għandu l-jedd li jikkonferma, jew
minn awtorità  ta’ reviżjoni; u f’dan l-artikolu l-espressjoni "ikun
jidher" tfisser li jkun jidher lill-qorti, uffiċjal jew awtorità  li
tagħmel l-ordni.
(8) Ordni taħt dan l-artikolu magħmul minn qorti marzjali ma
għandux ikollu effett sakemm jiġi konfermat mill-uffiċjal li għandu
l-jedd li jikkonferma; u d-disposizzjonijiet ta’ din it-Taqsima ta’
dan l-Att dwar konferma u reviżjoni tal-proċedimenti ta’ qrati
marzjali għandhom japplikaw għal ordni taħt dan l-artikolu kif
japplikaw għal sentenza.
(9) L-esekuzzjoni ta’ ordni skond dan l-artikolu għandha tiġi
sospiża -
(a) f’kull każ, sakemm jgħaddi ż-żmien li fih appell jista’
jsir taħt din it-Taqsima ta’ dan l-Att lill-Qorti ta’ l-
Appell Kriminali;
(b) jekk isir appell bħal dak, sakemm l-appell jiġi deċiż
jew deżert,
u meta l-esekuzzjoni ta’ dak l-ordni kif intqal qabel tiġi sospiża taħt
dan l-artikolu -
(i) ma jkollux effett jekk il-kundanna tiġi annullata
fl-appell;
(ii) il-Qorti ta’ l-Appell tista’ b’ordni tannulla jew
tibdel l-ordni għalkemm il-kundanna ma tkunx
ġiet annullata;
(iii) għandhom jittieħdu dawk il-passi għall-kustodja,
matul il-perijodu li matulu l-esekuzzjoni ta’ l-
ordni tkun sospiża, tal-proprjetà  ordnata li
tingħata lura jew konsenjata jew tal-flus li
għalihom l-ordni jkun japplika kif jista’ jiġi
preskritt jew kif il-Qorti ta’ l-Appell tista’
tordna.
(10) Minkejja kull ħaġa li tinsab fl-aħħar subartikolu qabel dan,
ordni taħt dan l-artikolu ma għandux, safejn ikun dwar il-konsenja
ta’ proprjetà  lill-persuna li tidher li tkun is-sid tagħha, jiġi sospiż
  76      KAP. 220. ħ          FORZIARMATI  ’MALTA
jekk il-qorti, l-uffiċjal jew l-awtorità  li tagħmel l-ordni tordna l-
kuntrarju f’xi każ li fih, fil-fehma tal-qorti, ta’ l-uffiċjal jew ta’ l-
awtorità , it-titolu għall-proprjetà  ma jkunx kontestat.
(11) Ordni taħt dan l-artikolu ma jeskludix id-dritt ta’ xi
persuna, ħlief min jagħmel ir-reat jew l-aventi kawża tagħha, li
tikseb lura xi proprjetà  konsenjata jew imħallsa skond ordni bħal
dak mingħand il-persuna li lilha tkun ġiet konsenjata jew imħallsa.
TAQSIMA V
TELF U TNAQQIS U IMPOSIZZJONI TA’ RESPONSABBILTAJIET TA’ 
MANTENIMENT
Disposizzjonijiet 
ġenerali. 
143. (1) Ebda telf mill-paga ta’ uffiċjal jew ta’ raġel tal-forza
regolari ma għandu jiġi impost jekk ma jkunx awtorizzat minn jew
skond dan l-Att jew xi liġi oħra.
(2) Minkejja kull tnaqqis mill-paga ta’ uffiċjal jew raġel tal-
forza regolari, hu għandu (bla ħsara ta’ xi telf ) jibqa’ jirċievi paga
li ma tkunx anqas minn l-anqas rata li tista’ tiġi preskritta b’ordni
tal-Ministru.
(3) Minkejja li telf tal-paga ta’ persuna għal xi perijodu jkun
ġie ordnat skond dan l-Att, hi tista’ tibqa’ tirċievi paga b’dik l-
anqas rata kif intqal qabel, iżda l-ammont irċevut għal dak il-
perijodu jista’ jinġabar lura minn għandha bi tnaqqis mill-paga.
(4) Kull ammont awtorizzat li jitnaqqas mill-paga ta’ uffiċjal
jew raġel tal-forza regolari jista’ jitnaqqas minn kull bilanċ (ta’
paga jew xort’oħra) li jista’ jkun dovut lilu, u riferenzi f’dan l-Att
għal tnaqqis mill-paga għandhom jiftehmu skond hekk.
Telf mill-paga 
minħabba assenza 
mid-dmirijiet.
144. (1) Il-paga ta’ uffiċjal jew ta’ raġel tal-forza regolari
tista’ tintilef -
(a) għal kull ġurnata ta’ assenza f’dawk iċ-ċirkostanzi li
jikkostitwixxu reat skond l-artikolu 50 jew 51 jew,
jekk il-Kmandant jew uffiċjal awtorizzat minnu hekk
jordna, ta’ assenza oħra mingħajr permess;
(b) għal kull ġurnata ta’ priġunerija, detenzjoni jew field
punishment mogħtija skond dan l-Att minn qorti
marzjali jew mill-uffiċjal kmandant, jew ta’
priġunerija jew detenzjoni li jeħel b’sentenza ta’ qorti
ċivili;
(ċ) meta jinsab ħati (minn qorti marzjali jew mill-awtorità
superjuri xierqa jew mill-uffiċjal kmandant tiegħu) ta’
reat skond dan l-Att, għal kull ġurnata (sew jekk tkun
qabel kemm jekk tkun wara li jinsab ħati) li fiha jkun
fi sptar minħabba mard jew korriment ċertifikat mit-
tabib xieraq li ġie kawżat mir-reat.
(2) Il-paga ta’ uffiċjal jew raġel tal-forza regolari tista’ tintilef
għal kull ġurnata ta’ assenza minħabba li jkun inqabad priġunier
FORZIARMATI  TA’MALTAġ K AP. 220.    77
tal-gwerra jekk il-Kmandant jew uffiċjal ieħor awtorizzat minnu
jkun sodisfatt -
(a) li jkun inqabad priġunier tal-gwerra minħabba nuqqas
ta’ ubbidjenza ta’ ordnijiet jew għax ikun naqas
volontarjament milli jaqdi d-dmirijiet tiegħu; jew
(b) li wara li jkun inqabad priġunier tal-gwerra ma jkunx
ħa l-passi raġonevoli li seta jieħu biex jerġa’ jingħaqad
mas-servizz; jew
(ċ) li wara li jkun inqabad priġunier tal-gwerra jkun qeda
jew għin lill-għadu fil-prosekuzzjoni ta’ ostilitajiet jew
f’miżuri maħsuba biex jinfluwenzaw il-moral jew
b’kull mod ieħor ikun liema jkun li ma jkunx
awtorizzat mill-użu internazzjonali,
u ebda ħaġa fil-paragrafu (a) ta’ l-aħħar subartikolu qabel dan ma
għandha tapplika għal assenza minħabba qbid bħala priġunier tal-
gwerra.
(3) Għall-finijiet tad-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-
artikolu n-numru ta’ ġranet ta’ assenza ta’ persuna jew li fihom
tkun l-isptar għandu jiġi kalkulat kif ġej:
(a) in-numru ta’ ġranet għandu jiġi kalkulat minn meta l-
assenza jew, skond il-każ, iż-żmien li jagħmel fl-isptar
jibdew;
(b) kull perijodu ta’ erbgħa u għoxrin siegħa għandu
jitqies bħala ġurnata u, ħlief kif provdut hawnhekk
iżjed ’il quddiem, parti minn ġurnata għandha titqies
bħala ġurnata sħiħa;
(ċ) meta l-perijodu totali ta’ assenza jew taż-żmien li
jagħmel fl-isptar ikun inqas minn sitt sigħat, dan ma
għandux jingħadd ħlief jekk il-persuna kienet,
minħabba l-assenza tagħha jew li kienet fl-isptar,
imfixkla milli tagħmel xi dmir militari li minħabba
f’hekk kellu jsir minn xi persuna oħra.
Tnaqqis għall-ħlas 
ta’ pieni ċivili.
145. Meta persuna kkundannata jew ordnata minn qorti ċivili
(f’Malta jew barra minn Malta) biex tħallas somma bħala multa jew
ammenda, penali, danni, kumpens jew spejjeż minħabba li tkun ġiet
akkużata quddiem il-qorti b’reat tkun fiż-żmien tal-kundanna jew
ta’ l-ordni, jew sussegwentement issir membru tal-forza regolari,
allura jekk dik is-somma kollha jew parti minnha titħallas minn jew
f’isem xi awtorità  militari, l-ammont tal-ħlas jista’ jitnaqqas mill-
paga tagħha.
Kumpens għal telf 
kawżat b’għemil 
ħażin jew bi 
traskuraġni.
146. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att dwar l-
imposizzjoni ta’ stoppages bħala piena, meta, wara dik l-
investigazzjoni kif tista’ tiġi preskritta jkun jidher lill-Kmandant
jew lil uffiċjal awtorizzat minnu li xi telf ta’, jew ħsara lil,
proprjetà  pubblika jew tas-servizz ikun ġie kawżat minn xi egħmil
ħażin jew minn xi traskuraġni ta’ uffiċjal jew raġel tal-forza
regolari (hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejjaħ "il-persuna
responsabbli"), il-Kmandant jew l-uffiċjal awtorizzat jista’, bla
ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2), jordna lill-persuna
  78      KAP. 220. ħ          FORZIARMATI  ’MALTA
responsabbli (kemm jekk tkun kif ukoll jekk ma tkunx membru tal-
forza regolari fiż-żmien ta’ l-egħmil ta’ l-ordni) li tħallas bħala
kumpens jew parti mill-kumpens għat-telf jew ħsara, dik is-somma
li tista’ tiġi speċifikata fl-ordni; u kull somma bħal dik, jekk ma
titħallasx xort’oħra mill-persuna responsabbli, tista’ titnaqqas mill-
paga tagħha.
(2) Ma għandu jsir ebda ordni skond l-aħħar subartikolu qabel
dan, jekk fi proċedimenti quddiem qorti marzjali, l-awtorità
superjuri xierqa jew l-uffiċjal kmandant tal-persuna responsabbli,
dik il-persuna -
(a) tkun ġiet liberata f’ċirkostanzi li jinvolvu deċiżjoni li
hi ma kenitx ħatja ta’ l-egħmil ħażin jew tat-
traskuraġni in kwistjoni; jew
(b) tkun weħlet stoppages dwar l-istess telf jew ħsara,
iżda bla ħsara ta’ dak li ntqal qabel, il-fatt li xi proċedimenti bħal
dawk ikunu nġiebu dwar l-egħmil ħażin jew it-traskuraġni in
kwistjoni ma jfixkilx l-egħmil ta’ ordni jew it-tnaqqis skond l-
aħħar subartikolu qabel dan.
Tnaqqis dwar ħsara 
tal-barrack. 
147. (1) Meta ssir ħsara lil xi post fejn unità  jew iżjed minn
unità  wahda tal-forza regolari jew xi parti minn dawk l-unitajiet
jkunu alloġġjati jew billetted, jew xi mpjanti, għamara jew oġġetti
f’dak jew li jkunu ta’ dak il-post issirilhom ħsara jew jintilfu, allura
jekk ikun jidher wara dik l-investigazzjoni li tista’ tiġi preskritta li
l-ħsara jew it-telf ikun sar b’egħmil ħażin jew bi traskuraġni ta’
persuni li jkunu parti minn xi waħda minn dawk l-unitajiet jew parti
ta’ unitajiet li jkunu qed jokkupaw il-post u jkun sar fi żmien meta
kienu hekk qed jokkupawh, iżda li l-imsemmija persuni ma jistgħux
jiġu identifikati, kull persuna li tappartjeni lill-imsemmija unitajiet
jew parti ta’ unitajiet tista’ tkun meħtieġa li tikkontribwixxi bħala
sehem mill-kumpens għall-ħsara jew telf dak l-ammont li jista’ bil-
mod preskritt jiġi stabbilit li jkun ġust, u l-ammont jista’ jitnaqqas
mill-paga tagħha.
(2) L-aħħar subartikolu qabel dan japplika wkoll għal
bastimenti, ferroviji u inġenji ta’ l-ajru li fihom ikunu qed jinġarru
unitajiet jew parti ta’ unitajiet tal-forza regolari, u riferenzi għal
postijiet, alloġġi u okkupazzjoni għandhom jiftehmu skond hekk.
Maħfra ta’ telf u 
tnaqqis. 
148. Kull telf jew tnaqqis impost skond l-aħħar erba’ artikoli
qabel dan jistgħu jinħafru mill-Kmandant jew b’dak il-mod u minn
dik l-awtorità  kif jista’ jiġi preskritt.
Ordnijiet ta’ 
manteniment u ta’ 
filjazzjoni jiġu 
infurzati bi tnaqqis 
mill-paga.
149. (1) Meta bis-saħħa ta’ sentenza, digriet jew ordni ieħor li
jista’ jiġi esegwit f’Malta jkun sar ordni kontra xi persuna (hawn
hekk iżjed ’il quddiem imsejħa "il-konvenut") għall-ħlas ta’ xi
somma perjodika jew xi somma oħra speċifikata fih għal jew dwar -
(a) il-manteniment tal-mara, ulied jew axxendent tiegħu;
jew
(b) l-ispejjeż li jsiru fil-proċedimenti dwar kull ordni bħal
dak minn jew f’isem il-persuna li favur tagħha l-ordni
jkun sar,
u l-konvenut ikun uffiċjal jew raġel tal-forza regolari, allura (kemm
FORZIARMATI  TA’MALTAġ K AP. 220.    79
jekk kien kif ukoll jekk ma kienx membru ta’ dik il-forza meta l-
imsemmi ordni jkun sar) il-Kmandant jew xi uffiċjal ieħor
awtorizzat minnu jista’ jordna li dik is-somma għandha titnaqqas
mill-paga tal-konvenut u approprjata bħala ħlas jew bħala parti
mill-ħlas tal-ammont dovut skond l-ordni tal-qorti kif il-Kmandant
jew l-uffiċjal jidhirlu xieraq.
Kap. 12.
(2) Meta qorti li tagħmel ordni skond l-artikolu 381(3) tal-
Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili, jew li tibdel jew
tħassar xi ordni bħal dak tkun taf, li l-konvenut ikun uffiċjal jew
raġel tal-forza regolari l-qorti għandha ġġiegħel lir-reġistratur tal-
qorti li jibgħat kopja ta’ l-ordni lill-Kmandant jew lill-uffiċjal
awtorizzat minnu.
(3) Il-Kmandant jew l-uffiċjal awtorizzat minnu jista’ b’ordni
jibdel jew iħassar kull ordni li jkun ġie magħmul qabel bis-saħħa
ta’ dan l-artikolu, u jista’ jqis kull ordni magħmul skond dan l-
artikolu bħala sospiż f’kull żmien fil-waqt li l-persuna li kontriha
jkun sar l-ordni tkun nieqsa kif imsemmi fl-artikolu l44 (1)(a).
Tnaqqis mill-paga 
għall-manteniment 
tal-mara jew ta’ l-
ulied.
150. (1) Meta l-Kmandant jew xi uffiċjal awtorizzat minnu
jkun sodisfatt li uffiċjal jew raġel tal-forza regolari jkun qed
jittraskura, mingħajr raġuni ġusta, li jmantni lill-martu jew lil xi
ħadd minn uliedu taħt it-tmintax-il sena l-Kmandant jew l-uffiċjal
jista’ jordna li dik is-somma titnaqqas mill-paga tiegħu u tiġi
approprjata għall-manteniment ta’ martu jew uliedu kif il-
Kmandant jew l-uffiċjal jidhirlu xieraq.
(2) Jekk fuq applikazzjoni magħmula lill-Kmandant jew lill-
uffiċjal awtorizzat minnu għal ordni bis-saħħa ta’ l-aħħar
subartikolu qabel dan, il-Kmandant jew l-uffiċjal ikun sodisfatt li
prima facie ikun hemm każ għall-egħmil ta’ ordni bħal dak, jista’
jagħmel ordni interim għal dak it-tnaqqis u approprjazzjoni kif
imsemmi fl-aħħar subartikolu qabel dan li jseħħ sakemm il-każ
jitkompla jiġi eżaminat.
(3) Meta ordni jkun fis-seħħ bis-saħħa tas-subartikolu (1) ta’ l-
aħħar artikolu qabel dan għat-tnaqqis favur xi persuna mill-paga ta’
uffiċjal jew raġel tal-forza regolari, ebda tnaqqis mill-paga tiegħu
favur l-istess persuna ma jista’ jiġi ordnat bis-saħħa tad-
disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-artikolu.
(4) Il-Kmandant jew l-uffiċjal awtorizzat minnu jista’ b’ordni
jibdel jew iħassar kull ordni li jkun magħmul qabel bis-saħħa ta’
dan l-artikolu, u jista’ jqis kull ordni magħmul skond dan l-artikolu
bħala sospiż f’kull żmien fil-waqt li l-persuna li kontriha jkun sar l-
ordni tkun nieqsa kif imsemmi fl-artikolu 144(1)(a) .
Limitu ta’ tnaqqis 
skond l-artikoli ta’ 
qabel u effett fuq 
telf mill-paga.
151. (1) Is-somma mnaqqsa bis-saħħa ta’ l-aħħar żewġ artikoli
qabel dan ma għandhomx flimkien ikunu iżjed minn - 
(a) fil-każ ta’ uffiċjal, minn tlieta sebgħa tal-paga tiegħu;
(b) fil-każ ta’ warrant officer jew uffiċjal bla kummissjoni
mhux taħt ir-rank ta’ surġent, żewġ terzi tal-paga
tiegħu;
(ċ) fil-każ ta’ xi raġel ieħor tal-forza, tliet kwarti mill-
paga tiegħu.
  80      KAP. 220. ħ          FORZIARMATI  ’MALTA
(2) Meta xi tnaqqis ikun ordnat skond xi wieħed mill-aħħar
żewġ artikoli qabel dan mill-paga ta’ persuna u (kemm qabel jew
wara li t-tnaqqis ikun ordnat) din teħel telf ta’ paga minn jew bħala
konsegwenza ta’ deċiżjoni jew sentenza ta’ qorti marzjali jew ta’
deċiżjoni jew award ta’ l-awtorità  superjuri xierqa jew ta’ l-uffiċjal
kmandant tiegħu, it-telf ta’ paga għandu japplika biss għal dik il-
parti li tibqa’ mill-paga wara li jsir it-tnaqqis.
(3) Għall-finijiet tas-subartikolu (1)(b) u (ċ) persuna li jkollha
rank temporanju għandha titqies li tkun ta’ dak ir-rank.
TAQSIMA VI
RANGES, TAĦRIĠ U DĦUL BLA JEDD
 Użu ta’ artijiet u ibħra bħala ranges
Regolamenti dwar 
l-użu ta’ artijiet 
jew ibħra użati 
bħala ranges u għal 
skopijiet oħra bħal 
dawn.
152. (1) Meta xi art proprjetà  tal-Gvern jew amministrata mill-
Gvern (miżmuma mill-Gvern jew mhix) jew miżmuma mill-Gvern
taħt kull titolu jkun liema jkun, jew meta xi area tal-baħar fl-ibħra
territorjali jew interni ta’ Malta, li ma jkunux il-Port il-Kbir, il-Port
ta’ Marsamxett u l-Port ta’ Marsaxlokk, jew meta kemm art bħal
dik u kemm area ta’ baħar bħal dik flimkien, jiġu destinati għal
weapon firing range jew għal taħriġ jew għal eżerċitazzjoni fl-użu
ta’ xi armi tal-gwerra jew għal esperimenti li għandhom x’jaqsmu
ma’ armi ta’ gwerra, il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti għall-
użu ta’ dik l-art jew dak il-baħar għall-finijiet li għalihom ġew
approprjati u biex jassiguraw il-pubbliku mill-perikolu li jiġi minn
dak l-użu.
(2) Regolamenti magħmula skond dan l-artikolu jistgħu
jipprojbixxu d-dħul fl-imsemmija artijiet jew ibħra u t-tfixkil ta’ l-
imsemmi użu tagħhom; iżda ebda projbizzjoni ta’ l-użu tal-baħar
skond dan l-artikolu ma għandha tiġi ordnata għal aktar jew
xort’oħra milli jkun meħtieġ għall-iskop li għalih dik l-area tal-
baħar hija approprjata jew b’mod li tfixkel bla bżonn id-drittijiet
tal-pubbliku.
(3) Meta skond jew taħt xi regolament magħmul bis-saħħa ta’
dan l-artikolu jingħata permess lill-pubbliku li juża xi artijiet
imsemmija, regolamenti skond dan l-artikolu jistgħu jipprovdu
wkoll dwar it-treġija ta’ dawk l-artijiet u r-regolazzjoni ta’ l-użu
tagħhom meta hekk użati mill-pubbliku, il-manutenzjoni tal-bon
ordni u sabiex jimpedixxu inkonvenjenti, xkiel, akkampamenti u
użurpazzjonijiet kif ukoll ħsarat fihom.
(4) Ebda ħaġa f’xi regolament magħmul skond dan l-artikolu
ma tista’ tillimita l-eżerċizzju liberu minn xi persuna tal-jeddijiet
tagħha ta’ proprjetà  jew ta’ użu fuq immobbli, jew ta’ jeddijiet oħra
magħqudin ma’ l-immobbli.
(5) F’dan l-artikolu l-espressjoni "drittijiet tal-pubbliku" tfisser
dritt għal navigazzjoni, irmiġġ, tlugħ l-art, sajd, għawm, qsim, mixi
jew rekreazzjoni.
FORZIARMATI  TA’MALTAġ K AP. 220.    81
(6) Kull persuna li tmur kontra xi disposizzjoni ta’ regolamenti
magħmula skond dan l-artikolu tista’ teħel meta tinsab ħatja
ammenda ta’ mhux iżjed minn għaxar liri.
(7) L-artikolu 4(5) u (6) għandhom japplikaw għal regolamenti
magħmula skond dan l-artikolu kif japplikaw għal regolamenti
magħmula skond dak l-artikolu.
Jedd ta’ kumpens. 
artikolu qabel dan il-jeddijiet privati ta’ xi persuna jiġu danneġġati
jew imfixkla, għandu jitħallas kumpens xieraq mill-Gvern, u dak il-
kumpens għandu, f’każ li ma jintlaħaqx ftehim, jiġi stabbilit mill-
qorti kompetenti.
Użu ta’ art għal taħriġ tal-forza
Avviż ta’ taħriġ. 
Gazzetta jiddikjara li taħriġ jew taħriġ flimkien tal-forza jew ta’
parti mill-forza jkun ser isir f’Malta.
(2) Kull avviż bħal dak għandu jiġi pubblikat mill-anqas sitt
ijiem sħaħ qabel jibda t-taħriġ u għandu jkun fih il-partikolaritajiet
li ġejjin:
(a) id-distrett jew id-distretti tal-pulizija u l-parroċċa jew
il-parroċċi (hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa "l-
area ta’ taħriġ") li fihom ikun ser isir it-taħriġ;
(b) il-perijodu ta’ żmien li fih it-taħriġ ikun ser isir;
(ċ) l-ismijiet ta’ l-irħula li jkunu qegħdin fl-area ta’ taħriġ;
(d) kull post jew area li tkun fl-area ta’ taħriġ li tkun
projbita għall-użu tal-membri tal-forza ingaġġati fit-
taħriġ;
(e) dawk il-partikolaritajiet l-oħra dwar ix-xtajta, it-toroq
u l-mogħdijiet li għandhom jiġu użati fil-kors tat-
taħriġ li jidhru lill-Ministru meħtieġa sabiex jagħti lill-
persuni li jistgħu jbatu danni jew ħsara minħabba, jew
waqt, jew bħala konsegwenza ta’ dak it-taħriġ ċertezza
raġonevoli dwar l-area ta’ taħriġ.
Jedd tal-membri 
tal-forza li jużaw 
art.
155. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u ta’
kull regolamenti magħmula taħt l-artikolu 158 tiegħu, fil-kors jew
għall-ħabta tal-kors ta’ xi taħriġ li avviż tiegħu jkun ingħata skond
l-aħħar artikolu qabel dan, membri tal-forza jistgħu liberalment
jinżlu l-art mill-baħar fuq, jidħlu u jgħaddu u jerġgħu jgħaddu minn
fuq u jħaffru trinċieri fi u jibnu difiżi jew xogħlijiet fuq art f’kull
area ta’ taħriġ speċifikata fl-imsemmi avviż; iżda ma għandhomx
jidħlu, jgħaddu jew jerġgħu jgħaddu minn fuq, iħaffru trinċieri fi
jew jibnu xi difiżi jew xogħlijiet oħra fuq -
(a) xi post ta’ abitazzjoni, post ta’ qima, skola, ħanut,
ħanut tax-xogħol, imħażen jew postijiet oħra użati f’xi
kummerċ jew negozju (barra ta’ agrikoltura), razzett,
ġnien, ġnien tal-frott, mixtla, ċimiteru jew xi art li
tagħmel parti mill-konfini ta’ xi post ta’ qima jew
skola;
  82      KAP. 220. ħ          FORZIARMATI  ’MALTA
(b) xi post jew proprjetà  dikjarata bl-avviż imsemmi qabel
bħala projbita għall-forza.
(2) L-isparar li jista’ jsir waqt dak it-taħriġ ikun in bjank.
Kumpens għal u 
tiswija ta’ ħsara. 
156. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u ta’
kull regolamenti magħmula skond l-artikolu 158 tiegħu, għandu
jitħallas mill-Gvern kumpens xieraq dwar kull ħsara jew dannu
kawżati fil-kors, jew minħabba, jew bħala konsegwenza ta’ xi
taħriġ li jsir skond l-aħħar żewġ artikoli qabel dan.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-aħħar subartikolu
qabel dan, meta jintemm kwalunkwe taħriġ il-membri tal-forza
għandhom jimlew kull trinċieri li jkunu ħaffru waqt dak it-taħriġ u
jneħhu d-difiżi kollha u x-xogħlijiet l-oħra mibnija waqt it-taħriġ, u
jerġgħu jħallu l-art użata għal dawk it-trinċieri, difiżi u xogħlijiet
kemm jista’ jkun kif kienet qabel dak l-użu.
(3) Ħlief kif intqal qabel, ebda azzjoni dwar dħul bla jedd,
ħsara jew dannu ma tista’ tittieħed dwar xi ħaġa li tkun saret jew li
naqset milli ssir minħabba, jew matul, jew bħala konsegwenza ta’
xi taħriġ li jkun ingħata avviż tiegħu skond l-artikolu 154.
Projbizzjoni ta’ 
tfixkil.
157. Ebda persuna ma għandha tostakola jew tfixkel lil xi
membru tal-forza matul xi taħriġ kif intqal qabel; u kull persuna li
tmur kontra dan l-artikolu tista’ teħel il-pieni stabbiliti għal
kontravenzjonijiet.
Regolamenti dwar 
taħriġ tal-forza.
158. (1) Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti biex jagħti
effett lil kwalunkwe waħda mid-disposizzjonijiet ta’ l-aħħar erba’
artikoli qabel dan u, bla ħsara għall-ġeneralità  ta’ dak li ntqal
qabel, jista’ b’dawk ir-regolamenti -
(a) jeħtieġ li l-ħlas tal-kumpens skond l-artikolu 156 isir
fuq talbiet sottomessi kif imiss;
(b) jirregola l-mod li bih u ż-żmien li fih talbiet għal
kumpens għandhom jiġu sottomessi, u l-provi u l-
informazzjoni l-oħra li għandhom jingħataw minn min
jagħmel it-talba;
(ċ) jirregola l-mod li bih u l-awtoritajiet li minnhom
talbiet għal kumpens jiġu trattati u, f’każ li ma
jintlaħaqx ftehim, kif tinqata’ l-kwistjoni;
(d) jeħtieġ jew jawtorizza l-ħtieġa li membri tal-korp tal-
Pulizija jakkompanjaw membri tal-forza matul it-
taħriġ, u jippreskrivi d-dmirijiet u l-funzjonijiet ta’
dawk l-uffiċjali tal-Pulizija;
(e) jimmodifika kwalunkwe waħda mid-disposizzjonijiet
ta’ l-aħħar erba’ artikoli qabel dan safejn japplikaw
għal forzi viżitatriċi skond l-Att ta’ l-1966 dwar il-
Forzi Viżitatriċi,* u jagħmel disposizzjonijiet
differenti f’regolamenti magħmula bis-saħħa ta’ dan l-
artikolu dwar kwalsijasi forza viżitatriċi;
(f) jipprovdi dwar dawk il-ħwejjeġ inċidentali u
*Revokat bl-Att IX ta’ l-1982.
FORZIARMATI  TA’MALTAġ K AP. 220.    83
supplementari kif jidhru meħtieġa għall-finijiet tar-
regolamenti.
(2) L-artikolu 4(5) u (6) għandhom japplikaw għal regolamenti
magħmula skond dan l-artikolu kif japplikaw għal regolamenti
magħmula skond dak l-artikolu.
Dħul bla jedd fuq art miżmuma mill-forza
Dħul bla jedd huwa 
kontravenzjoni.
159. (1) Jekk xi persuna, mingħajr awtorità , tidħol jew tinsab
f’xi jew fuq xi post, li jkun miżmum minn xi awtorità  tal-forza
għall-finijiet tal-forza, jew li d-dħul fih mill-pubbliku jkun f’dak
iż-żmien projbit mill-Ministru b’avviż fil-Gazzetta, dik il-persuna
tkun ħatja ta’ kontravenzjoni u tista’, mingħajr mandat jew awtorità
oħra, tinqabad u tiġi detenuta minn kull uffiċjal tal-Pulizija.
(2) Fin-nuqqas ta’ uffiċjal tal-Pulizija jkun fis-setgħa ta’
uffiċjal tal-forza jew raġel tal-forza mhux taħt ir-rank ta’ lance
kapural jew lance bumbardier, li jkun liebes l-uniformi tar-rank
tiegħu li jaqbad u jżomm lil dik il-persuna, jekk isib li jkun meħtieġ
li jagħmel hekk biex dik il-persuna tiġi identifikata mill-Pulizija, u
għal żmien mhux itwal milli meħtieġ għal dak l-iskop.
TAQSIMA VII 
DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI
Rimedju għal ilmenti
Ilmenti minn 
uffiċjali.
Emendat: 
LVIII. 1974.68. 
160. (1) Jekk uffiċjal jaħseb li saret xi ħaġa ħażina dwaru
minn uffiċjal jew awtorità  superjuri u meta japplika għand l-uffiċjal
kmandant tiegħu ma jiksibx ir-rimedju li hu jaħseb li jkollu dritt
għalih, hu jista’ jagħmel ilment dwar dik il-ħaġa lill-Kmandant.
(2) Meta jirċievi dak l-ilment il-Kmandant ikollu d-dmir li
jinvestiga l-ilment u li jagħti dak ir-rimedju li jidhirlu li jkun
meħtieġ jew, jekk l-ilment ikun hekk jeħtieġ, il-Kmandant għandu
permezz tal-Ministru jagħmel rapport ta’ l-ilment lill-President ta’
Malta sabiex jirċievi d-direttivi tal-President ta’ Malta.
Ilmenti minn irġiel 
tal-forza.
161. (1) Jekk raġel tal-forza jaħseb li saret xi ħaġa ħażina
dwaru minn xi uffiċjal li ma jkunx l-uffiċjal kmandant tiegħu jew
raġel tal-forza, hu jista’ jagħmel ilment dwar dik il-ħaġa lill-
uffiċjal kmandant tiegħu.
(2) Jekk raġel tal-forza jaħseb li saret xi ħaġa ħażina dwaru
mill-uffiċjal kmandant tiegħu, jew minħabba li ma jingħatax
rimedju għas-sodisfazzjon tiegħu għal ilment skond l-aħħar
subartikolu qabel dan jew għal xi raġuni oħra, hu jista’ jagħmel
ilment dwar dan lill-Kmandant.
(3) Ikun id-dmir tal-Kmandant jew ta’ l-uffiċjal kmandant li
meta jirċievi xi ilment skond dan l-artikolu jinvestigah u jieħu
dawk il-passi għar-rimedju ta’ dak li dwaru sar l-ilment li jidhirlu li
jkunu meħtieġa.
  84      KAP. 220. ħ          FORZIARMATI  ’MALTA
Disposizzjonijiet dwar diżerturi u assenti mingħajr permess 
Arrest ta’ diżerturi 
u assenti mingħajr 
permess.
Emendat: 
VIII. 1990.3. 
162. (1) Uffiċjal tal-Pulizija jista’ jarresta kull persuna li hu
jkollu raġuni tajba li jaħseb li tkun uffiċjal jew raġel tal-forza
regolari li jkun iddiżerta jew li jkun assenti mingħajr permess.
(2) Meta ma jkunx hemm uffiċjal tal-Pulizija, kull uffiċjal jew
raġel tal-forza regolari jew kull persuna oħra, jistgħu jarrestaw kull
persuna li jkollhom raġuni tajba jaħsbu li tkun kif intqal qabel.
(3) Kull Maġistrat, jekk fuq xiehda bil-ġurament ikun sodisfatt
li hemm, jew ikun raġonevolment suspettat li hemm fil-
ġurisdizzjoni tiegħu uffiċjal jew raġel tal-forza regolari li jkunu
iddiżerta jew li jkun assenti mingħajr permess jew ikun
raġonevolment suspettat li jkun iddiżerta jew li jkun assenti
mingħajr permess, jista’ joħroġ mandat li jawtorizza l-arrest tiegħu.
(4) Kull persuna f’kustodja skond dan l-artikolu għandha
titressaq quddiem il-Qorti tal-Maġistrati fi żmien tmienja u erbgħin
siegħa li tiġi arrestata.
Proċedimenti 
quddiem qorti 
ċivili meta persuni 
jkunu suspettati 
b’assenza illegali. 
Emendat: 
VIII. 1990.3.
163. (1) Meta persuna titressaq quddiem Qorti tal-Maġistrati
tiġi akkużata li tkun uffiċjal jew raġel tal-forza regolari li iddiżerta
jew li jkun assenti mingħajr permess, għandhom iseħħu d-
disposizzjonijiet li ġejjin.
(2) Jekk jammetti li huwa assenti illegalment mill-forza
regolari u l-qorti tkun sodisfatta mill-verità  ta’ l-ammissjoni,
allura-
(a) kemm-il darba ma jkunx f’kustodja għal xi raġuni oħra
l-qorti għandha, u
(b) minkejja li jkun f’kustodja għal xi raġuni oħra, il-qorti
tista’,
minnufih jew iġġiegħel li jiġi mogħti f’kustodja militari b’dak il-
mod kif il-qorti taħseb xieraq jew tibgħatu f’xi ħabs, jew għassa
tal-Pulizija jew post ieħor provdut biex fih jinżammu persuni
f’kustodja, jew li jinżamm hemm għal dak iż-żmien raġonevoli kif
il-qorti tista’ tispeċifika (li ma jkunx iżjed minn dak iż-żmien li
jidher lill-qorti raġonevolment meħtieġ sabiex hu jkun jista’
jingħata f’kustodja militari) jew sakemm jingħata qabel f’dik il-
kustodja:
Iżda kull żmien speċifikat mill-qorti jista’ jiġi mtawwal
mill-qorti minn żmien għal żmien kif ikun jidher lill-qorti
raġonevolment meħtieġ li tagħmel hekk għall-finijiet imsemmija
qabel.
(3) Jekk hi ma tammettix li tkun assenti illegalment kif intqal
qabel, jew jekk il-qorti ma tkunx sodisfatta mill-verità  ta’ l-
ammissjoni, il-qorti għandha tikkonsidra l-provi u kull
dikjarazzjoni ta’ l-akkużat, u jekk tkun sodisfatta li hu suġġett
għal-liġi militari u jekk tkun tal-fehma li ma hemmx provi biżżejjed
biex jiġġustifikaw li jiġi proċessat taħt dan l-Att għal reat ta’
diżerzjoni jew assenza mingħajr permess allura, kemm-il darba ma
jkunx f’kustodja għal xi raġuni oħra, il-qorti għandha iġġiegħel li
jingħata f’kustodja militari jew jintbagħat il-ħabs kif intqal qabel,
FORZIARMATI  TA’MALTAġ K AP. 220.    85
iżda altrimenti għandha tilliberah:
Iżda jekk ikun f’kustodja għal xi raġuni oħra l-qorti jkollha
s-setgħa, iżda ma tkunx meħtieġa, li taġixxi skond dan is-
subartikolu.
Diżerturi u min 
jonqos mingħajr 
permess li jagħti 
ruħu lill-Pulizija. 
Emendat: 
VIII. 1990.3. 
164. (1) Meta persuna tagħti ruħha lil uffiċjal tal-Pulizija għax
tkun assenti illegalment mill-forza regolari, l-uffiċjal tal-Pulizija
għandu (kemm-il darba ma tagħtix ruħha f’għassa tal-Pulizija)
jeħodha f’għassa tal-Pulizija.
(2) L-uffiċjal tal-Pulizija inkarigat mill-għassa tal-Pulizija li
fiha persuna tagħti ruħha kif intqal qabel, jew li fiha persuna li tkun
hekk tat ruħha tittieħed, għandu minnufih jistħarreġ il-każ, u jekk
ikun jidher lil dak l-uffiċjal li l-imsemmija persuna tkun assenti
illegalment kif intqal qabel hu għandu jġiegħel li dik il-persuna
tingħata f’kustodja militari mingħajr ma tinġieb quddiem il-Qorti
tal-Maġistrati jew jista’ jġibha quddiem dik il-qorti.
Ċertifikati ta’ 
arrest jew dwar 
min jagħti ruħu li 
jkun diżertur jew 
assenti. 
Emendat:
VIII. 1990.3. 
165. (1) Meta Qorti tal-Maġistrati bis-saħħa ta’ l-artikolu 163
tieħu passi dwar persuna bħala li tkun assenti illegalment, allura
meta dik il-persuna tingħata f’kustodja militari għandu jingħata
magħha ċertifikat iffirmat mill-maġistrat sedenti li jkun fih il-
partikolaritajiet dwar l-arrest jew l-għoti tagħha nnifisha u l-
proċedimenti quddiem il-qorti.
(2) Meta skond l-aħħar artikolu qabel dan persuna tingħata
f’kustodja militari mingħajr ma tinġieb quddiem qorti, għandu
jingħata magħha ċertifikat iffirmat mill-uffiċjal tal-Pulizija li
jġiegħel li tingħata f’kustodja militari li jkun fih il-partikolaritajiet
dwar kif tat ruħha.
(3) F’kull proċedimenti dwar reat taħt l-artikolu 50 jew 51 -
(a) dokument li juri li jkun ċertifikat skond xi wieħed miż-
żewġ subartikoli qabel dan u li jkun iffirmat kif
meħtieġ, ikun prova ta’ dak li jkun fih id-dokument;
(b) meta l-proċedimenti jkunu kontra persuna li tkun
ingħatat f’kustodja militari fuq arrest jew għax tat
ruħha, ċertifikat li juri li hu iffirmat minn provost
officer jew minn xi uffiċjal inkarigat ta’ guardroom
jew post ieħor fejn dik il-persuna kienet maqfula meta
ttieħdet f’kustodja, li juri l-fatt, id-data, il-ħin u l-post
ta’ l-arrest jew fejn tat ruħha jkun prova ta’ dak li jkun
fih iċ-ċertifikat.
Reati dwar ħwejjeġ militari punibbli minn qrati ċivili
Piena għal min juri 
ruħu bħala diżertur. 
166. Kull persuna li b’qerq turi ruħha lil xi awtorità  militari jew
ċivili bħala diżertur mill-forza regolari tista’ teħel fuq kundanna
sommarja multa ta’ mhux iżjed minn ħamsin lira jew priġunerija
għal żmien ta’ mhux iżjed minn tliet xhur jew dik il-multa u
priġunerija flimkien.
Piena għal min 
jipprokura jew 
jgħin diżerzjoni.
167. Kull persuna li f’Malta jew barra minn Malta -
(a) tipprokura jew tipperswadi lil xi uffiċjal jew raġel tal-
forza regolari li jiddiżerta jew li jassenti ruħu mingħajr
  86      KAP. 220. ħ          FORZIARMATI  ’MALTA
permess; jew
(b) meta tkun taf li xi uffiċjal jew raġel bħal dak ikun ser
jiddiżerta jew jassenti ruħu mingħajr permess, tgħinu
li jagħmel hekk; jew
(ċ) meta tkun taf li xi persuna tkun diżertur jew assenti
mingħajr permess mill-forza regolari, tipprokura jew
tipperswadi jew tgħin lil dik il-persuna li tibqa hekk
diżertur jew assenti, jew tgħinha biex taħrab mill-
kustodja,
tista’ teħel fuq kundanna sommarja multa ta’ mhux iżjed minn
ħamsin lira jew priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn tliet
xhur, jew dik il-multa u priġunerija flimkien.
Piena għal min 
jostakola lil 
membri tal-forza 
regolari fil-qadi ta’ 
dmirijithom. 
168. Kull persuna li għax trid tostakola jew tfixkel lil xi uffiċjal
jew raġel tal-forza regolari li jkun qed jaqdi dmirijietu tista’ teħel
fuq kundanna sommarja multa ta’ mhux iżjed minn ħamsin lira jew
priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn tliet xhur, jew dik il-
multa u priġunerija flimkien.
Piena għal min 
jgħin simulazzjoni 
ta’ mard.
169. Kull persuna li, f’Malta jew barra minn Malta -
(a) iġġib f’uffiċjal jew f’raġel tal-forza regolari xi mard
jew debilità ; jew
(b) tagħti lilu jew għalih xi droga jew preparazzjoni
maħsuba biex jew li x’aktarx tirrendih, jew iġġiegħel
lil min jaħseb li jkun, mhux tajjeb għas-servizz
permanentement jew temporanjament,
bil-ħsieb biex hu jkun jista’ jeħles minn servizz militari, jew
permanentement jew temporanjament, tista’ teħel fuq kundanna
sommarja multa ta’ mhux iżjed minn mitt lira jew priġunerija għal
żmien ta’ mhux iżjed minn sitt xhur, jew dik il-multa u priġunerija
flimkien.
Att ħażin ta’ bejgħ 
eċċ ta’ proprjetà  
pubblika. 
Emendat: 
VIII. 1990.3.
170. Kull persuna li tieħu, tbigħ, tagħti b’rahan, jew b’mod
ieħor tiddisponi minn, jew bla jedd tiddistruġġi jew tagħmel ħsara
lil jew bi traskuraġni titlef, kwalunkwe ħaġa maħruġa għaliha bħala
uffiċjal jew raġel tal-forza territorjali, jew bla jedd tirrifjuta jew
titraskura li tagħti fuq talba kwalunkwe ħaġa maħruġa għaliha
bħala uffiċjal jew raġel tal-forza territorjali, tista’ teħel, fuq
kundanna sommarja, multa ta’ mhux iżjed minn għoxrin lira; u l-
Qorti tal-Maġistrati għandha, fuq talba tal-Kummissarju tal-
Pulizija, tordna lill-persuna kundannata kif intqal qabel li tħallas il-
valur ta’ kull ħaġa li dwarha tkun ġiet ikkundannata -
(a) jekk tkun qed isservi fil-forza fiż-żmien tal-kundanna
tagħha lill-uffiċjal kmandant tagħha; jew
(b) jekk ma tkunx qed isservi fil-forza fiż-żmien
imsemmi, lill-uffiċjal li dak iż-żmien ikun fil-kmand
ta’ l-unità  li hi l-aħħar kienet isservi fih,
u kull ordni kif intqal qabel għandu ikollu l-istess effett bħala
deċiżjoni ta’ dik il-qorti fil-ġurisdizzjoni ċivili tagħha.
Xiri eċċ., illegali 
ta’ oġġetti militari.
171. (1) Kull persuna li, f’Malta jew barra minn Malta,
takkwista xi oġġetti militari jew tħajjar jew tipprokura lil xi
persuna li tiddisponi minn xi stores militari, jew taġixxi f’isem xi
FORZIARMATI  TA’MALTAġ K AP. 220.    87
persuna fid-disponiment ta’ stores militari, tkun ħatja ta’ reat
kontra dan l-artikolu kemm-il darba ma tippruvax jew -
(a) li ma kenitx taf, u ma tistax raġonevolment tkun
mistennija li taf, li l-oġġetti in kwistjoni kienu stores
militari, jew
(b) li dawk l-oġġetti kienu (bit-transazzjoni li hi tkun
akkużata dwarha jew b’xi transazzjoni oħra qabel) ġew
disponuti b’ordni jew bil-kunsens tal-Kmandant jew
ta’ xi persuna jew awtorità  li kellha, jew li hi kellha
raġun taħseb li kellha, is-setgħa li tagħti l-ordni jew il-
kunsens, jew
(ċ) li dawk l-oġġetti kienu saru l-propjetà  ta’ uffiċjal li
kien irtira jew li spiċċa minn uffiċjal, jew ta’ raġel tal-
forza li kien ġie meħlus mis-servizz, jew ta’ l-eredi
jew tal-legatarji ta’ persuna li tkun mietet.
(2) Persuna ħatja ta’ reat kontra dan l-artikolu tista’ teħel fuq
kundanna sommarja multa ta’ mhux iżjed minn mitt lira jew
priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn tliet xhur, jew dik il-
multa u priġunerija flimkien.
(3) F’dan l-artikolu -
"takkwista" tfisser tixtri, tieħu bi tpartit, tieħu b’rahan jew b’mod
ieħor tirċievi (kemm jekk apparti minn dan l-artikolu r-riċezzjoni
tkun legali kemm jekk le);
"tiddisponi" tfisser tbigħ, tagħti bi tpartit, tagħti b’rahan jew
b’mod ieħor tikkonsenja (kemm jekk apparti minn dan l-artikolu l-
konsenja tkun legali kemm jekk le);
"stores militari" tfisser kull ħaġa ta’ kwalunkwe deskrizzjoni ta’
proprjetà  tal-Gvern li tkun maħruġa għall-użu għal skopijiet
militari jew tkun maħżuna biex tiġi hekk maħruġa meta jkun
meħtieġ, u tinkludi kull ħaġa li kienet proprjetà , u li kienet
maħruġa jew miżmuma, kif intqal qabel f’xi żmien qabel.
Disposizzjonijiet dwar provi
Disposizzjonijiet 
ġenerali dwar 
provi.
172. (1) Id-disposizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw
dwar provi fi proċedimenti skond dan l-Att, kemm jekk quddiem
qorti marzjali, qorti ċivili jew xort’oħra.
(2) Dokument li juri li jkun kopja tal-karta ta’ konferma
iffirmata minn xi persuna u li jkun iċċertifikat bħala kopja vera
minn persuna msemmija fiċ-ċertifikat bħala li għandha l-kustodja
tal-karta ta’ konferma jkun prova ta’ l-ingaġġ tal-persuna attestata.
(3) Karta ta’ konferma li turi li tkun iffirmata minn persuna
ma’ l-ingaġġ tagħha tkun prova li hi tkun wieġbet il-mistoqsijiet li
jkun hemm reġistrat fiha li hi tat.
(4) Ittra, prospett jew dokument ieħor li jgħid li xi persuna-
(a) kienet jew ma kenitx isservi f’xi żmien speċifikat jew
matul xi perijodu speċifikat f’xi parti tal-forza jew
kienet spiċċat minn xi parti tal-forza f’xi jew qabel xi
żmien speċifikat; jew
  88      KAP. 220. ħ          FORZIARMATI  ’MALTA
(b) kellha jew ma kellhiex f’xi żmien speċifikat xi rank
jew nomina f’xi parti tal-forza, jew kienet f’xi jew
qabel xi żmien speċifikat, parti minn, ippustjata jew
trasferita f’xi parti tal-forza, jew f’xi żmien speċifikat
jew matul xi perjodu speċifikat kienet jew ma kenitx
isservi jew kellha jew ma kellhix xi rank jew nomina
f’xi pajjiż jew post partikolari,
għandhom, jekk juru li jkunu maħruġa minn jew f’isem il-
Kmandant, jew minn persuna awtorizzata minnu jkunu prova ta’
dak li jingħad fid-dokument.
(5) Reġistrazzjoni magħmula f’kull ktieb tas-servizz jew
f’dokument ieħor, li tkun reġistrazzjoni skond dan l-Att jew skond
xi regolamenti, regoli jew ordnijiet magħmula bis-saħħa tiegħu,
jew xort’oħra skond id-dmir militari, u li turi li hi iffirmata mill-
uffiċjal kmandant jew minn xi persuna li d-dmir tagħha jkun li
tagħmel ir-reġistrazzjoni tkun prova ta’ dak li jingħad fiha; u kopja
ta’ reġistrazzjoni (li tinkludi l-firma tagħha) f’kull ktieb jew
dokument ieħor bħal dawk kif issemma qabel, li turi li hi
iċċertifikata bħala kopja vera minn persuna msemmija fiċ-ċertifikat
li jkollha l-kustodja tal-ktieb jew tad-dokument l-ieħor tkun prova
tar-reġistrazzjoni.
(6) Dokument li juri li kien maħruġ b’ordni tal-Kmandant u li
jkun fih istruzzjonijiet jew ordnijiet mogħtija mill-Kmandant ikun
prova ta’ l-għoti ta’ l-istruzzjonijiet jew ta’ l-ordnijiet u ta’ dak li
jkun fihom.
(7) Ċertifikat li juri li hu iffirmat minn uffiċjal kmandant ta’
persuna jew minn xi uffiċjal awtorizzat minnu biex jagħti ċ-
ċertifikat, u li jagħti l-kontenut ta’, jew xi parti minn, ordnijiet
permanenti jew ordnijiet oħra ta’ natura kontinwa magħmula għal -
(a) xi formazzjoni jew unità  jew korp ta’ truppi jew xi
area, garrison jew post, jew
(b) xi vapur, ferrovija jew inġenju ta’ l-ajru,
għandu fi proċedimenti kontra l-imsemmija persuna jkun prova ta’
dak li jingħad fiċ-ċertifikat.
Prova dwar kif 
jispiċċa proċess 
ċivili.
Emendat:
XXIV. 1995.360.
173. (1) Meta persuna suġġetta għal-liġi militari tkun ġiet
proċessata minn qorti ċivili (kemm jekk fiż-żmien tal-proċess
kienet suġġetta għal-liġi militari kemm jekk ma kenitx), ċertifikat
iffirmat mir-reġistru tal-qorti li jgħid il-ħwejjeġ kollha li ġejjin jew
kwalunkwe waħda minnhom - 
(a) li l-imsemmija persuna tkun ġiet proċessata quddiem
il-qorti għal reat speċifikat fiċ-ċertifikat;
(b) ir-riżultat tal-proċess;
(ċ) x’deċiżjoni jew x’ordni kien ingħata mill-qorti;
(d) li reati l-oħra speċifikati fiċ-ċertifikat kienu ġew
kunsidrati fil-proċess,
għandu għall-finijiet ta’ dan l-Att ikun prova ta’ dak li jingħad fiċ-
ċertifikat.
(2) Ir-reġistratur tal-qorti għandu, jekk ikun meħtieġ mill-
FORZIARMATI  TA’MALTAġ K AP. 220.    89
uffiċjal kmandant tal-persuna in kwistjoni jew minn xi uffiċjal
ieħor, jagħti ċertifikat skond dan l-artikolu.
(3) Dokument li juri li jkun ċertifikat skond dan l-artikolu u li
jkun iffirmat mir-reġistratur tal-qorti għandu, sakemm ma jiġix
pruvat il-kuntrarju, jitqies li jkun dak iċ-ċertifikat.
Kap. 12.
(4) Referenza f’dan l-artikolu għar-reġistratur tal-qorti tinkludi
referenza għal kull uffiċjal ieħor imsemmi fl-artikolu 57(2)(a) tal-
Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Civili.
Prova ta’ 
proċedimenti ta’ 
qorti marzjali. 
Emendat: 
LVIII. 1974.68;
XXIV. 1995.360. 
174. (1) Il-proċess oriġinali ta’ qorti marzjali li juri li jkun
iffirmat mill-president tal-qorti u li jkun fil-kustodja ta’ l-Avukat
Ġenerali jew ta’ xi persuna li jkollha l-kustodja leġittima tiegħu
jkun ammissibbli bħala prova meta jiġi prodott minn dik il-
kustodja.
(2) Dokument li juri li jkun kopja tal-proċess oriġinali ta’ qorti
marzjali jew ta’ parti minnu u li jkun iċċertifikat mill-Avukat
Ġenerali jew minn xi persuna awtorizzata minn, jew minn xi
persuna oħra li jkollha l-kustodja leġittima tal-proċess, bħala kopja
vera jkun prova ta’ dak li jinsab fil-proċess jew tal-parti li għaliha
jirreferixxi d-dokument, skond il-każ.
(3) Dan l-artikolu japplika għal provi miġjuba quddiem
kwalunkwe qorti f’Malta, kemm ċivili jew kriminali.
Disposizzjonijiet mixxellanji
Restrizzjonijiet 
dwar tniżżil mir-
rank ta’ warrant 
officers u ta’ 
uffiċjali bla 
kummissjoni. 
175. (1) Warrant officer jew uffiċjal bla kummissjoni tal-forza
regolari (barra minn lance kapural jew lance bumbardier) ma
għandux jiġi mniżżel mir-rank ħlief b’deċiżjoni ta’ qorti marzjali
skond dan l-Att jew b’ordni tal-Kmandant.
(2) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu tniżżil mir-rank ma
jinkludix riverżjoni minn rank temporanju.
Riċeviment 
temporanju 
f’kustodja ċivili ta’ 
persuni taħt skorta.
176. Meta persuna tkun f’kustodja militari meta tiġi akkużata
bi, jew bil-ħsieb li tiġi akkużata b’reat kontra t-Taqsima III ta’ dan
l-Att, ikun id-dmir tad-Direttur tal-Ħabs Ċivili jew tal-persuna
inkarigata minn għassa tal-Pulizija jew minn post ieħor li fih
priġunieri jistgħu jinżammu legalment, malli tiġi konsenjata lilhom
ordni bil-miktub li juri li hu iffirmat mill-uffiċjal kmandant tal-
persuna f’kustodja li jirċievu lil dik il-persuna f’kustodja għal
żmien ta’ mhux iżjed minn sebagħt ijiem.
Setgħa ta’ ċerti 
uffiċjali li jieħdu 
affidavit u 
dikjarazzjonijiet. 
177. (1) Uffiċjal tal-forza regolari ta’ rank ta’ mhux inqas
minn maġġur (hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejjaħ "uffiċjal
awtorizzat") jista’, f’kull post barra minn Malta, jieħu affidavits u
dikjarazzjonijiet mingħand kull persuna suġġetta għal-liġi militari
u mingħand kull persuna oħra kif il-Ministru jista’ b’ordni
jispeċifika.
(2) Dokument li juri li jkollu fuqu l-firma ta’ uffiċjal
awtorizzat bħala xhud ta’ affidavit jew ta’ dikjarazzjoni li tkun
saret quddiemu skond dan l-artikolu u li jkun fih fil- jurat jew fil-
konferma dikjarazzjoni tad-data li fiha u tal-post li fih l-affidavit
jew id-dikjarazzjoni tkun saret u l-isem sħiħ u r-rank ta’ dak l-
  90      KAP. 220. ħ          FORZIARMATI  ’MALTA
uffiċjal għandu jkun ammess bħala prova mingħajr ma jiġi pruvat li
l-firma tkun il-firma ta’ dak l-uffiċjal jew tal-fatti dikjarati.
TAQSIMA VIII
APPLIKAZZJONI TA’ L-ATT U DISPOSIZZJONIJIET 
SUPPLIMENTALI 
Persuni suġġetti għal-liġi militari
Persuni suġġetti 
għal-liġi militari: 
disposizzjoni 
ġenerali.
178. (1) Il-persuni li ġejjin huma suġġetti għal-liġi militari:
(a) kull uffiċjal detentur ta’ kummissjoni (li ma tkunx
kummissjoni fil-forza territorjali) u li f’dak iż-żmien
ikun impjegat, jew jerġa jkun imsejjaħ għall-impieg,
fis-servizz fi kwalunkwe kariga li fiha jista’ jiġi
meħtieġ li jiġi impjegat bħala d-detentur tal-
kummissjoni tiegħu;
(b) kull uffiċjal kif intqal qabel li f’dan iż-żmien ma jkunx
impjegat, jew mhux impjegat kif imsemmi fil-
paragrafu (a), iżda li jkun jista’ (barra minn
f’ċirkostanzi speċifikati biss) jerġa’ jissejjaħ għal
servizz militari;
(ċ) kull uffiċjal, mhux suġġett għal-liġi militari skond id-
disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-artikolu, li waqt li
jkun detentur ta’ kummissjoni kif intqal qabel ikun
impjegat fis-servizz tal-Gvern f’impieg li fih tkun
kondizzjoni espressa li matul dak l-impieg huwa
għandu jkun suġġett għal-liġi militari;
(d) kull uffiċjal, mhux suġġett għal-liġi militari skond id-
disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-artikolu, li, bl-
approvazzjoni tal-Ministru mogħtija suġġetta għal
kondizzjoni espressa li matul dak l-impieg hu għandu
jkun suġġett għal-liġi militari, jkun impjegat mhux fis-
servizz tal-Gvern;
(e) kull uffiċjal detentur ta’ kummissjoni fil-forza
territorjali li jkun fuq il-lista attiva (kif imfissra bir-
regolamenti għal jew li japplikaw għall-forza
territorjali) jew ikun wieħed mill-persunal permanenti
tal-forza territorjali, jew li ma jkunx fuq l-imsemmija
lista iżda jkun imsejjaħ fuq servizz permanenti jew
ikun qed iservi xort’oħra (kemm jekk skond
obbligazzjoni kemm jekk le) ma’ korp ta’ truppi li
f’dak iż-żmien ikun suġġett għal-liġi militari;
(f) kull raġel tal-forza regolari;
(g) kull raġel tar-riżerva meta msejjaħ fuq servizz
permanenti jew meta jkun qed jagħmel taħriġ annwali
jew xort’oħra (kemm jekk skond obbligazzjoni kemm
jekk le), jew meta jkun mod ieħor impjegat fis-servizz
tal-Gvern kif imsemmi fil-paragrafu (ċ);
FORZIARMATI  TA’MALTAġ K AP. 220.    91
(h) kull raġel tal-forza territorjali meta jkun inkorporat
jew imsejjaħ fuq servizz speċjali, meta jkun qed
jagħmel taħriġ jew ikun qed jattendi drillijiet jew
parati (kemm jekk skond obligazzjoni kemm jekk le),
jew meta jkun wieħed mill-persunal permanenti tal-
forza territorjali;
(i) kull persuna li tkun qed tirċievi pensjoni għal servizz
fil-forza regolari, jew għal dak is-servizz u servizz
ieħor, hi tkun impjegata fis-servizz tal-Gvern kif
imsemmi fil-paragrafu (ċ).
(2) Għal finijiet tal-paragrafu (d) ta’ l-aħħar subartikolu qabel
dan ċertifikat tal-Ministru li approvazzjoni ta’ impieg ta’ persuna
tkun ingħatat bil-kondizzjoni msemmija f’dak il-paragrafu jkun
prova konklużiva dwar il-fatti imsemmija fiċ-ċertifikat.
(3) Riferenzi f’dan l-artikolu għal uffiċjal detentur ta’
kummissjoni jinkludu riferenzi għal persuna li tkun intitolata li
kummissjoni tiġi maħruġa lilha.
Applikazzjoni ta l-
Att għal persuni 
ċivili.
179. (1) Bla ħsara għall-modifiki hawnhekk iżjed ’il quddiem
speċifikati, meta xi korp tal-forza regolari jkun fuq servizz attiv, it-
Taqsimiet III u IV ta’ dan l-Att għandhom japplikaw għal kull
persuna li tkun impjegata fis-servizz ta’ dak il-korp tal-forza jew
kwalunkwe parti jew membru tiegħu, jew li tkun qed takkompanja
l-imsemmi korp jew xi parti minnu, u li ma tkunx suġġetta għal-liġi
militari apparti minn dan l-artikolu, kif l-imsemmija Taqsimiet III u
IV japplikaw għal persuni suġġetti għal-liġi militari.
(2) Bla ħsara għall-modifiki hawnhekk iżjed ’il quddiem
speċifikati, it-Taqsimiet III u IV ta’ dan l-Att għandhom f’kull
żmien japplikaw għal persuna li tkun taqa’ taħt deskrizzjoni kif
preskritt f’ordni magħmul skond l-artikolu 4 li tkun fil-limiti tal-
kmand ta’ xi uffiċjal li jikkmanda korp tal-forza regolari barra
minn Malta, u ma tkunx suġġetta għal-liġi militari apparti minn dan
l-artikolu, kif l-imsemmija Taqsimiet III u IV japplikaw għal
persuni suġġetti għal-liġi militari:
Iżda ebda waħda mid-disposizzjonijiet li jinsabu fl-artikoli
37 sa l-74 ma għandha tapplika għal persuna bis-saħħa biss ta’ dan
is-subartikolu ħlief l-artikolu 42(3), l-artikoli 48 u 49, l-artikoli 62
sal-65, u l-artikolu 73 safejn jirriferixxi għal dak is-subartikolu u
għal dawk l-artikoli.
(3) L-imsemmija modifikazzjonijiet huma dawn li ġejjin:
(a) il-pieni li jistgħu jingħataw minn qorti marzjali ma
għandhom jinkludu ebda piena anqas minn priġunerija,
ħlief multa;
(b) il-piena li tista’ tingħata meta akkuża tiġi trattata
sommarjament għandha, f’każ ta’ xi reat, tkun multa
ta’ mhux iżjed minn ħamsa u għoxrin lira, iżda ebda
piena oħra;
(ċ) id-disposizzjoni li ġejja għandha tapplika minflok is-
l-artikolu 80(2) sa (4), jiġifieri li persuna tista’ tiġi
arrestata minn provost officer,  minn kull warrant
  92      KAP. 220. ħ          FORZIARMATI  ’MALTA
officer jew uffiċjal bla kummissjoni li legalment ikun
qed jeżerċita awtorità  taħt provost officer jew f’ismu,
jew b’ordni ta’ xi uffiċjal tal-forza regolari;
(d) meta akkuża tkun qed tiġi trattata sommarjament u
jkun ġie deċiż li l-akkużat ikun ħati, ma għandhiex tiġi
reġistrata deċiżjoni sakemm l-akkużat ikun ingħata l-
oppurtunità  li jagħżel li jiġi proċessat minn qorti
marzjali, u jekk l-akkużat hekk jagħżel ma għandhiex
tiġi reġistrata deċiżjoni iżda għandhom jittieħdu dawk
il-passi sabiex l-akkuża tiġi proċessata minn qorti
marzjali kif jista’ jiġi preskritt mir-Regoli ta’
Proċedura;
(e) id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att dwar investigazzjoni
u trattazzjoni sommarja ta’ reati għandhom, ħlief kif
provdut espressament xort’oħra, japplikaw kif
japplikaw għal uffiċjali u warrant officers;
(f) minflokk ir-riferenzi fl-artikoli 130 u 131 għal li jkun,
li jkompli, jew ma jibqax suġġett għal-liġi militari
għandhom jidħlu riferenzi għal li jkun, li jkompli jew
li ma jibqax f’dawk iċ-ċirkostanzi li fihom japplikaw
it-Taqsimiet III u IV, u l-artikolu 130(3) ma għandux
japplika.
(4) Kull multa mwaħħla bis-saħħa ta’ dan l-artikolu kemm jekk
minn qorti marzjali jew mill-awtorità  superjuri xierqa, tkun tista’
tinġabar f’Malta bħala dejn ċivili dovut lill-Gvern.
Applikazzjoni ta’ 
ċerti Taqsimiet ta’ 
l-Att għall-forza ta’ 
riżerva u 
territorjali.
180. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu,
riferenzi fit-Taqsimiet III sa VII ta’ dan l-Att għall-forza regolari
għandhom jinkludu riferenzi għal dawn il-persuni li ġejjin, jiġifieri:
(a) uffiċjali ta’ kull riżerva ta’ uffiċjali fil-waqt li jkunu
suġġetti għal-liġi militari, u uffiċjali li jkunu rtiraw
iżda li jkunu f’dak iż-żmien suġġetti għal-liġi militari,
u
(b) uffiċjali detenturi ta’ kummissjonijiet fil-forza
territorjali waqt li l-parti tal-forza territorjali li għaliha
jappartienu tkun inkorporata jew waqt li huma jkunu
msejħa għal servizz speċjali jew waqt li jkunu qed
jagħmlu taħriġ, u
(ċ) irġiel tar-riżerva u tal-forza territorjali waqt li jkunu
suġġetti għal-liġi militari,
u riferenzi għal uffiċjali, warrant officers, uffiċjali bla kummissjoni
jew suldati, jew għal irġiel, jew għal membri jew korp, tal-forza
regolari jew għal assenza illegali minn dik il-forza għandhom
jiftehmu skond hekk.
(2) L-artikolu 16(1) u (5) għandhom japplikaw għal irġiel tar-
riżerva u tal-forza territorjali kif japplikaw għal irġiel tal-forza
regolari.
(3) Is-setgħa mogħtija bl-artikolu 50(3) u bl-artikolu 87(3) li
jiġi ordnat li s-servizz preċedenti ta’ min ikun għamel reat jintilef
ma tistax tiġi eżerċitata dwar irġiel tar-riżerva jew tal-forza
FORZIARMATI  TA’MALTAġ K AP. 220.    93
territorjali.
(4) L-artikolu 50(2)(b), l-artikoli mill-149 sal-151, u ħlief
safejn jistgħu jiġu applikati b’regolamenti magħmula skond dan l-
Att, id-disposizzjonijiet tat-Taqsimiet III u IV ta’ dan l-Att dwar
stoppages u d-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli mill-143 sal-148, ma
għandhomx japplikaw - 
(a) għal uffiċjali ta’ kull riżerva ta’ uffiċjali li ma jkunux
attwalment fis-servizz;
(b) għal irġiel ta’ l-armata ta’ riżerva ħlief meta jkunu
msejħa fuq servizz permanenti;
(ċ) għal uffiċjali u rġiel tal-forza territorjali ħlief meta l-
parti tal-forza territorjali li jappartjenu għaliha tkun
inkorporata jew ikunu msejħa għal servizz speċjali.
(5) Fl-aħħar subartikolu qabel dan l-espressjoni "attwalment
fis-servizz", dwar uffiċjal ta’ riżerva ta’ uffiċjali, tfisser li hu jkun
qed iservi (ħlief meta jkun qed jagħmel taħriġ) ma’ korp tal-forza
regolari, jew ta’ l-armata ta’ riżerva meta jkun imsejjaħ għal
servizz permanenti, jew ma’ membri tal-forza territorjali skond xi
regolamenti magħmula skond l-artikolu 4.
(6) Fil-każ ta’ uffiċjal bla kummissjoni jew ta’ suldat tal-forza
territorjali misjub ħati ta’ reat minn qorti marzjali jew mill-uffiċjal
kmandant tiegħu, it-Taqsimiet III u IV ta’ dan l-Att għandhom
japplikaw daqslikieku fl-iskala murija fl-artikolu 77(2) minnufih
qabel il-paragrafu (g) tagħha kien hemm imdaħħal il-paragrafu li
ġej:
"(ff) tkeċċija mill-forza territorjali",
u daqslikieku l-pieni speċifikati fl-artikolu 84(3) kienu jinkludu
tkeċċija mill-forza territorjali:
Iżda jekk l-uffiċjal kmandant jagħti dik it-tkeċċija ma
għandux jagħti piena oħra.
Disposizzjonijiet supplimentali
Ġurisdizzjoni. 
proċessati minn qorti marzjali jew jiġu trattati xort’oħra kif provdut
b’dan l-Att kemm jekk isiru f’Malta kemm jekk isiru barra minn
Malta, u l-ġurisdizzjoni u s-setgħat mogħtija b’dan l-Att lil qorti
marzjali, uffiċjali u awtoritajiet (barra minn qorti ċivili) dwar dawk
ir-reati jistgħu jiġu eżerċitati kemm f’Malta kif ukoll barra minn
Malta.
(2) F’Malta qorti ċivili li jkollha ġurisdizzjoni fil-post fejn min
jagħmel ir-reat ikun qiegħed dak iż-żmien ikollha ġurisdizzjoni li
tipproċessah ta’ reat skond dan l-Att li jista’ jiġi proċessat minn
qorti ċivili għalkemm r-reat ikun sar barra mill-ġurisdizzjoni tal-
qorti jew għalkemm min jagħmel ir-reat ma jkunx jirrisjedi f’dik il-
ġurisdizzjoni.
Esekuzzjoni ta’ 
ordnijiet, atti, eċċ.
182. Ħlief kif espressament provdut b’xi regolament, regoli jew
ordnijiet skond dan l-Att kull ordni jew determinazzjoni meħtieġa
jew awtorizzata li ssir skond dan l-Att minn xi uffiċjal jew awtorità
  94      KAP. 220. ħ          FORZIARMATI  ’MALTA
militari tista’ tiġi iffirmata minn kull uffiċjal awtorizzat għal hekk;
u kull att li jkun ordni jew determinazzjoni u li juri li hu iffirmat
minn uffiċjal imsemmi fih li jkun hekk awtorizzat għandu jitqies,
sakemm ma jiġix pruvat kontrarju li hu iffirmat minn uffiċjal hekk
awtorizzat.
Disposizzjonijiet 
dwar servizz attiv.
183. (1) F’dan l-Att l-espressjoni "fuq servizz attiv" dwar il-
forza jew dwar parti tal-forza tfisser li tkun qed tagħmel ħidma
kontra għadu jew tkun qed tagħmel x’imkien barra minn Malta
ħidma għat-tħaris ta’ ħajja jew ta’ propjetà  ta’ jew (bla ħsara għad-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att) tkun f’okkupazzjoni militari ta’
pajjiż jew territorju barrani, u dwar persuna tfisser li hi tkun qed
isservi fil-forza jew mal-forza jew ma’ parti tal-forza li tkun fuq
servizz attiv.
(2) Meta xi parti tal-forza tkun qed isservi barra minn Malta u
jkun jidher lill-Kmandant li, minħabba servizz attiv imminenti jew
minħabba servizz attiv riċenti, jkun meħtieġ għas-servizz pubbliku
li l-imsemmija parti tal-forza għandha titqies li tkun fuq servizz
attiv, hu jista’ jiddikjara li għal dak il-perijodu, li ma jkunx iżjed
minn tliet xhur, li jibda mill-bidu fis-seħħ tad-dikjarazzjoni kif
jista’ jiġi speċifikat fiha, dik it-taqsima tal-forza għandha titqies li
tkun fuq servizz attiv.
(3) Meta jkun jidher lill-Kmandant li jkun meħtieġ għas-
servizz pubbliku li l-perijodu speċifikat f’dikjarazzjoni skond l-
aħħar subartikolu qabel dan għandu jittawwal jew, jekk ikun
ittawwal qabel skond dan is-subartikolu, għandu jerġa jiġi
mtawwal, hu jista’ jiddikjara li l-imsemmi perijodu għandu jiġi
mtawwal b’dak iż-żmien, li ma jkunx aktar minn tliet xhur, kif
jista’ jiġi speċifikat fid-dikjarazzjoni skond dan is-subartikolu.
(4) Jekk f’xi żmien waqt li xi parti tal-forza - 
(a) tkun fuq servizz attiv għar-raġuni biss li tkun
f’okkupazzjoni militari ta’ xi pajjiż jew territorju
barrani; jew
(b) titqies li tkun fuq servizz attiv bis-saħħa tad-
disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-artikolu,
ikun jidher lill-Kmandant li ma jkunx hemm ħtieġa li l-imsemmija
parti tal-forza titkompla titqies li tkun fuq servizz attiv, hu jista’
jiddikjara li minn meta tibda sseħħ id-dikjarazzjoni il-forza ma
tkomplix, jew ma tkomplix titqies li tkun fuq servizz attiv.
(5) Qabel ma ssir xi dikjarazzjoni skond dan l-artikolu, il-
Kmandant għandu jikseb il-kunsens tal-Ministru għad-
dikjarazzjoni.
(6) Dikjarazzjoni skond dan l-artikolu għandha seħħ mhux biss
dwar il-membri tal-forza li għaliha tkun tirriferixxi iżda wkoll għal
persuni oħra li għalihom l-applikazzjoni ta’ xi disposizzjonijiet ta’
dan l-Att tiddependi minn jekk dik il-forza tkunx fuq servizz attiv.
(7) Kull dikjarazzjoni jew direttiva skond dan l-artikolu
għandhom jibdew iseħħu malli jiġu pubblikati fl-ordnijiet ġenerali. 
FORZIARMATI  TA’MALTAġ K AP. 220.    95
Riżervi
Riżervi.* Ir-regolamenti u l-Avviżi tal-Gvern kollha magħmula
skond l-Ordinanza dwar il-Postijiet għal Tiri ta’ Kanuni, Azzarini u
Torpedini** jew skond l-Ordinanza dwar id-Dħul bla jedd f’Artijiet
Navali, Militari jew tal-Forza ta’ l-Ajru# u li jkunu fis-seħħ fid-data
tal-bidu fis-seħħ ta’ dan l-għandhom jibqgħu fis-seħħ u għandhom
jitqiesu li jkunu regolamenti magħmula jew avviżi maħruġa skond
dan l-Att għall-finijiet ta’ xi emenda jew tħassir tagħhom.
*Dan l-artikolu oriġinarjament kien jikkonsisti fi tliet subartikoli. Parti minn dan
l-artikolu kif oriġinarjament promulgat ġie mħolli barra taħt l-Att ta’ l-1980 dwar
ir-Reviżjoni tal-Liġijiet Statutarji.
#Revokata b’dan l-Att.
