ĦINTAS-SAJFTA’MALTA ġKAP. 230.   1
KAPITOLU 230
ATT DWAR IL-ĦIN TAS-SAJF TA’ MALTA 
Biex jipprovdi li l-ħin f’Malta jiġi mmexxi ‘l quddiem, f’xi żminijiet
tas-sena.
(7 ta’ Ġunju, 1972)*
Sar liġi bl-ATT XXta’ l-1972.
Titolu fil-qosor. 
Malta. 
Tifsir.
xort’oħra - 
"Malta" għandha l-istess tifsir kif mogħti lilha fl-artikolu 124 tal-
Kostituzzjoni ta’ Malta;
"ordni taħt dan l-Att" tfisser ordni magħmul mill-Prim Ministru
għal kull fini ta’ dan l-Att u pubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern; 
"iż-żmien tas-sajf " dwar kull sena tfisser dak iż-żmien li jiġi
speċifikat dwar dik is-sena f’ordni taħt dan l-Att.
Il-ħin jiġi mmexxi 
’l quddiem f’xi 
żmienijiet.
3. (1) F’kull sena li għaliha jirreferi ordni taħt dan l-Att, il-
ħin għall-finijiet ġenerali f’Malta għandu, matul iż-żmien tas-sajf,
ikun sagħtejn ’il quddiem mill-ħin medju ta’ Greenwich.
(2) Kull meta f’xi liġi, ordni, regolament, regola, bye-law, att,
avviż, jew dokument ieħor ikun liema jkun, tinsab riferenza għal
ħin partikolari, il-ħin li għalih issir riferenza għandu, matul iż-
żmien tas-sajf, jitqies li huwa l-ħin stabbilit għall-finijiet ġenerali
b’dan l-Att.
(3) Ebda ħaġa f’dan l-Att ma tbiddel l-użu ta’ ħin differenti
għal finijiet ta’ astronomija, metjoroloġija, navigazzjoni jew għal
finijiet oħra li għalihom skond prattika internazzjonali jintuża ħin
differenti, jew l-interpretazzjoni ta’ xi dokument li jagħmel
riferenza għal ħin partikolari għal dak li għandu x’jaqsam ma’ xi
wieħed minn dawk il-finijiet.
*Ara n-Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 415 tas-7 ta’ Ġunju, 1972.
