AVJAZZJONIĊIVILI    1
KAPITOLU 232
ATT DWAR L-AVJAZZJONI ĊIVILI 
Biex jirregola l-avjazzjoni ċivili.
17 ta’ Ottubru, 1972;
21 ta’ Marzu, 1973
L-ATT XLIII ta’ l-1972, u ġie emendat bl-Atti XXXII ta’ l-1979, XXXVII ta’ l-1988, XX ta’ l-
1989, XX ta’ l-1998 u IX ta’ l-2003.
TAQSIM TA’ L-ATT
Artikoli 
Taqsima I. Preliminari  1-2 
Taqsima II. Kontroll ta’ l-Avjazzjoni Ċivili  3-10
Ġenerali  3- 5
Liċenzjar għal ċertu titjir  6-10 
Taqsima III.  Żvilupp ta’ l-Avjazzjoni Ċivili  11 
Taqsima IV.  Responsabbiltà  għal ħsara, eċċ., li ssir minn inġenji
ta’ l-ajru  12-14 
Taqsima V.  Mixxellanji  15-17 
Taqsima VI. Supplementali  18-22 
  2      KAP. 232. ħ          AVJAZZJONIĊIVILI
TAQSIMA I 
PRELIMINARI
Titolu fil-qosor.  1. It-titolu fil-qosor ta’ dan l-Att huwa l-Att dwar l-
Avjazzjoni Ċivili.
Tifsir.
Emendat:
IX. 2003.26.
2. (1) F’dan l-Att, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra - 
Kap. 218.
''ċertifikat ta’ operatur ta’ l-ajru'' tfisser ċertifikat mogħti taħt l-
artikolu 4 ta’ l-Att dwar l-Avjazzjoni Ċivili (Ċertifikati ta’
Operaturi ta’ l-Ajru);
''Direttur'' tfisser id-Direttur ta’ l-Avjazzjoni Ċivili;
"Gazzetta" tfisser il-Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta;
''impriża tat-trasport bl-ajru'' tfisser impriża li l-kummerċ tagħha
jinkludi l-ġarr bl-ajru ta’ passiġġieri jew ta’ merkanzija b’kiri jew
bi ħlas;
''kontroll effettiv'' tfisser relazzjoni kostitwita bi drittijiet,
kuntratti jew b’kull mezz ieħor li, jew separatament jew
konġuntement u fil-qies tal-konsiderazzjonijiet ta’ fatt jew liġi
involuti, jagħtu l-possibilità  ta’ l-eżerċizzju dirett jew indirett ta’
influwenza deċiżiva fuq impriża, b’mod partikolari:
(a) bid-dritt li jintuża l-attiv kollu ta’ l-impriża, jew parti
minnu;
(b) bid-drittijiet jew kuntratti li jagħtu influwenza
deċiżiva fuq il-kompożizzjoni, l-ivvutar jew
deċiżjonijiet tal-korpi ta’ impriża jew xort’oħra jagħtu
influwenza deċiżiva fuq il-ġestjoni tal-kummerċ ta’ l-
impriża;
"kumpens", dwar xi titjira minn inġenji ta’ l-ajru, tinkludi kull
xorta ta’ korrispettiv riċevut jew li għandu jiġi riċevut għal kollox
jew f’parti dwar jew in konnessjoni ma titjira, tkun min tkun il-
persuna li tkun tat jew tkun se tagħti l-korrispettiv jew il-persuna li
tkun irċevietu jew tkun se tirċevih;
"liċenza għal servizz bl-ajru" tfisser liċenza taħt l-artikolu 7;
"Malta" għandha l-istess tifsir kif mogħti lilha bl-artikolu 124
tal-Kostituzzjoni ta’ Malta;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-avjazzjoni ċivili
u, safejn tingħata awtorità , kull persuna awtorizzata għal hekk minn
dak il-Ministru;
"operatur", dwar inġenji ta’ l-ajru, tfisser il-persuna li f’dak il-
ħin ikollħa t-tmexxija ta’ dawk l-inġenji, u espressjonijiet imnisslin
minnha għandhom jiftehmu skond hekk;
"persuna" tinkludi għaqda jew korp ta’ persuni, kemm jekk
ikollhom personalità  ġuridika kemm jekk le;
"preskritt" tfisser preskritt b’regolamenti jew b’ordni skond dan
l-Att;
AVJAZZJONIĊIVILI    3
"servizz ta’ trasport bl-ajru" tfisser il-ġarr b’kumpens ta’
passiġġieri jew ta’ posta jew ta’ merkanzija bl-ajru;
''Stat Membru'' tfisser stat li jkun membru ta’ l-Unjoni Ewropea;
"tariffa", dwar kull servizz ta’ trasport bl-ajru, tfisser in-nol
għall-ġarr ta’ passiġġieri jew ta’ merkanzija (inklużi kull drittijiet
għall-ġarr ta’ posta) li jintalab u kull kondizzjonijiet li fuqhom
jiddependu dawk in-nolijiet;
Kap. 460.
dwar l-Unjoni Ewropea;
"telf jew ħsara", dwar persuni, tinkludi telf ta’ ħajja u korriment;
''Unjoni Ewropea'' tfisser l-Unjoni Ewropea msemmija fit-
Trattat.
(2) Il-Ministru jista’ b’ordni minn żmien għal żmien jestendi t-
tifsira ta’ Stat Membru għal xi Stat li jkun assoċjat ma’ l-Unjoni
Ewropea fi ħdan l-Area Ekonomika Ewropea jew kull assoċjazzjoni
bħal dik ma’ l-Unjoni Ewropea u jista’ b’ordni sussegwenti
jemenda, jirrevoka jew jissostitwixxi kull ordni bħal dak.
TAQSIMA II
KONTROLL TA’ L-AVJAZZJONI ĊIVILI
Ġenerali 
Setgħa biex jiġu 
applikati 
konvenzjonijiet 
internazzjonali u 
biex tiġi 
kkontrollata n-
navigazzjoni ta’ l-
ajru.
Emendat:
XX. 1998.30.
3. (1) Il-Ministru jista’ b’regolament jew b’ordni jipprovdi
kif jidhirlu meħtieg jew spedjent - 
(a) biex issir jew tiġi applikata kull konvenzjoni
internazzjonali jew kull ftehim ieħor internazzjonali
dwar l-avjazzjoni ċivili li tiegħu Malta tkun jew tkun
bi ħsiebha ssir parti;
(b) b’mod ġenerali biex tkun kontrollata n-navigazzjoni
fl-ajru;
(ċ) biex tiġi preskritta jew jiġi provdut għal kull ħaġa li
għandha jew li tista’ tiġi preskritta skond dan l-Att.
(2) Il-Ministru jista’ b’regolamenti jew b’ordni jipprovdi -
(a) għar-reġistrazzjoni ta’ inġenji ta’ l-ajru f’Malta;
(b) biex jipprojbixxi inġenji ta’ l-ajru milli jtiru jekk ma
jkunx hemm dwarhom ċertifikati li huma tajbin biex
itiru maħruġa jew validati skond ir-regolamenti jew l-
ordni u ħlief bit-tħaris ta’ dawk il-kondizzjonijiet dwar
manutenzjoni u tiswija li jiġu speċifikati fir-
regolamenti jew fl-ordni;
(ċ) għall-għoti ta’ liċenza, għall-ispezzjonar u għall-
kontroll ta’ ajruporti, għad-dħul f’fabbriki ta’ l-inġenji
ta’ l-ajru sabiex jiġi spezzjonat xogħol li jsir fihom
dwar inġenji ta’ l-ajru jew partijiet tagħhom u biex
  4      KAP. 232. ħ          AVJAZZJONIĊIVILI
jipprojbixxi jew jikkontrolla l-użu ta’ ajruporti
mingħajr liċenza;
(d) biex jipprojbixxi persuni milli jaħdmu fi, jew milli
jkunu mpjegati in konnessjoni ma’, navigazzjoni fl-
ajru f’dawk il-karigi li jiġu speċifikati fir-regolamenti
jew fl-ordni ħlief skond id-disposizzjonijiet dwar hekk
li jkunu jinsabu fir-regolamenti jew fl-ordni, u għall-
għoti ta’ liċenzi lil dawk li jkunu mpjegati f’ajruporti
fl-ispezzjonar jew fis-sorveljanza ta’ inġenji ta’ l-ajru;
(e) dwar il-kondizzjonijiet li taħthom, u b’mod partikolari
l-ajruporti li għalihom jew minnhom, inġenji ta’ l-ajru
li jaslu jew jitilqu Malta jistgħu jtiru, u dwar il-
kondizzjonijiet li taħthom inġenji ta’ l-ajru jistgħu
jtiru minn parti għall-oħra ta’ Malta;
(f) dwar il-kondizzjonijiet li taħthom passiġġieri u
merkanzija jistgħu jinġarru bl-ajru u li taħthom inġenji
ta’ l-ajru jistgħu jintużaw għal skopijiet oħra
kummerċjali, industrjali u ta’ qliegħ, u dwar il-
projbizzjoni ta’ ġarr bl-ajru ta’ merkanzija ta’ dawk il-
klassijiet li jiġu speċifikati fir-regolamenti jew fl-
ordni;
(g) biex jitnaqqas jew jiġi evitat tfixkil fl-użu jew fl-
effikaċja ta’ apparat użat in konnessjoni man-
navigazzjoni fl-ajru u għall-projbizzjoni jew
ikkontrollar ta’ l-użu ta’ l-imsemmi apparat u l-wiri ta’
sinjali u dwal li x’aktarx jipperikolaw l-inġenji ta’ l-
ajru;
(h) b’mod ġenerali biex jiġu żgurati l-ħarsien mill-periklu,
l-effiċjenza u r-regolarità  tan-navigazzjoni fl-ajru u l-
ħarsien mill-periklu ta’ inġenji ta’ l-ajru u ta’ persuni u
proprjetà  li jinġarru fihom, biex jiġi evitat li inġenji ta’
l-ajru joħolqu periklu lil persuni oħra u lil proprjetà  u,
b’mod partikolari, biex jinżammu inġenji ta’ l-ajru
għal kull wieħed mill-għanijiet speċifikati f’dan il-
paragrafu;
(i) li jesiġi li persuni li jaħdmu fi, jew ħuma impjegati fi
jew in konnessjoni ma’, in-navigazzjoni fl-ajru biex
jagħtu informazzjoni meterjoloġika għall-finijiet tan-
navigazzjoni fl-ajru;
(j) biex jiġi kontrollat l-egħmil ta’ sinjali jew
komunikazzjonijiet oħra minn jew lil inġenji ta’ l-ajru
jew minn jew lil persuni li jinġarru fihom;
(k) sabiex jiġi stabbilit kull distintiv, u biex jiġi kontrollat
l-użu ta’ kull distintiv li jkun diġà  stabbilit sew
b’regolamenti jew b’ordni jew xort’oħra, għall-finijiet
li għandhom x’jaqsmu man-navigazzjoni fl-ajru;
(l) biex jipprojbixxi inġenji ta’ l-ajru milli jtiru fuq dawk
l-arei f’Malta li jiġu speċifikati fir-regolamenti jew fl-
ordni;
(m) sabiex jiġu applikati, adattati jew modifikati l-liġijiet
AVJAZZJONIĊIVILI    5
tad-dwana għall-ajruporti u għal inġenji ta’ l-ajru u
għal persuni u proprjetà  li jinġarru fihom u biex jiġi
mħares il-kuntrabandu bl-ajru, u biex titħalla in
konnessjoni man-navigazzjoni fl-ajru, taħt dawk il-
kondizzjonijiet li fil-fehma tal-Ministru jkunu
meħtieġa jew spedjenti għat-tħaris tad-dħul ta’ flus, l-
importazzjoni ta’ merkanzija f’Malta mingħajr ħlas
tad-dazju;
(n) dwar il-mod u l-kondizzjonijiet tal-ħruġ, validazzjoni,
tiġdid, estensjoni jew tibdil ta’ kull ċertifikat, liċenza
jew dokument ieħor meħtieġ bir-regolamenti jew bl-
ordni (inklużi l-eżamijiet u l-provi li għandhom isiru),
u dwar il-forma, il-kustodja, il-produzzjoni, it-tħassir,
is-sospensjoni, il-kontrosenjar u l-għoti lura ta’ kull
dokument bħal dak;
(o) biex jiġu regolati d-drittijiet li għandhom jintalbu
għall-użu ta’ ajruport u ta’ servizzi mogħtija f’dawk l-
ajruporti;
(p) sabiex jiġu preskritti d-drittijiet li għandhom jitħallsu
dwar il-ħruġ, il-validazzjoni, it-tiġdid, l-estensjoni jew
it-tibdil ta’ kull ċertifikat, liċenza jew dokument ieħor
jew dwar kull eżami jew prova meħtieġa bir-
regolamenti jew l-ordni u dwar kull ħwejjeġ oħra li
dwarhom fil-fehma tal-Ministru jkun spedjent għall-
fini tar- regolamenti jew ta’ l-ordni li jintalbu drittijiet;
(q) biex jiġu eżentati mid-disposizzjonijiet tar-
regolamenti jew ta’ l-ordni jew ta’ xi wħud minnhom
kull inġenji ta’ l-ajru jew persuni jew xi klassi ta’
inġenji ta’ l-ajru jew persuni.
(3) Regolamenti jew ordnijiet magħmula skond dan l-artikolu
jistgħu jagħmlu disposizzjonijiet differenti dwar klassijiet
differenti ta’ inġenji ta’ l-ajru, ajruporti, persuni jew proprjetà  jew
dwar ċirkostanzi differenti u dwar partijiet differenti ta’ Malta.
(4) Regolamenti jew ordnijiet magħmula skond dan l-artikolu
jistgħu, sabiex jiġi żgurat it-tħaris tad-disposizzjonijiet tagħhom,
jipprovdu għat-twaħħil ta’ pieni li ma jkunux iktar minn multa ta’
elf lira u priġunerija għal żmien ta’ sitt xhur, u, fil-każ ta’ xi
disposizzjoni li jkollha effett bis-saħħa tal-paragrafu (1) tas-
subartikolu (2), jistgħu wkoll għal dak il-għan jipprovdu għat-teħid
ta’ dawk il-miżuri (inkluż l-isparar fuq inġenji ta’ l-ajru) kif jista’
jiġi speċifikat fir-regolamenti jew fl-ordni.
Stħarriġ ta’ 
inċidenti. 
4. (1) Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti jew ordnijiet li
jipprovdu għall-istħarriġ ta’ kull inċident li jinqala’ minn jew fil-
kors ta’ navigazzjoni fl-ajru, u li jiġri jew f’Malta jew fuq Malta
jew li jiġri x’imkien ieħor lil inġenji ta’ l-ajru reġistrati f’Malta.
(2) Regolamenti jew ordnijiet magħmula skond dan l-artikolu
jista’ jkun fihom disposizzjonijiet -
(a) li jeħtieġu li jingħata avviż ta’ kull inċident bħal dak
b’dak il-mod u minn dawk il-persuni kif jiġi speċifikat
fir-regolamenti;
  6      KAP. 232. ħ          AVJAZZJONIĊIVILI
(b) li japplikaw, b’modifika jew mingħajrha, għall-fini ta’
stħarriġ li jsir dwar xi inċident bħal dak, kull waħda
mid-disposizzjonijiet ta’ kull liġi oħra dwar stħarriġ
f’każijiet ta’ inċidenti;
(ċ) li jipprojbixxu, sakemm isir l-istħarriġ, dħul jew indħil
f’xi inġenji ta’ l-ajru li jkun ġralhom inċident, u li
jawtorizzaw lil kull persuna, safejn ikun meħtieġ
għall-fini ta’ l-istħarriġ, li tidħol fi, teżamina, tneħħi,
tieħu miżuri għall-konservazzjoni ta’, jew xort’oħra
tittratta dwar, dawk l-inġenji ta’ l-ajru;
(d) li jawtorizzaw jew jeħtieġu t-tħassir, is-sospensjoni, il-
kontrosenja jew it-teħid lura ta’ kull liċenza jew
ċertifikat mogħti skond xi waħda mid-disposizzjonijiet
ta’ qabel ta’ dan l-Att jew skond xi regolamenti jew
ordni magħmula, jew li jkollhom effett daqslikieku
kienu magħmula, bis-saħħa tiegħu, meta jkun jidher
minn stħarriġ li l-liċenza jew iċ-ċertifikat għandu
jitħassar, jiġi sospiż, jiġi kontrosenjat jew jittieħed
lura, u li jeħtieġu l-produzzjoni ta’ dik il-liċenza jew
dak iċ-ċertifikat sabiex jiġi hekk trattat.
(3) Jekk xi persuna tikser jew tonqos li tħares xi regolament
jew ordni magħmul jew li jkollu effett daqslikieku kien magħmul
skond dan l-artikolu, teħel meta tinsab ħatja multa ta’ mhux iżjed
minn mitejn lira jew priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn
tliet xhur.
Titjir perikoluż. 5. (1) Meta inġenji ta’ l-ajru jittajru b’mod illi joħolqu
periklu bla ħtieġa lil xi persuna jew proprjetà  fuq l-art jew fuq il-
baħar, il-bdot jew il-persuna li tkun inkarigata minnhom, u wkoll
sidhom kemm-il darba ma jippruvax għas-sodisfazzjon tal-qorti li
l-inġenji hekk ittajjru mingħajr ħtija jew kunsens tiegħu, jeħlu meta
jinsabu ħatja multa ta’ mhux iżjed minn elf lira jew priġunerija għal
żmien ta’ mhux iżjed minn sitt xhur jew dik il-multa u priġunerija
flimkien.
(2) F’dan l-artikolu "sid" dwar inġenji ta’ l-ajru tinkludi kull
persuna li jkollha b’kera l-inġenji fil-ħin tar-reat.
(3) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu jkunu b’żieda u mhux
b’deroga tas-setgħat mogħtija lill-Ministru bl-artikolu 3.
Liċenzjar għal ċertu titjir
Restrizzjoni ta’ 
titjir mingħajr 
liċenza.
6. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (3),
ebda inġenji ta’ l-ajru ma għandhom jintużaw f’xi titjir għal
kumpens jew in konnessjoni ma’ xi kummerċ jew negozju ħlief taħt
u skond il-kondizzjonijiet ta’ liċenza mogħtija lill-operatur ta’ l-
inġenji ta’ l-ajru skond l-artikolu 7 (f’dan l-Att imsejħa "liċenza
għal servizz bl-ajru"), li tkun liċenza li f’dak iż-żmien tkun fis-seħħ
u li tawtorizza lill-operatur iħaddem inġenji ta’ l-ajru fuq titjir bħal
dak in kwistjoni.
Kap. 218. 
(2) Il-ħtiġijiet tas-subartikolu (1) ikunu bla ħsara għad-
disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar l-Avjazzjoni Ċivili (Ċertifikati ta’
Operaturi ta’ l-Ajru).
AVJAZZJONIĊIVILI    7
(3) Il-Ministru jista’ b’regolamenti jew b’ordni jipprovdi li s-
subartikolu (1) ma jiġix applikat għal titjiriet ta’ dik ix-xorta li jiġu
speċifikati fir-regolamenti jew fl-ordni, u jista’ b’dokument bil-
miktub jeżenta mill-ħtiġijiet ta’ l-imemmi subartikolu kull titjira
partikolari oħra jew serje ta’ titjir. Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu
18 għandhom japplikaw għal eżenzjonijiet magħmula skond dan is-
subartikolu.
(4) Dan l-artikolu japplika għal -
(a) kull titjira f’kull parti tad-dinja b’inġenji ta’ l-ajru
reġistrati f’Malta; u
(b) kull titjira li tibda jew tispiċċa f’Malta minn inġenji ta’
l-ajru reġistratri f’dak il-pajjiż jew territorju ieħor,
jekk ikun hemm, li jiġi preskritt.
(5) Inġenji ta’ l-ajru jitqiesu li qegħdin itiru mill-mument li fih,
wara l-imbarkazzjoni ta’ l-ekwipaġġ tagħhom sabiex jitilqu,
jiċċaqalqu għall-ewwel darba bil-forza tal-makni tagħhom stess,
sal-mument li wara fih jieqfu meta jinżlu l-art.
Liċenzi għal 
servizz bl-ajru.
Sostitwit:
IX. 2003.27.
7. (1) Is-setgħa li tingħat liċenza għal servizz bl-ajru, jiġifieri
liċenza għal kull servizz ta’ trasport bl-ajru jew għal skop ieħor
speċifikat fil-liċenza, ikun vestit fid-Direttur li għandu jagħti lil
impriża tat-trasport bl-ajru dik il-liċenza meta huwa jkun sodisfatt
li l-impriża tat-trasport bl-ajru tkun konformi mal-ħtiġiet ta’ dan l-
Att u dawk il-ħtiġiet l-oħra li jistgħu jiġu ordnati.
(2) Liċenza għal servizz bl-ajru tista’ tingħata taħt dawk il-
kondizzjonijiet inklużi d-drittijiet ta’ aċċess għal rotot speċifiċi jew
swieq li jistgħu jkunu speċifikati fil-liċenza.
(3) Applikazzjoni lid-Direttur għall-għoti ta’ liċenza għal
servizz bl-ajru għandu jkun fiha dawk il-partikolaritajiet u jkollha
magħha dawk id-drittijiet li jistgħu jiġu ordnati.
(4) Impriża tat-trasport bl-ajru li tipprovdi servizz tat-trasport
bl-ajru ma għandhiex tingħata liċenza għal servizz bl-ajru kemm-il
darba ma jiġix muri għas-sodisfazzjon tad-Direttur, kull meta jkun
meħtieġ minnu li hekk isir, li -
(a) il-post ta’ negozju prinċipali tagħha u, jekk ikollha, l-
uffiċċju reġistrat tagħha jkunu jinsabu f’Malta, u
(b) il-ħidma prinċipali tagħha hu t-trasport bl-ajru għalih
waħdu jew mgħaqqad ma’ xi operazzjoni kummerċjali
ta’ inġenji ta’ l-ajru jew it-tiswija u l-manutenzjoni ta’
inġenji ta’ l-ajru, u
(ċ) is-sidien tagħha huma u hekk ikunu se jkomplu
direttament jew permezz ta’ proprjetà  maġġoritarja
minn Stati Membri jew ċittadini ta’ Stati Membri, li
f’kull waqt għandu jkollhom kontroll effettiv ta’ l-
impriża tat-trasport bl-ajru.
(5) Id-Direttur għandu biss jagħti liċenza għal servizz bl-ajru
lil applikant jekk dak applikant ikollu ċertifikat ta’ operatur ta’ l-
ajru validu li jkun jispeċifika l-attivitajiet li jkollhom jiġu koperti
fil-liċenza għal servizz bl-ajru.
  8      KAP. 232. ħ          AVJAZZJONIĊIVILI
(6) Il-liċenza għal servizz bl-ajru għandha tibqa’ valida għal
daqs kemm l-impriża tat-trasport bl-ajru tibqa’ tkun konformi mal-
ħtiġiet għall-ħruġ tagħha. Id-detentur tal-liċenza għandu kull meta
hekk jintalab jagħmel mid-Direttur jipprovdilu kull informazzjoni
pertinenti li d-Direttur jista’ jeħtieġ sabiex ikun f’pożizzjoni li
jaċċerta ruħu li l-liċenza tkun għadha waħda valida.
(7) Kemm jista’ jkun prattikament malajr wara l-għoti ta’ xi
liċenza taħt dan l-artikolu, id-Direttur għandu jara li jingħata avviż
dwarha fil-Gazzetta.
Revoka, 
sospensjoni u 
varjazzjoni ta’ 
liċenzi.
Sostitwit:
IX. 2003.27.
8. (1) Jekk, fil-każ ta’ xi persuna li tkun detentur ta’ liċenza
dwar servizz bl-ajru, id-Direttur ma jibqax aktar f’xi żmien
sodisfatt li dik il-persuna -
(a) tkun konformi mal-kondizzjonijiet f’dan l-Att u taħtu
għall-ħruġ u t-tiżmim ta’ liċenza għal servizz bl-ajru;
jew
(b) tkun kompetenti u persuna adatta u idonea sabiex
topera inġenji ta’ l-ajru għall-finijiet awtorizzati bil-
liċenza,
id-Direttur għandu, skond ma jidhirlu li jkun xieraq fiċ-ċirkostanzi,
jirrevoka, jissospendi jew jibdel dik il-liċenza.
(2) Jekk, bħala riżultat ta’ proċeduri ta’ insolvenza jew
proċeduri bħal dawk kontra d-detenturi ta’ liċenza għal servizz bl-
ajru, id-Direttur ikun sodisfatt li ma jkun hemm ebda prospett
realistiku ta’ rikostruzzjoni finanzjarja sodisfaċenti tad-detentur fi
żmien raġonevoli, huwa għandu jirrevoka l-liċenza.
Restrizzjoni dwar 
il-ġarr b’kiri jew 
b’kumpens 
f’inġenji ta’ l-ajru 
reġistrati barra 
minn Malta.
Emendat:
IX. 2003.28.
9. Inġenji ta’ l-ajru reġistrati f’xi pajjiż jew territorju barra
minn Malta ma għandhomx igħabbu jew iniżżlu jew iħottu xi
passiġġieri jew merkanzija f’Malta, li jkunu passiġġieri jew
merkanzija li jinġarru jew li jkunu ser jinġarru b’kiri jew
b’kumpens jew in konnessjoni ma’ xi kummerċ jew negozju, ħlief
bil-permess tal-Ministru mogħti skond dan l-artikolu lill-operatur
jew lil min jikri l-inġenji ta’ l-ajru jew lill-Gvern tal-pajjiż li fih l-
inġenji ta’ l-ajru jkunu reġistrati, u skond dawk il-kondizzjonijiet li
taħthom il-permess ikun ingħata kemm-il darba dak l-inġenji ta’ l-
ajru ma jkunx qiegħed jintuża fl-eżerċizzju ta’ drittijiet tat-traffiku
li jirrigwardaw l-aċċess ta’ impriżi tat-trasport bl-ajru ta’ l-Unjoni
Ewropea fuq rotot ta’ l-ajru fit-territorju ta’ l-Unjoni Ewropea.
Id-disposizzjo-
nijiet dwar liċenzi 
u permessi jiġu 
infurzati.
10. (1) Jekk inġenji ta’ l-ajru jintużaw bi ksur ta’ l-artikolu 6
jew ta’ l-artikolu 9, l-operatur u l-bdot jew il-persuna inkarigata
mill-inġenji ta’ l-ajru, u jekk xi persuna oħra, kemm jekk b’kuntratt
jew b’kull mod ieħor, tat faċilitajiet għall-ivvjaġġar jew għall-
konsenja ta’ merkanzija fuq dik it-titjira meta tkun taf jew ikollha
raġuni biżżejjed taħseb li l-użu ta’ l-inġenji ta’ l-ajru jkun kontra l-
imsemmi artikolu 6 jew artikolu 9, dik il-persuna wkoll, ikunu ħatja
ta’ reat u jeħlu meta jinsabu ħatja multa ta’ mhux iżjed minn elfejn
lira jew priġunerija għal żmien ta’ mhux iktar minn sena, jew dik il-
multa u priġunerija flimkien.
(2) Jekk il-Ministru jkun jidhirlu li inġenji ta’ l-ajru jkunu
ntużaw bi ksur ta’ xi disposizzjoni ta’ l-artikolu 6 jew ta’ l-artikolu
AVJAZZJONIĊIVILI    9
9, jew li xi inġenji ta’ l-ajru jkunu maħsuba jew x’aktarx jittajru
f’dawk iċ-ċirkostanzi li bihom tinkiser xi waħda minn dawk id-
disposizzjonijiet dwar it-titjira, il-Ministru jista’ jieħu dawk il-
miżuri li jkunu meħtieġa biex iżomm dawk l-inġenji ta’ l-ajru u
jista’ għal dan l-għan jordna li jsir dħul fl-inġenji ta’ l-ajru.
TAQSIMA III 
ŻVILUPP TA’ L-AVJAZZJONI ĊIVILI
Il-Ministru mogħti 
d-dmir li jiżviluppa 
l-avjazzjoni ċivili.
11. (1) Il-Ministru hu mogħti d-dmir ġenerali biex jorganizza,
jieħu u jinkoraġġixxi dawk il-miżuri għall-iżvilupp ta’ l-avjazzjoni
ċivili, u b’mod partikolari tas-servizz ta’ trasport bl-ajru, fl-interess
nazzjonali.
(2) Jekk il-Ministru jkun sodisfatt li kumpannija, iffurmata jew
li tkun ser tiġi iffurmata taħt il-liġijiet ta’ Malta biex tipprovdi
servizz ta’ trasport bl-ajru jew biex tagħmel xi xort’oħra ta’ attività
li għandha x’taqsam ma’ l-avjazzjoni ċivili, jew biex tagħmel it-
tnejn, tkun ingħatat jew tkun ser tingħata liċenza għal servizz bl-
ajru u tista’ jew xort’oħra tkun tista’ tipprovdi dawk is-servizzi jew
tagħmel dik l-attività , u jekk il-Ministru jkun awtorizzat għal hekk
b’riżoluzzjoni tal-Kamra tad-Deputati, hu jista’ f’isem il-Gvern ta’
Malta jakkwista jew jissottoskrivi għal, jew jawtorizza l-akkwist
ta’ jew is-sottoskrizzjoni għal, dak in-numru ta’ azzjonijiet ta’ dik
il-kumpannija, jew obbligazzjonijiet tagħha, jew dawk l-azzjonijiet
u l-obbligazzjonijiet flimkien, kif jidhirlu xieraq, u jista’ għal kull
wieħed mill-imsemmija skopijiet jiffirma jew jawtorizza l-iffirmar
ta’ kull kuntratt jew ftehim ieħor, inkluż kuntratt għall-formazzjoni
ta’ kumpannija.
(3) B’dak kollu li jinsab fid-disposizzjonijiet ta’ xi liġi oħra,
kull tibdil jew żieda fil-memorandum jew fl-istatut ta’
assoċjazzjoni ta’ kumpannija li tiegħu, fil-ħin ta’ dak it-tibdil jew
żieda, il-Gvern ta’ Malta jkollu azzjonijiet jew obbligazzjonijiet kif
provdut fis-subartikolu (2), ma jkollux effett qabel dik id-data li
fiha dak it-tibdil jew iż-żieda jiġu approvati b’riżoluzzjoni tal-
Kamra tad-Deputati jew f’dik id-data wara, jekk ikun hemm, kif
ikun preskritt f’xi liġi oħra.
(4) Kull somma, li ma tkunx iktar b’kollox minn dik is-somma
li l-Kamra tad-Deputati minn żmien għal żmien tistabbilixxi
b’riżoluzzjoni, meħtieġa għal xi wieħed mill-iskopijiet imsemmija
fis-subartikolu (2) u għal kull responsabbiltà  li tinqala’ minnu tkun
addebitata lill-Fond Konsolidat u b’dan l-Att qed tiġi approprjata
għal dak l-iskop.
  10      KAP. 232. ħ          AVJAZZJONIĊIVILI
TAQSIMA IV
RESPONSABBILTÀ  GĦAL ĦSARA EĊĊ., LI SSIR MINN INGENJI 
TA’ L-AJRU
Responsabbiltà  ta’ 
inġenji ta’ l-ajru 
dwar dħul bla jedd, 
inkonvenjent u 
ħsara fuq l-art. 
12. (1) Ma tista’ ssir ebda azzjoni dwar dħul bla jedd jew
dwar inkonvenjent, minħabba biss it-titjir ta’ inġenji ta’ l-ajru fuq
xi proprjetà  f’għoli iktar mill-art, li meta jiġi kunsidrat ir-riħ, it-
temp u ċ-ċirkostanzi kollha tal-każ ikun raġonevoli, jew minħabba
inċidenti ordinarji ta’ dawk it-titjiriet sakemm jiġu mħarsa d-
disposizzjonijiet tat-Taqsima II u ta’ din it-Taqsima ta’ dan l-Att u
ta’ kull regolamenti jew ordni magħmul bis-saħħa tagħhom.
(2) Meta jsir xi telf jew ħsara sostanzjali lil xi persuna jew
proprjetà  fuq l-art jew fuq l-ilma minn, jew minn xi persuna fuq,
jew b’oġġett jew persuna li taqa’ minn, inġenji ta’ l-ajru waqt
titjira, mat-tluq jew ma’ l-inżul, allura kemm-il darba t-telf jew il-
ħsara ma ssirx bi traskuraġni ta’ min ibatiha jew dik it-traskuraġni
ma tkunx ikkontribwiet għat-telf jew ħsara, il-kumpens dwar it-telf
jew il-ħsara jittieħed mingħajr il-prova ta’ traskuraġni jew ħsieb
jew xi kawżali oħra, daqslikieku t-telf jew il-ħsara tkun ġrat b’att
bir-rieda, bi traskuraġni jew b’nuqqas ta’ sid l-inġenji ta’ l-ajru:
Iżda meta t-telf jew il-ħsara sostanzjali tiġri kif intqal qabel
f’ċirkostanzi li fihom - 
(a) ikun hemm dritt għal kumpens għall-imsemmi telf jew
ħsara minħabba biss id-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’
dan is-subartikolu; u
(b) tinħoloq responsabbiltà  legali f’xi persuna oħra li ma
tkunx is-sid biex iħallas id-danni dwar l-imsemmi telf
jew ħsara,
is-sid ikollu d-dritt li jkun indennizzat minn dik il-persuna l-oħra
kontra kull talba dwar l-imsemmi telf jew ħsara.
Inkonvenjent minn 
inġenji ta’ l-ajru 
f’ajruporti.
13. (1) Regolamenti jew ordnijiet magħmula skond l-artikolu
3 jistgħu jipprovdu għall-kontroll tal-kondizzjonijiet li taħthom
jistgħu jsiru ħsejjes u vibrazzjonijiet minn inġenji ta’ l-ajru
f’ajruporti.
(2) Ma tista’ tittieħed ebda azzjoni dwar inkonvenjent
minħabba biss il-ħsejjes u l-vibrazzjoni li jsiru minn inġenji ta’ l-
ajru f’ajruporti sakemm id-disposizzjonijiet ta’ kull regolamenti
jew ordni magħmula kif provdut fis-subartikolu (1) jitħarsu kif
imiss.
Responsabbiltà  
meta inġenji ta’ l-
ajru jinkrew, eċċ.
14. Meta inġenji ta’ l-ajru jkunu ngħataw in  bona fede, jew
inkrew għal xi żmien li ma jkunx iktar minn erbatax-il ġurnata lil xi
persuna oħra mis-sid tagħhom, u ebda bdot, kmandant, navigatur
jew membru effettiv ieħor ta’ l-ekwipaġġ ta’ l-inġenji ta’ l-ajru ma
jkun impjegat mis-sid, din it-Taqsima ta’ dan l-Att għandu jkollha
effett daqslikieku minflok riferenzi li jinsabu fiha għas-sid kien
hemm riferenzi għall-persuna li lilha l-inġenji ta’ l-ajru jingħataw
jew jinkrew.
AVJAZZJONIĊIVILI    11
TAQSIMA V
MIXXELLANJI
Applikazzjoni tal-
liġi tan-nawfraġji u 
tas-salvaġġ għal 
inġenji ta’ l-ajru. 
15. (1) Kull servizz mogħti biex igħin, jew isalva l-ħajja minn
jew isalva l-merkanzija u t-tagħmir ta’, inġenji ta’ l-ajru fi jew fuq
il-baħar jew tidal water jew fi jew fuq ix-xtut tal-baħar jew tidal
water, jitqies li huwa servizz ta’ salvataġġ fil-każijiet kollha li kien
jitqies servizz ta’ salvataġġ li kieku ngħata dwar bastiment; u meta
s-servizzi ta’ salvataġġ ikunu ngħataw minn inġenji ta’ l-ajru lil xi
proprjetà  jew persuna, is-sid ta’ l-inġenji ta’ l-ajru jkollu d-dritt
għall-istess kumpens għal dawk is-servizzi kif kien ikollu d-dritt
kieku l-inġenji ta’ l-ajru kienu bastimenti.
Id-disposizzjonijiet ta’ dan is-subartikolu għandu jkollhom
effett ukoll jekk l-inġenji ta’ l-ajru ma jkunux Maltin, u wkoll jekk
is-servizzi jkunu ngħataw x’imkien ieħor barra mil-limiti ta’ l-ibħra
territorjali ta’ Malta.
(2) B’ordni l-Ministru jista’ jordna li xi disposizzjonijiet ta’ xi
liġi li fiż-żmien tkun fis-seħħ f’Malta dwar bastimenti mgħarrqa,
salvataġġ ta’ ħajja jew proprjetà  jew dwar id-dmir li tingħata
għajnuna lil bastimenti f’periklu għandhom, skond dawk l-
eċċezzjonijiet, adattamenti u modifiki, jekk ikun hemm, li jiġu
speċifikati fl-ordni japplikaw għal inġenji ta’ l-ajru kif dawk id-
disposizzjonijiet japplikaw għal bastimenti.
(3) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu kull disposizzjoni f’xi liġi
dwar bastimenti mitluqa jew abbandunati bħala mhux aktar tajbin
għal servizz fil-baħar jitqiesu li huma disposizzjonijiet dwar
bastimenti mgħarrqa.
Applikazzjoni tal-
liġi dwar l-ipoteki 
għal inġenji ta’ l-
ajru. 
Miżjud:
XXXII. 1979.2. 
Emendat: 
XXXVII. 1988.47; 
XX. 1989.2. 
Kap. 234. 
16. Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli mis-37A sa 54A, it-tnejn
magħdudin, ta’ l-Att dwar il-Bastimenti Merkantili safejn jirreferu
għal ipoteka ta’, jew privileġġ dwar, bastiment, għandhom
japplikaw għal inġenji ta’ l-ajru bl-istess mod kif japplikaw għal
bastimenti, b’dawk il-modifiki u addattamenti li jkunu meħtieġa
magħdud, iżda mingħajr ħsara għall-ġeneralità  ta’ dak li ntqal hawn
fuq, illi kull meta fl-artikoli msemmijin ta’ l-Att imsemmi ssir
riferenza għal reġistratur u għal bastimenti, dik ir-riferenza
għandha tiftiehem bħala riferenza għad-Direttur ta’ l-Avjazzjoni
Ċivili u għal inġenji ta’ l-ajru rispettivament.
Eżenzjoni ta’ l-
inġenji ta’ l-ajru u 
ta’ partijiet 
tagħhom minn li 
jinqabdu minħabba 
talbiet ta’ dritt għal 
privattiva.
17. (1) Kull dħul leġittimu f’Malta jew kull passaġġ leġittimu
minn fuq Malta, b’inżul l-art jew mingħajru, ta’ l-inġenji ta’ l-ajru
li għalihom japplika dan l-artikolu ma jagħtix il-jedd għal xi qbid
jew tiżmim ta’ l-inġenji ta’ l-ajru jew li jittieħdu proċedimenti
kontra s-sid jew l-operatur tagħhom jew li jiġu mfixkla xort’oħra
minn jew f’isem xi persuna f’Malta, minħabba li l-kostruzzjoni, il-
mekkaniżmu, il-partijiet, l-aċċessorji jew it-tħaddim ta’ l-inġenji
ta’ l-ajru huma bi ksur ta’ xi dritt għal privattiva, disinn jew
mudell.
(2) L-importazzjoni f’Malta u l-ħażna f’Malta ta’ partijiet
spare u tagħmir spare għal inġenji ta’ l-ajru li għalihom japplika
dan l-artikolu u l-użu u l-istallazzjoni tagħhom fit-tiswija ta’ dawk
l-inġenji ta’ l-ajru ma għandhom iwasslu għal ebda qbid jew tiżmin
  12      KAP. 232. ħ          AVJAZZJONIĊIVILI
ta’ l-inġenji ta’ l-ajru jew tal-partijiet spare jew tat-tagħmir spare
jew għal ebda proċedimenti kontra s-sid jew l-operatur ta’ l-inġenji
ta’ l-ajru jew is-sid tal-partijiet spare jew tat-tagħmir spare jew
għal xi tfixkil ieħor ta’ l-inġenji ta’ l-ajru minn jew f’isem xi
persuna f’Malta minħabba li l-partijiet spare jew it-tagħmir spare
jew l-istallazzjoni tagħhom huwa bi ksur ta’ xi dritt għal privattiva,
disinn jew mudell:
Iżda dan is-subartikolu ma japplikax għal xi partijiet spare
jew tagħmir spare li jinbiegħ jew jitqassam f’Malta jew li jiġi
esportat minn Malta għall-bejgħ jew għat-tqassim.
(3) Dan l-artikolu japplika - 
(a) għal inġenji ta’ l-ajru, li ma jkunux inġenji ta’ l-ajru
wżati f’servizzi militari, tad-dwana jew tal-pulizija,
reġistrati f’xi pajjiż jew territorju li dwaru f’dak iż-
żmien ikun hemm fis-seħħ dikjarazzjoni mill-Ministru
b’ordni li l-benefiċċji tad-disposizzjonijiet ta’ xi
konvenzjoni internazzjonali li għaliha jirreferi dan l-
artikolu japplikaw għal dak il-pajjiż jew territorju;
(b) għal dawk l-inġenji ta’ l-ajru l-oħra li l-Ministru jista’
jispeċifika b’ordni.
 TAQSIMA VI 
SUPPLEMENTALI 
Regolamenti u 
ordnijiet.
18. (1) Regolamenti u ordnijiet magħmula skond xi waħda
mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jista’ jkun fihom dawk id-
disposizzjonijiet inċidentali u supplementarji kif fil-fehma tal-
Ministru jkunu meħtieġa jew spedjenti għall-għanijiet tar-
regolamenti jew ta’ l-ordni.
(2) Is-setgħa għall-egħmil ta’ regolamenti jew ordnijiet skond
xi disposizzjoni ta’ dan l-Att tinkludi s-setgħa għat-tħassir jew
għat-tibdil ta’ dawk ir-regolamenti jew ordnijiet, u dak it-tħassir
ikun bla ħsara għall-egħmil ta’ regolamenti jew ordnijiet ġodda.
(3) Regolamenti u ordnijiet magħmula skond xi
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jistgħu jsiru bl-ilsien ingliż biss.
(4) Regolamenti jew ordnijiet magħmula skond dan l-Att
għandhom jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra tad-Deputati kemm
jista’ jkun malajr wara li jsiru u jekk, fi żmien tmienja u għoxrin
ġurnata wara li hekk jitqiegħdu, il-Kamra tirriżolvi li għandhom
jiġu annullati jew emendati, dawk minnufih jieqfu mis-seħħ jew
jiġu hekk emendati, skond il-każ, iżda bla ħsara għall-validità  ta’
kull ħaġa li tkun saret qabel bis-saħħa tagħhom jew għall-egħmil
ta’ regolamenti jew ordnijiet ġodda:
Iżda dan is-subartikolu ma japplikax għal regolamenti jew
ordnijiet li għandhom effett daqslikieku saru taħt dan l-Att.
AVJAZZJONIĊIVILI    13
(5) Fil-kalkolu, għall-finijiet tas-subartikolu (4), ta’ kull
perijodu ta’ tmienja u għoxrin ġurnata ma għandu jingħadd ebda
żmien li matulu l-Kamra ma tkunx qed tiltaqa’ jew li matulu tkun
aġġornata għal aktar minn sebat ijiem.
Tiżmim ta’ inġenji 
ta’ l-ajru. 
19. Regolamenti jew ordnijiet magħmula skond xi
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jistgħu jipprovdu għat-tiżmim ta’
inġenji ta’ l-ajru biex jiġi żgurat it-tħaris ta’ xi disposizzjoni ta’
dan l-Att jew ta’ xi regolamenti jew ordni magħmula bis-saħħa
tiegħu, u jistgħu jagħmlu dawk id-disposizzjonijiet l-oħra li fil-
fehma tal-Ministru jkunu meħtieġa jew spedjenti biex jiġi żgurat
dak it-tiżmim.
Effett extra 
territorjali. 
20. (1) Għalkemm regolamenti jew ordnijiet magħmula skond
xi disposizzjoni ta’ dan l-Att għandhom effett biss bħala parti mil-
liġi ta’ Malta, ebda disposizzjoni li tinsab fir-regolament jew fl-
ordni ma għandha, minħabba li jkollha effett extra-territorjali,
titqies li mhijiex valida safejn tapplika għal inġenji ta’ l-ajru
reġistrati f’Malta, kull fejn ikunu jinsabu, jew tipprojbixxi, teħtieġ
jew tirregola -
(a) l-egħmil ta’ xi ħaġa minn persuni fi, jew xi wħud mill-
persunal ta’, inġenji ta’ l-ajru kif intqal qabel, ikunu
fejn ikunu, jew
(b) l-egħmil ta’ xi ħaġa dwar inġenji ta’ l-ajru kif intqal
qabel minn xi persuni oħra li jkunu ċittadini ta’ Malta,
ikunu fejn ikunu.
(2) Għall-finijiet tas-subartikolu (1) il-persunal ta’ l-inġenji ta’
l-ajru għandu jitqies li jinkludi l-bdot jew il-persuna l-oħra
inkarigata mill-inġenji ta’ l-ajru, u l-membri l-oħra kollha ta’ l-
ekwipaġġ ta’ l-inġenji ta’ l-ajru.
Reati minn għaqda 
jew korp ta’ 
persuni. 
21. Meta reat skond xi disposizzjoni ta’ dan l-Att isir minn
għaqda jew enti morali, kull persuna li, fil-ħin ta’ l-egħmil tar-reat,
kienet direttur, manager, segretarju jew uffiċjal ieħor simili ta’ dik
l-għaqda jew enti morali jew kienet tidher li qed taġixxi f’dik il-
kariga tkun ħatja ta’ dak ir-reat kemm-il darba ma tippruvax li dak
ir-reat ikun sar mingħajr it-tagħrif tagħha u li tkun eżerċitat id-
diliġenza kollha meħtieġa biex ma jsirx ir-reat.
Tħassir u riżerva.* (1) Kull disposizzjoni ta’ kull Att tal-Parlament tar-Renju
Unit tal-Gran Brittanja u ta’ l-Irlanda ta’ Fuq dwar l-avjazzjoni
ċivili u applikata għal, jew li għandha effett bħala parti mil-liġi ta’,
Malta minnufih qabel il-bidu fis-seħħ ta’ dan l-Att, u, ħlief kif
provdut hawnhekk iżjed ’il quddiem, kull liġi sussidjarja
magħmula, jew li għandha effett bħallikieku magħmula, taħthom u
li għandha effett kif intqal qabel, ma tkomplix hekk isseħħ jew,
skond il-każ qed tiġi b’dan imħassra, mal-bidu fis-seħħ ta’ dan l-
artikolu.
*Ir-riferenzi, fis-subartikolu (3), għal The Air Navigation  ( General )  Regulations,
1950, The Air Navigation  ( Radio )  Regulations, 1952,  u l-Ordni ta’ l-1991 dwar in-
Navigazzjoni Kolonjali ta’ l-Ajru ġew imħollija barra għax dawn il-liġijiet
sussidjarji ġew imħassrin bl-Avviż Legali 176 ta’ l-1990.
  14      KAP. 232. ħ          AVJAZZJONIĊIVILI
(2) Il-liġijiet sussidjarji msemmija fis-subartikolu (3) kif kienu
fis-seħħ qabel il-21 ta’ Settembru, 1964 (inklużi l-emendi tagħhom)
għandhom ikomplu fis-seħħ bħala parti mil-liġi ta’ Malta kif
provdut fl-artikolu 11(1) ta’ l-Ordni ta’ l-1964 dwar l-Indipendenza
ta’ Malta:
Iżda - 
(a) kull riferenza li tinsab fihom għal awtorità  li tkun l-
awtorità  li minnha saret il-liġi sussidjarja, u kull
riferenza għal ministru jew awtorità  oħra tal-Gvern
tar-Renju Unit, għandha tiftiehem bħala riferenza
għall-Ministru;
(b) kull riferenza għall-Gvernatur għandha tiftiehem bħala
riferenza għall-Ministru; u
(ċ) kemm jekk il-liġi sussidjarja setgħet issir skond dan l-
Att kemm jekk le, dik il-liġi għandha jkollha effett
daqslikieku saret skond dan l-Att u tista’ tinbidel jew
titħassar skond hekk.
(3) Il-liġijiet sussidjarji msemmija fis-subartikolu (2) huma:
(a) The Carriage by Air (Non-International Carriage)
(Colonies, Protectorates and Trust Territories) Order,
1953;
(b) The Carriage by Air (Colonies, Protectorates and
Trust Territories) Order, 1953;
(ċ) The Civil Aviation (Investigation of Accidents)
Regulations, 1956.
