ŻGUMBRAMENT MINN ARTIJIET   ġKAP. 228.   1
KAPITOLU 228
ATT DWAR ŻGUMBRAMENT MINN ARTIJIET
Biex jipprovdi għal żgumbrament minn artijiet u postijiet ta’ proprjetà
jew amministrati mill-Gvern jew miżmuma mill-Gvern taħt kwalunkwe
titolu.
(4 ta’ April, 1972)*
Sar liġi bl-ATT XIV ta’ l-1972, u ġie emendat bl-Atti XIII ta’ l-1983 u
VIII ta’ l-1990.
Titolu fil-qosor. 
Artijiet.
Tifsir.
xort’oħra:
"art" tfisser kull art jew bini proprjetà ta’ jew amministrati mill-
Gvern jew partijiet minnhom u kull art jew bini jew parti minnhom
miżmuma mill-Gvern taħt kwalunkwe titolu;
"Kummissarju" tfisser il-Kummissarju ta’ l-Artijiet; 
"ordni" tfisser ordni bil-miktub mogħti mill-Kummissarju.
Żgumbrament.
meħtieġ jew spedjent li jagħmel, jista’ fid-diskrezzjoni assoluta
tiegħu jordna l-iżgumbrament ta’ kull persuna minn kull art li tkun
okkupata minn dik il-persuna mingħajr ebda titolu jew li tkun
mogħtija b’encroachment u t-tneħħija minn hemm ta’ kull oġġetti
mobbli, fi żmien speċifikat li jingħata fl-ordni u jista’ għal dak il-
għan jagħti dawk id-direttivi li fil-fehma tiegħu jkunu meħtieġa
biex kull ordni bħal dak jiġi eżegwit bl-anqas dewmien possibbli.
(2) Jekk l-okkupant ta’ xi art bħal dik ma jħarisx l-ordni fiż-
żmien hekk speċifikat, il-Kummissarju jista’ jordna lil kull uffiċjal
tal-Pulizija li ma jkunx taħt il-grad ta’ spettur biex jieħu dawk il-
passi u juża dik il-forza li fil-fehma tiegħu jkunu raġonevolment
meħtieġa biex jiġi żgurat it-tħaris ta’ l-ordni u ta’ kull direttivi
mogħtija skond l-aħħar subartikolu qabel dan u għat-tneħħija minn
dik l-art ta’ kull oġġetti mobbli li jkunu jinsabu fiha.
(3) Il-Kummissarju ma jkunx meħtieġ jagħti post ieħor fejn
jitqegħdu xi għamara jew oġġetti oħra li jkunu jinsabu fuq l-art u
ma jkunx responsabbli għall-ħarsien tagħhom u t-tneħħija ta’ dawk
l-oġġetti mobbli ssir għar-riskju u għas-spejjeż għal kollox ta’ l-
iżgumbrat:
Iżda qabel it-tneħħija ta’ dawk l-oġġetti mobbli għandu jsir
inventarju ta’ dawk l-oġġetti u dak l-inventarju jkun iffirmat mill-
Kummissarju jew minn rappreżentant tiegħu mogħti s-setgħa bil-
miktub biex jagħmilħa minfloku għal dak il-għan u minn uffiċjal
tal-Pulizija li ma jkunx taħt il-grad ta’ spettur:
*Ara n-Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 258 tal-4 ta’ April, 1972.
 2      KAP. 228.ħ      ŻGUMBRAMENT MINN ARTIJIET
Iżda wkoll l-iżgumbrat ikollu jħallas kull spiża li tkun saret
mill-Gvern biex jitqegħdu f’xi post oġġetti mobbli mneħħija mill-
art u jkollu wkoll iħallas kumpens għal dak it-tqegħid kemm jekk
isir fi proprjetà tal-Gvern jew isir f’xi post ieħor u jħallas kull
spejjeż li għandhom x’jaqsmu ma’ jew ikunu konsegwenzjali għal
dak it-tqegħid.
Setgħa tal-
Kummissarju li 
jitlob tagħrif. 
4. (1) Kull persuna, jekk mitluba mill-Kummissarju li
tagħmel hekk, għandha tagħti lill-Kummissarju dak it-tagħrif li hi
jkollha dwar xi art, meta dak ikun tagħrif li bir-raġun jista’ jintalab
minn għandha dwar, jew il-Kummissarju jidhirlu meħtieġ għat-
teħid tal-pussess ta’, xi art.
(2) Kull tagħrif meħtieġ skond l-aħħar subartikolu qabel dan
għandu jingħata b’dikjarazzjoni bil-miktub li tkun iffirmata mill-
persuna li tagħti t-tagħrif. Meta persuna ma tkunx taf tikteb jew
xort’oħra ma tkunx tista’ tikteb il-Kummissarju jista’ jitlob illi d-
dikjarazzjoni mill-persuna li tagħti t-tagħrif tiġi mmarkata minn dik
il-persuna quddiem żewġ xhieda li għandhom jiffirmaw id-
dikjarazzjoni.
Notifika.  5. In-notifika ta’ kull ordni, avviż jew direttiva lil kull
persuna għall-finijiet ta’ dan l-Att għandha ssir mill-Pulizija
Eżekuttiva. 
Persuni assenti u 
notifika.
6. F’każijiet li xi persuna tkun assenti minn Malta kull ordni,
avviż jew direttiva għandha għall-finijiet ta’ dan l-Att tiġi
notifikata lil xi rappreżentant leġittimu magħruf ta’ dik il-persuna
assenti jew, meta ma jkunx magħruf rappreżentant leġittimu, lir-
raġel tiegħu jew lil martu jew lil qarib tiegħu b’konsangwinità jew
b’affinità.
Setgħa li jinbiegħu 
oġġetti mobbli.
7. Jekk fi żmien xahar mill-egħluq taż-żmien speċifikat
f’ordni għat-tneħħija ta’ oġġetti mobbli l-persuna li lilha dak l-
ordni jkun ġie notifikat ma tneħħix dawk l-oġġetti minn fuq l-art
jew minn xi post ieħor, skond il-każ, fejn dawk l-oġġetti setgħu
tqegħdu mill-Kummissarju, il-Kummissarju jkollu d-dritt li jbiegħ
dawk l-oġġetti mobbli b’irkant pubbliku:
Iżda, bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 8 ta’ dan
l-Att, dak li jidħol minn dak l-irkant pubbliku wara li jitnaqqsu kull
ammonti li għandhom jitħallsu lill-Gvern għar-raġunijiet
imsemmija fis-subartikolu (3) ta’ l-artikolu 3 ta’ dan l-Att u dwar
spejjeż ta’ trasport u drittijiet ta’ l-irkant, għandu jitħallas lill-
persuna li tagħha kienu l-imsemmija oġġetti mobbli.
Jekk ix-xerrej 
jonqos li jieħu u 
jneħħi l-oġġetti. 
8. Jekk xi persuna, li tkun xtrat oġġetti mobbli f’irkant
pubbliku li jkun sar skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu qabel
dan, tonqos, fi żmien erbatax-il ġurnata mid-data tal-bejgħ lilha ta’
dawk l-oġġetti mobbli, li tieħu u tneħħi dawk l-oġġetti mobbli,
f’dan il-każ dawk l-oġġetti mobbli mhux imneħħija mix-xerrej isiru
tal-Gvern b’konfiska u l-iżgumbrat jew ix-xerrej ma jkollu ebda
dritt li jitlob xi kumpens jew ħlas tal-prezz jew ta’ xi parti minnu
mħallas għal dawk l-oġġetti mobbli skond il-każ.
ŻGUMBRAMENT MINN ARTIJIET   ġKAP. 228.   3
Disposizzjonijiet 
dwar il-pieni.
Emendat: 
XIII. 1983.4.
9. Kull persuna li mingħajr skuża leġittima, li l-prova tagħha
tmiss lilha, tikser id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 4 ta’ dan l-Att
sew billi tirrifjuta li tagħti tagħrif jew billi tagħti tagħrif falz meta
tkun meħtieġa skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att li tagħti
tagħrif, tkun ħatja ta’ reat skond dan l-Att u teħel meta tinsab ħatja
multa ta’ mhux inqas minn għaxar liri iżda mhux iżjed minn mitt
lira jew priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn tliet xhur jew
dik il-multa u priġunerija flimkien.
Kompetenza dwar 
reati skond dan l-
Att. 
Emendat:
VIII. 1990.3.
10. Proċedimenti għal reat skond l-artikolu 9 ta’ dan l-Att
għandhom isiru mill-Pulizija fil-Qorti tal-Maġistrati bħala qorti ta’
ġudikatura kriminali:
Iżda jekk tkun tapplika xi piena ogħla għar-reat taħt xi liġi
oħra meta ċ-ċirkostanzi msemmija f’dik il-liġi l-oħra jkunu jinsabu
fir-reat, għandha tapplika l-piena ta’ dik il-liġi l-oħra u jsiru
proċedimenti quddiem il-qorti kompetenti.
