SAVINGSBONDS ġKAP. 222.   1
KAPITOLU 222
ATT DWAR SAVINGS BONDS
Biex jipprovdi dwar il-ħruġ, il-promozzjoni u l-amministrazzjoni ta’
savings bonds.
(22 ta’ Diċembru, 1970)*
Sar liġi bl-ATT XXXII ta’ l-1970, kif emendat bl-Atti XXIX ta’ l-1979,
XXXI ta’ l-1981 u XVI ta’ l-1997.
Titolu fil-qosor. 
Tifsir.
Emendat: 
XXIX. 1979.3.
Kap. 204. 
2. F’dan l-Att kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma teħtiegx
xort’oħra - 
"il-Bank" tfisser il-Bank Ċentrali ta’ Malta mwaqqaf bl-Att dwar
il-Bank Ċentrali ta’ Malta;
"bond" tfisser savings bond maħruġ skond dan l-Att;
"data ta’ l-imgħax" dwar bond tfisser id-data li fiha l-imgħax
għandu jitħallas fuq il-bond;
"detentur" dwar bond tfisser il-persuna jew il-persuni li f’isimha
jew f’isimhom il-bond ikun jidher fir-reġistru;
"il-Fond" tfisser il-Fond tas-Savings Bonds stabbilit skond l-
artikolu 10 ta’ dan l-Att;
"il-Gazzetta" tfisser il-Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta; 
"il-Gvern" tfisser il-Gvern ta’ Malta;
"Kamra" tfisser il-Kamra tad-Deputati ta’ Malta;
"il-Kont" tfisser il-Kont ta’ Dħul tas-Savings Bonds miżmum
mill-Bank skond l-artikolu 11 ta’ dan l-Att;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-finanzi;
"preskritt" tfisser preskritt b’regolamenti magħmula skond dan l-
Att;
"registru" tfisser reġistru ta’ bonds miżmum għall-finijiet ta’ dan
l-Att skond l-artikolu 7 tiegħu, u
"reġistrat" għandha tiftiehem skond hekk;
"sena finanzjarja" għandha l-istess tifsir li għandha għall-finijiet
tal-Kostituzzjoni.
Awtorità għall-
ħruġ ta’ bonds.
3. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, ikun
skond il-liġi li l-Ministru jawtorizza l-ħruġ ta’ savings bonds sa
ammont li ma jkunx iktar minn ħames miljun lira jew dak l-ammont
ogħla li l-Kamra tista’ minn żmien għal żmien tapprova
b’riżoluzzjoni.
(2) Il-Ministru jista’ jawtorizza ħruġ differenti ta’ bonds  jew
*Ara Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 990 tat-22 ta’ Diċembru, 1970.
 2      KAP. 222.ħ      SAVINGSBONDS
ħarġiet suċċessivi dwar ħruġ ta’ bonds partikolari kemm-il darba l-
ammont totali maħruġ f’xi żmien wieħed ma jkunx b’kollox aktar
mill-ammont jew mill-ammonti awtorizzati li jiġu maħruġa skond
dan l-artikolu.
(3) Kull azzjoni meħuda u kull spejjeż preliminari magħmula in
konnessjoni mal-ħruġ, promozzjoni jew amministrazzjoni ta’ bonds
qabel il-bidu fis-seħħ ta’ dan l-Att għandu jkollhom l-istess effett u
validità daqs li kieku dawk l-azzjonijiet ikunu ttieħdu validament u
dawk l-ispejjeż ikunu saru leġittimament skond dan l-Att; u kull
azzjoni jew ħaġa hekk mibdija iżda li tkun għadha mhux mitmuma
fid-data tal-bidu fis-seħħ ta’ dan l-Att jistgħu jitkomplew skond
dan l-Att daqslikieku dik l-azzjoni jew il-ħaġa tkun imbdiet skond
dan l-Att.
Ħruġ ta’ bonds.  4. (1) Meta l-ħruġ ta’  bonds  ikun ġie awtorizzat skond l-
artikolu 3 ta’ dan l-Att ikun skond il-liġi li l-Bank, bla ħsara għad-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u ta’ kull regolamenti magħmula bis-
saħħa tiegħu u taħt u skond dawk id-direttivi li l-Ministru jista’
jagħti, joħroġ, jippromovi u jamministra bonds għal u f’isem il-
Gvern.
(2) Kull ħruġ wieħed awtorizzat kif intqal qabel għandu jibqa’
miftuħ għas-sottoskrizzjoni sa dik id-data li l-Ministru jista’
jistabbilixxi b’avviż pubblikat fil-Gazzetta mhux aktar tard minn
xahar qabel dik id-data jew sakemm ikun sottoskritt għal kollox,
liema minnhom tiġri l-ewwel.
(3) Applikazzjonijiet għax-xiri ta’ bonds għandhom isiru mal-
Bank jew ma’ dawk l-aġenti li jiġu nominati mill-Bank.
Detentur ikollu 
dritt għal ktieb tal-
bonds. 
5. Ix-xerrej ta’ bond  ikollu d-dritt li jikseb mill-Bank ktieb
tal-bonds li jkun f’dik il-forma kif il-Bank jista’ jiddeċiedi li fih
għandhom jidhru l-isem u l-indirizz tad-detentur tal-bond jew tal-
bonds li għalihom il-ktieb tal-bonds jirreferixxi u t-transazzjonijiet
kollha rilevanti dwarhom u li jkunu jidhru fir-reġistru.
Bonds m’humiex 
trasferibbli. 
6. Ħlief kif jista’ jiġi preskritt xort’oħra, il-bonds ma jkunux
trasferibbli.
Reġistrazzjoni ta’ 
bonds. 
7. (1) Il-Bank għandu jara li jinżamm reġistru tal-bonds
kollha u tat-transazzjonijiet dwarhom u għandu jara li jsir dak id-
dħul fih kif jista’ jkun meħtieġ biex juri l-ismijiet, l-indirizz u d-
dettalji l-oħra rilevanti tad-detenturi tal-bonds reġistrati fih.
(2) Ħlief kif jista’ jiġi preskritt xort’oħra, ebda persuna ma
jkollha dritt għal xi bond jew għal xi ħlas tiegħu kemm-il darba ma
tkunx detentur ta’ bond.
Għeluq ta’ reġistru. 8. (1) Ir-reġistru jingħalaq matul it-tmienja u għoxrin ġurnata
li jiġu minnufih qabel kull data ta’ l-imgħax dwar il-bonds li
jkollhom l-istes data ta’ l-imgħax.
(2) Bonds  mixtrija matul il-perijodu li fih ir-reġistru jkun
magħluq dwarhom ma għandhomx jiġu reġistrati qabel ma jerġa’
jinfetaħ ir-reġistru:
Iżda l-egħluq tar-reġistru ma għandux iżomm l-imgħax
SAVINGSBONDS ġKAP. 222.   3
milli jgħaddi u bonds mixtrija matul il-perijodu msemmi qabel u
reġistrati wara għandhom jagħtu mgħax daqslikieku kienu reġistrati
fid-data tax-xiri.
Ir-reġistru jkun 
prova konklużiva 
tal-fatti li jkunu 
jinsabu fih. 
9. Id-dħul fir-reġistru dwar id-detenturi ta’  bonds  u dwar
transazzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-bonds reġistrati fih ikun
prova konklużiva tal-fatti, tal-ħwejjeġ u tal-partikolaritajiet li
dwarhom jirreferixxi dak id-dħul; u dokument li juri li hu maħruġ
mill-Bank li jiċċertifika li hu kopja vera ta’ dak id-dħul fir-reġistru
kif intqal qabel għandu, jiġi milqugħ bħala prova f’kull
proċedimenti ġudizzjarji u għandu, sakemm jiġi pruvat kontrarju,
ikun prova ta’ dak li jkun fih id-dħul fir-reġistru li tiegħu jkun
jidher li hu kopja vera.
Fond tas-Savings 
Bonds.
10. (1) Għandu jiġi stabbilit fond li jissejjaħ l-Fond tas-
Savings Bonds, u għandu jitħallas fil-Fond dak kollu li jidħol mill-
bejgħ ta’ bonds u għandu jitħallas mill-Fond il-ħlas lura kollu ta’
bonds.
(2) Il-fond għandu jinżamm u jiġi amministrat mill-Bank skond
dawk id-direttivi kif il-Ministru, wara konsultazzjoni mal-Bank,
jista’ jagħti.
(3) Il-ħlas lura tal-bonds kollha li jkunu għadhom ma tħallsux
lura f’xi żmien, l-ħlas ta’ kull imgħax u, jekk il-bonds ikunu
maħruġa bi premium, ta’ kull premium fuqhom, u l-ħlas kollu
dovut skond dan l-Att huwa garantit mill-Gvern u dawk il-flejjes li
jkunu meħtieġa biex isir xi ħlas kif intqal qabel skond l-imsemmija
garanzija jkunu addebitati lill-Fond Konsolidat u jitħallsu mill-
imsemmi Fond Konsolidat u mill-attiv tal-Gvern.
Kont ta’ dħul tas-
Savings Bonds.
11. (1) Id-dividendi kollha u l-imgħax u d-dħul l-ieħor kollu li
jinkisbu minn investimenti jew minn impieg ieħor ta’ flejjes fil-
Fond magħmula skond is-subartikolu (2) ta’ l-artikolu 10 ta’ dan l-
Att għandhom jitħallsu f’kont li jissejjaħ Kont ta’ Dħul tas-Savings
Bonds u li għandu jinżamm mill-Bank.
(2) Għandhom jiġu addebitati lil u għandhom jitħallsu mill-
Kont mingħajr approprjazzjoni oħra ħlief dan l-Att -
(a) l-ispejjeż kollha dwar il-promozzjoni u l-
amministrazzjoni tal-Bonds u d-debiti l-oħra kollha li
għandhom x’jaqsmu magħhom, inklużi l-ispejjeż
kollha preliminari magħmula jew imħallsa qabel il-
bidu fis-seħħ ta’ dan l-Att; u
(b) l-imgħax kollu li għandu jitħallas dwar il-bonds.
Eċċess u deficit fil-
kont.
12. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (3) ta’
l-artikolu 10 ta’ dan l-Att, jekk f’xi żmien matul xi sena finanzjarja
l-ammont għak-kreditu tal-Kont ma jkunx biżżejjed biex jitħallsu l-
ispejjeż u d-debiti dovuti fuq l-imsemmi kont skond is-subartikolu
(2) ta’ l-artikolu 11 ta’ dan l-Att, il-Ministru jista’ javvanza lil u l-
Bank għandu jħallas fl-imsemmi Kont dik is-somma jew dawk is-
somom kif ikun meħtieġ biex jitħallsu l-ispejjeż u d-debiti
msemmija qabel taħt dawk il-pattijiet u l-kondizzjonijiet kif il-
Ministru, wara konsultazzjoni mal-Bank, jista’ jistabbilixxi.
 4      KAP. 222.ħ      SAVINGSBONDS
(2) Jekk fl-aħħar ġurnata ta’ xi sena finanzjarja jkun hemm
eċċess fil-Kont, il-Ministru jista’, wara konsultazzjoni mal-Bank,
jordna t-trasferiment ta’ l-eċċess jew ta’ xi parti minnu għall-Fond
Konsolidat:
Iżda ebda trasferiment kif intqal qabel ma jista’ jiġi ordnat
mill-Ministru kemm-il darba l-attiv likwidu tal-Fond flimkien mal-
valur tas-suq kif stmat ta’ l-investimenti miżmuma mill-Fond f’dik
il-ġurnata u kull trasferiment mill-Kont għall-Fond skond dan il-
proviso ma jeċċedix għall-anqas bi ħmistax fil-mija l-ammont ta’
bonds li ma jkunux tħallsu lura f’dik il-ġurnata; u f’kull każ bħal
dan kull eċċess fil-Kont għandu jew jinżamm fil-Kont jew jiġi
trasferit għall-Fond, jew f’parti hekk jinżamm u f’parti jiġi hekk
trasferit, kif il-Ministru jista’, wara konsultazzjoni mal-Bank,
jordna.
Verifika. 
Emendat:
XVI. 1997.8.
13. Il-Bank għandu jżomm jew jara li jinżammu kontijiet
xierqa u records oħra kif imiss dwar il-ħruġ, il-promozzjoni u l-
amministrazzjoni ta’ bonds u dawk il-kontijiet u r-records kollha
għandhom jiġu verifikati mill-Awditur Ġenerali.
Sottomissjoni ta’ 
estimi ta’ dħul u 
ħruġ.
14. Il-Bank għandu, mhux aktar tard minn tliet xhur qabel il-
bidu ta’ kull sena finanzjarja, jissottometti lill-Ministru stima ta’
nfieq mistenni li jsir f’dik is-sena il-ħruġ, il-promozzjoni u l-
ammin istrazzjoni ta’ bonds u stima għall-istess perijodu tad-dħul
mistenni fil-Kont.
Sottomissjoni ta’ 
dikjarazzjonijiet 
mill-Bank.
Emendat:
XVI. 1997.8.
15. (1) Il-Bank għandu, mhux aktar tard minn tliet xhur wara
li tagħlaq kull sena finanzjarja, jissottometti lill-Ministru:
(a) dikjarazzjoni li turi l-attiv u l-passiv tal-Fond fl-aħħar
ġurnata tas-sena finanzjarja li għaliha d-dikjarazzjoni
tirreferixxi;
(b) dikjarazzjoni tal-qagħda tal-Kont fil-ġurnata
msemmija qabel;
(ċ) dikjarazzjoni ta’ l-ammont tal-bonds li jkunu għadhom
ma tħallsux lura fil-ġurnata msemmija qabel, li turi l-
bonds maħruġin u mħallsin lura matul is-sena; u
(d) lista tat-titoli u investimenti oħra miżmuma mill-Fond
fil-ġurnata msemmija qabel, li turi dwar kull titolu jew
investiment tali l-valur nominali, il-prezz tax-xiri u l-
aħħar valur tas-suq magħruf tagħhom.
(2) Id-dikjarazzjoni u l-lista msemmija qabel għandhom ikunu
ffirmati kif imiss għal u f’isem il-Bank u għandhom ikunu
ċertifikati mill-Awditur Ġenerali.
(3) Il-Ministru għandu jara li d-dikjarazzjonijiet u l-lista
mogħtija lilu skond dan l-artikolu jiġu pubblikati fil-Gazzetta mhux
aktar tard minn xahar wara li jirċevihom.
(4) Ebda ħaġa fid-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-artikolu
ma għandha tiftiehem li ma tħallix lill-Ministru milli jitlob lill-
Bank biex jagħtiha dik l-informazzjoni u dawk id-dokumenti l-oħra
dwar il-bonds u l-amministrazzjoni tagħhom kif jidhirlu meħtieġ
jew spedjent.
SAVINGSBONDS ġKAP. 222.   5
Kondizzjonijiet ta’ 
ħruġ.
16. (1) Dwar kull ħruġ ta’  bonds  awtorizzat minnu, il-
Ministru għandu, qabel ma xi bonds tali jiġu maħruġa, jispeċifika
b’direttiva l-ħwejjeġ imsemmija fis-subartikolu (2) ta’ dan l-
artikolu u jara li dik id-direttiva tiġi pubblikata fil-Gazzetta.
(2) Il-ħwejjeġ li għandhom jiġu speċifikati skond is-
subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu huma:
(a) ir-rata ta’ mgħax li għandha titħallas fuq il-bonds; 
(b) id-data ta’ l-iskadenza tal-bonds;
(ċ) ir-rata li biha l-bonds għandhom jitħallsu lura ma’ l-
iskadenza;
(d) id-dati f’kull sena li fihom l-imgħax fuq il-bonds
għandu jitħallas; u
(e) il-kummissjoni li għandha titħallas fuq il-bejgħ tal-
bonds.
Ma jitħallasx 
mgħax wara l-
iskadenza. 
17. Ebda mgħax ma għandu jitħallas fuq xi bond wara d-data
ta’ l-iskadenza tagħha.
Tifsir ta’ bonds. 
tiegħu qabel id-data ta’ l-iskadenza malli jgħaddi xahar minn meta
tiġi riċevuta applikazzjoni bil-miktub magħmula f’kull żmien mid-
detentur lill-Bank biex il-bond jiġi msarraf:
Iżda detentur li jsarraf  bond qabel ma jgħaddu sitt xhur
mid-data tax-xiri jitlef l-imgħax kollu li jkun hemm dovut fuqu, u
kull imgħax li seta’ tħallas diġa fuq il-bond għandu jitnaqqas mill-
valur nominali tal-bond.
Konverżjoni ta’ 
bonds.
19. (1) Ma’ l-iskadenza, id-detentur ta’ bond jista’ jikkonverti
l-bond f’bond ieħor jew f’bonds oħra maħruġa skond dan l-Att jekk
il-prospett dwar dak il-ħruġ hekk jistipula.
(2) Dik il-konverżjoni għandha ssir skond dawk il-pattijiet u
kundizzjonijiet tal-ħruġ il-ġdid u b’dak il-mod kif jista’ jiġi
provdut fil-prospett tal-ħruġ il-ġdid jew kif jista’ jiġi preskritt.
Meta ma jkunx 
jista’ jsir ħlas 
validament. 
20. Meta l-Bank ma jkunx jista’, għal xi raġuni, iħallas
validament xi pagament li għandu jitħallas lil xi persuna dwar
bond, hu jista’, kemm-il darba ma jkunx provdut xort’oħra minn
jew skond dan l-Att, jiftaħ kont ma bank f’Malta għall-benefiċċju
tal-persuna li lilha l-pagament ikun jidher li jkun dovut u jista’
sakemm il-pagament ikun jista’ jsir lill-imsemmija persuna jew
sakemm pagament validu jkun jista’ jsir xort’oħra, iżomm l-
ammont dovut fl-imsemmi kont.
Falsifikazzjoni. 
Kap. 9.
21. Għall-finijiet tal-Kodiċi Kriminali kull dokument maħruġ
skond dan l-Att li jagħti d-dritt lil persuna għal xi ħlas skond dan l-
Att jew għal xi dokument ieħor li jagħti d-dritt lil persuna għal xi
ħlas tali għandu jitqies li hu dokument illi meta jiġi preżentat
wieħed jista’ jirċievi bih ħlas skond it-tifsir ta’ l-artikolu 167 ta’ l-
imsemmi Kodiċi, u d-disposizzjonijiet ta’ dak il-Kodiċi għanhom
japplikaw skond hekk.
 6      KAP. 222.ħ      SAVINGSBONDS
Setgħa għall-
egħmil ta’ 
regolamenti. 
22. (1) Il-Ministru jista’ jagħmel u, meta jkun għamel,
jemenda, iħassar u jagħmel mill-ġdid regolamenti dwar il-ħwejjeġ
kollha meħtieġa jew spedjenti biex jagħti effett lid-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u, bla ħsara għall-ġeneralità ta’ dak li
ntqal qabel, jipprovdi għal:
(a) il-mod tax-xiri tal-bonds;
(b) l-akbar ammont ta’ bonds li persuna jista’ jkollha;
(ċ) l-eliġibbilità ta’ persuni biex ikunu detenturi ta’ bonds; 
(d) il-każi u l-mod kif persuni jistgħu jiġu reġistrati bħala
detenturi flimkien ta’ bonds;
(e) is-sostituzzjoni ta’ dokumenti mitlufa u ħruġ ta’ kotba
tal-bonds duplikati;
(f) il-mod kif isir il-ħlas ta’ l-imgħax;
(g) il-ħlas ta’ kapital jew imgħax u t-trasferiment ta’
bonds fil-kaz ta’ persuni inkapaċitati u f’każ tat-
trasmissjoni ta’ bonds meta jmut detentur;
(h) il-ħwejjeġ kollha meħtieġa jew awtorizzati li jiġu
preskritti b’dan l-Att u ħwejjeġ li dwarhom l-Att
jipprovdi li għalihom huma suġġetti, jew jiġu
magħmula bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’, xi
regolamenti magħmula skond l-Att;
(i) il-ħwejjeġ kollha inċidentali għal jew li għandhom
x’jaqsmu ma’ kull ħaġa hawnhekk iżjed ’il quddiem
imsemmija. 
(2) Regolamenti magħmula skond dan l-Att għandhom
jitqegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra kemm jista’ jkun malajr wara li
jsiru u jekk, fi żmien tmienja u għoxrin ġurnata wara li hekk
jitqegħdu, il-Kamra tirriżolvi li għandhom jiġu annullati jew
emendati, dawk ir-regolamenti għandhom minnufih ma jkomplux
iseħhu jew jiġu hekk emendati, skond il-każ bla ħsara tal-validità
ta’ kull ħaġa li tkun saret qabel bis-saħħa tagħhom jew għall-
egħmil ta’ regolamenti ġodda.
(3) Fil-kalkolu għall-finijiet tas-subartikolu (2) ta’ dan l-
artikolu ta’ dak il-perjodu ta’ tmienja u għoxrin ġurnata, ma għandu
jingħadd ebda żmien li matulu l-Kamra ma tkunx qed tiltaqa’ jew li
matulu tkun aġġornata għal iżjed minn sebat ijiem.
Segretezza.  23. (1) Ebda persuna nominata biex taqdi xi dmirijiet li
għandhom x’jaqsmu ma’ bonds ma għandha tikxef l-isem tad-
detentur jew l-ammont li jista’ jkollu f’ismu ħlief għall-finijiet ta’
dan l-Att jew kemm-il darba ma tkunx meħtieġa li tagħmel hekk
skond xi liġi li tkun f’dak iż-żmien fis-seħħ.
(2) Kull persuna li tikser id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu
teħel meta tinsab ħatja multa ta’ mhux iżjed minn mitt lira.
Il-Gvern u l-Bank 
m’humiex 
responsabbli.
24. (1) Il-Gvern, il-Bank u kull persuna oħra li taġixxi taħt l-
awtorità tagħhom ma jkunux responsabbli għal xi ħlas jew att
magħmul skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew ta’ xi
regolamenti magħmula bis-saħħa tiegħu kemm-il darba ma jkunx
SAVINGSBONDS ġKAP. 222.   7
jidher, dwar dik il-persuna kif intqal qabel, li tkun imxiet in mala
fede; u kull ħlas magħmul kif intqal qabel għandu, bla ħsara għad-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att dwar id-drittijiet ta’ terzi persuni,
jitqies li hu ħlas validu u r-riċeviment mill-persuna li lilha l-ħlas
ikun sar għandu jikkostitwixxu liberazzjoni għal kollox tal-Gvern u
tal-Bank għall-ammont hekk imħallas.
(2) Meta warrant għal xi ħlas dwar bond ikun maħruġ bħala li
għandu jitħallas lil xi persuna li la tkun id-detentur u lanqas b’mod
ieħor intitolata minn jew taħt dan l-Att biex tirċievi dak il-
pagament, allura jekk ikun jidher li - 
(a) il-warrant kien maħruġ in  bona fede  u mingħajr
traskuraġuni, u
(b) il-ħruġ tal-warrant lil dik il-persuna sar minħabba xi
att jew ommissjoni min-naħa tad-detentur jew tal-
persuna b’mod ieħor intitolata li tirċievi l-ħlas,
il-warrant għandu, bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att
dwar id-drittijiet ta’ terzi persuni, jitqies li ħareġ kif imiss lill-
persuna intitolata li tirċievi l-ħlas.
Riżervi għad-
drittijiet ta’ terza 
persuna.
25. Ebda ħaġa li tinsab fl-artikolu 24 ta’ dan l-Att ma għandha
tfixkel lil xi persuna milli tiġbor xi flus li skond il-liġi jmissu lilha
mingħand il-persuna li lilha dawk il-flus tħallsu jew mingħand l-
aventi kawża tagħha jew tolqot id-drittijiet ta’ xi persuna dwar xi
bond kontra terza persuna.
Eżenzjoni minn 
taxxa fuq 
dokumenti. 
Emendat: 
XXXI.1981.64.
26. Id-dokumenti u l-atti kollha magħmula jew użati skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew ta’ xi regolamenti magħmula bis-
saħħa tiegħu għandhom ikunu eżenti mit-taxxa fuq dokumenti.
