SELFGĦALL-IŻVILUP ġKAP. 229.   1
KAPITOLU 229
ATT DWAR SELF GĦALL-IŻVILUPP
Biex jawtoriżża u jirregola self li jsir għal finijiet li għandhom x’jaqsmu
ma’ l-iżvilupp ekonomiku.
 (9 ta’ Mejju, 1972)*
Sar liġi bl-ATT XVII ta’ l-1972, u ġie emendat bl-Atti XXXV ta’ l-1973
u  XII ta’ l-1988.
Titolu fil-qosor. 
Setgħa li jsir self.
Emendat:
XXXV.1973.2;
XII. 1988.2. 
2. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, il-Gvern
ta’ Malta jista’, bi ftehim jew skond ftehim milħuq ma’ Gvern ta’
kull pajjiż ieħor, jew ma’ kull organizazzjoni, fond jew istituzzjoni
oħra internazzjonali jew barranija, jissellef somom ta’ flus li
b’kollox ma jkunux iżjed mill-ammont li jikkorrispondi għal ħamsa
u għoxrin miljun lira jew dik is-somma ogħla li l-Kamra tad-
Deputati tista’ minn żmien għal żmien tistabbilixxi b’riżoluzzjoni.
(2) Kull self magħmul bl-awtorità ta’ dan l-Att ikun skond
dawk il-pattijiet, kondizzjonijiet u modalitajiet li jiġu miftehma
bejn il-Gvern ta’ Malta u l-Gvern, l-organizazzjoni, il-fond jew l-
istituzzjoni oħra li tagħti s-self.
Skop tas-self. 
tiġi approprjata u wżata - 
(a) biex jitħallas infieq li għandu x’jaqsam ma’ l-iżvilupp
ta’ l-ekonomija ta’ Malta, li jkun infieq awtorizzat
b’Att ta’ Approprjazzjoni jew addebitat lill-Fond
Konsolidat b’xi liġi oħra li f’dak iż-żmien tkun fis-
seħħ; jew
(b) għal kull skop ieħor approvat b’riżoluzzjoni mill-
Kamra tad-Deputati.
Is-self ikun debitu 
għad-dħul ġenerali.
4. Il-kapital ta’ kull self magħmul bl-awtorità ta’ dan l-Att, u
l-imgħax li għandu jitħallas fuqu, ikunu addebitati lill-Fond
Konsolidat u għandhom jitħallsu mid-dħul ġenerali u mill-attiv tal-
Gvern ta’ Malta li qegħdin hawnhekk jiġu approprjati għal hekk. 
*Ara n-Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 357 tad-9 ta’ Mejju, 1972.
