IBĦRATERRITORJALI U Ż-ŻONA KONTIGWAġ K AP. 226.    1
KAPITOLU 226
ATT DWAR L-IBĦRA TERRITORJALI U 
Ż-ŻONA KONTIGWA
Biex jestendi l-ibħra territorjali ta’ Malta u biex jipprovdi għal żona
kontigwa.
10 ta’ Diċembru, 1971
L-ATT XXXII ta’ l-1971, kif emendat bl-Atti: XLVI ta’ l-1975, XXIV ta’
l-1978, XXVIII ta’ l-1981 u I ta’ l-2002.
Titolu fil-qosor. 
Territorjali u ż-Żona Kontigwa.
Tifsir.
Emendat:
I. 2002.2.
2. F’dan l-Att, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx
xort’oħra - 
"azzjoni kif imiss" tfisser kull azzjoni jew xi azzjoni minn dawn
li ġejjin:
(a) tissenjala bastiment,
(b) twaqqaf bastiment,
(ċ) titla’ abbord bastiment,
(d) tfittex fuq bastiment,
(e) tarresta u żżomm lil xi persuna suspettata li tkun se
tikkommetti xi reat kriminali jew li tkun ikkommettiet
xi reat bħal dak,
(f) televa xi oġġett minn abbord bastiment suspettat li
jkollu x’jaqsam ma’ reat kriminali,
(g) teħtieġ lill-kaptan ta’ bastiment li jbaħħar lill-
bastiment u l-ekwipaġġ ’il barra mill-ibħra ta’ Malta
jew lejn xi port jew bajja f’Malta;
"bastiment jew inġenju relevanti" tfisser kull bastiment militari
jew ajruplan militari Malti jew kull bastiment jew inġenju, inkluż
ajruplan, li jkun jappartjeni lill-forzi armati jew lil xi waħda mill-
awtoritajiet għall-infurzar tal-liġi f’Malta, inklużi l-awtoritajiet
tad-dwana, li jkollhom sinjali esterni li jkunu jiddistingwu lil dak
il-bastiment jew ajruplan bħala li jappartjeni lil Malta u li jkunu
jidentifikawh bħala li jkun qiegħed iwettaq servizz tal-gvern;
"bastiment militari barrani" tfisser bastiment li jappartjeni lill-
forzi armati ta’ xi Stat barrani u li jkollu dawk il-karatteristiċi
mutatis mutandis bħalma jikkorrispondu għal dawk ta’ bastiment
militari Malti;
"bastiment militari Malti" tfisser bastiment li jappartjeni lill-
forzi armati ta’ Malta li jkollu sinjali esterni li jkunu jiddistingwu
lil tali bastiment bħala li jappartjeni lil Malta taħt il-kmand ta’
uffiċjal kummissjonat kif imiss mill-gvern ta’ Malta u li ismu jkun
jidher fil-lista ta’ servizz adatta jew fl-ekwivalenti tagħha, u li
jkollu abbord ekwipaġġ li jkun jaqa’ taħt id-dixxiplina regolari tal-
  2      KAP. 226. ħ       IBĦRATERRITORJALI U Ż-ŻONA KONTIGWA
forzi armati;
"bastiment suspettat" tfisser kull bastiment li dwaru għandha
tittieħed azzjoni kif imiss;
"liġi" tinkludi kull dokument li jkollu l-forza ta’ liġi;
"Malta" tfisser il-Gżira ta’ Malta, il-Gżira ta’ Għawdex u l-
gżejjer l-oħra ta’ l-Arċipelagu ta’ Malta;
"reat relevanti" tfisser kull reat li jsir kontra xi liġi li tirrigwarda
d-dwana, affarijiet fiskali, l-immigrazzjoni u s-sanità , inkluż it-
tniġġis;
"uffiċjal marittimu għall-infurzar" tfisser kull membru tal-Korp
tal-Pulizija ta’ Malta, tal-Forzi Armati ta’ Malta, kull Uffiċjal tad-
Dwana u kull uffiċjal ieħor vestit b’awtorità  ġenerali ta’ infurzar
tal-liġi.
Estensjoni ta’ l-
ibħra territorjali. 
Emendat: 
XLVI. 1975.2;
XXIV. 1978.2.
3. (1) Ħlief kif hawnhekk iżjed ’il quddiem provdut, l-ibħra
territorjali ta’ Malta jkunu dawk il-partijiet kollha tal-baħar miftuħ
sa tnax-il mil nawtiku ’l barra mill-kosta ta’ Malta mkejla mill-
aktar post bogħod safejn il-baħar jisfa għal kollox fuq il-metodu ta’
linji bażi dritti miġbudin bejn ponot xierqa.
Kap. 138. (2) Għall-finijiet ta’ l-Att dwar l-Industrija tal-Ħut u ta’ kull
liġi oħra li għandha x’taqsam mas-sajd, sew jekk tkun saret qabel
sew wara dan l-Att, l-ibħra territorjali ta’ Malta għandhom jestendu
għall-partijiet l-oħra kollha tal-baħar miftuħ sa ħamsa u għoxrin
mil nawtiku ’l barra mil-linji bażi li minnhom jitkejjel il-wisa’ ta’
l-ibħra territorjali, u, għall-finijiet ta’ dak li ntqal qabel, il-
ġurisdizzjoni testendi sa hemmhekk.
Żona Kontigwa. 
Emendat:
XLVI.1975.2; 
XXIV. 1978.3.
4. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 3(2), fiż-
żona tal-baħar miftuħ kontingwa ma’ l-ibħra territorjali ta’ Malta
kif definiti fl-artikolu 3(1) (liema żona f’dan l-Att qed tissejjaħ "iż-
żona kontigwa") l-Istat ikollu dawk il-ġurisdizzjonijiet u dawk is-
setgħat kif magħrufa dwar l-istess żona mid-dritt internazzjonali u
b’mod partikolari jista’ jeżerċita fiha l-kontroll meħtieġ - 
(a) biex jevita kull ksur ta’ xi liġi li għandha x’taqsam ma’
dwana, ħwejjeġ fiskali, immigrazzjoni u sanità , inkluż
it-tniġġiż, u
(b) biex jagħti pieni għal reati li jkunu saru kontra l-istess
liġijiet f’Malta jew fl-ibħra territorjali ta’ Malta kif
definiti bl-artikolu 3(1) jew (2), skond il-każ.
(2) Iż-żona kontigwa għandha testendi sa erbgħa u għoxrin mil
nawtiku ’l barra mil-linji bażi li minnhom jitkejjel il-wisa’ ta’ l-
ibħra territorjali.
Azzjoni dwar 
bastiment li jkun 
jinsab fl-ibħra ta’ 
Malta.
Miżjud:
I. 2002.4.
5. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2),
kull uffiċjal marittimu għall-infurzar li jkun abbord bastiment jew
inġenju relevanti jista’, ġewwa l-ibħra interni jew territorjali ta’
Malta, jieħu azzjoni kif imiss fir-rigward ta’ kull bastiment, li ma
jkunx bastiment militari barrani jew bastiment proprjetà  ta’ xi stat
barrani li jintuża biss għal servizz mhux kummerċjali, kemm jekk
dan ikun qed itajjar il-bandiera Maltija jew xi bandiera oħra kemm
jekk ma jkun qed itajjar ebda bandiera, li jkun raġonevolment
IBĦRATERRITORJALI U Ż-ŻONA KONTIGWAġ K AP. 226.    3
suspettat li jkollu abbord lil xi persuna raġonevolment suspettata li
tkun se tikkommetti xi reat jew li tkun ikkommettiet xi reat kontra
xi liġi ta’ Malta.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (3), fejn ir-
reat suspettat ikun sar abbord il-bastiment barrani filwaqt li jkun
għaddej mill-ibħra territorjali ta’ Malta, is-setgħa msemmija fis-
subartikolu (1) m’għandhiex tiġi eżerċitata kemm-il darba:
(a) il-konsegwenzi tar-reat ma jkunux jestendu għal
Malta; jew
(b) ir-reat ma jkunx wieħed tali li jiddisturba l-paċi ta’
Malta jew il-bonordni fl-ibħra territorjali; jew
(ċ) ma tkunx intalbet l-għajnuna ta’ l-awtoritajiet Maltin
mill-kaptan tal-bastiment jew minn aġent diplomatiku
jew minn uffiċjal konsulari  ta’ l-Istat li l-bastiment
ikun itajjar il-bandiera tiegħu; jew
(d) ma tkunx meħtieġa azzjoni kif imiss bil-għan li jiġi
soppress it-traffiku illegali ta’ mediċinali narkotiċi jew
sustanzi psikotropiċi.
(3) Id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2) ma jaffettwawx id-
dritt li uffiċjal marittimu għall-infurzar ikollu abbord bastiment jew
inġenju relevanti li jieħu kull azzjoni awtorizzata mil-liġi ta’ Malta
bil-għan ta’ arrest jew investigazzjoni abbord bastiment barrani li
jkun ibaħħar fl-ibħra territorjali ta’ Malta wara li jkun telaq mill-
ibħra interni ta’ Malta.
Azzjoni fir-rigward 
ta’ bastiment fiż-
żona kontigwa.
Miżjud:
I. 2002.4.
6. (1) Uffiċjal marittimu għall-infurzar abbord bastiment jew
inġenju relevanti jista’, fiż-żona kontigwa, jieħu azzjoni kif imiss
fir-rigward ta’ kull bastiment, li ma jkunx bastiment militari
barrani jew bastiment proprjetà  ta’ stat barrani li jintuża biss għal
servizz mhux kummerċjali, kemm jekk dan ikun qed itajjar il-
bandiera Maltija jew xi bandiera oħra kemm jekk ma jkun qed
itajjar ebda bandiera, li jkun raġonevolment suspettat li jkollu
abbord lil xi persuna raġonevolment suspettata li tkun se
tikkommetti jew tkun ikkommettiet reat relevanti fil-ġurisdizzjoni
tal-qrati Maltin.
(2) Meta wara li tkun ittieħdet azzjoni kif imiss dwar bastiment
suspettat li jkun qed itajjar bandiera barranija ma jibqa’ ebda
suspett li jkun sar xi reat kontra l-liġijiet ta’ Malta minn xi membru
ta’ l-ekwipaġġ ta’ dak il-bastiment, dak l-istess bastiment jista’
jinżamm taħt sorveljanza sakemm dan jinħareġ ’il barra miż-żona
kontigwa.
(3) Meta wara li tkun ittieħdet azzjoni kif imiss dwar bastiment
suspettat, kemm jekk ikun jappartjeni lil Malta kemm jekk ikun qed
itajjar bandiera barranija, jibqa’ s-suspett li xi persuna abbord il-
bastiment tkun ikkommettiet fil-ġurisdizzjoni tal-qrati Maltin xi
reat kontra l-liġijiet ta’ Malta, kull uffiċjal marittimu għall-infurzar
jista’ jieħu kull azzjoni ulterjuri kif imiss dwar dik il-persuna u l-
bastiment u l-ekwipaġġ.
(4) Meta l-kaptan ta’ bastiment suspettat jkun ġie mġiegħel
jieħu l-bastiment ġo xi port jew bajja f’Malta, il-membri ta’ l-
  4      KAP. 226. ħ       IBĦRATERRITORJALI U Ż-ŻONA KONTIGWA
ekwipaġġ tal-bastiment suspettat li jkunu se jikkommettu jew li
jkunu kkommettew xi reat fil-ġurisdizzjoni tal-qrati Maltin
għandhom jiġu mogħtija f’idejn il-Pulizija għal kull investigazzjoni
ulterjuri.
Setgħat biex jiġi 
regolat il-passaġġ 
ta’ bastimenti mill-
ibħra territorjali. 
Miżjud:
XXVIII. 1981.3.
Emendat:
I. 2002.3.
7. (1) Il-Prim Ministru jista’ jagħmel regolamenti li
jikkontrollaw u jirregolaw il-passaġġ ta’ bastimenti mill-ibħra
territorjali ta’ Malta, u, bla ħsara għall-ġeneralità  ta’ dak li ntqal
qabel, jista’ b’dawk ir-regolamenti jipprovdi dwar dawn il-ħwejjeġ
li ġejjin kollha jew waħda jew wieħed minnhom:
(a) in-navigazzjoni bla perikolu u r-regolazzjoni ta’
traffiku tal-baħar, magħduda li jissemmew jew jiġu
stabbiliti rotot tal-baħar u skemi ta’ separazzjoni tat-
traffiku li għandhom jintużaw u jitħarsu għall-passaġġ
ta’ bastimenti;
(b) it-tħaris ta’ għajnuniet u faċilitajiet ta’ navigazzjoni u
faċilitajiet jew stallazzjonijiet oħra;
(ċ) it-tħaris ta’ cables u linji ta’ pajpijiet; 
(d) it-tħaris ta’ dak kollu li jgħix fil-baħar;
(e) it-tħaris mill-ksur ta’ xi liġi jew regolament dwar is-
sajd;
(f) it-tħaris ta’ l-ambjent u biex jiġi evitat, imnaqqas u
kontrollat it-tniġġis tiegħu;
(g) riċerki xjentifiċi tal-baħar u surveys idrografiċi;
(h) biex jiġi evitat il-ksur ta’ xi liġijiet jew regolamenti
tad-dwana, fiskali, ta’ l-immigrazzjoni jew sanitarji;
(i) l-arrest, id-detenzjoni u l-qbid ta’ bastimenti biex jiġi
żgurat it-tħaris ta’ kull liġi, regola, regolament jew
ordni u kull setgħa oħra li tkun meħtieġa biex jiġi
żgurat dak it-tħaris;
(j) il-pieni, sew jekk bħala multa jew ammenda jew
priġunerija, li għandhom jiġu applikati dwar kull ksur
jew nuqqas ta’ tħaris ta’ kull regolament magħmul taħt
dan l-artikolu.
(2) Fl-applikazzjoni ta’ kull regolament magħmul taħt is-
subartikolu (1) għal bastimenti tal-gwerra jew għal bastimenti li
jitmexxew b’enerġija nukleari jew għal bastimenti li jġorru sustanzi
nukleari jew sustanzi oħra li mix-xorta tagħhom ikunu perikolużi
jew li jagħmlu ħsara, il-passaġġ tagħhom mill-ibħra territorjali
jista’, b’kull regolament bħal dak, ikun suġġett għall-kunsens ta’,
jew għall-avviż bil-quddiem lil, dik l-awtorità  li tista’ tiġi
speċifikata fih.
Riżerva.
Emendat:
XXVIII. 1981.2;
I. 2002.3, 5.
8. (1) Ebda ħaġa f’dan l-Att ma għandha tiftiehem li tolqot xi
ġurisdizzjoni u setgħa eżerċitabbli skond id-dritt internazzjonali
barra mill-ibħra territorjali, u b’mod partikolari għandhom
japplikaw id-disposizzjonijiet li ġejjin ta’ dan l-artikolu.
Dritt ta’ 
insegwiment attiv.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (3), meta
bastiment jew inġenju relevanti jkun, fl-ibħra interni jew fl-ibħra
IBĦRATERRITORJALI U Ż-ŻONA KONTIGWAġ K AP. 226.    5
territorjali Maltin, jew fiż-żona kontigwa ta’ Malta, beda l-
insegwiment ta’ bastiment suspettat, il-bastiment relevanti jista’
jkompli għaddej bl-insegwiment attiv tal-bastiment suspettat ’il
barra bejn sema u ilma  basta li dak l-insegwiment ma jkunx ġie
interrott:
Iżda meta l-bastiment suspettat jkun fiż-żona kontigwa
meta jingħata l-ordni biex jieqaf minn uffiċjal marittimu għall-
infurzar abbord il-bastiment relevanti, l-insegwiment jista’ biss isir
jekk ikun hemm suspett li l-bastiment suspettat ikun ikkommetta
reat relevanti.
(3) Meta l-bastiment suspettat ikun fiż-żona kontigwa, jista’
biss isir insegwiment attiv jekk l-għemil ta’ reat relevanti jkun
raġonevolment suspettat.
(4) Id-dritt ta’ insegwiment attiv imsemmi f’dan l-artikolu
m’għandux jiġi eżerċitat kemm-il darba l-bastiment jew inġenju
relevanti  ma jkunx l-ewwel ta lill-bastiment suspettat sinjal li
jidher jew li jinstema’ biex jieqaf, u dak id-dritt ta’ insegwiment
attiv jieqaf meta l-bastiment suspettat jidħol fl-ibħra territorjali ta’
l-Istat tiegħu nnifsu jew ta’ Stat terz.
(5) Meta l-insegwiment attiv isir minn ajruplan id-
disposizzjonijiet tas-subartikoli (2) sa (4) għandhom ikunu
japplikaw mutatis mutandis. Id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (6)
għandhom japplikaw ukoll.
(6) Ajruplan m’għandux jarresta bastiment suspettat barra l-
ibħra territorjali ta’ Malta kemm-il darba l-ajruplan ma kienx hu
nnifsu li ordna lill-bastiment suspettat jieqaf u kien għamel
insegwiment tiegħu mingħajr waqfien, u meta l-insegwiment attiv
kien sar minn ajruplan u mbagħad l-insegwiment kompla jsir minn
xi ajruplan jew bastiment ieħor, dak l-ajruplan l-ieħor jew
bastiment ikunu biss awtorizzati jarrestaw il-bastiment suspettat
barra l-ibħra territorjali ta’ Malta jekk dak l-ajruplan jew bastiment
l-ieħor ikunu komplew bl-insegwiment mingħajr interruzzjoni.
(7) Id-dritt ta’ insegwiment attiv għandu japplika mutatis
mutandis għal kull vjolazzjoni fil-parti stabbilita bl-artikolu 3(2)
jew ta’ kull liġi li għall-finijiet tagħha tiġi stabbilita dik il-parti.
Azzjoni fir-rigward 
ta’ bastiment bejn 
sema u ilma.
(8) Meta bastiment militari Malti jiltaqa’ ma’ bastiment
barrani bejn sema u ilma, li ma jkunx bastiment militari barrani jew
bastiment proprjetà  ta’ xi Stat barrani li jintuża biss għal servizz
mhux kummerċjali, hawn iżjed ’il quddiem f’dan is-subartikolu
msemmi bħala l-bastiment suspettat, u ma jkun hemm ebda kawża
raġonevoli li jissusspetta li:
(a) l-bastiment suspettat jkun qed iwettaq xi piraterija;
(b) l-bastiment suspettat jkun qed jieħu sehem fil-
kummerċ  ta’ l-ilsiera;
(ċ) il-bastiment suspettat jkun involut f’xandir mhux
awtorizzat u l-qrati Maltin ikollhom ġurisdizzjoni
fuqu;
(d) il-bastiment suspettat ma jkollux nazzjonalità ;  jew
(e) għalkemm ikun qed itajjar bandiera barranija jew
  6      KAP. 226. ħ       IBĦRATERRITORJALI U Ż-ŻONA KONTIGWA
jirrofta milli juri l-bandiera tiegħu, il-bastiment
suspettat jkun bastiment reġistrat Malta,
uffiċjal marittimu għall-infurzar abbord ta’ bastiment relevanti
jista’ jgħaddi biex jivverifika d-dritt li dak il-bastiment suspettat
ikollu li jtajjar dik il-bandiera billi jitla’ abbord il-bastiment
suspettat u jivverifika d-dokumenti relattivi u jekk wara li jkun
għamel dan jibqgħu is-suspetti dwar in-nazzjonalità  tal-bastiment
suspettat, il-bastiment relevanti jista’ jgħaddi biex jagħmel eżami
ulterjuri b’kull mod li jqis meħtieġ.
(9) Kull persuna jew bastiment suspettat li jinsabu jwettqu xi
xandir mhux awtorizzat kif hemm provdut fis-subartikolu (7)(ċ)
jistgħu jiġu arrestati minn uffiċjal marittimu għall-infurzar abbord
ta’ bastiment relevanti li jista’ wkoll jeleva kull tagħmir li jintuża
f’dak ix-xandir mhux awtorizzat.
