ĦWEJJEĠTA’L-IKEL,MEDIĊINALIUILMATAX-XORBġ K AP. 231.    1
KAPITOLU 231
ATT DWAR ĦWEJJEĠ TA’ L-IKEL, MEDIĊINALI 
U ILMA TAX-XORB
Biex, jipprovdi għall-kontroll iġjeniku u kontroll ieħor ta’ ħwejjeġ ta’ l-ikel, mediċinali u
ilma tax-xorb.
 (29 ta’ Settembru, 1972)*
(1 ta’ Mejju, 1978)#
Sar liġi bl-ATT XL ta’ l-1972, u ġie emendat bl-Atti: XI ta’ l-1977, XIII ta’ l-1978, I ta’ l-
1979, X ta’ l-1986, VIII ta’ l-1990 u XIX ta’ l-1996.
TAQSIM TA’ L-ATT
Artikoli 
Titolu fil-Qosor u Tifsir  1-2 
Taqsima I.  Disposizzjonijiet Ġenerali  3-23 
Taqsima II.  Ilma  24-25 
Taqsima III.  Laħam  26-39 
Taqsima IV.  Ħalib u Prodotti tal-Ħalib  40-49 
Taqsima V.  Disposizzjonijiet Penali u Oħrajn  50-70 
*Ara s-subartikolu (2) ta’ l-artikolu 1 ta’ l-Att kif oriġinarjament promulgat, li ġie mħolli barra taħt l-
Att ta’ l-1980 dwar ir-Reviżjoni tal-Liġijiet Statutarji, u n-Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 697 tad-29 ta’
Settembru, 1972.
#Ara s-subartikolu (3) ta’ l-artikolu 1 ta’ l-Att kif oriġinarjament promulgat, li ġie mħolli barra taħt l-
Att ta’ l-1980 dwar ir-Reviżjoni tal-Liġijiet Statutarji, u l-Avviż Legali Nru. 55 ta l-1978.
  2      KAP. 231. ħ   ĦWEJJEĠTA’L-IKEL,MEDIĊINALIUILMATAX-XORB
Titolu fil-qosor.  1. Dan l-Att jista’ jissejjaħ l-Att dwar Ħwejjeġ ta’ l-Ikel,
Mediċinali u Ilma tax-Xorb.
Tifsir.
Emendat: 
XI. 1977.2; 
XIII. 1978.2; 
I. 1979.2;
X. 1986.2;
XIX.1996.10.
2. F’dan l-Att, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx
xort’oħra -
"analista" tfisser analista mad-dipartiment tas-saħħa u, għall-
finijiet ta’ analisi u eżami ta’ -
(a) kull oġġett minn ħwejjeġ ta’ l-ikel li għalih ikun ġie
preskritt standard taħt dan l-Att, tinkludi kull analista
mqabbad fl-analisi ta’ ħwejjeġ ta’ l-ikel fid-
dipartiment ta’ l-industrija;
(b) ħalib nej, tinkludi kull analista mqabbad fl-analisi ta’
ħalib nej f’impriża għall-bejgħ ta’ ħalib;
"annimali" tfisser bovini, ovini, kaprini, majjali u ekwini;
Kap. 419.
*"Awtorità " tfisser l-Awtorità  Maltija dwar l-iStandards
imwaqqfa bl-artikolu 3 ta’ l-Att dwar l-Awtorità  Maltija dwar l-
iStandards;
*"awtorità  sanitarja" tinkludi s-Suprintendent tas-Saħħa
Pubblika, l-Uffiċjal Mediku Prinċipali, l-Uffiċjal Mediku Anzjan,
l-Uffiċjal Mediku tas-Saħħa, kull spettur tas-saħħa, u kull uffiċjal
ieħor tad-dipartiment tas-saħħa awtorizzat kif imiss bil-miktub mis-
Suprintendent tas-Saħħa Pubblika biex jiżgura t-tħaris tad-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u ta’ kull regolamenti magħmula bis-
saħħa tiegħu;
"biċċerija" tfisser post għall-qtil ta’ l-annimali, li l-laħam
tagħhom ikun maħsub għall-bejgħ għall-konsum mill-bniedem, u
tinkludi kull post li jkun jista’ jintuża għal dan il-għan biex fih
jinżammu l-annimali li jkunu qed jistennew għall-qatla jew biex
hemm jinżammu, jew biex hemm isir xi trattament jew proċess lil,
prodotti tal-qtil hemm ta’ annimali;
"biċċerija pubblika" tfisser biċċerija taħt il-kontroll tal-Gvern; 
"dairy" tinkludi kull depożt tal-ħalib, maħżen tal-ħalib, ħanut tal-
ħalib, impriża għall-bejgħ tal-ħalib jew post ieħor li minnu l-ħalib
jingħata b’bejgħ jew għall-bejgħ, jew li fih il-ħalib jinżamm jew
jintuża għall-finijiet ta’ bejgħ jew sabiex jiġi proċessat jew għal xi
trattament ieħor ikun liema jkun għall-bejgħ jew sabiex jinħadem fi
prodotti tal-ħalib biex jinbiegħu, jew li fih jinżammu reċipjenti
wżati għall-bejgħ tal-ħalib, iżda ma tinkludix xi razzett tad-dairy
jew post fejn jiġi provdut ikel;
"dairyman" tfisser min imexxi dairy;
"depożt tal-ħalib" tfisser kamra, ċentru, depożt jew post ieħor, li
ma jkunx kamra tal-ħalib, użat għall-ġbir u/jew biex jinżamm jew
jinħażen il-ħalib nej f’dairy jew li għandu x’jaqsam ma’ dairy;
"faċilitajiet ta’ biċċerija" tfisser faċilitajiet sabiex isir ix-xogħol
ta’ biċċerija inklużi mpjanti u apparati u s-servizzi ta’ persuni bħala
biċċiera jew xort’oħra;
*M’għadhiex fis-seħħ - vide l-Avviż Legali 263 ta’ l-2002.
ĦWEJJEĠTA’L-IKEL,MEDIĊINALIUILMATAX-XORBġ K AP. 231.    3
"gabillot tad-dairy" tfisser min imexxi razzett tad-dairy;
"ħalib" tinkludi krema jew ħalib separat iżda ma tinkludix ħalib
tat-trab jew ħalib kondensat;
"ħalib nej" tfisser ħalib li ma jkunx ġie pasturizzat jew xort’oħra
trattat bis-sħana skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew ta’ xi
regolamenti magħmula bis-saħħa tiegħu;
"ħanut tal-ħalib" tfisser - 
(a) kull ħanut, kamra jew post ieħor li fih jew minnu l-
ħalib jinżamm, jitqassam, jinbiegħ, jiġi offert jew
espost għall-bejgħ f’reċipjenti magħluqin sewwa u
mhux miftuħa li fihom jiġi konsenjat f’dawk il-
postijiet;
(b) kull ħanut, kamra jew post ieħor li fih jew minnu l-
ħalib jinbiegħ għall-konsum immedjat hemmhekk iżda
fejn, fil-kors tan-negozju, il-bejgħ tal-ħalib, waħdu
jew flimkien ma’ xi prodotti oħra tal-ħalib, jifforma,
fil-fehma tas-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika, parti
sostanzjali minn dak in-negozju; u
(ċ) kull posta li fiha jew minnha l-ħalib jinbiegħ jew
jinżamm, jiġi offert jew espost għall-bejgħ;
*"ħwejjeġ ta’ l-ikel" tinkludi xorb, chewing gum jew prodotti
oħra ta’ xorta u użu bħalhom, u oġġetti u sustanzi wżati bħala
ingredjenti fit-tħejjija ta’ ikel jew xorb jew ta’ prodotti bħal dawn,
iżda ma tinkludix - 
(a) ilma, annimali jew tjur ħajjin,
(b) għalf jew ħwejjeġ ta’ l-ikel ta’ annimali, tjur jew ħut,
jew 
(ċ) oġġetti jew sustanzi wżati biss bħala mediċinali;
"imitazzjoni ta’ krema" tfisser sustanza li waqt li ma tkunx
krema jew krema rikostitwita, fis-sura tixbaħ il-krema u tiġi
prodotta bit-taħlit ta’ żejt ta’ l-ikel jew xaħmijiet ma’ l-ilma, jew
waħedhom jew flimkien ma’ sustanzi oħra li la jkunu projbiti
b’regolamenti magħmula skond dan l-Att, lanqas miżjuda fi
kwantitajiet hekk projbiti;
*"ippakkjar" tfisser li jkun jinsab ġo reċipjent, u tinkludi
bottiljar; 
"kamra tal-ħalib" tfisser kamra jew post ieħor f’razzett ta’ dairy
fejn il-ħalib jissaffa, jitkessaħ, jinżamm jew jiġi maħżun qabel ma
jitneħħa b’bejgħ jew xort’oħra, u tinkludi kull kamra jew post ieħor
li fih jitnaddaf jew jiġi maħżun xi tagħmir jew għodda li jintużaw
għall-ħalib;
"kamra tal-ħlib" tfisser kamra, maqjel, parlour jew post ieħor
f’razzett ta’ dairy li fih jinħalbu l-bħejjem tal-ħalib;
"krema" tfisser dik il-parti tal-ħalib li tkun imxaħħma ħafna li
tkun ġiet separata permezz ta’ skimming jew xort’oħra;
*M’għadhiex fis-seħħ - vide l-Avviż Legali 263 ta’ l-2002.
  4      KAP. 231. ħ   ĦWEJJEĠTA’L-IKEL,MEDIĊINALIUILMATAX-XORB
"krema rikostitwita" tfisser sustanza li waqt li ma tkunx krema,
fis-sura tixbaħ il-krema u ma jkun fiha ebda ingredjent li ma jkunx
derivat mill-ħalib, ħlief ingredjenti (li ma jkunux miżjuda b’qerq
biex tiżdied il-kwantità , il-piż jew il-qies, jew biex jaħbu kwalità
inferjuri) li jistgħu legalment ikunu jinsabu f’sustanza mibjugħa
għall-konsum mill-bniedem bħala krema, jew ħlief ilma;
Kap. 94.
*"Kunsill tas-Saħħa" tfisser il-Kunsill tas-Saħħa mwaqqaf taħt l-
Ordinanza dwar il-Kostituzzjoni tad-Dipartiment tas-Saħħa jew xi
liġi oħra li tissostitwiha;
*"maħfen" tinkludi kull basket, barmil, gabarrè , pakkett jew kull
ħaġ‘oħra li fiha jitqiegħdu affarijiet, sew miftuħa jew magħluqa; 
"maħżen tal-ħalib" tfisser kamra jew post ieħor li fih il-ħalib, li
ma jkunx ħalib nej, jinżamm jew jiġi maħżun fi, madwar, jew in
konnessjoni ma’ dairy;
*"Malta" għandha l-istess tifsir kif mogħti lilha bl-artikolu 124
tal-Kostituzzjoni ta’ Malta;
"mediċinali" tinkludi kull mediċina għal użu intern jew estern, u
kull antisettiċi, diżinfettanti u kożmetiċi;
*"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għas-saħħa pubblika
u tinkludi, sal-limitu ta’ kull awtorità  mogħtija, kull persuna
awtorizzata għal hekk għal xi wieħed mill-għanijiet ta’ dan l-Att;
*"negozju" tfisser kull impriża jew attività  li għandha x’taqsam
ma’ ħwejjeġ ta’ l-ikel, mediċinali, jew mal-produzzjoni jew
manifattura tagħhom, sew jekk isiru bi profitt sew jekk le;
"oġġett" ma tinkludix annimal ħaj jew tajra;
*"persuna" tinkludi kull kumpannija jew għaqda jew korp ieħor
ta’ persuni, sew jekk ikollu personalità  ġuridika sew jekk le; 
"post", ħlief fl-artikolu 26 ta’ dan l-Att, tfisser bini jew parti
minn bini, u kull bitħa tal-faċċata, bitħa jew post ieħor ta’ ħażna
wżat in konnessjoni ma’ bini jew parti minn bini, u tinkludi, dwar
dairies u rziezet ta’ dairy, u x-xogħol ta’ dairyman jew gabbillot
ta’ dairy, kull art li ma tkunx bini;
*"posta" tinkludi kull stand, kamp, tinda jew mobile canteen, u
kull vettura, sew jekk mobbli sew jekk le;
"post fejn jiġi provdut ikel", dwar ħalib tfisser kull canteen,
każin, skola, sptar, ristorant, lukanda, post ta’ l-ikel jew post ieħor
fejn, fil-kors tan-negozju, isir il-bejgħ tal-ħalib sabiex jiġi
kkunsmat immedjatament hemmhekk u meta dak il-bejgħ ikun biss
inċidentali għal dak in-negozju;
"preparazzjoni", dwar ħwejjeġ ta’ l-ikel, tinkludi l-manifattura u
kull sura ta’ trattament, u "preparazzjoni għall-bejgħ" tinkludi
ippakkjar; u "tipprepara" u "tipprepara għall-bejgħ" għandhom
jiftehmu f’dan is-sens;
"pullam" tinkludi tjur, dundjani, papri, wiżż, fargħuni, faġani,
perniċi, bċieċen u summien;
*M’għadhiex fis-seħħ - vide l-Avviż Legali 263 ta’ l-2002.
ĦWEJJEĠTA’L-IKEL,MEDIĊINALIUILMATAX-XORBġ K AP. 231.    5
"razzett tad-dairy" tfisser kull razzett, stalla tal-baqar, maqjel
fejn jinżammu n-nagħaġ jew il-mogħoż jew kull post ieħor li fih
jiġi prodott ħalib nej, u tinkludi kull kamra tal-ħalib jew kamra tal-
ħlib;
*"reċipjent" tinkludi reċipjent ta’ kull xorta, kemm magħluq
kemm miftuħ;
*"reklam" tinkludi kull avviż, ċirkolari, tikketta, ħaġa li tgeżwer
biha, fattura jew dokument ieħor, u kull xandira kemm bi
preżentazzjoni viżwali jew bis-smigħ jew bit-tnejn, u "tagħmel
reklam" għandha tiftiehem f’dan is-sens;
"separat", dwar ħalib, tinkludi skimmed;
"spettur" tfisser kull veterinarju tal-gvern jew kull persuna
kwalifikata kif imiss awtorizzata bil-miktub mis-Suprintendent tas-
Saħħa Pubblika biex taħdem dwar l-eżami u l-kundanna ta’ laħam;
*"tbiegħ" tinkludi toffri, turi, tirreklama jew iżżomm għall-bejgħ,
u tagħti bħala kumpens jew xort’oħra;
*"uffiċjal awtorizzat" tfisser kull uffiċjal mediku tas-saħħa jew
uffiċjal mediku ieħor anness mad-dipartiment tas-saħħa li jkun ġie
deputat mis-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika, jew kull spettur tas-
saħħa, u għall-finijiet biex jittieħdu kampjuni tal-ħalib u sabiex dan
jiġi eżaminat, kif ukoll għall-ispezzjoni ta’ rziezet tad-dairy kull
uffiċjal pubbliku ieħor fis-servizz tal-Gvern awtorizzat kif imiss
bil-miktub għal hekk mis-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika;
"vapur" tinkludi kull biċċa tal-baħar;
*"vapur tal-kosta" tfisser kull vapur jew bastiment ieħor li
jaħdem biss bejn parti ta’ Malta u oħra.
TAQSIMA I 
DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI
Twaqqif ta’ Bord 
dwar Standards ta’ 
Ħwejjeġ ta’ l-Ikel.
Emendat:
X.1986.3. 
3. Imħassar bl-Att XIX.1996.10.
Regolamenti u 
ordnijiet 
magħmula mill-
Ministru.
Emendat:
XIX.1996.10.
4. Imħassar bl-Att XIV.2002.52.
Żieda ta’ sustanzi 
ma’ ħwejjeġ ta’ l-
ikel jew 
mediċinali, eċċ.
5. (1) Imħassar bl-Att XIV.2002.52.
(2) Ebda persuna ma għandha żżid xi sustanza ma’, jew toħroġ
xi kostitwent minn, xi mediċinali hekk li ssir ħsara lill-kwalità , il-
kostituzzjoni jew il-qawwa tal-mediċinali, bil-ħsieb li dawk il-
mediċinali jinbiegħu f’dak l-istat.
*M’għadhiex fis-seħħ - vide l-Avviż Legali 263 ta’ l-2002.
  6      KAP. 231. ħ   ĦWEJJEĠTA’L-IKEL,MEDIĊINALIUILMATAX-XORB
Projbizzjoni ta’ 
bejgħ eċċ., ta’ ċerti 
ħwejjeġ ta’ l-ikel 
jew mediċinali.
6. (1) Imħassar bl-Att XIV.2002.52.
(2) Ebda persuna ma għandha tbiegħ, jew toffri, tesponi jew
tirreklama għall-bejgħ, jew tqassam bħala kumpens jew xort’oħra
xi mediċinali li tkun ġratilhom ħsara fil-kwalità , fil-kostituzzjoni
jew fil-qawwa.
(3) Imħassar bl-Att XIV.2002.52.
(4) Jekk persuna li tkun liċenzjata skond l-artikolu 26 biex
iżżomm biċċerija tinsab ħatja ta’ reat kontra d-disposizzjonijiet tas-
subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu, il-qorti tista’, u, f’każ li tinsab
ħatja għat-tieni darba jew aktar, il-qorti għandha, barra milli tagħti
l-piena skond il-liġi, tissospendi l-liċenza relattiva għal minn xahar
sa sitt xhur.
Ikel mogħti bħala 
premju, eċċ.
7. Imħassar bl-Att XIV.2002.52.
Bejgħ ta’ħwejjeġ 
ta’ l-ikel jew 
mediċinali bi 
preġudizzju għax-
xerrej. 
*8. (1) Ebda persuna ma għandha tbiegħ, bi preġudizzju għax-
xerrej, xi ħwejjeġ ta’ l-ikel maħsuba għall-konsum mill-bniedem
jew xi mediċinali li ma jkunux tax-xorta, sustanza jew kwalità  tal-
ħwejjeġ ta’ l-ikel jew tal-mediċinali mitluba minn dak ix-xerrej.
(2) F’kull proċedimenti għal reat taħt dan l-artikolu, ma tkunx
difiża l-allegazzjoni li x-xerrej xtara biss bil-ħsieb ta’ analisi jew
eżami u għalhekk ma kienx preġudikat.
Difiża f’ċerti 
proċedimenti. 
Emendat:
XIII. 1978.3.
9. (1) Imħassar bl-Att XIV.2002.52.
(2) Id-disposizzjonijiet tas-subartikolu ta’ qabel dan għandhom
japplikaw dwar proċedimenti għal reat li jikkonsisti fil-bejgħ ta’ xi
mediċinali li magħhom tkun żdiedet xi sustanza, jew li minnhom
ikun ġie estratt xi kostitwent, li ma jkunux mediċinali li tkun
saritilhom ħsara fil-kwalità , kostituzzjoni jew qawwa, kif japplikaw
dwar dawk ir-reati li huma msemmija fl-imsemmi subartikolu.
#(3) F’kull proċedimenti taħt l-artikolu 8 dwar ħwejjeġ ta’ l-ikel
jew mediċinali li jkun fihom sustanza barranija, l-akkużat jista’
jiddefendi ruħu billi jipprova li dik is-sustanza kienet konsegwenza
li ma tistax tiġi evitata tal-proċess tal-ġbir jew tal-preparazzjoni.
(4) Bla ħsara għal xi disposizzjoni speċifika oħra ta’ liġi
kuntrarja, f’kull proċedimenti taħt l-artikolu 8 dwar spirti mħallta l-
akkużat jista’ jiddefendi ruħu billi jipprova li dak it-taħlit kien biss
taħlit ma’ l-ilma u li l-ispirtu dilwit kien ta’ qawwa ta’ mhux anqas
minn -
(a) 40 fil-mija alkoħol assolut, volum f’volum, fil-każ ta’
whisky, brandy, rum jew ġnibru; jew
(b) 20 fil-mija alkohol assolut, volum f’volum, fil-każ ta’
xorb alkoholiku ieħor, ħlief inbid u birra.
*Fis-seħħ għal dak li jirrigwarda mediċinali biss - vide l-Avviż Legali 263 ta’ l-
2002.
#Fis-seħħ għal dak li jirrigwarda mediċinali biss - vide l-Avviż Legali 263 ta’ l-
2002.
ĦWEJJEĠTA’L-IKEL,MEDIĊINALIUILMATAX-XORBġ K AP. 231.    7
Preparazzjoni. 
eċċ., ta’ ħwejjeġ ta’ 
l-ikel taħt 
kondizzjonijiet 
mhux sanitarji. 
10. Imħassar bl-Att XIV.2002.52.
Ħwejjeġ ta’ l-ikel li 
jixbħu jew jaqblu 
fil-għamla ma’ 
oġġetti ta’ użu 
komuni. 
11. Imħassar bl-Att XIV.2002.52.
Setgħa tal-Ministru 
li jagħmel 
regolamenti dwar 
il-kompożizzjoni, 
eċċ., ta’ ħwejjeġ ta’ 
l-ikel.
12. Imħassar bl-Att XIV.2002.52.
Setgħa tal-Ministru 
li jagħmel 
regolamenti dwar 
il- kompożizzjoni, 
eċċ., ta’ 
mediċinali.
13. Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti dwar l-
importazzjoni, il-preparazzjoni, il-manifattura, il-kompożizzjoni,
ir-reklam u l-bejgħ ta’ mediċinali.
Tikkettjar ta’ 
ħwejjeġ ta’ l-ikel. 
14. Imħassar bl-Att XIV.2002.52.
Tikkettjar jew 
reklam falz fuq 
ħwejjeġ ta’ l-ikel 
jew mediċinali.
*15. (1) Ikun illegali li xi persuna turi ma’ xi ħwejjeġ ta’ l-ikel
jew ma’ mediċinali murija jew miżmuma għall-bejgħ, jew tagħti
ma’ xi ħwejjeġ ta’ l-ikel jew mediċinali mibjugħa, xi tikketta, sew
meħmuża sew imwaħħla ma’, jew stampata fuq, il-maħfen jew dak
li jkunu mgeżwrin fiha sew le, li tiddeskrivi b’mod falz dawk il-
ħwejjeġ ta’ l-ikel jew mediċinali jew li tkun meqjusa li tqarraq
dwar ix-xorta, is-sustanza jew il-kwalità  tagħhom.
(2) Ikun ukoll illegali li xi persuna tippubblika, jew tkun parti
f’pubblikazzjoni ta’, xi reklam (li ma jkunx tikketta kif imsemmi
fis-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu) li jiddeskrivi b’mod falz xi
ħwejjeġ ta’ l-ikel jew mediċinali jew li jkun meqjus li jqarraq dwar
ix-xorta, is-sustanza jew il-kwalità  tagħhom:
Iżda, f’kull proċedimenti taħt dan is-subartikolu, l-akkużat
jista’ jiddefendi ruħu billi jipprova li hu ma kienx jaf, u li hu ma
setgħax bid-diliġenza xierqa jkun jaf, li r-reklam kien tax-xorta kif
deskritt f’dan is-subartikolu.
(3) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu, tikketta jew reklam li jkun
meqjus li jqarraq biss dwar il-valur ta’ nutrizzjoni jew ta’ dieta ta’
xi ħwejjeġ ta’ l-ikel għandu jitqies li jkun meqjus li jqarraq dwar il-
kwalità  tal-ħwejjeġ ta’ l-ikel.
(4) F’kull proċedimenti dwar reat taħt dan l-artikolu, l-akkużat
ma jistgħax jiddefendi ruħu billi jipprova li t-tikketta jew ir-reklam
kien fih dikjarazzjoni eżatta tal-kompożizzjoni tal-ħwejjeġ ta’ l-
ikel jew tal-mediċinali jekk dik it-tikketta jew ir-reklam kiser b’xi
mod ieħor id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu.
(5) F’dan l-artikolu, "ħwejjeġ ta’ l-ikel" tfisser ħwejjeġ ta’ l-
ikel maħsuba għall-konsum mill-bniedem.
*Fis-seħħ għal dak li jirrigwarda mediċinali biss - vide l-Avviż Legali 263 ta’ l-
2002.
  8      KAP. 231. ħ   ĦWEJJEĠTA’L-IKEL,MEDIĊINALIUILMATAX-XORB
Setgħa tal-Ministru 
li jagħmel 
regolamenti dwar 
iġjene ta’ l-ikel.
16. Imħassar bl-Att XIV.2002.52.
Setgħa tal-Ministru 
li jagħmel 
regolamenti dwar 
mediċinali.
17. Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti dwar il-
kondizzjonijiet u l-prattika sanitarji u ta’ ndafa li għandhom
x’jaqsmu mal-bejgħ, l-importazzjoni, il-manifattura, il-
preparazzjoni, it-trasport, il-ħażna, l-ippakkjar, it-tgeżwir, it-
tiżmim jew il-wiri għal-bejgħ ta’ kull mediċinali.
Impjegati, eċċ., li 
jbatu minn ċertu 
mard.
18. Imħassar bl-Att XIV.2002.52.
Kontroll ta’ 
ħwejjeġ ta’ l-ikel 
suspetti.
19. Imħassar bl-Att XIV.2002.52.
Post liċenzjat, eċċ., 
jintuża skond il-
liċenza. 
20. Imħassar bl-Att XIV.2002.52.
Setgħa tal-Ministru 
li jagħmel 
regolamenti dwar 
liċenzi ta’ postijiet, 
eċċ.
21. Imħassar bl-Att XIV.2002.52.
Projbizzjoni ta’ l-
importazzjoni ta’ 
ċerti ħwejjeġ ta’ l-
ikel.
22. Imħassar bl-Att XIV.2002.52.
Preżunzjonijiet. 23. Għall-finijiet ta’ dan l-Att u ta’ kull regolamenti magħmula
bis-saħħa tiegħu - 
(a) Imħassar bl-Att XIV.2002.52.
(b) Imħassar bl-Att XIV.2002.52.
(ċ) Imħassar bl-Att XIV.2002.52.
(d) kull mediċinali li jinsabu fil-post użat għall-
preparazzjoni, ippakkjar, tiżmim, ħażna, bejgħ jew
tneħħija oħra ta’ mediċinali, jew li jintwerew għall-
bejgħ jew isirilhom reklam, għandhom jitqiesu,
sakemm ma jiġix ippruvat il-kuntrarju, li huma
maħsuba għall-bejgħ.
TAQSIMA II
ILMA
Kontaminazzjoni 
ta’ ilma.
24. Imħassar bl-Att XIV.2002.52.
Ilma mniġġeż. 
Emendat:
VIII. 1990.3.
25. Imħassar bl-Att XIV.2002.52.
ĦWEJJEĠTA’L-IKEL,MEDIĊINALIUILMATAX-XORBġ K AP. 231.    9
TAQSIMA III
LAĦAM 
Għoti ta’ liċenza 
għal biċċerija. 
Emendat:
XIII. 1978.4.
26. (1) Ebda persuna ma għandha, mingħajr il-permess tat-
tabib veterinarju tal-gvern, toqtol xi annimal, li laħmu jkun maħsub
għall-bejgħ għall-konsum mill-bniedem, ħlief f’biċċerija.
(2) Ebda persuna ma tista’ tuża xi post bħala biċċerija, jew
tħallih hekk jintuża, jekk ma jkollhiex liċenza mis-Suprintendent
tas-Saħħa Pubblika li tawtorizzaha li żżomm dak il-post bħala
biċċerija:
Iżda ebda ħaġa f’dan is-subartikolu ma għandha tapplika
għal xi post użat bħala biċċerija pubblika.
(3) Is-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika jista’ jirrifjuta kull
applikazzjoni għall-għoti jew għat-tiġdid ta’ liċenza skond dan l-
artikolu jekk ikun sodisfatt li -
(a) faċilitajiet eżistenti ta’ biċċerija oħra li jkunu jistgħu
jintużaw f’biċċerija pubblika jkunu biżżejjed meta jiġu
kunsidrati l-ħtiġijiet xierqa tal-persuna li tapplika
għall-għoti jew għat-tiġdid ta’ dik il-liċenza u ma
jkunux meħtieġa aktar faċilitajiet; jew
(b) il-ħtiġijiet ta’ xi regolamenti magħmula skond il-
paragrafu (a) jew (b) tas-subartikolu (2) ta’ l-artikolu
16 jew skond l-artikolu 28 ma jkunux tħarsu dwar dak
il-post.
Responsabbilità  
għal biċċeriji 
pubbliċi. 
27. Il-veterinarji tal-gvern ikunu responsabbli li jaraw li kull
biċċerija pubblika tinżamm fi stat sanitarju u iġjeniku, tkun
immexxija tajjeb u tkun mgħammra b’impjant u b’apparat tajjeb
biex jintrema, jiġi trattat jew proċessat skart, żibel jew prodotti, li
jirriżultaw mill-qtil ta’ annimali f’dik il-biċċerija.
Setgħa tal-Ministru 
li jagħmel 
regolamenti dwar 
biċċeriji. 
28. Imħassar bl-Att XIV.2002.52. 
Spezzjon ta’ 
annimali qabel il-
qtil.
29. Kull annimal maħsub biex jinbiegħ għall-konsum mill-
bniedem għandu jinġieb ħaj, qabel il-qatla, biex jiġi spezzjonat
sabiex jiġu aċċertati ż-żmien, l-istat ta’ nutriment u l-kondizzjoni
tas-saħħa tiegħu:
Iżda - 
(i) meta annimal imut minn fenomenu meteoriku
jew imut b’emorraġija nterna jew b’leżjonijiet
trawmatiċi jew aċċidentali, jew
(ii) meta minħabba xi korriment, mard, espożizzjoni
għal infezzjoni aċċidentali jew minħabba xi
emerġenza oħra li tolqot dak l-annimal ikun
meħtieġ li dak l-annimal jinqatel minnufih,
id-disposizzjoni ta’ hawn fuq ta’ dan l-artikolu ma għandhiex
tapplika iżda ebda parti mill-karkassa tiegħu jew mill-fdal tiegħu
ma għandha tinbiegħ jew tiġi offerta għall-bejgħ jew xort’oħra tiġi
mneħħija għall-konsum mill-bniedem mingħajr l-ispezzjon u l-
  10      KAP. 231. ħ   ĦWEJJEĠTA’L-IKEL,MEDIĊINALIUILMATAX-XORB
approvazzjoni bil-quddiem ta’ l-ispettur.
Kontroll tal-qtil ta’ 
xi annimali morda.
30. (1) Kull annimal li jkollu, jew hu maħsub li għandu, xi
marda li tittieħed mill-bniedem, jew xi marda oħra li tista’ tiġi
preskritta b’regolamenti magħmula mill-Ministru skond dan is-
subartikolu, għandu jiġi maqtul għalih waħdu.
(2) Ebda annimal marid, jew maħsub li hu marid, bir-rabbja,
bil-glanders jew bl-anthrax ma għandu jinqatel f’xi biċċerija.
Setgħa li karkassi, 
eċċ. jiġu 
kundannati. 
31. Imħassar bl-Att XIV.2002.52.
Spezzjon u 
imbullar ta’ laħam 
qabel ma jinġarr 
mill-biċċerija. 
32. Ebda parti ta’ annimal maqtul ma għandha tinġarr mill-
biċċerija qabel ma tkun ġiet spezzjonata u imbullata.
Bejgħ ta’ laħam 
taż-żiemel. 
33. Ebda persuna ma għandha - 
(a) tbiegħ, jew toffri, turi jew iżżomm għall-bejgħ laħam
taż-żiemel fl-istess ħanut li hu wżat għall-bejgħ għall-
konsum mill-bniedem ta’ bovini, ovini, kaprini jew
majjali; jew
(b) tbiegħ, jew toffri jew turi għall-bejgħ, għall-konsum
mill-bniedem laħam taż-żiemel jekk mhux f’post, jew
f’posta, liċenzjata għal dak l-iskop u li fuqha jkollha
avviż li jkollu l-kliem "HORSE FLESH/LAĦAM
TAŻ-ŻIEMEL" imqiegħed f’post fejn jidher sewwa u
li jinqara faċilment.
Projbizzjoni ta’ 
bejgħ ta’ laħam 
mhux imbullat. 
Emendat: 
XIII. 1978.5. 
34. Ebda persuna ma għandha tbiegħ, jew toffri jew turi għall-
bejgħ, jew ikollha għandha sabiex tbiegħ jew biex tipprepara għall-
bejgħ, għall-konsum mill-bniedem xi laħam jew fdal ta’ xi annimal
maqtul f’Malta jekk dak il-laħam jew fdal ma jkunx imbullat kif
imiss kif provdut b’regolamenti magħmula skond l-artikolu 28:
Iżda dak l-imbullar ma jneħħix il-ħtija ta’ xi persuna li
tbiegħ xi laħam jew fdal, jew xi prodott tal-laħam li kien fi stat ta’
deterjorazzjoni jew b’xi mod mhux tajjeb għall-konsum mill-
bniedem:
Iżda wkoll, bla ħsara għad-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan l-
Att, laħam mibjugħ f’reċipjent ippakkjat minn qabel u issiġillat u
ippreparat u ippakkjat f’post li jkollu liċenza għal hekk, ma hemmx
bżonn li jkollu boll.
Projbizzjoni ta’ 
bejgħ, eċċ., ta’ 
ċertu laħam.
35. Ebda persuna ma għandha -
(a) tbiegħ, jew toffri, turi jew tagħmel reklam għall-bejgħ, 
(b) tiddepożita għand, jew tikkonsenja lil, xi persuna, jew
ikollha fil-pussess tagħha sabiex tbiegħ jew biex
tipprepara għall-bejgħ, jew
(ċ) tagħti bħala kumpens jew xort’oħra,
għall-konsum mill-bniedem, xi parti minn, jew prodott imnissel
għal kollox jew f’parti minn, xi annimal li l-qatla tiegħu tkun
projbita, jew xi karkassa jew parti minnha, jew xi fdal, skond il-każ
li ma’ l-ispezzjon ikun nstab li mhux tajjeb għall-konsum mill-
ĦWEJJEĠTA’L-IKEL,MEDIĊINALIUILMATAX-XORBġ K AP. 231.    11
bniedem, jew xi laħam jew fdal li hu jew li jkun sar ta’ ħsara għas-
saħħa jew ikun qdiem, tħassar, sar ħażin jew xort’oħra mhux tajjeb
għall-konsum mill-bniedem.
Imħażen ta’ l-arja 
kiesħa jkunu 
liċenzjati. 
36. Ebda persuna ma għandha tuża xi post, jew parti minn post,
bħala maħżen ta’ l-arja kiesħa biex jiġi maħżun jew konservat fih xi
laħam jew oġġett ieħor ta’ l-ikel maħsub għall-konsum mill-
bniedem, jew tħalli li hekk jintuża, jekk dak il-post, jew dik il-parti
minnu, ma jkollux liċenza maħruġa għal hekk.
Projbizzjoni ta’ 
ħażna fl-arja kiesħa 
ta’ ċertu laħam, 
eċċ. 
37. Ebda persuna ma għandha tiddepożita jew iżżomm f’xi
maħżen ta’ l-arja kiesħa jew f’refrigerator, sabiex jinbiegħ jew jiġi
ippreparat għal-bejgħ, xi laħam jew prodott tal-laħam li jkun ġie
mportat bi ksur tad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 22 jew 38, jew xi
karkassa jew parti minn karkassa jew xi laħam jew fdal li, fil-fehma
ta’ l-uffiċjal awtorizzat jew ta’ xi spettur, ikun tax-xorta, jew fl-
istat jew kondizzjoni, speċifikati fl-artikolu 35.
Projbizzjoni ta’ 
importazzjoni ta’ 
ċertu laħam. 
38. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 22, ebda
persuna ma għandha timporta f’Malta għall-bejgħ, jew għall-
preparazzjoni għall-bejgħ, għall-konsum mill-bniedem xi laħam
jew fdal tax-xorta, jew li jkun fl-istat jew kondizzjoni, speċifikati
fl-artikolu 35:
Iżda f’kull proċedimenti dwar reat kontra dan l-artikolu, l-
akkużat jiddefendi ruħu billi jipprova li meta mporta dak il-laħam
jew il-fdal hu ma kienx jaf, u ma setax isir jaf b’diliġenza xierqa, li
dak il-laħam jew il-fdal kien tħassar, ħżien jew sar mhux tajjeb
għall-konsum mill-bniedem.
Infiħ ta’ pullam, 
eċċ.
39. (1) Ebda persuna ma għandha tonfoħ xi pullam jew fniek
sabiex ikunu jidhru eħxen, jew iżżomhom fl-ilma biex jibqgħu
konservati, jew tagħmlilhom xi trattament biex taħbi t-tħassir jew
il-putrefazzjoni li tkun bdiet.
(2) Kull setgħat mogħtija bid-disposizzjonijiet jew skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att lil kull uffiċjal awtorizzat dwar
ħwejjeġ ta’ l-ikel jew laħam jistgħu jiġu eżerċitati minnu dwar
pullam jew fniek.
TAQSIMA IV 
ĦALIB U PRODOTTI TAL-ĦALIB
Dairy u razzett tad-
dairy ikollhom 
liċenza.
40. (1) Ebda persuna ma tista’ żżomm xi dairy jew razzett tad-
dairy jekk dak id-dairy jew razzett tad-dairy ma jkollhomx liċenza
maħruġa mis-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika:
Iżda kull ħanut tal-ħalib ikun jeħtieġ biss li jkun reġistrat
mas-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika.
(2) Ebda dairy jew razzett tad-dairy li jkunu liċenzjati skond
is-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu ma jistgħu jintużaw ħlief għall-
fini ta’ dik il-liċenza; ebda dairy jew razzett tad-dairy kif intqal
qabel, u ebda ħanut tal-ħalib li jkun reġistrat skond l-imsemmi
  12      KAP. 231. ħ   ĦWEJJEĠTA’L-IKEL,MEDIĊINALIUILMATAX-XORB
subartikolu (1) ma jistgħu jintużaw ħlief skond dawk il-pattijiet jew
kondizzjonijiet li jkunu ma’, jew imposti minn, il-liċenza jew ir-
reġistrazzjoni relattiva.
Dairyman u 
gabbillott tad-dairy 
ikunu reġistrati. 
41. (1) Ebda persuna ma tista’ tmexxi n-negozju ta’ dairyman
jew ta’ gabillott tad-dairy jekk ma tkunx hekk reġistrata mas-
Suprintendent tas-Saħħa Pubblika.
(2) Is-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika ma għandu jirreġistra
ebda persuna bħala dairyman jew bħala gabillott tad-dairy jekk il-
post jew il-posta li tkun ser tintuża minn dik il-persuna għan-
negozju tagħha ma jkollhiex liċenza jew ma tkunx reġistrata, skond
il-każ, skond id-disposizjonijiet tas-subartikolu (1) ta’ l-artikolu
40.
(3) Meta xi liċenza dwar xi razzett tad-dairy jew xi liċenza jew
reġistrazzjoni dwar xi dairy tkun imħassra jew ma tiġix imġedda,
kull persuna reġistrata skond dan l-artikolu bis-saħħa ta’ dak ir-
razzett jew dairy ma tibqax hekk reġistrata.
Setgħa għall-
egħmil ta’ 
regolamenti dwar 
dairies u rziezet 
tad-dairy.
42. Imħassar bl-Att XIV.2002.52.
Setgħa għall-
egħmil ta’ 
regolamenti dwar 
ħalib.
43. Imħassar bl-Att XIV.2002.52.
Applikazzjoni ta’ 
regolamenti.
44. Imħassar bl-Att XIV.2002.52.
Żieda mal-ħalib.  45. (1) Ebda persuna ma għandha żżid xi ilma, jew xi ħalib
tat-trab jew kondensat jew likwidu rikostitwit minnhom, jew xi
sustanza oħra tkun liema tkun, ma’ ħalib li jkun maħsub għall-
bejgħ għall-konsum mill-bniedem.
(2) Ebda persuna ma għandha żżid xi sustanza li tagħti kulur
jew togħma ma’ ħalib maħsub għall-bejgħ għall-konsum mill-
bniedem taħt l-isem ta’ ħalib.
(3) Ebda persuna ma għandha żżid xi ħalib separat, jew taħlita
ta’ krema u ħalib separat, ma’ ħalib mhux separat maħsub għall-
bejgħ għall-konsum mill-bniedem.
(4) Ebda ħaġa fis-subartikolu (2) ta’ dan l-artikolu ma għandha
titqies li tfisser li xi sustanza li tagħti kulur jew togħma tista’
tiżdied ma’ ħalib jew ma’ oġġetti magħmula mill-ħalib jew li
tagħhom il-ħalib ikun ingredjent jekk dik is-sustanza ma tkunx ta’
l-ogħla grad ta’ purità  u la tkun projbita b’regolamenti magħmula
skond l-artikoli 12 jew 43 u lanqas miżjuda fi kwantitajiet hekk
projbiti.
Projbizzjoni tal-
bejgħ ta’ ċertu 
ħalib.
46. (1) Ebda persuna ma għandha tbiegħ, jew toffri, turi jew
tirreklama għall-bejgħ, jew ikollha fil-pussess tagħha għall-bejgħ,
jew tqassam bħala kumpens jew xort’oħra, għall-konsum mill-
bniedem - 
(a) xi ħalib prodott minn annimali fi żmien ħmistax-il
ĦWEJJEĠTA’L-IKEL,MEDIĊINALIUILMATAX-XORBġ K AP. 231.    13
ġurnata qabel, jew matul il-ħamest ijiem li jiġu
minnufih wara, li jwelldu;
(b) il-ħalib ta’ xi annimal li jkun isofri minn xi marda tad-
driegħ u l-bżieżel jew minn mastite, tuberkulożi, ta’ l-
ilsien u tad-dwiefer, bl-anthrax jew b’xi marda oħra
msemmija f’ordni magħmul mill-Ministru skond dan
il-paragrafu;
(ċ) kull ħalib li jkun kontra d-disposizzjonijiet ta’ kull
regolamenti magħmula skond l-artikoli 12 jew 43 jew
id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 45; jew
(d) kull ħalib prodott, jew proċessat, trattat, ippakkjat,
miżmum jew imġarr f’postijiet jew f’posti, skond il-
każ, jew taħt kondizzjonijiet li jkunu bi ksur ta’ xi
regolamenti magħmula skond l-artikolu 16 jew 42.
(2) Ebda persuna ma għandha tbiegħ, jew toffri jew turi għall-
bejgħ, taħt l-isem ta’ ħalib xi likwidu li meta jkun sar ikun intuża
fih xi ħalib separat, jew xi ħalib tat-trab jew kondensat.
(3) Ebda persuna ma għandha tuża fil-manifattura ta’ prodotti
għall-bejgħ għall-konsum mill-bniedem xi ħalib tali kif deskritt fis-
subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu.
(4) Meta jittieħdu xi proċedimenti dwar reat kontra d-
disposizzjonijiet tal-paragrafu (b) tas-subartikolu (1) ta’ dan l-
artikolu, jitqies li l-akkużat kien jaf bil-fatt li l-annimal kien marid
bil-marda msemmija fl-imsemmi paragrafu jekk hu setgħa,
b’attenzjoni ordinarja, sar jaf b’dak il-fatt.
Restrizzjonijiet fuq 
l-użu ta’ ismijiet 
speċjali. 
47. (1) Ebda persuna ma għandha għall-fini ta’ bejgħ jew
reklam ta’ xi ħalib tuża isem speċjali dwar dak il-ħalib jew il-ħalib
li għalih jirreferi kemm-il darba dak il-bejgħ jew ir-reklam ma
jkunx skond il-ħtiġijiet u l-kondizzjonijiet li jistgħu jiġu preskritti
b’regolamenti magħmula skond l-artikolu 43 dwar l-użu ta’ dak l-
isem speċjali.
(2) Ebda persuna ma għandha għall-fini ta’ bejgħ jew reklam
ta’ xi ħalib tirreferi għal dak il-ħalib b’deskrizzjoni tali li b’qerq
jista’ jitqies li jagħti ’l min jaħseb -
(a) li isem speċjali jkun ġie preskritt dwar dak il-ħalib, 
(b) li l-ħalib ikun ġie eżaminat, approvat jew klassifikat
minn xi persuna kompetenti, jew
(ċ) li l-annimali li minnhom ikun ittieħed il-ħalib huma
ħielsa mill-infezzjoni ta’ xi marda.
Setgħa għall-
egħmil ta’ 
regolamenti dwar 
ċerti arei. 
48. Imħassar bl-Att XIV.2002.52. 
Użu ta’ l-isem ta’ 
"krema" dwar 
sostituti ta’ krema.
49. Imħassar bl-Att XIV.2002.52.
  14      KAP. 231. ħ   ĦWEJJEĠTA’L-IKEL,MEDIĊINALIUILMATAX-XORB
TAQSIMA V 
DISPOSIZZJONIJIET PENALI U OĦRAJN
Setgħat ta’ uffiċjal 
awtorizzat.
*50. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, kull
uffiċjal awtorizzat ikollu, meta jipproduċi, jekk ikun hekk meħtieġ,
xi dokument awtentikat kif imiss li juri l-awtorità  tiegħu, id-dritt
li-
(a) jidħol f’kull post, jew f’kull vettura, posta jew lokal
ieħor li ma jkunx post, jew kull inġenju ta’ l-ajru,
vapur tal-kosta jew vapur ieħor biex jiżgura t-tħaris
tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u ta’ kull
regolamenti li jsiru bis-saħħa tiegħu, kif ukoll sabiex
jiżgura jekk hemmx jew kienx hemm fuq, jew dwar,
dak il-post, vettura, posta, lokal, inġenju ta’ l-ajru,
vapur tal-kosta jew vapur ieħor xi ksur tad-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew ta’ xi regolamenti
magħmula bis-saħħa tiegħu;
(b) jeżamina kull oġġett li għalih dan l-Att jew xi
regolamenti magħmula bis-saħħa tiegħu japplikaw u
jieħu, bil-ħlas tal-prezz tas-suq korrenti, kampjuni
tiegħu għal analisi, jew għal eżami batterjoloġiku jew
għal eżami ieħor; u
(ċ) jaqbad u jneħħi kull oġġett bħal dak li dwaru jkun
hemm raġuni biżżejjed biex jiġi maħsub li xi
disposizzjoni ta’ dan l-Att jew ta’ xi regolamenti
magħmula bis-saħħa tiegħu tkun qed tiġi jew tkun ġiet
miksura.
(2) Is-setgħat mogħtija lil kull uffiċjal awtorizzat skond il-
paragrafu (a) tas-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu u skond il-
paragrafu (b), safejn jirreferu għall-eżami ta’ xi oġġett, ta’ l-
imsemmi subartikolu jistgħu, meta xi uffiċjal awtorizzat hekk
jeħtieġ, jiġu eżerċitati minn xi uffiċjal tal-pulizija.
(3) Kull uffiċjal awtorizzat jista’, meta jaġixxi skond id-
disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu, ikun
mgħejjun minn uffiċjal tal-pulizija.
Kap. 31. 
Kap. 101. 
(4) Ebda ħaġa li tinsab fis-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu ma
għandha titqies li tneħħi r-responsabbiltà  ta’ xi uffiċjal awtorizzat
li ma jħarisx id-disposizzjonijiet ta’ l-Ordinanza dwar il-
Professjoni Medika u l-Professjonijiet li għandhom x’jaqsmu
magħħa jew ta’ l-Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi jew ta’ xi
regolamenti jew regoli magħmula bis-saħħa tagħhom, dwar it-teħid
ta’ xi mediċinali jew ta’ xi kampjun tagħhom.
(5) It-teħid ta’ kull oġġett skond il-paragrafu (b) tas-
subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu għandu, għall-finijiet ta’ dan l-Att
jew ta’ kull regolamenti magħmula bis-saħħa tiegħu, jitqies li hu
bejgħ ta’ dak l-oġġett.
(6) Fis-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu, l-espressjoni "kull
*Fis-seħħ għal dak li jirrigwarda mediċinali biss - vide l-Avviż Legali 263 ta’ l-
2002.
ĦWEJJEĠTA’L-IKEL,MEDIĊINALIUILMATAX-XORBġ K AP. 231.    15
oġġett" tinkludi - 
(a) kull ħwejjeġ ta’ l-ikel jew mediċinali, jew kull
sustanza li tkun tista’ tintuża fil-kompożizzjoni jew
fil-preparazzjoni ta’ xi ħwejjeġ ta’ l-ikel jew
mediċinali;
(b) kull ħaġa wżata jew li tista’ tintuża għall-manifattura,
preparazzjoni, konservazzjoni, ippakkjar jew ħażna
tagħha; u
(ċ) kull materjal għal tikkettjar jew reklam.
Setgħa li ħwejjeġ 
ta’ l-ikel jiġu 
eżaminati fil-waqt 
li jkunu qed 
jitqassmu. 
51. Imħassar bl-Att XIV.2002.52.
Tneħħija, eċċ., ta’ 
ħwejjeġ ta’ l-ikel 
maqbuda.
*52. (1) Ebda persuna, mingħajr il-permess bil-miktub ta’ l-
awtorità  sanitarja jew ta’ uffiċjal awtorizzat, ma għandha tneħħi,
tibdel, tbabas jew xort’oħra tmiss b’xi mod xi oġġett maqbud skond
id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
(2) Kull oġġett hekk maqbud jista’, skond kif jidhirlha l-
imsemmija awtorità  jew uffiċjal, jew jinżamm jew jiġi maħżun fil-
lokal jew fil-post fejn kien inqabad jew jitneħħa u jitqiegħed f’dak
il-lokal jew il-post l-ieħor kif l-imsemmija awtorità  jew uffiċjal
jista’ jordna.
Teħid ta’ 
kampjuni. 
Emendat: 
XIII. 1978.6.
53.# (1) Meta xi kampjun ta’ xi oġġett jittieħed skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 50 ta’ dan l-Att, l-uffiċjal awtorizzat
għandu jieħu kwantità  xierqa minn dak l-oġġett u għandu jinforma
lill-persuna li tkun dak il-ħin inkarigata minn dak l-oġġett (f’dan l-
artikolu imsejħa "il-bejjiegħ") li hu bi ħsiebu jibgħat il-kampjun
għal analisi jew eżami.
(2) Meta jittieħed xi kampjun kif intqal qabel, il-kwantità  hekk
meħuda, jekk hekk mitlub mill-bejjiegħ fil-waqt li jittieħed il-
kampjun u kemm-il darba fil-fehma ta’ l-uffiċjal awtorizzat il-qsim
tal-kwantità  meħuda ma jkunx prattikalment raġonevoli jew itellef
fl-analisi jew fl-eżami, għandha tinqasam fi tliet partijiet bejn
wieħed u ieħor indaqs, li minnhom parti waħda tingħata lill-
bejjiegħ u ż-żewġ partijiet l-oħra jinżammu mill-uffiċjal awtorizzat
għall-analisi jew eżami.
(3) Kull kampjun li jittieħed, jew kull parti tiegħu skond il-każ,
għandu - 
(a) jiġi issiġillat b’dak il-mod li ma jkunx jista’ jinfetaħ
mingħajr ma jinkiser is-siġill, u
(b) jiġi iffirmat, jew ikollu mwaħħal miegħu tikketta
iffirmata, kemm mill-bejjiegħ kif ukoll mill-uffiċjal
awtorizzat:
*Fis-seħħ għal dak li jirrigwarda mediċinali biss - vide l-Avviż Legali 263 ta’ l-
2002.
#Fis-seħħ għal dak li jirrigwarda mediċinali biss - vide l-Avviż Legali 285 ta’ l-
2002.
  16      KAP. 231. ħ   ĦWEJJEĠTA’L-IKEL,MEDIĊINALIUILMATAX-XORB
Iżda, jekk il-bejjiegħ ma jkunx jista’ jew ma
jkunx irid jiffirma l-kampjun, jew xi parti minnu, jew
it-tikketta, skond il-każ, il-firma fuqhom ta’ l-uffiċjal
awtorizzat tkun biżżejjed:
Iżda wkoll, jekk il-bejjiegħ ma jkunx jista’ jew
ma jkunx irid ikun preżenti matul it-teħid tal-kampjun,
l-uffiċjal awtorizzat jista’ jieħu l-kampjun minkejja n-
nuqqas ta’ dak il-bejjiegħ u, f’dak il-każ, id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu dwar il-firma tal-
bejjiegħ ma japplikawx.
(4) Meta uffiċjal awtorizzat jieħu kampjun minn makna tal-
bejgħ awtomatika, id-disposizzjonijiet tas-subartikoli ta’ qabel ta’
dan l-artikolu japplikaw daqslikieku r-riferenza għall-bejjiegħ
kienet sostitwita b’riferenza għall-persuna li isimha jkun jidher fuq
il-makna bħala li hi s-sid tagħha jew għall-persuna li hi
responsabbli għaliha.
(5) Meta uffiċjal awtorizzat jieħu kampjun ta’ xi oġġett
importat qabel ma dak l-oġġett jiġi rtirat mill-importatur jew mill-
aġent jew mir-rappreżentant tiegħu, id-disposizzjonijiet tas-
subartikoli (1), (2) u (3) ta’ dan l-artikolu għandhom japplikaw
daqslikieku minflok ir-riferenza għall-bejjiegħ kienet sostitwita
riferenza għall-importatur tiegħu.
Kull persuna jista’ 
jkollha ħwejjeġ ta’ 
l-ikel, eċċ., 
analizzati.
54.* Kull persuna, li ma tkunx uffiċjal awtorizzat, li tkun xtrat
ħwejjeġ ta’ l-ikel maħsuba għall-konsum mill-bniedem jew xi
mediċinali, jew xi sustanza li tista’ tintuża fil-kompożizzjoni jew
preparazzjoni ta’ xi ħwejjeġ ta’ l-ikel bħal dawk jew mediċinali,
tista’ tibgħat kampjun tagħhom lill-analista għall-analisi jew għal
eżami ieħor:
Iżda, meta dik il-persuna tavża lill-bejjiegħ tal-ħwejjeġ ta’
l-ikel, tal-mediċinali jew tas-sustanza, skond il-każ, bil-ħsieb
tagħha li tibgħat kampjun tagħhom biex jiġi analizzat jew eżaminat,
għandha ssir il-proċedura msemmija fl-artikolu 53 għat-teħid ta’
kampjun daqslikieku r-riferenzi għall-uffiċjal awtorizzat kienu
riferenzi għax-xerrej.
Teħid ta’ 
proċedimenti 
kriminali. 
55. Meta jkun hemm raġuni biżżejjed biex wieħed jaħseb li xi
persuna tkun kisret xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew
ta’ xi regolamenti magħmula bis-saħħa tiegħu, il-Pulizija għandha,
fuq ir-rapport ta’ l-awtorità  sanitarja, tiegħu proċedimenti kriminali
kontra l-ħati quddiem il-qorti kompetenti.
Setgħa tal-qorti li 
tinnomina esperti.
Emendat:
X. 1986.4. 
56. (1) Meta jkunu ttieħdu xi proċedimenti kif imsemmija fl-
artikolu 55 ta’ dan l-Att, il-qorti tista’ tordna li kull oġġetti
maqbuda jew kull kampjun meħud skond id-disposizzjonijiet ta’
dan l-Att jiġi eżaminat minn esperti nominati mill-qorti.
(2) Jekk l-oġġett maqbud jew il-kampjun meħud ikollu jiġi
analizzat, il-qorti għandha tinnomina, sabiex isir l-analisi, analista
wieħed jew aktar impjegat mid-dipartiment tas-saħħa:
*Fis-seħħ għal dak li jirrigwarda mediċinali biss - vide l-Avviż Legali 285 ta’ l-
2002.
ĦWEJJEĠTA’L-IKEL,MEDIĊINALIUILMATAX-XORBġ K AP. 231.    17
Iżda -
(a) meta l-proċedimenti quddiem il-qorti jkunu dwar xi
oġġett ta’ l-ikel li jkun ġie preskritt standard dwaru
skond dan l-Att, l-analista jew l-analisti li jiġu
nominati mill-qorti jistgħu jkunu wieħed jew aktar
mill-analisti mpjegati fl-analisi ta’ ħwejjeġ ta’ l-ikel
fid-dipartiment ta’ l-industrja; u
(b) meta l-proċedimenti quddiem il-qorti jkunu dwar reat
kontra xi waħda mid-disposizzjonijiet tat-Taqsima IV
ta’ dan l-Att jew kontra xi regolamenti magħmula taħt
dik it-Taqsima, f’kull każ dwar ħalib nej, jew jinkludu
xi reat bħal dak, l-analista jew l-analisti li għandhom
jiġu nominati mill-qorti jistgħu jkunu wieħed jew iżjed
mill-analisti mpjegati fl-analisi tal-ħalib f’impriża tal-
bejgħ tal-ħalib:
Iżda wkoll, jekk xi wieħed mill-imsemmija analisti jkun
diġà  għamel dik l-analisi qabel ma jkunu nbdew il-proċedimenti, il-
qorti titolbu li jikkonferma r-rapport tiegħu bil-ġurament iżda tista’
wkoll teħtieġ lil dak l-analista li jagħmel aktar stħarriġ u tista’
wkoll tinnomina esperti oħra biex jagħtu l-fehma tagħhom fuq ir-
riżultat ta’ l-analisi hekk magħmula.
(3) L-eżami jew l-analisi għandhom isiru fuq l-oġġetti kollha
maqbuda jew fuq parti biss minnhom kif il-qorti, bil-parir, jekk
ikun meħtieġ, ta’ l-esperti, tordna.
(4) Il-persuna jew il-persuni nominati kif intqal qabel
għandhom jagħmlu lill-qorti rapport bil-miktub liema rapport jiġi
konfermat bil-ġurament u jinqara fil-qorti miftuħa għall-pubbliku.
Reat u pieni. 
Emendat:
XIII. 1978. 7.
57. (1) Kull min ifixkel b’xi mod lil xi persuna fil-qadi ta’
dmirijietha skond dan l-Att jew skond xi regolamenti magħmula
bis-saħħa tiegħu, jew min jirrifjuta li jagħti kampjun lil uffiċjal
awtorizzat skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, jew xort’oħra
jfixkel it-teħid ta’ xi kampjun bħal dak minn uffiċjal awtorizzat,
jew min jonqos li jagħti xi informazzjoni li jkun meħtieġ li jagħti
skond jew għall-finijiet tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew ta’ xi
regolamenti magħmula bis-saħħa tiegħu, jew min, meta jagħti dik l-
informazzjoni, bid-dehen jagħmel dikjarazzjoni falza jew qarrieqa
dwar dan, ikun ħati ta’ reat kontra dan l-Att.
(2) Kull persuna li tikser jew li tonqos milli tħares xi
disposizzjoni ta’ dan l-Att jew ta’ xi regolamenti magħmula bis-
saħħa tiegħu tkun ħatja ta’ reat kontra dan l-Att.
(3) Kull min jinsab ħati ta’ reat kontra dan l-Att jeħel, meta
jinsab ħati għall-ewwel darba, multa ta’ mhux inqas minn ħamsin
lira u mhux iżjed minn mitejn lira jew priġunerija għal żmien ta’
minn xahar sa tliet xhur jew dik il-multa u priġunerija flimkien, u,
meta jinsab ħati għat-tieni darba u għad-drabi ta’ wara, multa ta’
mhux inqas minn mitt lira u mhux iżjed minn erba’ mitt lira jew
priġunerija għal żmien ta’ minn xahrejn sa sitt xhur jew dik il-
multa u priġunerija flimkien:
Iżda, meta r-reat ikun, fil-fehma tal-qorti, ta’ natura ħafifa,
  18      KAP. 231. ħ   ĦWEJJEĠTA’L-IKEL,MEDIĊINALIUILMATAX-XORB
il-piena li għandha tingħata tkun ammenda ta’ minn ħamsa sa
għaxar liri fil-każ ta’ l-ewwel reat u ta’ minn għaxra sa għoxrin lira
fil-każ tat-tieni reat jew reat sussegwenti:
Iżda wkoll, fil-każ ta’ reat permanenti, il-ħati jeħel ukoll
multa ta’ mhux iżjed minn ħames liri għal kull ġurnata li matulha r-
reat ikompli wara li jkun instab ħati:
Kap. 9. 
Iżda fl-aħħarnett, meta l-ħati jkun jista’ jeħel piena akbar
skond il-Kodiċi Kriminali jew skond xi liġi oħra, għandhom
japplikaw id-disposizzjonijiet ta’ dak il-Kodiċi jew tal-liġi l-oħra.
Tneħħija ta’ 
inkonvenjenti, eċċ.
58. (1) Meta persuna tinsab ħatja ta’ reat kontra dan l-Att, il-
qorti għandha, meta jkun meħtieġ, barra li tagħti l-piena, tordna
lill-ħati li jneħħi kull inkonvenjent li jinqala’ mir-reat jew, jekk iċ-
ċirkostanzi hekk jeħtieġu, li jħares il-liġi, f’kull każ f’dak iż-żmien
li jista’ jiġi stabbilit mill-qorti għal dak l-għan, u, f’każ ta’ nuqqas
ta’ tħaris ta’ xi ordni bħal dak, hu jeħel multa oħra ta’ mhux iżjed
minn ħames liri għal kull ġurnata ta’ nuqqas ta’ tħaris wara li
jgħaddi ż-żmien stabbilit kif intqal qabel.
(2) Il-qorti għandha fuq rikors għal hekk mill-Pulizija f’kull
żmien wara li persuna tkun instabet ħatja ta’ reat fil-każ ta’ raġuni
li tiġri wara jew, f’kull każ ieħor, wara li jgħaddi ż-żmien mogħti
mill-qorti skond is-subartikolu (1) jew imġedded skond is-
subartikolu (6) ta’ dan l-artikolu, tawtorizza lill-Pulizija li tneħħi l-
inkonvenjent jew li tinforza xort’oħra l-liġi għas-spejjeż tal-ħati, li,
f’kull każ, jista’ jiġi mġiegħel iħallas lura dawk l-ispejjeż b’mandat
maħruġ mill-imsemmija qorti.
(3) Jekk il-ħati jkun nieqes minn Malta jew ikun ħarab jew,
minħabba diżordni mentali jew minħabba defiċjenza oħra fiżika,
ma jkunx jista’ jidher quddiem il-qorti u l-awtorità  sanitarja
tiċċertifika bil-ġurament li jkun meħtieġ b’urġenza li dak l-
inkonvenjent jitneħħa jew li l-liġi għandha xort’oħra tiġi nfurzata,
il-qorti għandha tordna li ċ-ċitazzjoni tiġi notifikata lir-
rappreżentant leġittmu tal-ħati jew lill-persuna li jkollha l-kustodja
tal-ħati jew lill-persuna li jkollha f’idejha l-amministrazzjoni tal-
proprjetà  tiegħu jew, fin nuqqas ta’ xi rappreżentant jew persuna
magħrufa kif intqal qabel, lil żewġ jew mart jew iben jew bint il-
ħati. F’kull każ bħal dan, jekk l-inkonvenjent jew in-nuqqas ta’
tħaris tal-liġi jiġu ppruvati, il-qorti għandha tapplika d-
disposizzjonijiet tas-subartikolu (2) ta’ dan l-artikolu jew, f’każijiet
xierqa, id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1).
(4) Meta minħabba xi raġuni n-notifika taċ-ċitazzjoni kif
provdut fis-subartikolu (3) ta’ dan l-artikolu ma tkunx tista’ ssir
jew meta l-ħati ma jkunx magħruf jew ma jkunx hemm ħjiel tal-
persuna li tkun responsabbli għall-inkonvenjent jew għan-nuqqas
ta’ tħaris tal-liġi, il-qorti għandha tapplika d-disposizzjonijiet tas-
subartikolu (2) ta’ dan l-artikolu fuq rikors biss ta’ l-awtorità
sanitarja li tikkonferma bil-ġurament li hemm dak l-inkonvenjent
jew dak in-nuqqas ta’ tħaris u l-urġenza li l-inkonvenjent għandu
jitneħħa jew li l-liġi tiġi infurzata.
(5) F’kull wieħed mill-każijiet ittrattati fis-subartikoli (3) u (4)
ta’ dan l-artikolu, il-qorti għandha, safejn għandu x’jaqsam l-għoti
ĦWEJJEĠTA’L-IKEL,MEDIĊINALIUILMATAX-XORBġ K AP. 231.    19
ta’ xi piena għar-reat, taġġorna l-proċedimenti sakemm il-ħati jkun
jista jattendi għall-proċeduri jew jerġa’ lura Malta jew isir magħruf
u jkun jista’ jidher quddiemha.
(6) Ebda żmien stabbilit mill-qorti skond is-subartikolu (1) ta’
dan l-artikolu ma jista’ jiġi mġedded aktar minn darba ħlief bil-
kunsens ta’ l-awtorità  sanitarja.
Konfiska ta’ 
ħwejjeġ ta’ l-ikel, 
eċċ., u tħassir ta’ 
liċenza.
59. (1) Meta reat kontra xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’
dan l-Att jew xi regolamenti magħmula bis-saħħa tiegħu jiġi
ppruvat li jkun sar, il-qorti għandha tordna l-konfiska tal-ħwejjeġ
ta’ l-ikel jew tal-mediċinali, skond il-każ, li għalihom ikun jirreferi
r-reat, ukoll jekk il-persuna akkużata tkun ġiet liberata mill-qorti:
Iżda l-qorti tista’ fid-diskrezzjoni tagħha, u fuq it-talba tal-
persuna misjuba ħatja ta’ xi reat tali, tħalli lil dik il-persuna li tuża
dawk il-ħwejjeġ ta’ l-ikel għal xi għan industrijali, jew, fil-każ li
jkunu ġew importati, li tesportahom mill-ġdid wara li l-imsemmija
ħwejjeġ ta’ l-ikel ikunu ġew hekk trattati kif il-qorti tkun ordnat
sabiex ma jkunux jistgħu jintużaw għall-konsum mill-bniedem:
Iżda wkoll, qabel ma tagħti l-imsemmi permess, il-qorti
għandha tisma’ bil-ġurament lill-awtorità  sanitarja u għandha
tordna li jiġi sospiż l-ordni għall-konfiska ta’ l-imsemmija ħwejjeġ
ta’ l-ikel sakemm igħaddi ż-żmien stabbilit mill-qorti għall-ħwejjeġ
ta’ l-ikel li jkunu biex jiġu esportati mill-ġdid jew jiġu trattati kif
intqal qabel taħt it-tmexxija ta’ l-imsemmija awtorità .
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (3) ta’ l-
artikolu 21 ta’ dan l-Att, meta xi persuna tkun misjuba ħatja ta’ reat
kontra xi disposizzjoni ta’ dan l-Att, jew ta’ xi regolamenti
magħmula bis-saħħa tiegħu, il-qorti li hekk issibha ħatja għandha,
fuq it-talba tas-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika, tissospendi
għall-perijodu ta’ minn xahar sa sitt xhur kif il-qorti jidhirlha
xieraq kull liċenza f’isem dik il-persuna.
Reati minn 
kumpannija, eċċ.
60. Meta l-persuna ħatja ta’ reat kontra xi disposizzjoni ta’ dan
l-Att jew ta’ xi regolamenti magħmula bis-saħħa tiegħu tkun
kumpannija jew għaqda jew korp ieħor ta’ persuni, kull persuna li,
fiż-żmien ta’ l-egħmil tar-reat, kienet direttur, manager, segretarju
jew uffiċjal ieħor bħal dawn ta’ dik il-kumpannija, għaqda jew korp
ieħor ta’ persuni jew kienet tidħer li qed taġixxi f’xi kariga bħal dik
titqies li tkun ħatja ta’ dak ir-reat kemm-il darba ma tipprovax li
dak ir-reat ikun sar mingħajr it-tagħrif tagħha u li kienet eżerċitat
id-diliġenza kollħa xierqa biex ma jsirx ir-reat.
Ħlas ta’ drittijiet 
għal analisi, eċċ., u 
kumpens għal 
ħsarat ta’ oġġetti.
61. (1) Meta persuna tkun instabet ħatja ta’ reat kontra xi
disposizzjoni ta’ dan l-Att jew ta’ xi regolamenti magħmula bis-
saħħa tiegħu, il-qorti tista’, barra milli tikkundanna lil min jagħmel
ir-reat għall-piena li għandha tiġi applikata skond il-liġi, tordnalha
li tħallas id-drittijiet, jew parti minnhom, li jkollhom jitħallsu lill-
persuna jew lill-persuni li jkunu għamlu l-esami jew l-analisi,
skond il-każ, skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 56 ta’ dan l-
Att.
(2) Meta persuna tkun akkużata b’reat kontra xi disposizzjoni
ta’ dan l-Att jew ta’ xi regolamenti magħmula bis-saħħa tiegħu iżda
  20      KAP. 231. ħ   ĦWEJJEĠTA’L-IKEL,MEDIĊINALIUILMATAX-XORB
tinsab mhux ħatja ta’ dak ir-reat, il-qorti tista’, jekk jidhrilha xieraq
skond iċ-ċirkostanzi tal-każ, tordna lill-Gvern, kif rappreżentat
mid-dipartiment tas-saħħa, li jħallas lil dik il-persuna ammont
stabbilit mill-qorti bħala kumpens għal xi ħsara li tkun saret fl-
oġġetti maqbuda jew f’xi parti minnhom, bl-eżami jew bl-analisi
msemmi fis-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu.
Meta l-akkużat 
jakkuża persuna 
oħra bħala l-ħati.
62. Persuna akkużata b’reat kontra xi disposizzjoni ta’ dan l-
Att jew ta’ xi regolamenti magħmula bis-saħħa tiegħu jkollha, fuq
informazzjoni mogħtija minnha lill-qorti fil-ġurnata stabbilita
għas-smigħ tal-kawża u qabel ma jibda s-smigħ tagħha, id-dritt li xi
persuna, li minħabba l-egħmil jew in-nuqqas tagħha hija tallega li
r-reat kontra d-disposizzjonijiet in kwistjoni jkun sar, tinġieb
quddiem il-qorti fil-proċedimenti; u jekk, wara li l-egħmil tar-reat
ikun ġie ippruvat, l-akkużat oriġinali jipprova għas-sodisfazzjon
tal-qorti li l-imsemmija persuna l-oħra tkun għamlet ir-reat
mingħajr it-tagħrif, il-kunsens jew ir-rieda tiegħu, l-imsemmija
persuna l-oħra tiġi akkużata bir-reat u l-akkużat oriġinali għandu
jiġi liberat, bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 59 ta’ dan
l-Att.
Meta garanzija 
tista’ tinġieb bħala 
difiża.
63. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu,
f’kull proċedimenti dwar reat skond dan l-Att jew skond
regolamenti magħmula bis-saħħa tiegħu, li jkun reat li jikkonsisti
fil-bejgħ, jew offerta, wiri jew reklam għall-bejgħ, jew li jkollu fil-
pussess tiegħu għall-bejgħ, xi oġġett jew sustanza, l-akkużat ikun
jista’ jiddefendi ruħu billi jipprova -
(a) li hu jkun xtrah bħala oġġett jew sustanza li tista’
legalment tinbiegħ jew xort’oħra trattata kif intqal
qabel, jew, skond il-każ, li tkun tista’ tiġi hekk
mibjugħa jew trattata taħt l-isem jew id-deskrizzjoni
jew għall-għan li bih jew li għalih ikun biegħha jew
ittratta biha, u b’garanzija bil-miktub f’dak is-sens;
(b) li hu ma kellu ebda raġuni li jaħseb, fiż-żmien ta’ l-
egħmil tar-reat allegat, li kien xort’oħra; u
(ċ) li kienet, fiż-żmien ta’ l-egħmil tar-reat allegat, fl-
istess stat bħal meta kien xtraha.
(2) Ebda garanzija mogħtija minn persuna residenti barra minn
Malta ma tkun difiża f’xi proċedimenti kif imsemmija qabel jekk l-
akkużat ma jipprovax li hu kien ħa l-passi xierqa kollha biex
jiżgura, u fil-fatt hu kien jemmen, l-eżatezza tad-dikjarazzjoni li
tinsab f’dik il-garanzija.
(3) Meta l-akkużat f’xi proċedimenti bħal dawk ikun impjegat
jew aġent tal-persuna li tkun xtrat l-oġġett jew is-sustanza taħt
garanzija, hu jkollu dritt li japplika d-disposizzjonijiet ta’ dan l-
artikolu bl-istess mod kif il-prinċipal tiegħu kien ikollu dritt
jagħmel li kieku kien l-akkużat.
(4) Meta l-akkużat f’xi proċedimenti bħal dawk ikun ġie liberat
bis-saħħa tad-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-artikolu, jistgħu
jinbdew proċedimenti ġodda kontra l-persuna li tkun allegata li
għamlet il-garanzija li l-akkużat fil-proċedimenti oriġinali kien
qagħad fuqha.
ĦWEJJEĠTA’L-IKEL,MEDIĊINALIUILMATAX-XORBġ K AP. 231.    21
(5) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu u ta’ l-artikolu li jaħbat wara
dan, isem jew deskrizzjoni mniżżla f’fattura għandha titqies li hija
garanzija bil-miktub li l-oġġett jew is-sustanza li għaliha jirreferi t-
tniżżil tista’ tinbiegħ jew xort’oħra tiġi trattata taħt dak l-isem jew
dik id-deskrizzjoni.
Reati dwar 
garanziji mogħtija. 
64. (1) Akkużat li, f’xi proċedimenti skond dan l-Att, bir-
rieda japplika għal xi oġġett jew sustanza garanzija mogħtija dwar
xi oġġett ieħor jew sustanza oħra jkun ħati ta’ reat kontra dan l-Att.
(2) Persuna li, dwar xi oġġett jew sustanza mibjugħa minnha, li
tkun oġġett jew sustanza li dwarha tista’ teċċepixxi garanzija skond
id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 63 ta’ dan l-Att, tagħti lix-xerrej
garanzija falza bil-miktub, tkun ħatja ta’ reat kontra dan l-Att,
kemm-il darba ma tipprovax li meta tat il-garanzija hija kellha
raġuni taħseb li d-dikjarazzjonijiet jew id-deskrizzjoni li tkun
tinsab fiha kienet eżatta jew li tkun tat dik il-garanzija iktar minn
sena qabel ma l-proċedimenti jkunu nbdew kontriha.
Uffiċjal 
prosekutur.
65. (1) Meta l-proċedimenti jkunu nbdew mill-Pulizija, kull
uffiċjal mediku tas-saħħa, veterinarju tal-gvern jew spettur tas-
saħħa, inkarigati mis-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika, jista’ jġib
l-akkuża quddiem il-qorti, iġib provi u jmexxi l-kawża minflok il-
Pulizija.
(2) Id-dikjarazzjoni bil-ġurament ta’ kull wieħed mill-uffiċjali
msemmija fis-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu fis-sens li jkun ġie
inkarigat mis-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika għall-għan li
jinsab f’dak is-subartikolu tkun prova finali tal-fatt jekk l-akkużat
jitlob il-prova tiegħu.
Xiehda mill-
uffiċjal prosekutur.
66. (1) Kull wieħed mill-uffiċjali msemmija fis-subartikolu
(1) ta’ l-artikolu 65 ta’ dan l-Att jista’ jissejjaħ bħala xhud fuq it-
talba ta’ l-akkużat.
(2) Meta, iżda, ix-xieħda ta’ dak l-uffiċjal tkun mitluba mill-
Pulizija, l-imsemmi uffiċjal għandu jinstema’ qabel ma jibda d-
dmirijiet ta’ uffiċjal prosekutur, kemm-il darba l-ħtieġa tax-xiehda
tiegħu ma tinqalax aktar tard fil-proċedimenti.
Ġbir ta’ danni mill-
parti li tbati l-
ħsara.
67. Kull danni li jkunu dovuti dwar xi reat kontra dan l-Att
għandhom jinġabru mill-parti li tbati l-ħsara bħala dejn ċivili.
Distruzzjoni bil- 
kunsens. 
68. Meta xi ħwejjeġ ta’ l-ikel jew xi mediċinali jkunu ġew
maqbuda skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, u s-sid tagħhom
jagħti l-kunsens bil-miktub biex dawk il-ħwejjeġ ta’ l-ikel jew il-
mediċinali jiġu distrutti, is-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika jista’
jordna li l-imsemmija ħwejjeġ ta’ l-ikel jew mediċinali jiġu
distrutti bla preġudizzju għat-teħid ta’ xi proċedimenti kontra l-
persuna responsabbli għar-reat.
Liċenzi.
dan l-Att jew ta’ xi regolamenti magħmula bis-saħħa tiegħu tiskadi
fil-wieħed u tletin ta’ Diċembru tas-sena tal-ħruġ jew tat-tiġdid
tagħha.
(2) Ebda liċenza maħruġa skond xi disposizzjoni ta’ dan l-Att
  22      KAP. 231. ħ   ĦWEJJEĠTA’L-IKEL,MEDIĊINALIUILMATAX-XORB
jew ta’ xi regolamenti magħmula bis-saħħa tiegħu ma għandha
titqies li teħles mill-ħtieġa ta’ xi liċenza oħra jew permess ieħor
impost b’xi disposizzjoni oħra ta’ dan l-Att jew ta’ xi regolamenti
jew ta’ xi liġi oħra li tkun f’dak iż-żmien fis-seħħ.
Riżerva. 
Emendat:
XIII. 1978.9.
70. Imħassar bl-Att XIV.2002.52.
