PREMIUM BONDS ġKAP. 223.   1
KAPITOLU 223
ATT DWAR PREMIUM BONDS
Biex jipprovdi dwar il-ħruġ, il-promozzjoni u l-amministrazzjoni ta’
Premium Bonds.
(16 ta’ Marzu, 1971)*
Sar liġi bl-ATT VII ta’ l-1971, u ġie emendat bl-Atti: XXIX ta’ l-1971,
XXXI ta’ l-1981 u XVI ta’ l-1997.
Titolu fil-qosor. 
Tifsir.
Emendat: 
XXIX. 1979.3. 
Kap. 204. 
2. F’dan l-Att, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx
xort’oħra - 
"il-Bank" tfisser il-Bank Ċentrali ta’ Malta mwaqqaf bl-Att dwar
il-Bank Ċentrali ta’ Malta;
"bond" tfisser premium bond maħruġ skond dan l-Att;
"detentur" dwar bond tfisser il-persuna li f’isimha il-bond ikun
jidher fir-reġistru;
"il-Fond" tfisser il-Fond tal-Premium Bonds stabbilit skond l-
artikolu 17 ta’ dan l-Att;
"il-Gazzetta" tfisser il-Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta; 
"il-Gvern" tfisser il-Gvern ta’ Malta;
 "Kamra" tfisser il-Kamra tad-Deputati ta’ Malta;
"il-Kont" tfisser il-Kont tad-Dħul tal-Premium Bonds miżmum
mill-Bank skond l-artikolu 18 ta’ dan l-Att;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-finanzi;
 "preskritt" tfisser preskritt b’regolamenti magħmula skond dan
l-Att;
"rata fil-mija" tfisser rata fil-mija fis-sena fuq il-valur ta’ bond;
"reġistru" tfisser ir-reġistru ta’ bonds miżmuma għall-finijiet ta’
dan l-Att skond l-artikolu 7 tiegħu; u
"reġistrat" għandha tiftiehem skond hekk;
"sena finanzjarja" għandha l-istess tifsir li għandha għall-finijiet
tal-Kostituzzjoni.
Awtorità għall-
ħruġ ta’ bonds.
3. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, ikun
skond il-liġi li l-Ministru jawtorizza l-ħruġ ta’ premium bonds.
(2) Meta l-ħruġ ta’  bonds ikun ġie awtorizzat skond is-
subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu jkun skond il-liġi li l-Bank, bla
ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u ta’ kull regolamenti
magħmula bis-saħħa tiegħu u taħt u skond dawk id-direttivi kif il-
Ministru jista’ jagħti, joħroġ, jippromovi u jamministra bonds għal
*Ara n-Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 226 tas-16 ta’ Marzu, 1971.
 2      KAP. 223.ħ      PREMIUM   BONDS
u f’isem il-Gvern.
(3) Kull azzjoni meħuda u kull spejjeż preliminari magħmula in
konnessjoni mal-ħruġ, promozzjoni u amministrazzjoni ta’ bonds
qabel il-bidu fis-seħħ ta’ dan l-Att għandu jkollhom l-istess effett u
validità daqslikieku dawk l-azzjonijiet ikunu ttieħdu validament u
dawk l-ispejjeż ikunu saru leġittimament skond dan l-Att; u kull
azzjoni jew ħaġa hekk mibdija iżda li tkun għadha mhux mitmuma
fid-data tal-bidu fis-seħħ ta’ dan l-Att jistgħu jitkomplew skond
dan l-Att daqslikieku l-azzjoni jew il-ħaġa tkun inbdiet skond dan
l-Att.
Valur u xiri ta’ 
bonds.
4. (1) Il-bonds għandhom jiġu maħruġa b’dik id-
denominazzjoni u jistgħu jinxtraw b’dik id-denominazzjoni u sa
dak l-ammont kif jiġi preskritt.
(2) Applikazzjonijiet għax-xiri ta’ bonds  għandhom isiru lill-
Bank jew lil dawk l-aġenti li jiġu nominati mill-Bank.
Detentur ikollu 
dritt għal ċertifikat 
tal-bonds.
5. Ix-xerrej ta’  bonds  ikollu d-dritt li jikseb mill-Bank
ċertifikat tal-bonds li jkun f’dik il-forma kif il-Bank jidhirlu xieraq
hekk iżda li ċ-ċertifikati tal-bonds kollha joħorġu fl-istess forma:
Iżda meta iżjed minn  bond wieħed jiġi mixtri mill-istess
persuna fl-istess ħin jista’ jinħareġ lix-xerrej dokument minflok iċ-
ċertifikat tal-bonds dwar il-bonds mixtrija, li jispeċifika n-numru
totali ta’ bonds miżmuma u n-numru reġistrat ta’ kull wieħed minn
dawk il-bonds; iżda għall-finijiet l-oħra kollha ta’ dan l-Att u ta’
kull regolamenti magħmula bis-saħħa tiegħu kull wieħed mill-
bonds murija fid-dokument minflok iċ-ċertifikati għandu jitqies li
hu bond reġistrat separat bl-istess mod daqslikieku ċertifikat tal-
bond separat ikun ħareġ dwar kull wieħed minnhom.
Bonds m’humiex 
trasferibbli. 
6. Ħlief kif jista’ jiġi preskritt xort’oħra, il-bonds ma jkunux
trasferibbli.
Reġistrazzjoni ta’ 
bonds. 
7. (1) Il-Bank għandu jara li jinżamm reġistru tal-bonds
kollha u tat-transazzjonijiet dwarhom u għandu jara li jsir dak id-
dħul fih kif jista’ jkun meħtieġ biex juri l-ismijiet, l-indirizzi u d-
dettalji l-oħra rilevanti tad-detenturi tal-bonds reġistrati fih.
(2) Ħlief kif jista’ jiġi preskritt xort’oħra, ebda persuna ma
jkollha dritt għal xi bond jew għal xi ħlas tiegħu kemm-il darba ma
tkunx detentur ta’ bond.
Ir-reġistru jkun 
prova konklużiva 
tal- fatti li jkunu 
jinsabu fih. 
8. Id-dħul fir-reġistru dwar id-detenturi ta’  bonds  u dwar
transazzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-bonds reġistrati fih ikun
prova konklużiva tal-fatti, tal-ħwejjeġ u tal-partikolaritajiet li
dwarhom jirreferixxi dak id-dħul; u dokument li juri li hu maħruġ
mill-Bank li jiċċertifika li hu kopja vera ta’ dak id-dħul fir-reġistru
kif intqal qabel għandu jiġi milqugħ bħala prova f’kull
proċedimenti ġudizzjarji u għandu, sakemm jiġi pruvat kuntrarju,
ikun prova ta’ dak li jkun fih id-dħul fir-reġistru li tiegħu jkun
jidher li hu kopja vera.
Il-lotterija. 9. (1) Għandha tinżamm kull xahar wara t-tielet xahar
kalendarju li jiġi wara x-xahar li matulu bonds ikunu offerti għall-
bejgħ għall-ewwel darba lotterija, li tinżamm bil-mod preskritt,
PREMIUM BONDS ġKAP. 223.   3
għall-allokazzjoni tal-fond ta’ premjijiet ta’ kull xahar li jiġi
stabbilit skond l-artikolu 11 ta’ dan l-Att.
(2) Il-ħin u l-post tat-tlugħ tal-lotterija għandu jiġi stabbilit
mill-Ministru u avviż ta’ dan għandu jiġi pubblikat fil-Gazzetta:
Iżda f’kull żmien qabel ma jsir it-tlugħ il-Ministru jista’
jibdel il-ħin u l-post tat-tlugħ jew xi wieħed minnhom u f’kull każ
bħal dan l-avviż tat-tibdil għandu jiġi pubblikat fil-Gazzetta malajr
kemm ikun prattikabbli:
Iżda wkoll jekk fil-ġurnata jew fil-ġranet stabbiliti għat-
tlugħ kif intqal qabel il-persuni nkarigati mit-tmexxija tat-tlugħ
ikunu sodisfatti li t-tlugħ ma jkunx jista’ jsir jew jispiċċa f’dik il-
ġurnata jew f’dawk il-ġranet huma għandhom jordnaw li t-tlugħ
jitħalla għal darb’oħra u javżaw lill-Ministru minnufih bid-
deċiżjoni tagħhom; u f’kull każ bħal dan il-Ministru jista’
jawtorizza li t-tlugħ jitkompla fi ġranet sussegwenti jew jordna li t-
tlugħ isir f’dak il-ħin u post kif jista’ jistabbilixxi; u meta l-ħin jew
il-post tat-tlugħ ikun hekk mibdul avviż dwar dan għandu jiġi
pubblikat fil-Gazzetta.
(3) Il-post fejn jinżamm it-tlugħ tal-lotterija għandu jkun
aċċessibbli għall-membri tal-pubbliku waqt it-tlugħ.
Bonds li jistgħu 
jieħdu sehem 
f’lotterija. 
10. (1) Bond ikun intitolat jieħu sehem f’lotterija - 
(a) jekk ikun ilu reġistrat għal tliet xhur kalendarji
konsekuttivi wara x-xahar li fih ikun inxtara, qabel ma
jsir it-tlugħ; u
(b) jekk ikun għadu ma tħallasx lura qabel l-ewwel
ġurnata tax-xahar li fih isir it-tlugħ.
(2) Bond għandu jieħu sehem f’kull lotterija li ssir fil-waqt li
jkun intitolat jieħu sehem fiha skond is-subartikolu (1) ta’ dan l-
artikolu:
Iżda d-detentur ta’ bond ma jkollux dritt għal aktar minn
premju wieħed f’lotterija waħda dwar l-istess bond, u jekk dak il-
bond jitla’ iktar minn darba f’lotterija waħda hu jingħata l-ogħla
premju li għalih jitla’.
Fond ta’ premjijiet 
ta’ kull xaħar u 
tqassim ta’ 
premjijiet.
11. (1) Il-fond ta’ premjijiet ta’ kull lotterija għandu jiġi
stabbilit billi tiġi kalkolata r-rata fil-mija korrenti għal xahar fuq
kull bond intitolat li jieħu sehem f’lotterija:
Iżda l-fond ta’ premjijiet għal kull lotterija ma għandu jkun
f’ebda każ inqas minn sitt elef lira.
(2) Ir-rata fil-mija għandha tiġi stabbilita mill-Ministru minn
żmien għal żmien wara konsultazzjoni mal-Bank u għandha tiġi
pubblikata fil-Gazzetta.
(3) In-numru u l-valur tal-premjijiet għandhom ikunu dawk li l-
Ministru jista’, minn żmien għal żmien, wara konsultazzjoni mal-
Bank, jistabbilixxi u jippubblika fil-Gazzetta.
 4      KAP. 223.ħ      PREMIUM   BONDS
Premjijiet eżenti 
mit-taxxa fuq l-
income.
Kap. 123. 
12. Premju li għandu jitħallas skond dan l-Att għandu jitqies li
mhux income għall-finijiet ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income.
Rebbieħa ta’ 
premjijiet jiġu 
avżati u ħlas ta’ 
premjijiet.
13. (1) Malajr kemm ikun prattikabbli wara tlugħ ta’ lotterija
n-numri reġistrati tal-bonds rebbieħa għandhom jiġu pubblikati fil-
Gazzetta u l-Bank għandu b’ittra javża lil kull persuna li f’isimha l-
bond rebbieħ ikun reġistrat.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u ta’ kull
regolamenti magħmula bis-saħħa tagħhom premju li għandu
jitħallas skond dan l-Att għandu jitħallas lill-persuna li f’isimha l-
bond rebbieħ dwar dak il-premju jkun reġistrat.
Kondizzjonijiet 
għall-ħlas ta’ 
premjijiet. 
14. (1) Premju ma għandux jitħallas - 
(a) jekk il-bond li jitla’ dwar dak il-premju ma jiġix
preżentat qabel ma jgħaddu tnax-il xahar mid-data tal-
ħruġ ta’ l-avviż mogħti skond l-artikolu 13 ta’ dan l-
Att; jew
(b) jekk il-Bank jiddikjara li l-Bond ikun invalidu; jew 
(ċ) jekk il-bond ikun fih xi tibdil, tħassir jew brix ta’ xi
numri stampati fuqu;
u dwar kull waħda mill-ħwejjeġ imsemmija qabel id-deċiżjoni tal-
Bank tkun finali:
Iżda l-Bank jista’ fid-diskrezzjoni tiegħu jħallas il-premju,
taħt dawk il-kondizzjonijiet kif jidhirlu xieraq li jimponi, jekk il-
fatt li min jirreklama l-premju ma jkunx jista’ jħares il-paragrafu
(a) ta’ dan is-subartikolu jiġi notifikat lill-Bank bil-miktub minn
min jirreklama l-premju u dak l-avviż jiġi riċevut mill-Bank fiż-
żmien ta’ tnax-il xahar imsemmi f’dak il-paragrafu.
(2) Kull premju li jibqa’ mhux imħallas skond is-subartikolu
(1) ta’ dan l-artikolu għandu jintilef favur il-Gvern u jiġi mħallas
fil-Kont.
Ħlas lura ta’ bonds. 15. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u ta’ kull
regolamenti magħmula bis-saħħa tiegħu, il-bonds għandhom
jitħallsu lura bil-valur tagħhom nominali fuq talba:
Iżda ebda talba għall-ħlas lura ma għandha tiġi milqugħa
jekk il-bond ma jkunx ħa sehem f’għall-anqas lotterija waħda.
Meta ma jkunx 
jista’ jsir ħlas 
validament. 
16. Meta l-Bank ma jkunx jista’, għal xi raġuni, iħallas
validament xi pagament li għandu jitħallas lil xi persuna dwar
bond, hu jista’, kemm-il darba ma jkunx provdut xort’oħra minn
jew skond dan l-Att, jiftaħ kont mal-Bank ta’ Tifdil ta’ Malta favur
il-persuna li lilha l-pagament ikun jidher li jkun dovut u jista’,
sakemm il-pagament ikun jista’ jsir lill-imsemmija persuna jew
sakemm pagament validu jkun jista’ jsir xort’oħra, iżomm l-
ammont dovut fl- imsemmi kont.
Fond tal-Premium 
Bonds.
17. (1) Għandu jiġi stabbilit fond li jissejjaħ Fond tal-
Premium Bonds, u għandu jitħallas fil-Fond dak kollu li jidħol
mill-bejgħ ta’ bonds u għandu jitħallas mill-Fond il-ħlas lura kollu
ta’ bonds.
PREMIUM BONDS ġKAP. 223.   5
(2) Il-Fond għandu jinżamm u jiġi amministrat mill-Bank
skond dawk id-direttivi kif il-Ministru, wara konsultazzjoni mal-
Bank, jista’ jagħti.
(3) Il-ħlas lura tal-bonds kollha li jkunu għadhom ma tħallsux
lura f’xi żmien u l-ħlas kollu ieħor dovut skond dan l-Att huwa
garantit mill-Gvern u dawk il-flejjes li jkunu meħtieġa biex isir xi
ħlas kif intqal qabel skond l-imsemmija garanzija jkunu addebitati
lill-Fond Konsolidat u jitħallsu mill-imsemmi Fond Konsolidat u
mill-attiv tal-Gvern.
Kont ta’ Dħul tal-
Premium Bonds.
18. (1) Id-dividendi kollha u l-imgħax u d-dħul l-ieħor kollu li
jinkisbu minn investimenti jew minn impieg ta’ flejjes fil-Fond
magħmula skond is-subartikolu (2) ta’ l-artikolu 17 ta’ dan l-Att u
s-somom kollha dovuti lill-Gvern skond is-subartikolu (2) ta’ l-
artikolu 14 ta’ dan l-Att għandhom jitħallsu f’kont li jissejjaħ Kont
ta’ Dħul tal-Premium Bonds u li għandu jinżamm mill-Bank.
(2) Għandhom jiġu addebitati lil u għandhom jitħallsu mill-
Kont mingħajr approprjazzjoni oħra ħlief dan l-Att:
(a)l-ispejjeż kollha dwar il-promozzjoni u l-
amministrazzjoni tal-bonds u d-debiti l-oħra kollha li
għandhom x’jaqsmu magħhom, inklużi l-ispejjeż
kollha preliminari magħmula jew imħallsa qabel il-
bidu fis-seħħ ta’ dan l-Att; u
(b) is-somom kollha dovuti bħala premju skond dan l-Att
u d-debiti u l-ispejjeż l-oħra kollha li għandhom
x’jaqsmu mal-lotterija u mat-tqassim tal-premjijiet
skond dan l-Att.
Eċċess u deficit fil-
Kont.
19. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (3) ta’
l-artikolu 17 ta’ dan l-Att, jekk f’xi żmien matul xi sena finanzjarja
l-ammont favur il-Kont ma jkunx biżżejjed biex jitħallsu l-ispejjeż
u d-debiti dovuti mill-imsemmi Kont skond id-disposizzjonijiet tas-
subartikolu (2) ta’ l-artikolu 18 ta’ dan l-Att, il-Ministru jista’
javvanza lil u l-Bank għandu jħallas fl-imsemmi Kont dik is-
somma jew dawk is-somom kif ikunu meħtieġa biex jitħallsu l-
ispejjeż u d-debiti msemmija qabel taħt dawk il-pattijiet u l-
kondizzjonijiet kif il-Ministru, wara konsultazzjoni mal-Bank,
jista’ jistabbilixxi.
(2) Jekk fl-aħħar ġurnata ta’ xi sena finanzjarja jkun hemm
eċċess fil-Kont, il-Ministru jista’, wara konsultazzjoni mal-Bank,
jordna t-trasferiment ta’ l-eċċess jew ta’ xi parti minnu għall-Fond
Konsolidat:
Iżda ebda trasferiment kif intqal qabel ma jista’ jiġi ordnat
mill-Ministru kemm-il darba l-attiv likwidu tal-Fond flimkien mal-
valur tas-suq kif stmat ta’ l-investimenti miżmuma mill-Fond f’dik
il-ġurnata u kull trasferiment ta’ eċċess mill-Kont għall-Fond skond
dan il-proviso ma jeċċedix għall-inqas bi ħmistax fil-mija l-
ammont tal-bonds li ma jkunux tħallsu lura f’dik il-ġurnata; u f’kull
każ bħal dan kull eċċess fil-Kont għandu jew jinżamm fil-Kont jew
jiġi trasferit għall-Fond, jew f’parti hekk jinżamm u f’parti jiġi
hekk trasferit, kif il-Ministru jista’, wara konsultazzjoni mal-Bank,
 6      KAP. 223.ħ      PREMIUM   BONDS
jordna.
Verifika. 
Emendat:
XVI. 1997.8.
20. Il-Bank għandu jżomm jew jara li jinżammu kontijiet
xierqa u records oħra kif imiss dwar il-ħruġ, il-promozzjoni u l-
amministrazzjoni tal-bonds u dwar l-amministrazzjoni tal-Fond ta’
premjijiet u dawk il-kontijiet u r-records kollha għandhom jiġu
verifikati mill-Awditur Ġenerali.
Sottomissjoni ta’ 
estimi ta’ dħul u 
ħruġ.
21. Il-Bank għandu, mhux aktar tard minn tliet xhur qabel il-
bidu ta’ kull sena finanzjarja, l-ewwel darba fis-sena finanzjarja
wara s-sena li fiha jkun sar l-ewwel ħruġ ta’ bonds, jissottometti
lill-Ministru stima ta’ infieq mistenni li jsir f’dik is-sena fuq il-
ħruġ, il-promozzjoni u l-amministrazzjoni ta’ bonds u stima għall-
istess perijodu tad-dħul mistenni fil-Kont.
Sottomissjoni ta’ 
dikjarazzjonijiet 
mill-Bank.
Emendat:
XVI. 1997.8.
22. (1) Il-Bank għandu, mhux aktar tard minn tliet xhur wara
li tagħlaq kull sena finanzjarja, jissottometti lill-Ministru:
(a) dikjarazzjoni ta’ l-attiv u tal-passiv tal-Fond fl-aħħar
ġurnata tas-sena finanzjarja li għaliha d-dikjarazzjoni
tirreferixxi;
(b) dikjarazzjoni tal-qagħda tal-Kont fil-ġurnata
msemmija qabel;
(ċ) dikjarazzjoni ta’ l-ammont tal-bonds li jkunu għadhom
ma tħallsux lura fil-ġurnata msemmija qabel, li turi l-
bonds maħruġin u mħallsin lura matul is-sena; u
(d) lista tat-titoli u investimenti oħra miżmuma mill-Fond
fil-ġurnata msemmija qabel, li turi dwar kull titolu jew
investiment tali l-valur nominali, il-prezz tax-xiri u l-
aħħar valur tas-suq magħruf tagħhom.
(2) Id-dikjarazzjonijiet u l-lista msemmija qabel għandhom
ikunu iffirmati kif imiss għal u f’isem il-Bank u għandhom ikunu
ċertifikati mill-Awditur Ġenerali.
(3) 1l-Ministru għandu jara li d-dikjarazzjonijiet u l-lista
mogħtija lilu skond dan l-artikolu jiġu pubblikati fil-Gazzetta mhux
iktar tard minn xahar wara li jkun irċevihom.
(4) Ebda ħaġa fid-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-artikolu
ma għandha tiftiehem li ma tħallix lill-Ministru milli jitlob lill-
Bank biex jagħtih dik l-informazzjoni u dawk id-dokumenti l-oħra
dwar il-bonds u l-amministrazzjoni tagħhom kif jidhirlu meħtieġ
jew spedjent.
Falsifikazzjoni. 
Kap 9.
23. Għall-finijiet tal-Kodiċi Kriminali kull dokument maħruġ
skond dan l-Att li jagħti d-dritt lil persuna għal xi ħlas skond dan l-
Att jew għal xi dokument ieħor li jagħti d-dritt lil persuna għal xi
ħlas tali għandu jitqies li hu dokument illi meta jiġi preżentat
wieħed jista’ jirċievi bih ħlas skond it-tifsir ta’ l-artikolu 167 ta’ l-
imsemmi Kodiċi, u d-disposizzjonijiet ta’ dak il-Kodiċi għandhom
japplikaw skond hekk.
Setgħa għall- 
egħmil ta’ 
regolamenti. 
24. (1) Il-Ministru jista’ jagħmel u, meta jkun għamel,
jemenda, iħassar u jagħmel mill-ġdid regolamenti dwar il-ħwejjeġ
kollha meħtieġa jew spedjenti biex jagħti effett lid-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, u bla ħsara għall-ġeneralità ta’ dak li
PREMIUM BONDS ġKAP. 223.   7
ntqal qabel, jipprovdi għal:
(a) il-valur ta’ kull bond fi flus ta’ Malta; 
(b) il-mod tax-xiri tal-bonds;
(ċ) l-akbar ammont ta’ bonds li persuna jista’ jkollha;
(d) l-eliġibbilità ta’ persuni biex ikunu detenturi ta’ bonds;
(e) il-mod tal-ħlas ta’ kull somma li għandha titħallas
skond dan l-Att;
(f) ħwejjeġ li għandhom x’jaqsmu ma’ l-eliġibbilità ta’
bonds għal lotterija;
(g) il-kontroll ta’ tlugħ ta’ lotteriji, inklużi provvedimenti
dwar il-persuni li għandhom jikkontrollaw it-tlugħ, is-
setgħat u d-dmirijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ tlugħ
u l-qtugħ ta’ kwistjonijiet jew diffikultajiet li
jinqalgħu dwar dan;
(h) il-proċedura li titħares fi tlugħ ta’ lotterija; 
(i) it-telf ta’ bonds favur il-Gvern;
(j) il-ħwejjeġ kollha meħtieġa jew awtorizzati li jiġu
preskritti b’dan l-Att u l-ħwejjeġ li dwarhom l-Att
jipprovdi li huma suġġetti għal, jew jiġu magħmula bla
ħsara għad-disposizzjonijiet ta’, xi regolamenti
magħmula skond dan l-Att;
(k) il-ħwejjeġ kollha inċidentali għal jew li għandhom
x’jaqsmu ma’ kull ħaġa hawnhekk iżjed ’il fuq
imsemmija.
(2) Regolamenti magħmula skond dan l-Att għandhom
jitqegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra kemm jista’ jkun malajr wara li
jsiru u jekk, fi żmien tmienja u għoxrin ġurnata wara li hekk
jitqegħdu, il-Kamra tirriżolvi li għandhom jiġu annullati jew
emendati, dawk ir-regolamenti għandhom minnufih ma jkomplux
iseħħu jew jiġu hekk emendati, skond il-każ, iżda bla ħsara għal
validità ta’ kull ħaġa li tkun saret qabel bis-saħħa tagħhom jew
għall-egħmil ta’ regolamenti ġodda.
(3) Fil-kalkolu għall-finijiet tas-subartikolu (2) ta’ dan l-
artikolu ta’ dak il-perijodu ta’ tmienja u għoxrin ġurnata, ma
għandu jingħadd ebda żmien li matulu l-Kamra ma tkunx qed
tiltaqa’ jew li matulu tkun aġġornata għal iżjed minn sebat ijiem.
Segretezza.
għandhom x’jaqsmu ma’ bonds ma għandha tikxef l-isem tad-
detentur jew l-ammont li jista’ jkollu f’ismu jew xi premju li jkun
telagħlu ħlief għall-finijiet ta’ dan l-Att jew kemm-il darba ma
tkunx meħtieġa li tagħmel hekk skond xi liġi li tkun f’dak iż-żmien
fis-seħħ.
(2) Kull persuna li tikser id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu
teħel meta tinsab ħatja multa ta’ mhux iżjed minn mitt lira.
 8      KAP. 223.ħ      PREMIUM   BONDS
Ma jistgħux isiru 
azzjonijiet kontra l-
Gvern u kontra l-
Bank wara li 
jgħaddu sentejn 
mit-tlugħ tal-
lotterija. 
26. Ma tkun tista’ tittieħed ebda azzjoni kontra l-Gvern, jew il-
Bank jew xi persuna oħra li taġixxi taħt l-awtorità tagħhom dwar il-
ħlas ta’ premju skond dan l-Att li tinħoloq minn xi ħaġa magħmula
jew li naqset milli ssir skond jew fuq id-direttivi tal-Ministru jew
tal-Bank skond dan l-Att jekk dik l-azzjoni ma tkunx inbdiet mhux
iktar tard minn sentejn wara d-data li fiha l-premju kien, jew hu
pretiż li kien, tela’.
Il-Gvern u l-Bank 
m’humiex 
responsabbli. 
27. (1) Il-Gvern, il-Bank u kull persuna li taġixxi taħt l-
awtorità tagħhom ma jkunux responsabbli għal xi ħlas jew att
magħmul skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew ta’ xi
regolamenti magħmula bis-saħħa tiegħu kemm-il darba ma jkunx
jidher, dwar dik il-persuna kif intqal qabel, li tkun imxiet in mala
fidi; u kull ħlas magħmul kif intqal qabel għandu, bla ħsara għad-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att dwar id-drittijiet ta’ terzi persuni,
jitqies li hu ħlas validu u r-riċeviment mill-persuna li lilha l-ħlas
ikun sar għandu jikkostitwixxi liberazzjoni għal kollox tal-Gvern u
tal-Bank għall-ammont hekk imħallas.
(2) Meta warrant għal xi ħlas dwar bond ikun maħruġ bħala li
għandu jitħallas lil xi persuna li la tkun id-detentur u lanqas b’mod
ieħor intitolata minn jew taħt dan l-Att biex tirċievi dak il-
pagament, allura jekk ikun jidher li - 
(a) il-warrant kien maħruġ in bona fidi u mingħajr
traskuraġni, u
(b) il-ħruġ tal-warrant lil dik il-persuna sar minħabba xi
att jew omissjoni min-naħa tad-detentur jew tal-
persuna b’mod ieħor intitolata li tirċievi l-ħlas,
il-warrant għandu bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att
dwar id-drittijiet ta’ terzi persuni, jitqies li ħareġ kif imiss lill-
persuna intitolata li tirċievi l-ħlas.
Riżerva għad-
drittijiet ta’ terzi 
persuni.
28. Ebda ħaġa li tinsab fl-artikolu 27 ta’ dan l-Att ma għandha
tfixkel lil xi persuna milli tiġbor xi flus li skond il-liġi jmissu lilha
mingħand il-persuna li lilha dawk il-flus tħallsu jew mingħand l-
aventi kawża tagħha jew tolqot id-drittijiet ta’ xi persuna dwar xi
bond kontra terza persuna.
Eżenzjoni minn 
taxxa fuq 
dokumenti. 
Emendat: 
XXXI. 1981.64. 
29. Id-dokumenti u l-atti kollha magħmula jew użati skond d-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew ta’ xi regolamenti magħmula bis-
saħħa tiegħu għandhom ikunu eżenti mit-taxxa fuq dokumenti.
Eżenzjoni mill-
Ordinanza dwar il-
Lottu Pubbliku. 
Kap. 70.
30. L-artikolu 11 ta’ l-Ordinanza dwar il-Lottu Pubbliku ma
għandux japplika għall-ħruġ ta’ bonds jew għat-tiżmim ta’ lotterija
skond dan l-Att.
