TRANSAZZJONIJIET ESTERNI    1
KAPITOLU 233
ATT DWAR IT-TRANSAZZJONIJIET ESTERNI
Sostitwit:
IX. 2003.30.
Biex jistabbilixxi qafas għall-liberazzjoni ta’ transazzjonijiet esterni u
biex jipprovdi dwar il-kollezzjoni ta’ informazzjoni li għandha x’taqsam
ma’ dan.
29 ta’ Diċembru, 1972;
1 ta’ Frar, 1973
L-ATT XLIX ta’ l-1972, kif emendat bl-Atti XXIV ta’ l-1973 u LVIII ta’ l-
1974; bl-Avviż Legali Nru. 148 ta’ l-1975; u bl-Atti: XXII ta’ l-1976, XXXI
ta’ l-1981 u II ta’ l-2002. 
TAQSIMA I 
PRELIMINARI
Titolu fil-qosor. 
Emendat:
IX. 2003.32.
1. It-titolu fil-qosor ta’ dan l-Att hu l-Att dwar it-
Transazzjonijiet Esterni. 
Tifsir.
Emendat:
II. 2002.34;
IX. 2003.33.
Kap. 371.
2. (1) F’dan l-Att kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma tkunx
teħtieġ xort’oħra -
''assi eliġibbli'' tfisser depożiti kif imfissra fl-Att dwar il-
Kummerċ Bankarju, titoli inklużi ishma u stock fil-kapital ta’
kumpannija, debentures, ċertifikati ta’ depożitu, bonds, noti u kull
istrument ieħor li juri li hemm xi forma ta’ debitu, unitajiet fi
skema ta’ investiment kollettiv, poloz ta’ l-assigurazzjoni fuq il-
ħajja u annuity għal żmien twil kemm jekk dawn ikunu index-
linked kemm jekk ma jkunux, metalli prezzjużi, ingotti, warrants,
opzjonijiet, futures u derivattivi oħra kif ukoll kull strument ieħor
finanzjarju li jsir għal finijiet ta’ investiment, kif ukoll tinkludi kull
assi oħrajn skond ma jista’ jiġi stabbilit minn żmien għal żmien
mill-Ministru b’avviż fil-Gazzetta;
Kap. 204.
''il-Bank Ċentrali'' tfisser il-Bank Ċentrali ta’ Malta imwaqqaf
taħt l-Att dwar il-Bank Ċentrali ta’ Malta;
''ħlas'' tfisser -
(a) avveniment li, għal kollox jew biss f’parti, jaqta’ d-
debitu ta’ ammont ta’ flus bejn persuna residenti u
persuna mhux residenti f’dak li għandu x’jaqsam ma’
transazzjoni esterna;
(b) kull trasferiment ta’ fondi, sew b’kontijiet jew bi flus
likwidi, bejn Malta u pajjiż barrani li jsir minn persuna
residenti li tittrasferixxi fondi lejn jew iġġib lura fondi
mill-kont tiegħu li jkollu barra l-pajjiż;
(ċ) kull trasferiment ta’ fondi f’xi kont jew bi flus likwidi
bejn Malta u pajjiż barrani li fih kemm il-prinċipal
kemm il-benefiċjarju jkunu t-tnejn li huma persuni
residenti;
(d) kull trasferiment ta’ fondi f’munita barranija li jsir
f’Malta bejn persuni residenti;
  2      KAP. 233. ħ       TRANSAZZJONIJIET ESTERNI
''Ministru'' tfisser il-Ministru responsabbli għall-finanzi;
''munita barranija'' tfisser kull nota, munita, ċekk, draft,
travellers’ cheque, ittra ta’ kreditu, nota promissorja, kambjala,
voucher, karta ta’ kreditu jew ta’ debitu jew kull card jew mezz
ieħor fejn jiddaħħal valur permezz ta’ metodi elettroniċi jew
manjetiċi u li kull persuna mhux speċifikata tkun tista’ tuża biex
tħallas bihom minflok muniti, jew xi mezz ieħor ta’ ħlas kif espress
fil-munita ta’ xi pajjiż li ma jkollux valuta legali f’Malta u riferenzi
f’dan l-att għal munita barranija jinkludu riferenzi għal kull dritt li
tiġi riċevuta meta hekk tintalab munita barranija għar-rigward ta’
kull kreditu jew bilanċ f’kull istituzzjoni ta’ kreditu tkun fejn tkun;
''persuna mhux residenti'' tfisser persuna, korp magħqud jew
entità  oħra li ma tkunx persuna residenti;
''persuna residenti'' tfisser:
(a) persuna naturali minkejja ta’ liema nazzjonalità  tkun,
li tkun ordinarjament toqgħod f’Malta jew li kienet
toqgħod f’Malta jew ikollha l-ħsieb li toqgħod f’Malta
jew fi Stat Membru għal żmien kontinwu ta’ sena;
(b) korp magħqud inkorporat fi jew taħt il-liġijiet ta’
Malta jew ta’ Stat Membru, jew entità  li topera minn
jew li tkun xort’oħra reġistrata f’Malta;
(ċ)* persuna naturali minkejja ta’ liema nazzjonalità  tkun,
li tkun ordinarjament toqgħod fi Stat Membru jew li
kienet toqgħod jew ikollha l-ħsieb li toqgħod fi Stat
Membru għal żmien kontinwu ta’ sena;
(d)* korp magħqud inkorporat fi jew taħt il-liġijiet ta’ Stat
Membru, jew entità  li topera minn jew li tkun
xort’oħra reġistrata fi Stat Membru;
''Stat Membru'' tfisser stat li jkun membru ta’ l-Unjoni Ewropea;
''transazzjonijiet esterni'' tinkludi kemm il-kapital kemm
transazzjonijiet korrenti li jkunu jinvolvu operazzjonijiet bejn
persuni residenti u persuni mhux residenti jew entitajiet oħrajn, sew
f’Malta sew barra minn Malta, u jistgħu wkoll jinkludu
operazzjonijiet li jkunu jinvolvu munita barranija minn xi residenti
jew bejn residenti;
''transazzjonijiet kapitali'' tfisser transazzjonijiet esterni li
joriġinaw mit-trasferiment jew il-moviment ta’ kapital u tinkludi:
(a) trasferimenti ta’ proprjetà  immobbli;
(b) investimenti diretti;
(ċ) il-ħruġ, bejgħ jew ix-xiri ta’ titoli inklużi ishma u
stock fil-kapital ta’ kumpannija, debentures, ċertifikati
ta’ depożitu u kull istrument ieħor simili li jkun juri li
hemm xi debitu;
(d) il-ħruġ, bejgħ jew ix-xiri ta’ unitajiet fi skema ta’
investiment kollettiv, poloz ta’ l-assigurazzjoni fuq il-
ħajja u annuity għal żmien twil kemm jekk dawn ikunu
*dan il-paragrafu jibda jseħħ fl-1 ta’ Mejju, 2004.
TRANSAZZJONIJIET ESTERNI    3
index-linked kemm jekk ma jkunux;
(e) is-self, tislif u l-ħlas jew li tiġi riċevuta
amortizzazzjoni fuq is-self;
(f) l-għoti ta’ garanziji jew xi għamla oħra ta’ titolu biex
isir il-ħlas;
(g) warrants, opzjonijiet, futures u derivattivi oħra kif
ukoll kull strument ieħor li jsir għal finijiet ta’
investiment;
(h) depożiti li jsiru f’istituzzjonijiet ta’ kreditu;
(i) għotjiet u gratifikazzjonijiet; u
(j) kull tip ieħor ta’ transazzjoni li l-Ministru jista’, wara
konsultazzjoni mal-Bank Ċentrali, jistabbilixxi
b’avviż fil-Gazzetta;
''transazzjonijiet korrenti'' tfisser transazzjonijiet esterni li
joriġinaw minn tmexxija korrenti u tinkludi:
(a) il-kummerċ esteru ta’ oġġetti u servizzi inklużi
ħlasijiet ta’ mgħax, dividendi, royalties, qligħ investit
mill-ġdid u profitti mqassma;
(b) ħlasijiet oħra kummerċjali korrenti li joriġinaw minn
servizzi, kummerċ bankarju fuq medda ta’ żmien
qasira u faċilitajiet ta’ kreditu; u
(ċ) ħlasijiet lura għall-ispejjeż tal-għajxien tal-familja;
Kap. 460.
Unjoni Ewropea;
Kap. 422.
''Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika'' tfisser l-Uffiċċju
Nazzjonali ta’ l-Istatistika mwaqqaf taħt l-Att dwar l-Awtorità  ta’ l-
Istatistika ta’ Malta;
''Unjoni Ewropea'' tfisser l-Unjoni Ewropea msemmija fit-
Trattat.
(2) Il-Ministru jista’ jaħtar lill-Bank Ċentrali biex jagħmilha
ta’ aġent għall-istess Ministru għal xi skop wieħed jew aktar ta’ dan
l-Att, iżda ħatra bħal dik għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-
eżerċizzju ta’ kull poter bħal dak mill-Ministru.
(3) Għal dak iż-żmien sakemm il-Bank Ċentrali jiġi maħtur
aġent tal-Ministru taħt is-subartikolu (2), kull riferenza f’dan l-Att
għall-Ministru għandha, fil-qies u bla ħsara għall-pattijiet u l-
kondizzjonijiet ta’ dik il-ħatra, titqies bħala li tinkludi riferenzi
għall-Bank Ċentrali. Għandu jiġi pubblikat avviż ta’ kull ħatra bħal
dik, u ta’ kull revoka tal-pattijiet u l-kondizzjonijiet fihom ta’ dik
il-ħatra jew bidla fihom, fil-Gazzetta.
TAQSIMA II 
LIBERALIZZAZZJONI U MIŻURI TA’ SIGUREZZA
Liberalizzazzjoni.
Sostitwit:
IX. 2003.33.
3. Kemm-il darba ma jiġix xort’oħra speċifikat permezz ta’
regolamenti jew ordnijiet maħruġa mill-Ministru taħt l-artikoli 4 u
5 it-transazzjonijiet esterni kollha u ħlasijiet relatati jistgħu jsiru
  4      KAP. 233. ħ       TRANSAZZJONIJIET ESTERNI
mingħajr ebda restrizzjoni.
Restrizzjonijiet 
f’ċirkostanzi 
eċċezzjonali.
Sostitwit:
IX. 2003.33.
4. (1) Meta jkun hemm ċirkostanzi eċċezzjonali, il-Ministru
jista’, bir-rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali, jagħmel
regolamenti li jkunu jimponu dawk ir-restrizzjonijiet fuq
transazzjonijiet kapitali u ħlasijiet relatati, sew ta’ xorta speċifika
jew ġenerika, skond ma jistgħu jitqiesu meħtieġa:
*Iżda dawk ir-restrizzjonijiet ma għandhomx ikunu imposti
għar-rigward ta’ Stat Membru.
(2) Għall-finijiet tas-subartikolu (1), għandhom jitqiesu li jkun
hemm ċirkostanzi eċċezzjonali meta l-Ministru li jaġixxi bir-
rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali, jiddikjara li:
(a) jkun hemm xi kriżi immedjata fil-bilanċ tal-pagamenti
ta’ Malta; jew
(b) movimenti ta’ kapital lejn jew minn Malta ikunu qed
jikkaġunaw jew jheddu li jikkaġunaw diffikultajiet
serji għall-istabbilità  tas-sistema finanzjarja.
(3) Regolamenti magħmulin taħt is-subartikolu (1) għandhom
jiġu revokati mill-Ministru mingħajr ebda dewmien hekk kif ir-
raġunijiet li jkunu taw lok għal dawk ir-restrizzjonijiet itemmu
milli jibqgħu jeżistu u, f’kull każ, ma għandhomx jibqgħu fis-seħħ
għal perjodu li jeċċedi s-sitt xhur.
Sanzjonijiet.
Sostitwit:
IX. 2003.33.
Kap. 365.
5. Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 4 u 5 huma mingħajr
preġudizzju għas-setgħat mogħtijin mill-Att dwar Poteri li jsiru
Regolamenti fl-Interess Nazzjonali, li jiġu imposti kontrolli jew
restrizzjonijiet fuq kapital jew transazzjonijiet oħra jew ħlasijiet
relatati għar-rigward ta’ xi stat, persuna jew grupp ta’ persuni sew
jekk dan ikun joriġina mill-obbligi internazzjonali ta’ Malta taħt iċ-
Charter tan-Nazzjonijiet Uniti, mit-Trattat jew xort’oħra
unilateralment sabiex jitħarsu l-interessi nazzjonali ta’ Malta.
TAQSIMA III
ĠABRA TA’ INFORMAZZJONI U AĊĊESS GĦAR-RECORDS
Talba għal 
informazzjoni.
Sostitwit:
IX. 2003.33.
6. Mingħajr preġudizzju għal kull disposizzjoni oħra ta’ dan
l-Att, il-Ministru jista’ jeħtieġ lil kull persuna f’Malta tipprovdi dik
il-kjarifika u, jew informazzjoni skond ma l-Ministru jista’ jqis li
tkun meħtieġa għall-fini li tiġi żgurata konformità  ma’ regolamenti
magħmulin taħt Taqsima II ta’ dan l-Att.
Dikjarazzjoni ta’ 
munita għall-
importazzjoni u l-
esportazzjoni.
Sostitwit:
IX. 2003.33.
7. Il-Ministru jista’ b’regolamenti jeħtieġ lil kull persuna
tiddikjara lill-kontrullur tad-Dwana dwar l-importazzjoni jew l-
esportazzjoni minn tali persuna ta’ flus tal-karti u muniti
denominati f’Liri Maltin u, jew f’munita barranija, u, jew metalli
prezzjużi li jidħlu f’Malta jew joħorġu minnha f’dawk l-ammonti
skond ma jistgħu jkunu speċifikati f’dawk ir-regolamenti u li
jiżvelaw kull informazzjoni oħra li tista’ tiġi preskritta f’dawk ir-
regolamenti għar-rigward ta’ dik l-importazzjoni jew esportazzjoni.
*dan il-proviso jibda jseħħ fl-1 ta’ Mejju, 2004.
TRANSAZZJONIJIET ESTERNI    5
Informazzjoni 
statistika.
Sostitwit:
IX. 2003.33.
8. Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’
dan l-Att, il-Ministru jista’ wara konsultazzjoni mal-Bank Ċentrali
u l-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika b’regolamenti li jkunu
jeħtieġu lil xi persuna f’dak iż-żmien u b’dak il-mod skond ma
jista’ jiġi ordnat li jagħti lill-Ministru, jagħti dik l-informazzjoni,
prospett jew dettall ieħor li jkollu x’jaqsam ma’ transazzjonijiet
esterni skond ma jista’ jinħtieġ li jiġbor, jikkompila u jxerred
informazzjoni statistika dwar transazzjonijiet esterni.
Ma għandhiex 
tixxerred 
informazzjoni.
Sostitwit:
IX. 2003.33.
9. (1) Ħlief għall-fini ta’ xi prosekuzzjoni għal xi reat kontra
l-Att bil-kunsens miktub ta’ l-individwu jew tar-rappreżentant
tiegħu, ebda informazzjoni li tista’ tkun relatata ma’ persuna
identifikabbli u li tinkiseb taħt dan l-Att ma għandha tixxerred,
tintwera jew titwassal lil xi persuna jew korp.
(2) Minkejja d-disposizzjoni tas-subartikolu (1), il-Ministru
jista’ jiżvela kull informazzjoni li tiġi pprovduta jew miksuba taħt
dan l-Att, ukoll meta din ikollha x’taqsam ma’ persuna
identifikabbli, xi korp jew awtorità  f’Malta responsabbli għall-ġbir
ta’ xi taxxa, u jista’ jagħmel l-istess, abbażi ta’ ftehim ma’ stati
oħra li jipprovdi dwar l-iskambju reċiproku ta’ dik l-informazzjoni,
jiżvela informazzjoni lil korpi jew awtoritajiet bħal dawk fl-istati:
Iżda:
(a) il-korpi u l-awtoritajiet li lilhom tiġi żvelata l-
informazzjoni huma soġġetti għal obbligi ta’
segretezza li huma ekwivalenti għal dawk li japplikaw
taħt il-liġijiet ta’ Malta; u
(b) tinkiseb obbligazzjoni minn dawk il-korpi u
awtoritajiet li l-informazzjoni pprovduta tintuża biss
għall-finijiet li tkun intalbet dwarhom u li tkun se
tinżamm kunfidenzjali u ma tkunx se titwassal lil ħadd
jekk dan ma jkunx impjegat mill-awtoritajiet u li ma
jkunx soġġett għal xi dmir ta’ segretezza bħal dak
dwar dik l-informazzjoni.
Reati u pieni.
Sostitwit:
IX. 2003.33.
Kap. 330.
10. (1) Regolamenti taħt dan l-Att li jimponu restrizzjonijiet
fuq transazzjonijiet, jew xi obbligu li jsir xi rapport, tiġi pprovduta
statistika jew informazzjoni oħra jistgħu wkoll jipprovdu li kull
min jikser xi disposizzjoni tagħhom ikun ħati ta’ reat u jista’ jeħel
meta jinsab ħati dik il-piena li ma tkunx iżjed minn multa ta’ mhux
iżjed minn għoxrin elf lira, u dawk ir-regolamenti jistgħu iktar
minn hekk jipprovdu dwar pieni amministrattivi li jistgħu
jingħataw minflok ma jsiru proċeduri kriminali, il-proċeduri li jiġu
adottati għaldaqstant kif ukoll dwar l-appelli minn deċiżjonijiet li
jkollhom x’jaqsmu ma’ dan għal quddiem it-Tribunal dwar Servizzi
Finanzjarji mwaqqaf taħt l-artikolu 21 ta’ l-Att dwar l-Awtorità
għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta jew dak il-korp ieħor li jista’
jiġi ordnat.
(2) Ma jistgħu jinbdew ebda proċeduri kriminali għal xi reat
taħt dawk ir-regolamenti mingħajr il-kunsens ta’ l-Avukat Ġenerali.
  6      KAP. 233. ħ       TRANSAZZJONIJIET ESTERNI
Reati. 
Emendat:
II. 2002.35;
IX. 2003.34.
11. (1) Kull persuna li, wara li tkun irregistrat xi assi eliġibbli
skond u matul il-perjodu li jista’ jiġi stabbilit f’xi skema li tista’
minn żmien għal żmien issir mill-Ministru, li kieku ma kienx għad-
disposizzjonijiet ta’ dan is-subartikolu, kienet tinstab ħatja li tkun
kisret xi restrizzjoni, projbizzjoni jew ħtieġa taħt l-artikolu 39(1)
ta’ l-Att dwar il-Kontroll fuq il-Kambju kif dan kien fis-seħħ fl-1
ta’ Lulju, 2003, jew kull liġi oħra li l-Ministru jista’ jordna,
għandha tiġi meqjusa bħallikieku ma tkun għamlet ebda reat taħt
dak l-artikolu 39 jew xi liġi oħra skond ma jkun ordnat fil-perjodu
qabel dik ir-reġistrazzjoni, fir-rigward ta’ tali assi eliġibbli hekk
reġistrati jew flus jew oġġetti oħra rrappreżentati minn tali assi
eliġibbli hekk reġistrati.
(2) Il-Ministru jista’ b’regolamenti taħt dan is-subartikolu,
jagħmel skemi għar-reġistrazzjoni ta’ assi eliġibbli u mar-
reġistrazzjoni ta’ dawk l-assi eliġibbli skond dik l-iskema, id-
disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) għandhom japplikaw u l-assi
eliġibbli hekk reġistrati jistgħu jkomplu jiġu miżmuma kif
miżmuma qabel id-data tar-reġistrazzjoni mingħajr il-ħtieġa li
jinkisbu dawk il-permessi jew li jitħarsu dawk il-ħtiġiet taħt din il-
liġi jew xi liġi oħra skond ma jista’ jiġi ordnat.
(3) (a) Skema magħmula mill-Ministru skond is-subartikolu
(2) tista’ timponi dawk il-kondizzjonijiet li l-Ministru
jidhirlu li jkunu xierqa u tista’, mingħajr preġudizzju
għall-ġeneralità  ta’ dan hawn qabel imsemmi, tinkludi -
(i) il-hlas ta’ dak id-dritt li jista’ jiġi stabbilit fl-
iskema li ma jkunx dritt ta’ aktar piż mit-taxxa li
kieku kienet tkun dovuta taħt il-liġijiet relevanti;
(ii) il-mod kif għandu jitħallas u jiġi reġistrat dak id-
dritt;
(iii) il-mod kif għandha ssir u tigi reġistrata; u
(iv) dawk iċ-ċirkostanzi li taħthom kull assi jista’ ma
jiġix registrat.
Kap. 123.
(b) Għall-finijiet tal-paragrafu (a), il-frazi "ligijiet
relevanti" għandha l-istess tifsira bħalma hu mogħti
lilha fl-artikolu 9B ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq l-
Income.
