            BASTIMENTI   MERKANTILI  AP.  234.    1
KAPITOLU 234
ATT DWAR IL-BASTIMENTI MERKANTILI
Att biex jirregola l-bastimenti merkantili.
 6 ta’ April, 1973;
1 ta’ Ġunju, 1973;
13 ta’ Awissu, 1974;
16 ta’ Diċembru, 1974;
8 ta’ Novembru, 1986
L-ATT XI ta’ l-1973, u ġie emendat bl-Avviż Legali Nru. 148 ta’ l-1975; bl-Atti: XI ta’ l-
1977, XXXI ta’ l-1981, XXIV ta’ l-1986 u XXXVII ta’ l-1988; bl-Avviżi Legali Nri. 37 ta’ l-
1989 u 152 ta’ l-1989; bl-Atti VIII u XXXVII ta’ l-1990 u XVII ta’ l-1991; bl-Avviżi Legali Nri.
86 ta’ l-1993 u 125 ta’ l-1995; bl-Att XXIV ta’ l-1995, bl-Att XXII ta’ l-2000, u bl-Avviżi
Legali 278 u 340 ta’ l-2002.
TAQSIM TA’ L-ATT
Artikoli 
Taqsima I.  Preliminari  1-2 
Taqsima II. Reġistru 3-84
Reġistrazzjoni ta’ Bastimenti Maltin  3-5 
Drittijiet ta’ reġistrazzjoni  6-9 
Proċedura għal reġistrazzjoni 10-18 A
Ċertifikat ta’ reġistrazzjoni  19-27 
Għeluq ta’ Reġistrazzjoni  28-30 
Trasferiment u Trasmissjonijiet  32-37 
Privileġġi Marittimi u Ipoteki Navali  37A-49 
Privileġġi Speċjali 50-54A 
L-isem tal-bastiment  55-56 
Reġistrazzjoni ta’ tibdiliet, Reġistrazzjoni mill-ġdid
u Trasferiment ta’ Reġistrazzjoni  57-63 
Dikjarazzjonijiet 64-65 
Prospetti, Spezzjon tar-Reġistru u Provi 67-68 
Formuli  69 
Falsifikazzjoni u dikjarazzjonijiet foloz  70-71 
Bandiera u Karattru Nazzjonali  72-76 
Konfiska ta’ bastiment  77 
Għeluq ta’ reġistrazzjoni  79 
Kejl ta’ bastiment u tunnellaġġ  81-84
Taqsima IIA.  Registrazzjoni ta’ Bareboat Charter  84A-84Y
Taqsima III.  Taxxi u Konċessjonijiet  85-88A 
  2      KAP. 234. ħ       BASTIMENTI   MERKANTILI
Artikoli 
Taqsima IV.  Kaptani u Baħrin  89-206
Ċertifikat ta’ kompetenza  89-98 
Kaptani  99-105 
Kundizzjonijiet għal dħul f’impieg  106-111
Ingaġġ ta’ baħrin 112-122C
Ċertifikati għal Able Seamen u koki tal-bastiment  123-124 
Temm ta’ ingaġġ ta’ baħrin 125-130 
Ħlas ta’ pagi  131-137A
Drittijiet tal-baħrin dwar il-paga 138-146 
Setgħa tal-qorti li tħassar kuntratti  147 
Akkommodazzjoni, Provvisti u Saħħa  148-154 
Faċilitajiet għal ilmenti  155 
Baħri li jmut jew li jkun nawfragat u baħri li jitħalla
l-art  156-168A
Disposizzjonijiet dwar dixxiplina  169-182 
Stowaways u baħrin li jinġarru bilfors 184-189 
Ġurnali uffiċjali  190-194 
Karti ta’ identità   195-203 
Applikazzjoni tat-Taqsima IV  204-206
Taqsima V.  Sigurtà  tal-Ħajja fuq il-Baħar  206A-308 
1. Kostruzzjoni u Tagħmir ta’ Bastimenti  207-249 
Regoli dwar kostruzzjoni, tagħmir jew sigurtà   207-213
Dikjarazzjoni ta’ spezzjon  214-216 
Ċertifikati dwar bastimenti  217-231 
Kif ir-regoli jiġu nfurzati  232-241 
Bastimenti Barranin tal-Konvenzjoni dwar il-
Ħarsien mill-Periklu 242-246 
Eżenzjoni minn ħtiġijiet dwar harsien mill-
periklu u tifsir  247-249 
2. Sinjal tat-Tagħbija u Tagħbija  250-277
Disposizzjonijiet ġenerali  250-251 
Bastimenti Maltin  252-260 
Bastimenti Barranin  261-266 
Eżenzjonijiet  267-271 
Sottodiviżjonijiet ta’ sinjali tat-tagħbija u 
merkanzija fuq il-gverta  272-273 
Disposizzjonijiet Mixxellanji u Supplementari  274-276 
Bastimenti mhux suġġetti għad-disposizzjonijiet 
dwar is-sinjal tat-tagħbija  277 
            BASTIMENTI   MERKANTILI  AP.  234.    3
Artikoli 
3. Bastimenti mhux Tajbin għall-Baħar  278-283C
4. Ġarr ta’ Oġġetti Perikolużi  284-291
5. Tħaris minn Kolliżjonijiet  292-297 
6. Disposizzjonijiet Mixxellanji  298-308
Taqsima VA. Tħaris minn Tinġis li jsir minn Bastimenti 308A
Taqsima VI.  Bastimenti ta’ l-Emigranti  309-311 
Taqsima VII.  Inkjesti u qrati Speċjali dwar Bastimenti  312-329 
Inkjesti u stħarriġ fuq disgrazzji dwar bastimenti  312-317
Disposizzjonijiet dwar uffiċjali biċ-ċertifikat 318-324 
Smiegħ mill-ġdid ta’ stharriġ u inkjesti  325 
Qorti ta’ spezzjon  326-328
Regoli  329
Taqsima VIII.  Fdal ta’ Bastiment Nawfragat u Salvataġġ  330-346 
Bastimenti f’periklu  330-334
Xi jsir dwar fdal ta’ bastiment nawfragat  335-338 
Tneħħija ta’ fdal ta’ bastiment nawfragat  339-34l 
Salvataġġ 342-346
Taqsima IX. Responsabbiltà  ta’ Sidien ta’ Bastimenti  347- 362 
Responsabbiltà  u limitazzjoni tagħha 347- 358 
Tqassim ta’ responsabbiltà   359-362
Taqsima X.  Disposizzjonijiet Ġenerali  363-374 
Reġistratur-Ġenerali u reġistraturi  363- 366 
Surveyors ta’ bastimemti  367- 369 
Ġurisdizzjoni u proċedimenti  370 -372C
Applikazzjoni ta’ l-Att għal Bastimenti Barranin 
b’Ordni  373 
Regolamenti, Regoli u Ordnijiet  374-375
SKEDI
L-Ewwel Skeda Drittijiet ta’ reġistrazzjoni
It-Tieni Skeda  Dokumenti li jkunu fil-forma preskritta mill-Ministru 
It-Tielet Skeda  Bandiera Nazzjonali għal Bastimenti Maltin
Ir-Raba’ Skeda  Forma ta’ Karta ta’ Baħri Malti
Il-Ħames Skeda  Dikjarazzjoni flok Prospett ta’ taxxa għar-rigward ta’ kumpannija
li tkun sid u, jew, topera bastiment eżentat.
  4      KAP. 234. ħ       BASTIMENTI   MERKANTILI
TAQSIMA I 
PRELIMINARI
Titolu fil-qosor.  1. It-titolu fil-qosor ta’ dan l-Att hu l-Att dwar il-Bastimenti
Merkantili. 
Tifsir.
Emendat:
XXXVII. 1988.4; 
XVII. 1991.82;
XXII. 2000.3.
2. (1) F’dan l-Att, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra jew jekk ma jkunx provdut xort’oħra -
"akkommodazzjoni ta’ l-ekwipaġġ" tinkludi kmamar ta’ l-irqad,
mess rooms, akkommodazzjoni sanitarja, akkommodazzjoni ta’
sptar, akkommodazzjoni ta’ rikreazzjoni, kmamar ta’ ħżin u
akkommodazzjoni għal catering provduta għall-użu ta’ baħrin u
apprendisti, li ma tkunx akkomodazzjoni li tkun użata wkoll minn,
jew provduta għall-użu ta’, passiġġieri;
Kap. 352. "Awtorità " tfisser l-Awtorità  Marittima ta’ Malta stabbilita bl-
Att dwar l-Awtorità  Marittima ta’ Malta;
"baħri" tinkludi kull persuna (barra minn kaptani, bdoti u
apprendisti) impjegati jew imqabbdin fi kwalunkwe kariga abbord
ta’ bastiment;
"bastiment" tfisser kull xorta ta’ biċċa tal-baħar li tintuża fin-
navigazzjoni, sew jekk titmexxa bil-makni tagħha stess sew jekk le,
u tinkludi braken, puntuni u oil rigs u bċejjeċ tal-baħar oħra bħal
dawn, iżda ma tinkludix biċċiet tal-baħar li jitmexxew permezz ta’
mqadef, u għal dawk it-taqsimiet ta’ l-Att kull fejn tapplika
għandha tinkludi wkoll bastiment fi stat ta’ kostruzzjoni;
"bastiment tal-merkanzija" tfisser kull bastiment li ma jkunx
bastiment tal-passiġġieri, bastiment tas-sajd jew pleasure yacht; 
"bastiment tal-passiġġieri" tfisser kull bastiment li jġorr iktar
minn tnax-il passiġġier;
"bdot" tfisser kull persuna li ma tkunx tappartjeni lil bastiment
iżda li jkollha t-tmexxija tiegħu f’idha;
"biċċa tal-baħar" tinkludi kull bastiment jew dgħajsa, jew kull
xort’oħra ta’ biċċa tal-baħar użata fin-navigazzjoni;
"Gazzetta" tfisser il-Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta;
"għajnuna għan-navigazzjoni bir-radju" tfisser apparat tar-radju
abbord ta’ bastiment li jkun apparat maħsub sabiex tiġi stabbilita l-
posizzjoni jew id-direzzjoni ta’ bastimenti jew oġġetti oħra;
"ħwejjeġ" dwar persuni, tinkludi ilbies u dokumenti ta’ dawk il-
persuni;
"il-port ta’ ritorn xieraq" tfisser jew il-port li minnu baħri jew
apprendista jkun imbarka jew port f’pajjiżu jew xi port ieħor
aċċettat mill-baħri jew mill-apprendist;
"isem" dwar persuna, tinkludi l-kunjom;
"kaptan" tinkludi kull persuna (barra minn bdot) li jkollha l-
kmand jew tkun inkarigata minn bastiment;
"kumpannija" tfisser soċjetà  anonima;
            BASTIMENTI   MERKANTILI  AP.  234.    5
"liġi" tfisser kull strument li jkollu saħħa ta’ liġi;
"Malta" għandha l-istess tifsir kif mogħti lilha bl-artikolu 124
tal-Kostituzzjoni ta’ Malta;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-bastimenti u
tinkludi kull persuna li taġixxi taħt l-awtorità  tiegħu;
"mogħdija mid-dwana" tinkludi wkoll permess tad-dwana li
jibqa’ għaddej;
"paga" tinkludi kull qliegħ minn impieg;
"passiġġier" tfisser kull persuna li tinġarr fuq bastiment barra
minn -
(a) persuni mpjegati jew imqabbdin fi kwalunkwe kariga
abbord tal-bastiment fuq ix-xogħol tal-bastiment;
(b) persuna li tkun abbord tal-bastiment jew minħabba l-
obbligu tal-kaptan li jġorr nawfragi, persuni li
jkollhom bżonn għajnuna jew persuni oħra, jew
minħabba xi ċirkostanzi li la l-kaptan u lanqas is-sid
ma seta’ jiskansa jew jeħles minnhom; u
(ċ) persuna taħt l-età  ta’ sena; 
"persuna" tinkludi għaqda ta’ persuni;
"preskritt" tfisser preskritt b’regolamenti, regoli, ordnijiet jew
istruzzjonijiet skond dan l-Att;
"qorti ta’ survey" tfisser il-qorti mwaqfa bl-artikolu 326;
"reġistrat" tfisser reġistrat skond dan l-Att;
"reġistratur" tfisser persuna nominata bħala reġistratur skond l-
artikolu 364, u tinkludi kull persuna li taġixxi taħt l-awtorità  tiegħu
bil-permess tar-Reġistratur-Ġenerali;
"Reġistratur-Ġenerali" tfisser ir-Reġistratur-Ġenerali ta’
Bastimenti u Baħrin kif provdut fl-artikolu 363, u tinkludi lil kull
persuna li taġixxi taħt l-awtorità  tiegħu; 
"reġistru" tfisser id-dokumentazzjoni li għandha tinżamm mir-
reġistratur skond l-artikolu 365;
"regolamenti dwar kolliżjoni" tfisser ir-regolamenti magħmula
taħt l-artikolu 292;
"regolamenti dwar tunnellaġġ" tfisser ir-regolamenti sabiex jiġi
stabbilit it-tunnellaġġ ta’ bastiment magħmula skond l-artikolu 81;
" shipping master"  tfisser uffiċjal fl-uffiċċju tar-Reġistratur-
Ġenerali maħtur mill-Ministru biex jaqdi l-funzjonijiet ta’ shipping
master taħt dan l-Att, u, sew jekk dan l-uffiċjal ġie jew ma ġiex
hekk maħtur, tinkludi r-Reġistratur-Ġenerali;
" surveyor ta’ bastimenti" u " surveyor"  tfisser persuna nominata
bħala surveyor ta’ bastimenti skond l-artikolu 367; 
"uffiċjal konsulari" meta wżata dwar Malta, tfisser ir-
rappreżentant diplomatiku jew konsulari tal-Gvern ta’ Malta jew
persuna li tkun qed isservi f’servizz diplomatiku, konsulari jew
f’servizz ieħor barrani ta’ xi pajjiżi li, b’arranġament mal-Gvern ta’
  6      KAP. 234. ħ       BASTIMENTI   MERKANTILI
Malta, ikun inkarigat li jirrappreżenta l-interess tal-Gvern ta’
Malta; u meta wżata dwar xi pajjiż ieħor, tfisser l-uffiċjal magħruf
mill-Gvern ta’ Malta bħala uffiċjal konsulari ta’ dak il-pajjiż;
"uffiċjal xieraq" tfisser uffiċjal awtorizzat f’dak is-sens mill-
Ministru jew minn awtorità  xierqa oħra;
"xahar" tfisser xahar kalendarju.
(2) Kull avviż li jkun meħtieġ li jintbagħat taħt dan l-Att lill-
kaptan, sid jew xi persuna oħra li tirrapreżenta lill-bastiment jitqies
li jkun ġie debitament riċevut u notifikat jekk jintbagħat bil-posta
reġistrata lill-aħħar indirizz tas-sid reġistrat mar-reġistratur.
TAQSIMA II 
REĠISTRU
Reġistrazzjoni ta’ bastimenti Maltin
Bastimenti maltin. 
Emendat:
XXXVII. 1988.5; 
XVII. 1991.82;
XXII. 2000.4.
3. (1) Ebda bastiment, barra minn bastiment eżentat mir-
reġistrazzjoni, jew bastiment li għalih jirreferi is-subartikolu (7),
ma jkollu d-drittijiet u l-privileġġi ta’ bastiment malti jew ikun
magħruf bħala bastiment malti kemm-il darba dak il-bastiment ma
jkunx reġistrat skond dan l-Att.
Kap. 352. (2) Bastimenti reġistrati taħt l-Att dwar l-Awtorità  Marittima
ta’ Malta ta’ tul ta’ mhux iżjed minn erbgħa w għoxrin metru jkunu
eżenti mir-reġistrazzjoni, u dawk il-bastimenti, jekk ma jkunux
reġistrati f’xi post ieħor u jekk ikunu għal kollox proprjetà  ta’
persuni li regolarment igħixu f’Malta jew ta’ għaqdiet ta’ persuni
kostitwiti skond u suġġetti għal-liġijiet ta’ Malta u li jkollhom il-
post prinċipali tan-negozju tagħhom f’Malta, għandhom ukoll
jitqiesu li huma bastimenti maltin:
Iżda bastimenti ta’ tul ta’ sitt metri jew iżjed mhux użati
biss għal navigazzjoni madwar il-kosta ta’ Malta ma għandhomx
ikunu eżenti mir-reġistrazzjoni.
(3) Ikun jista’ jiġi reġistrat kull bastiment li jkun qiegħed
jinbena jew jitgħammar u li meta jinbena jew jitgħammar ikun
bastiment li jkun jista’ jiġi reġistrat taħt dan l-Att.
(4) Waqt li jkun qiegħed jitlesta l-bastiment jista’ jiġi mogħti
numru uffiċjali u isem.
(5) Għall-finijiet ta’ identifikazzjoni, is-sid ta’ dak il-bastiment
li jkun qiegħed jinbena jew jitgħammar għandu jidentifikah billi
jiżboh in-numru uffiċjali, l-isem u l-port ta’ reġistrazzjoni fuq il-
karina, u dawn id-dettalji għandhom jiġu riprodotti fuq ġenb il-
bastiment u eventwalment fuq il-poppa, skond kif ikun possibbli
minn żmien għal żmien u qabel dan ta’ hawn fuq ikun possibbli is-
sid għandu jidentifikaħ billi jiżboh fuq tabella, miżmuma qrib il-
post fit-tarznar tal-bennej fejn il-bastiment ikun qiegħed jinbena,
in-numru assenjat, l-isem u l-port ta’ reġistrazzjoni, fuq sfond skur,
f’figuri u ittri bojod jew sofor ta’ tul ta’ mhux anqas minn għaxar
            BASTIMENTI   MERKANTILI  AP.  234.    7
ċentimetri.
(6) Il-ħtiġiet ta’ dan l-Att-
(a) li għandhom x’jaqsmu ma’ l-ispezzjon u s-sigurtà  ta’
bastimenti diġà  mibnija; u
(b) li għandhom x’jaqsmu mad-dikjarazzjoni ta’ proprjetà
ta’ bastiment li jkun qed jinbena meta l-kostrutturi
tiegħu ma jkunux għadhom għamlu l-konsenja lis-
sidien,
għandhom jiġu sospiżi taħt dawk il-kondizzjonijiet li r-Reġistratur-
Ġenerali jista’ jimponi, sakemm titlesta l-kostruzzjoni jew it-
tagħmir tal-bastiment jew sakemm tkun saret il-konsenja, skond il-
każ.
(7) Minkejja kull disposizzjoni oħra ta’ dan l-Att, bastimenti
ta’ anqas minn sitt metri tul, ma jkunux reġistrabbli taħt dan l-Att.
(8) Ma għandu jiġi reġistrat ebda bastiment hlief mir-
Reġistratur-Ġenerali jew bil-permess espress tiegħu jekk il-
kompletar ta’ l-ewwel kostruzzjoni ta’ dak il-bastiment ikun sar
iktar minn ħamsa w għoxrin sena qabel il-bidu tas-sena li fiha ssir
għall-ewwel darba l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni taħt dan l-
Att, u r-Reġistratur-Ġenerali jista’ jippermetti r-reġistrazzjoni, jew
jirrofta milli jippermetti r-reġistrazzjoni, ta’ xi bastiment bħal dak:
Iżda l-Ministru jista’, f’kull każ, jordna lir-Reġistratur-
Ġenerali biex ma jirreġistrax xi bastiment, ikollu kemm ikollu
żmien, li dwaru tkun saret applikazzjoni għal reġistrazzjoni jekk,
fil-fehma tal-Ministru, dan ikun ta’ ħsara għall-interess nazzjonali
ta’ Malta jew għal kull interess ta’ bastimenti Maltin li kieku dan
kellu jiġi reġistrat.
 Bastimenti li 
jikkwalifikaw li 
jiġu reġistrati 
skond dan l-Att. 
Emendat:
XXXVII. 1988.6;
XXII. 2000.5. 
4. (1) Bastiment ma jikkwalifikax għal reġistrazzjoni skond
dan l-Att kemm-il darba ma jkunx għal kollox proprjetà  ta’ persuni
skond id-deskrizzjoni li ġejja (f’dan l-Att imsejħin persuni
kwalifikati li jkunu sidien ta’ bastiment malti), jiġifieri -
(a) ċittadini ta’ Malta;
(b) għaqdiet ta’ persuni kostitwiti skond u suġġetti għall-
liġijiet ta’ Malta li jkollhom il-post prinċipali tan-
negozju tagħhom f’Malta jew li jkollhom post tan-
negozju f’Malta u jissodisfaw lill-Ministru li huma
jistgħu u li ser jiżguraw it-tħaris tal-liġijiet ta’ Malta
dwar bastimenti merkantili;
(ċ) dawk il-persuni l-oħra li l-Ministru jista’,
b’regolamenti, jippreskrivi,
u, bla ħsara ta’ xi disposizzjonijiet oħra ta’ dan l-Att, jekk
bastiment reġistrat ma jibqax għal kollox il-proprjetà  ta’ persuni
kwalifikati li jkunu sidien ta’ bastimenti maltin, dak il-bastiment
ma jibqax bastiment malti.
(2) Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, regolamenti
magħmulin taħt is-subartikolu (1)(ċ) jistgħu, b’mod partikolari -
(a) jippreskrivu l-limitu ta’ proprjetà  ta’ bastiment jew
  8      KAP. 234. ħ       BASTIMENTI   MERKANTILI
klassi ta’ bastimenti eliġibbli għal reġistrazzjoni taħt
dan l-Att; u
(b) jippreskrivu kondizzjonijiet oħra li jmorru flimkien
mal-ħtiġiet ta’ proprjetà  għal bastimenti eliġibbli għal
reġistrazzjoni taħt dan l-Att.
(3) Għaqda ta’ persuni titqies li tissodisfa lill-Ministru kif
meħtieġ bis-subartikolu (1)(b) kemm-il darba l-Ministru ma jkunx
għamel dikjarazzjoni kontra; u l-Ministru jista’, qabel ma jirtira
dikjarazzjoni tali, jagħmel dawk il-kundizzjonijiet kif jidhirlu
xieraq fiċ-ċirkostanzi li jistgħu jinkludu li jingħataw garanzija jew
pleġġ.
(4) Għall-finijiet tas-subartikolu (1)(b), il-Ministru jista’,
permezz ta’ regolamenti, jistabbilixxi dawk il-kondizzjonijiet oħra
li huwa jista’ jqis spedjenti sabiex tiġi assigurata l-applikazzjoni
xierqa ta’ dan l-Att, u l-ħarsien kif imiss tal-liġijiet ta’ Malta dwar
il-bastimenti merkantili.
Port ta’ ritorn. 
Emendat: 
XXXVII. 1988.7.
5. Il-port ta’ ritorn ta’ kull bastiment reġistrat skond dan l-Att
ikun il-Belt Valletta, u l-isem tal-port ta’ ritorn għandu jkun muri
fuq kull ċertifikat tar-reġistrazzjoni maħruġ taħt l-artikolu 19.
Drittijiet ta’ Reġistrazzjoni
Dritijiet ta’ 
reġistrazzjoni. 
Emendat: 
XXIV. 1986.2.
6. (1) Għandhom jinġabru dwar ir-reġistrazzjoni ta’
bastiment skond dan l-Att id-dritt għall-ewwel reġistrazzjoni u d-
dritt ta’ kull sena speċifikati fl-Ewwel Skeda li tinsab ma’ dan l-
Att.
(2) Il-Ministru jista’ bi ftehim mal-Ministru responsabbli għall-
finanzi, permezz ta’ regolamenti li jagħmel, jemenda, iżid ma’,
ibiddel, iħassar jew jissostitwixxi l-Ewwel Skeda li hemm ma’ dan
l-Att.
Ħlas ta’ drittijiet. 
Emendat: 
XI. 1977.2;
XXIV. 1986.3. 
Sostitwit: 
XXXVII. 1988.8. 
Emendat: 
XXXVII. 1990.2;
XXII. 2000.6. 
7. (1) Id-dritt dovut għall-ewwel reġistrazzjoni u d-dritt ta’
kull sena għal sena waħda għandhom jitħallsu qabel ma l-bastiment
jiġi reġistrat, u ebda ċertifikat ta’ reġistrazzjoni kif deskritt fl-
artikolu 19 ma għandu jinħareġ dwar bastiment kemm-il darba ma
jkunux tħallsu d-drittijiet imsemmija dwar il-bastiment:
Iżda jekk ir-reġistratur jiġi mitlub jagħti servizz dwar
bastiment qabel dak il-bastiment ikun ġie reġistrat taħt dan l-Att,
ir-reġistratur jista’ jagħti dak is-servizz mal-ħlas ta’ somma
ekwivalenti għal għaxra fil-mija tad-dritt dovut għall-ewwel
reġistrazzjoni skond l-artikolu 6:
Iżda wkoll jekk dak il-bastiment jiġi reġistrat fi żmien sena
minn meta jingħata dan is-servizz, dan il-ħlas għandu jkun
imnaqqas mid-dritt dovut għall-ewwel reġistrazzjoni.
(2) Minn dak in-nhar ’il quddiem, id-dritt għandu jitħallas fl-
anniversarju tar-reġistrazzjoni inizjali.
(3) Minkejja li bastiment jibqa’ fuq ir-reġistru taħt dan l-Att,
ma jitħallsu ebda drittijiet tar-reġistrazzjoni kemm-il darba u
sakemm ma jkunx inħareġ ċertifikat ta’ reġistrazzjoni jew ċertifikat
ta’ tħassir, skond il-każ, taħt dan l-Att:
            BASTIMENTI   MERKANTILI  AP.  234.    9
Iżda f’ebda każ ma jista’ jinħareġ ċertifikat ta’
reġistrazzjoni minn data wara d-data ta’ skadenza ta’ l-aħħar
ċertifikat validu ta’ reġistrazzjoni, u jekk iċ-ċertifikat ta’
reġistrazzjoni jew ċertifikat ta’ tħassir jiġi konsenjat f’data wara,
id-drittijiet dovuti jibqgħu jakkumulaw mid-data ta’ skadenza ta’ l-
aħħar ċertifikat validu ta’ reġistrazzjoni:
Iżda wkoll, jekk jinħareġ ċertifikat ta’ tħassir ma’ l-għeluq
ta’ reġistrazzjoni skond l-artikolu 28A, m’għandu jitħallas ebda
dritt tar-reġistrazzjoni mal-ħruġ ta’ dak iċ-ċertifkat ta’ tħassir.
(4) Id-drittijiet speċifikati fis-subartikolu (1) jitħallsu fuq il-
bażi ta’ tunnellaġġ dikjarat minn sid il-bastiment fuq l-
applikazzjoni għar-reġistrazzjoni u dawk id-drittijiet jiġu aġġustati
skond it-tunnellaġġ speċifikat fiċ-ċertifikat tas-surveyor maħruġ
skond l-artikolu 14 meta dak iċ-ċertifikat jasal għand ir-reġistratur.
(5) Id-drittijiet ta’ l-ewwel reġistrazzjoni u d-drittijiet ta’ kull
sena ma jkunux suġġetti għal tnaqqis jew għoti lura ħlief kif
provdut f’dan l-Att, jew skond regolamenti li jistgħu isiru mill-
Ministru.
Ġbir ta’ drittijiet. 
ta’ reġistrazzjoni li għandhom jitħallsu skond dan l-Att u mill-ħruġ
tar-riċevuti dwarhom.
Nuqqas tal-ħlas ta’ 
drittijiet. 
Sostitwit: 
XXXVII. 1988.9.
9. Reġistratur ikun intitolat li jitlob il-ħlas ta’ drittijiet mhux
imħallsa, charges jew pieni dovuti taħt dan l-Att qabel id-
dokumentazzjoni ta’ xi transazzjoni fir-reġistru ta’ bastiment jew
qabel l-għoti ta’ xi servizzi f’konessjoni ma bastiment:
Iżda li f’kull każ kull kreditur ipotekarju reġistrat ikun
dejjem intitolat, mal-ħlas ta’ dak id-dritt kif jista’ jiġi preskritt,
għal xhieda dokumentarja uffiċjali dwar l-istatus ta’ l-ipoteka
navali tiegħu fir-reġistru ta’ xi bastimenti.
Proċedura għar-reġistrazzjoni
Applikazzjoni 
għal-reġistrazzjoni. 
Emendat: 
XXIV. 1986.4. 
Sostitwit: 
XXXVII. 1988.9. 
Emendat:
XXII.2000.7.
10. Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ bastiment, sew
proviżorja sew xort’oħra, għandu jkun fiha dik l-informazzjoni,
dawk id-dettalji u dokumenti kif jista’ jitlob ir-reġistratur, u
għandha ssir, fil-każ ta’ individwi mill-persuna li tkun qed titlob li
tiġi reġistrata bħala s-sid jew minn waħda jew iktar mill-persuni li
jkunu hekk qed jitolbu jekk ikun hemm iktar minn persuna waħda,
jew mill-mandatarju tagħha jew tagħhom, u fil-każ ta’ għaqdiet ta’
persuni mill-mandatarju tagħhom; u l-awtorità  tal-mandatarju
għandha tkun dikjarata bil-miktub, jekk ikun nominat minn
individwi bil-firma tal-mandanti, u, jekk nominat minn għaqda ta’
persuni bil-firma ta’ persuna jew persuni awtorizzati li jawtentikaw
dokumenti għall-għaqda ta’ persuni.
Dikjarazzjoni ta’ 
proprjetà . 
Sostitiwit: 
XXXVII. 1988.9. 
Emendat:
XXXVII. 1990.3. 
11. Persuna ma jkollhiex dritt li tiġi reġistrata bħala sid ta’
bastiment jew ta’ interess fih kemm-il darba hi, jew fil-każ ta’
għaqda ta’ persuni l-persuna awtorizzata b’dan l-Att li tagħmel
dikjarazzjonijiet f’isem l-għaqda ta’ persuni, ma tkunx għamlet u
ffirmat dikjarazzjoni ta’ proprjetà  dwar il-bastiment kif deskritt fl-
applikazzjoni msemmija fl-artikolu 10 u li jkun fiha l-
partikolaritajiet li ġejjin:
  10      KAP. 234. ħ       BASTIMENTI   MERKANTILI
(a) dikjarazzjoni tal-kwalifika tagħha li tista’ tkun sid ta’
bastiment malti jew, fil-każ ta’ għaqda ta’ persuni,
dikjarazzjoni taċ-ċirkostanzi li jippruvaw li tista’ tkun
sid ta’ bastiment malti;
(b) dikjarazzjoni dwar iż-żmien meta u l-post fejn inbena
l- bastiment jew, jekk dawn ma jkunux magħrufa,
dikjarazzjoni li min qed jagħmel id-dikjarazzjoni ma
jafx iż-żmien meta u l-post fejn inbena;
(ċ) dikjarazzjoni ta’ kemm hi jew l-għaqda ta’ persuni,
skond il-każ, għandhom dritt jiġu reġistrati bħala sid; 
(d) dikjarazzjoni li skond l-aħjar tagħrif u twemmin
tagħha ebda persuna jew għaqda ta’ persuni li ma
jistgħux ikunu sidien ta’ bastiment malti ma hi
intitolata bħala sid f’xi interess fil-bastiment jew f’xi
sehem minnu; u
(e) dikjarazzjoni dwar liema piżijiet reġistrati, jekk ikun
hemm, jeżistu fuq il-bastiment.
Reġistrazzjoni 
proviżorja. 
Sostitwit: 
XXXVII. 1988.9.
Emendat:
XXII.2000.8.
12. Meta jirċievi applikazzjoni għar-reġistrazzjoni, sew
proviżorja sew xort’oħra, magħmula skond l-artikolu 10 li jkollha
magħha dikjarazzjoni ta’ proprjetà  kif meħtieġ bl-artikolu 11, u
mal-ħlas tad-drittijiet speċifikati f’dan l-Att jew f’xi regolament
magħmul taħtu, ir-reġistratur jista’, bla ħsara għal dawk il-
kondizzjonijiet li jista’ jqis xierqa, proviżorjament jirreġistra l-
bastiment bħala bastiment malti għal sitt xhur basta min japplika
għar-reġistrazzjoni jkun ta prova li tissodisfa lill-Ministru li -
(a) l-bastiment ikun jew bastiment fi stat ta’ kostruzzjoni
jew tagħmir, jew jekk ikun mibni diġà  ikun jista
jbaħħar; u 
(b) fejn ikun meħtieġ is-sid reġistrat ikun issodisfa dawk
il-kondizzjonijiet li jistgħu jiġu stabbiliti skond id-
disposizzjonijiet tas-subartikolu (3) ta’ l-artikolu 4:
Iżda r-reġistratur jista’, meta jiġi muri raġuni tajba,
iġedded ir-reġistrazzjoni proviżorja ta’ bastiment għal perijodu
ieħor ta’, jew perijodi oħra li flimkien ma jagħmlux aktar minn sitt
xhur:
Iżda wkoll, minkejja d-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu,
ir-reġistratur jista’, qabel ir-reġistrazzjoni proviżorja ta’ bastiment,
jeħtieġ li dak il-bastiment jiġi spezzjonat minn spettur xieraq jew
surveyor ta’ bastimenti.
Dokumenti u provi 
wara r-
reġistrazzjoni 
proviżorja.
Sostitwit:
XXXVII. 1988.9. 
Emendat: 
XXXVII. 1990.4;
XXII.2000.13.
13. (1) Fi żmien xahar mir-reġistrazzjoni proviżorja, li tista’
tiġi estiża għal perjodu ieħor ta’ xahrejn fuq raġuni tajba, is-sid
għandu, kemm-ll darba l-bastiment ma jkunx xort’oħra eżentat,
jippreżenta lir-reġistratur dawn id-dokumenti u provi li ġejjin:
(a) ċertifikat tal-bennej, jiġifieri ċertifikat iffirmat minn
min bena l-bastiment (liema espressjoni tinkludi lil dik
il-persuna li r-Reġistratur-Ġenerali jagħraf, bħala li
għandha n-negozju tal-bini ta’ bastimenti) u li jkun fih
tagħrif veru dwar id-denominazzjoni xierqa u tat-
            BASTIMENTI   MERKANTILI  AP.  234.    11
tunellaġġ tal-bastiment kif stmat minnu, u dwar iż-
żmien meta u l-post fejn inbena, u dwar l-isem tal-
persuna (jekk ikun hemm) li għaliha nbena l-bastiment
jew, jekk ikun sar xi bejgħ, l-att tal-bejgħ jew
dokument ieħor li bis-saħħa tiegħu il-bastiment jew
sehem fih ġie trasferit lil min japplika għar-
reġistrazzjoni;
(b) prova sodisfaċenti lir-reġistratur, jew skond kif jista’
jiġi preskritt mill-Ministru, li xi ċertifikat barrani tar-
reġistrazzjoni tal-bastiment, jew dokumenti
ekwivalenti, ikun ġie legalment kanċellat jew li r-
reġistrazzjoni tkun ġiet debitament magħluqa:
Iżda l-Ministru jista’ f’dawk iċ-ċirkostanzi li
huwa jista’ jqis xierqa, jordna li ebda ċertifikat tali ma
jkun meħtieġ meta, is-sid ikun ipprova jikseb dak iċ-
ċertifikat iżda minħabba raġunijiet li ma kellux
kontroll fuqhom ikun sar dewmien żejjed. Il-Ministru
jista’ jagħti kull direttiva dwar il-preżentazzjoni ta’
dawk id-dokumenti l-oħra li huwa jqis xierqa.
(2) Fi żmien sitt xhur mir-reġistrazzjoni proviżorja, li tista’ tiġi
estiża għal perjodu ieħor ta’, jew għal perjodi oħra li ma jkunux
b’kollox jeċċedu, s-sitt xhur fuq raġuni tajba, is-sid għandu, kemm-
il darba l-bastiment ma jkunx xort’oħra eżentat, jippreżenta lir-
reġistratur dawn id-dokumenti u provi li ġejjin:
(a) prova li l-bastiment inharġulu dawk iċ-ċertifikati
validi meħtieġa b’konvenzjonijiet internazzjonali
(inklużi protokolli, annessi u appendiċijiet relattivi) li
l-Gvern ta’ Malta jkun irratifika jew aderixxa
għalihom jew aċċetta;
(b) ċertifikat ta’ spezzjoni maħruġ skond l-artikolu 14 u
kopja taċ-ċertifikat tal-kejl tat-tunnellaġġ:
Iżda r-Reġistratur-Ġenerali jista’, bla ħsara għal
dawk il-kondizzjonijiet li huwa jqis xierqa, fil-każ ta’
bastiment li jkun qed jinbena, jerga’ jinbena jew jiġi
mgħammar, jeżenta lil dak il-bastiment mill-ħtiġiet ta’
dan il-paragrafu għal perjodu ta’ sena li jista’, għal
raġuni tajba, jiġġedded għal perjodu ieħor ta’ sena;
(ċ) nota ta’ inċiżjoni u markar maħruġa skond l-artikolu
15 jew prova sodisfaċenti lir-reġistratur li l-bastiment
ġie mmarkat skond l-artikolu 15.
Spezzjon u kejl ta’ 
bastiment. 
Sostitwit: 
XXXVII. 1988.9. 
14. (1) Qabel ma jiġi reġistrat, kull bastiment għandu jiġi
spezzjonat minn surveyor tal-bastimenti u t-tunnellaġġ tiegħu jiġi
stabbilit skond ir-regolamenti dwar it-tunnellaġġ skond dan l-Att.
(2) Is-surveyor għandu fiċ-ċertifikat tiegħu jispeċifika t-
tunnellaġġ u kif hu mibni l-bastiment u dawk il-partikolaritajiet l-
oħra li jiddeskrivu l-identità  tal-bastiment li l-Ministru jista’ minn
żmien għal żmien jeħtieġ, u għandu jiċċertifika li t-tunnellaġġ ikun
ġie stabbilit skond ir-regolamenti dwar it-tunnellaġġ ta’ dan l-Att.
(3) Iċ-ċertifikat tas-surveyor u kopja taċ-ċertifikat ta’
  12      KAP. 234. ħ       BASTIMENTI   MERKANTILI
tunnellaġġ għandhom jiġu konsenjati lir-reġistratur qabel ir-
reġistrazzjoni. 
Markar ta’ 
bastiment. 
Sostitwit: 
XXXVII. 1988.9.
Emendat:
XXII. 2000.2.
15. (1) Qabel ma jiġi reġistrat, kull bastiment għandu jkun
markat permanentement u b’mod li jidher għas-sodisfazzjon tar-
reġistratur kif ġej:
(a) l-isem tiegħu għandu jkun markat fuq kull naħa tal-
pruwa u l-isem tiegħu u l-isem tal-port ta’ ritorn
għandhom ikunu markati fuq il-poppa, fuq sfond skur
b’ittri bojod jew sofor jew fuq sfond ċar b’ittri suwed,
liema ittri għandhom ikunu ta’ tul ta’ mhux inqas minn
għaxar ċentimetri u ta’ wisgħa proporzjonata;
(b) in-numru uffiċjali tiegħu u n-numru li juri t-tunnellaġġ
reġistrat tiegħu għandhom ikunu inċiżi fuq il-prim
tiegħu; u
(ċ) skala ta’ piedi jew deċimetri li turi l-għoli ta’ l-ilma
meħtieġ biex il-bastiment iżomm fil-wiċċ għandha
tkun markata fuq kull naħa taz-zokk tiegħu u fuq l-
istern post tiegħu b’ittri kapitali Rumani jew figuri ta’
mhux inqas minn ħmistax-il ċentimetru tul, u li l-linja
ta’ isfel ta’ dawk l-ittri jew figuri taħbat sewwa sew
mal-linja ta’ l-għoli ta’ l-ilma indikata bihom, u dawk
l-ittri jew figuri għandhom ikunu markati billi jiġu
inċiżi u miżbugħin bojod jew sofor fuq sfond iswed
jew b’dak il-mod l-ieħor kif il-Ministru japprova.
(2) Il-Ministru jista’ jeżenta kwalunkwe klassi ta’ bastimenti
mill-ħtiġiet kollha jew minn uħud mill-ħtiġiet ta’ dan l-artikolu taħt
dawk il-kondizzjonijiet li jidhirlu xierqa.
(3) Jekk l-iskala li turi l-għoli ta’ l-ilma meħtieġ biex il-
bastiment iżomm fil-wiċċ tkun f’xi dettall mhux eżatta hekk li
x’aktarx tqarraq, is-sid tal-bastiment jista’ jeħel multa ta’ mhux
iżjed minn mitt unit.
(4) Il-marki meħtieġa b’dan l-artikolu għandhom jitħallew
permanentement u ebda tibdil ma jista’ jsir fihom ħlief fil-każ li xi
ħaġa mill-partikolaritajiet murija bihom ma tkunx tbiddlet bil-mod
provdut b’dan l-Att.
(5) Jekk xi sid jew kaptan ta’ bastiment reġistrat ma jieħux
ħsieb li l-bastiment tiegħu jibqa’ markat kif meħtieġ b’dan l-
artikolu, jew jekk xi persuna taħbi, tneħħi, tibdel jew tħassar, jew
tħalli lil xi persuna taħt il-kontroll tagħha li taħbi, tneħħi, tibdel
jew tħassar xi waħda mill-imsemmija marki, ħlief fil-każ imsemmi
qabel, jew ħlief sabiex jiġi evitat il-qbid minn għadu, dak is-sid, il-
kaptan jew dik il-persuna jistgħu jeħlu għal kull reat multa ta’
mhux inqas minn mitt unit, u fuq ċertifikat ta’ surveyor ta’
bastimenti li bastiment ma jkunx markat biżżejjed jew kif imiss, il-
bastiment jista’ jiġi detenut sakemm dak in-nuqqas jiġi rimedjat.
            BASTIMENTI   MERKANTILI  AP.  234.    13
Tħaris tal-ħtiġiet 
ta’ dan l-Att. 
Emendat: 
XXIV. 1986.5. 
Sostitwit: 
XXXVII. 1988.9.
Emendat: 
XXXVII. 1990.5;
XXII. 2000.2; 10. 
16. (1) Mingħajr ħsara għal kull disposizzjoni dwar bastimenti
li jkunu qegħdin jinbnew, jerġgħu jinbnew jew jiġu mgħammra, il-
bastimenti kollha reġistrati proviżorjament taħt dan l-Att
għandhom iħarsu, ħlief fejn ikunu espressament eżentati, il-ħtiġiet
ta’ dan l-Att fiż-żminijiet speċifikati f’dan l-Att, u f’kull każ, fi
żmien massimu ta’ tnax-il xahar mid-data tar-reġistrazzjoni
proviżorja u minn hemm ’il quddiem għandhom josservaw dawk il-
ħtiġiet imniżżla fl-Att jew f’xi regolamenti magħmulha taħtu.
(2) Kull persuna li tonqos li tosserva l-ħtiġiet ta’ dan l-Att fil-
limiti ta’ żmien speċifikat f’avviż bil-miktub notifikat mir-
reġistratur lis-sid, tista’ teħel penali ta’ ħamsin unit fix-xahar jew
parti minnu għal kull ksur u kull bastiment li ma jħarisx il-ħtiġiet
ta’ reġistrazzjoni proviżorja fi żmien massimu ta’ tnax-il xahar
jista’ jeħel penali ta’ mitejn unit fix-xahar jew parti minnu u f’dawn
il-każijiet ir-reġistratur jista’ jieħu passi biex jikkanċella dak il-
bastiment skond dan l-Att.
(3) Ir-reġistratur ma jistax jirreġistra mill-ġdid xi bastiment,
proviżorjament jew xort’oħra, qabel il-ħlas tal-penali kollha li
jkunu ġġarrbu qabel u kemm-il darba ma tingħatax prova
sodisfaċenti għar-reġistratur li l-bastiment kien ġie reġistrat
f’reġistru barrani il-penali għall-perijodu intervenjenti għandhom
jinġabru wkoll.
(4) Ikun l-obbligu tas-sid matul il-perijodu kollu tar-
reġistrazzjoni, kemm jekk din tkun proviżorja jew xort’oħra, li
javża lir-reġistratur wara xi tibdil, li seta’ jkun ġara fil-perijodu
intervenjenti mir-reġistrazzjoni ’l quddiem, fit-tagħrif li jkun hemm
f’xi ċertifikat u prova preżentati qabel ir-reġistrazzjoni.
(5) Ir-reġistratur jista’ jirrifjuta li jirreġistra bastiment
proviżorjament għal aktar minn tliet darbiet wara xulxin anke fl-
isem ta’ sidien differenti, u għandu jirrifjuta li konsekuttivament
jirreġistra bastiment proviżorjament għal aktar minn darbtejn fl-
isem ta’ l-istess sid.
Dħul ta’ dettalji fir-
reġistru. 
Emendat: 
XXXVII. 
1988.4;10.
17. Minnufih kif il-ħtiġijiet ta’ dan l-Att qabel ir-reġistrazzjoni
sew jekk proviżorja sew xort’oħra jkunu tħarsu, ir-reġistratur
għandu jdaħħal fir-reġistru d-dettalji li ġejjin dwar il-bastiment: 
(a) l-isem tal-bastiment;
(b) id-dettalji li jkunu jinsabu fiċ-ċertifikat tas-surveyor
fejn applikabbli;
(ċ) il-partikolaritajiet dwar l-oriġini tiegħu mogħtija fid-
dikjarazzjoni ta’ proprjetà ;
(d) l-isem u d-deskrizzjoni tas-sid jew sidien reġistrati
tiegħu u, jekk ikun hemm iktar minn sid wieħed, il-
proporzjonijiet ta’ x’sehem għandhom fih;
(e) xi piżijiet reġistrati li jistgħu ikunu ġew għall-
konoxxenza tar-reġistratur.
  14      KAP. 234. ħ       BASTIMENTI   MERKANTILI
Dokumenti 
jinżammu mir-
reġistratur. 
Emendat:
XXII. 2000.11.
18. Meta bastiment jiġi reġistrat, ir-reġistratur iżomm għandu
ċ-ċertifikat tas-surveyor, kopja taċ-ċertifikat tal-bennej, kopja ta’ l-
aħħar att ta’ bejgħ magħmul qabel u d-dikjarazzjonijiet kollha ta’
proprjetà .
Is-sid manager ta’ 
bastiment jiġi 
reġistrat.
Miżjud:
XXII.2000.12.
18A.(1) Ir-reġistratur jista’ jeħtieġ li jiġu reġistrati għandu
dawk il-partikolaritajiet, hekk kif jista’ jqis xierqa, tas-sid manager
għal dak iż-żmien li matulu bastiment ikun reġistrat taħt dan l-Att.
(2) Meta ma jkunx hemm sid manager, għandhom jiġu
reġistrati l-partikolaritajiet ta’ dik il-persuna l-oħra li lilha jkun
fdat il-maniġġar tal-bastiment minn jew f’isem is-sid, u persuna li
jkollha l-partikolaritajiet tagħha hekk reġistrati għandu jkollha,
għall-għanijiet ta’ dan l-Att, dawk l-istess obbligi u tkun suġġetta
għall-istess responsabbiltajiet għar-rigward ta’ kull att li jsir jew
jonqos milli jsir minnha bħallikieku dak l-att sar jew naqas milli
jsir mis-sid manager.
Certifikat ta’ reġistrazzjoni
Ċertifikat ta’ 
reġistrazzjoni 
proviżorja jew 
xort’oħra. 
Sostitwit:
XXXVII. 1988.11. 
Emendat:
XXXVII.1990.6;
XXII. 2000.13.
19. (l) Meta titlesta r-reġistrazzjoni proviżorja ta’ bastiment
ir-reġistratur għandu, bla ħsara għal dawk il-kondizzjonijiet li huwa
jista’ jqis xierqa, jagħti ċertifikat proviżorju ta’ reġistrazzjoni:
Iżda, kemm-il darba ma jkunx eżentat, jekk il-bastiment ma
jkollux ċertifikati validi meħtieġa b’konvenzjonijiet internazzjonali
(inklużi protokolli, annessi u appendiċijiet relattivi) li l-Gvern ta’
Malta jkun irratifika jew aderixxa għalihom jew aċċetta u dawk iċ-
ċertifikati l-oħra li l-Ministru jista’ b’regolamenti jippreskrivi, ir-
reġistratur jagħti ċertifikat proviżorju mhux operattiv:
Iżda wkoll kemm-il darba l-ħtiġiet għar-reġistrazzjoni ma
jkunux tlestew, ir-reġistratur joħroġ ukoll ċertifikat proviżorju
mhux operattiv għal xi bastiment qiegħed li jikkwalifika għal
trattament speċjali taħt dan l-Att, jew għal bastiment li jkun qed
jiġi rmunkat.
(2) Meta titlesta r-reġistrazzjoni ta’ bastiment, ir-reġistratur
jagħti ċertifikat tar-reġistrazzjoni:
Iżda, kemm-il darba ma jkunx eżentat xort’oħra, jekk il-
bastiment ma jkollux ċertifikati validi meħtieġa b’konvenzjonijiet
internazzjonali (inklużi protokolli, annessi u appendiċijiet relattivi)
li l-Gvern ta’ Malta jkun irratifika jew aderixxa għalihom jew
aċċetta u dawk iċ-ċertifikati oħra li l-Ministru jista’ b’regolamenti
jippreskrivi, ir-reġistratur joħroġ ċertifikat tar-reġistrazzjoni mhux
operattiv:
Iżda wkoll jekk il-ħtiġiet tar-reġistrazzjoni jkunu tlestew ir-
reġistratur joħroġ ukoll ċertifikat tar-reġistrazzjoni mhux operattiv
għal kull bastiment qiegħed li jikkwalifika għal trattament speċjali
taħt dan l-Att, jew għal bastiment li jkun qiegħed jiġi rmunkat.
(3) Il-perijodu tal-validità  ta’ ċertifikat tar-reġistrazzjoni jkun
kif ġej:
(a) jekk jinħareġ fi żmien l-ewwel tnax-il xahar tar-
reġistrazzjoni proviżorja għall-bqija tal-perijodu ta’ l-
imsemmija tnax-il xahar; jew
            BASTIMENTI   MERKANTILI  AP.  234.    15
(b) jekk maħruġ f’għeluq l-ewwel tnax-il xahar għal
perijodu ta’ tnax-il xahar:
Iżda r-reġistratur, fuq talba tas-sid u mal-ħlas tad-dritt
annwali relattiv, jista’ joħroġ ċertifikat ta’ reġistrazzjoni għal
perijodu kombinat taż-żewġ perijodi msemmija fil-paragrafi (a) u
(b) hawnhekk, b’dana illi d-dritt speċifikat għal perijodu
sussegwenti ta’ tnax-il xahar ikunu mrodda lura jekk ir-reġistru tal-
bastiment ikun magħluq qabel il-bidu ta’ dak il-perijodu.
(4) Wara dan, iċ-ċertifikati ta’ reġistrazzjoni jinħarġu għal
perijodu ta’ tnax-il xahar b’dana illi fil-perijodu ta’ tlett xhur qabel
ma jagħlaq dak iċ-ċertifikat, ir-reġistratur mal-ħlas tad-dritt
annwali, għandu joħroġ ċertifikat ta’ tiġdid tar-reġistrazzjoni fuq
il-formola preskritta.
(5) Ma jista’ jinħareġ ebda ċertifikat, ħlief f’każijiet ta’ telfien
jew distruzzjoni ta’ ċertifikat, ħlief meta jiġi ritornat iċ-ċertifikat li
dak iż-żmien ikun qed jinżamm mis-sid jew fid-diskrezzjoni tar-
reġistratur, meta s-sid jintrabat li jirritorna ċ-ċertifikat fi żmien
massimu ta’ xahar.
(6) Ċertifikat tar-reġistrazzjoni, sew proviżorju sew xort’oħra,
maħruġ lil bastiment skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu,
jista’ jinħareġ bla ħsara għal dawk il-kundizzjonijiet li r-reġistratur
jista’ jqis xierqa u għandu jinkludi l-isem u n-numru uffiċjali tal-
bastiment u dawk il-partikolaritajiet, jekk ikun il-każ, li r-
reġistratur jista’ jqis xierqa li juru l-port tal-Belt Valletta bħala port
tiegħu.
(7)* Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu, bastiment qiegħed ikun
jikkwalifika għal trattament speċjali taħt dan l-Att jew xi
regolamenti magħmula taħtu jekk -
(a) is-sid reġistrat jagħmel dikjarazzjoni fis-sens li l-
bastiment ikun qiegħed u jkun se jibqa’ mqiegħed għal
perijodu ta’ mhux inqas minn tnax il-xahar; u
(b) tingħata prova sodisfaċenti lir-reġistratur li l-bastiment
ikun qiegħed u li tiċċertifika l-post fejn il-bastiment
ikun qiegħed:
Iżda jekk il-bastiment jiġi riattivat fi żmien sitt xhur mid-
data tad-dikjarazzjoni speċifikata fil-paragrafu (a) ta’ hawnhekk,
il-bastiment jitqies li ma jkunx ġie qiegħed, u d-drittijiet li jitħallsu
skond l-artikolu 7 isiru dovuti kollha kemm huma mid-data tad-
dikjarazzjoni:
Iżda wkoll jekk il-bastiment jiġi riattivat wara li jkunu
għaddew sitt xhur mid-data tad-dikjarazzjoni speċifikata fil-
paragrafu (a) ta’ hawnhekk id-drittijiet li jitħallsu taħt l-artikolu 7
jitħallsu mill-għeluq ta’ l-ewwel sitt xhur:
Iżda wkoll meta dikjarazzjoni speċifikata fil-paragrafu (a)
ta’ hawnhekk issir f’data wara li jkun imissu jitħallas id-dritt ta’
kull sena, id-differenza fid-drittijiet li kienu jitħallsu kieku d-
*Dan is-subartikolu għadu mhux fis-seħħ għal dak li jirrigwarda l-applikabbiltà
tiegħu għall-artikoli 37A, 37B, 37Ċ u 37D.
  16      KAP. 234. ħ       BASTIMENTI   MERKANTILI
dikjarazzjoni saret fi jew qabel id-data li fiha jkun imissu jitħallas
id-dritt ta’ kull sena, titnaqqas biss mal-ħlas tad-dritt ta’ kull sena li
jkun imiss.
Ċertifikat ta’ 
reġistrazzjoni 
f’isem in-
nolleġġatur.
Miżjud:
XXII. 2000.14.
19A. Fejn bastiment reġistrat taħt din il-Parti ta’ dan l-Att ikun
qiegħed jiġi mħaddem b’kuntratt ta’ nolleġġ f’kull sena li dwarha
min jieħdu b’nol ikun ħallas lir-reġistratur id-dritt ta’ reġistrazzjoni
għal dik is-sena, barra minn dak id-dritt ta’ kull sena mħallas mis-
sid, u dak il-bastiment ma jkunx ingħata reġistrazzjoni ta’ bareboat
charter f’reġistru barrani, ir-Reġistratur-Ġenerali, fuq
applikazzjoni minn min ikun ħadu b’nol li magħha għandu jkollha
kopja tal-ftehim ta’ nolleġġ u l-kunsens bil-miktub tas-sidien tal-
bastiment u tal-kredituri ipotekarji reġistrati kollha jista’, bla ħsara
għal dawk il-kondizzjonijiet li huwa jista’ jqis xierqa, jawtorizza l-
ħruġ ta’ ċertifikat ta’ reġistrazzjoni, kemm jekk provviżorju jew
xort’oħra, f’isem l-istess nolleġġatur, minflok f’isem is-sid
reġistrat. Il-kopja ta’ ftehim ta’ nolleġġ preżentata ma’ l-
applikazzjoni ma tkunx disponibbli għall-ispezzjon tal-pubbliku.
Kustodja ta’ 
ċertifikat. 
Emendat: 
XXXVII. 1988.12;
XXII. 2000.2.
20. (1) Kull ċertifikat ta’ reġistrazzjoni għandu jintuża biss
għal navigazzjoni leġittima tal-bastiment u ma jkunx suġġett li jiġi
miżmum minħabba xi titolu, preferenza, dejn jew interess li xi sid,
kreditur ipotekarju, jew persuna oħra jista’ jkollha jew tippretendi
li għandha fuq jew fil-bastiment.
(2) Ħlief kif awtorizzat jew provdut xort’oħra minn jew skond
dan l-Att, ebda persuna, sew jekk ikollha nteress fil-bastiment sew
jekk le, ma għandha tirrifjuta fuq talba li tikkonsenja kull ċertifikat
ta’ reġistrazzjoni meta jkun fil-pussess tagħha jew taħt il-kontroll
tagħha lill-persuna li jkollha dritt għall-kustodja tiegħu għall-
finijiet tan-navigazzjoni leġittima tal-bastiment, jew lil xi
reġistratur jew persuna oħra li jkollha d-dritt bil-liġi li titlob dik il-
konsenja; u kull persuna li hekk tirrifjuta, kemm-il darba ma jkunx
jidher li hemm xi raġuni xierqa għal dak ir-rifjut, tista’ teħel multa
ta’ mhux iżjed minn mitt unit.
Pieni għall-użu ta’ 
kull ċertifikat 
falsifikat. 
Emendat: 
XXXVII. 1988.12;
XXII. 2000.2.. 
21. Jekk il-kaptan jew is-sid ta’ bastiment juża jew jipprova
juża għan-navigazzjoni ta’ bastiment kull ċertifikat ta’
reġistrazzjoni mhux mogħti skond il-liġi dwar il-bastiment, għal
kull reat hu jista’ jeħel priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn
sentejn jew multa ta’ mhux iżjed minn ħames mitt unit, jew dik il-
priġunerija u multa flimkien; u l-bastiment jista’ jiġi konfiskat
skond dan l-Att.
Setgħa għall-għoti 
ta’ kull ċertifikat 
ġdid. 
Emendat: 
XXXVII.1988.4;12. 
22. Ir-reġistratur jista’, bl-approvazzjoni tar-Reġistratur-
Ġenerali, mal-konsenja lilu taċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni ta’
bastiment, jagħti kull ċertifikat ġdid minfloku.
Disposizzjoni dwar 
telf ta’ kull 
ċertifikat. 
Emendat:
XXXVII.1988.4;13. 
23. Fil-każ li kull ċertifikat ta’ reġistrazzjoni ta’ bastiment ma
jinstabx, jintilef jew jiġi distrutt jew ma jkunx xort’oħra jista’
jinstab, ir-reġistratur għandu jagħti kull ċertifikat ta’ reġistrazzjoni
ġdid minflok kull ċertifikat oriġinali.
Kontrosenja ta’ 
bdil ta’ kaptan fuq 
ċertifikat. 
24. Mħassar bl-artikolu 14 ta’ l-Att XXXVII ta’ l-1988.
            BASTIMENTI   MERKANTILI  AP.  234.    17
Kontrosenja ta’ 
bdil ta’ proprjetarju 
fuq ċertifikat.
Emendat:
XXXVII.1988.4;14; 
XXXVII. 1990.7;
XXII. 2000.2. 
25. (1) Kull meta ssir xi bidla dwar il-proprjetarji reġistrati ta’
bastiment, il-bdil dwar il-proprjetà  għandha, bla ħsara ta’ xi
disposizzjoni oħra ta’ dan l-Att, tiġi mniżżla f’kull ċertifikat ta’
reġistrazzjoni tal-bastiment.
(2) Il-kaptan għandu, sabiex jitniżżel dak il-bdil mir-
reġistratur, jikkonsenja kull ċertifikat ta’ reġistrazzjoni minnufih
wara l-bdil jekk il-bdil isir meta l-bastiment ikun fil-port fejn ikun
ġie reġistrat, u jekk il-bdil isir meta ma jkunx f’dak il-port, u l-bdil
ma jkunx tniżżel skond dan l-artikolu qabel ma reġa’ lura, allura
meta jerġa’ lura l-ewwel darba f’dak il-port.
(3) Ir-reġistratur li hu meħtieġ li jniżżel tibdil skond dan l-
artikolu jista’ għal dak l-iskop jeħtieġ lill-kaptan tal-bastiment li
jikkonsenjalu kull ċertifikat ta’ reġistrazzjoni tal-bastiment, sabiex
il-bastiment ma jiġix minħabba f’hekk miżmum, u l-kaptan għandu
jikkonsenjah skond hekk.
(4) Jekk il-kaptan jonqos li jikkonsenja kull ċertifikat ta’
reġistrazzjoni kif meħtieġ skond dan l-artikolu hu jista’ jeħel għal
kull reat multa ta’ mhux iżjed minn mitt unit.
Konsenja ta’ 
ċertifikat ta’ 
bastiment mitluf 
jew li ma baqax 
malti.
Emendat: 
XXIV. 1986.6;
XXXVII.1988.4,15;
XXII. 2000.2, 15. 
26. (1) Fil-każ li bastiment reġistrat sew proviżorjament sew
xort’oħra, ikun mitluf jew preżunt mitluf, maqbud mill-għadu,
maħruq jew miksur, jew ma jibqax, sew minħabba li jiġi trasferit lil
persuni li m’humiex kwalifikati li jkunu sidien ta’ bastiment malti
kemm għal xi raġuni oħra, bastiment malti, kull wieħed mis-sidien
tal-bastiment għandu, minnufih kif isir jaf bil-fatt, jagħti avviż ta’
dan lir-reġistratur, kemm-il darba r-reġistratur ma jkunx diġà
ngħata l-avviż tal-fatt jew jekk ma jkunx diġà  jaf bih xort’oħra:
Iżda ebda trasferiment ta’ bastiment malti ma jista’ jsir lil
persuni li m’humiex kwalifikati li jkunu sidien ta’ bastiment malti,
sakemm ma jinġiebx lir-reġistratur il-kunsens bil-miktub tal-
kredituri ipotekarji kollha li l-ipoteki navali tagħhom ikunu
debitament reġistrati relattivament għall-bastiment, ħlief meta t-
trasferiment ikun sar wara ordni jew bl-approvazzjoni ta’ qorti
kompetenti.
(2) F’kull każ bħal dan, ħlief meta ċ-ċertifikat proviżorju jew
ċertifikat ieħor ta’ reġistrazzjoni tal-bastiment ikun mitluf jew
distrutt, il-kaptan jew sid tal-bastiment għandu fi żmien erbat ijiem
mindu jiġri dak jikkonsenja lir-reġistratur dawk iċ-ċertifikati u jekk
is-sid jew kaptan jonqos, mingħajr raġuni xierqa, li jħares id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, huwa jista’ jeħel għal kull reat
multa ta’ mhux iżjed minn mitt unit.
Sospensjoni ta’ 
ċertifikat tar-
reġistrazzjoni.
Miżjud:
XXII. 2000. 16.
26A. Meta taħt xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att
ċertifikat tar-reġistrazzjoni ta’ bastiment Malti, sew proviżorju sew
xort’oħra, jiġi sospiż, il-persuna li toħroġ dik is-sospensjoni
għandha tagħti lil, jew tara li jiġi notifikat, lill-kaptan jew lis-sid
tal-bastiment avviż bil-miktub dwar is-sospensjoni, u minnufih, il-
bastiment ma għandux isalpa u l-kaptan għandu minnufih
jikkonsenja ċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni lir-reġistratur jew lil xi
uffiċjal konsulari ta’ Malta.
  18      KAP. 234. ħ       BASTIMENTI   MERKANTILI
Ċertifikat mhux 
operattiv.
Miżjud:
XXII. 2000.17.
26B. Meta taħt xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att
ċertifikat ta’ reġistrazzjoni mhux operattiv, sew proviżorju sew
xort’oħra, jinħareġ, il-bastiment ma għandux isalpa.
Pieni.
Miżjud:
XXII. 2000.18.
26C. Jekk xi persuna tibgħat jew tipprova tibgħat, jew tieħu
sehem biex jintbagħat jew f’attentat biex jintbagħat, bastiment fuq
il-baħar bi ksur tad-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 26A u 26B, hi
tista’ teħel, għal kull reat priġunerija għal żmien ta’ mhux aktar
minn sentejn jew multa ta’ mhux iżjed minn elf unit jew dik il-
priġunerija u dik il-multa flimkien.
Validità  ta’ 
ċertifikati tar- 
reġistrazzjoni. 
Sostitwit: 
XXXVII. 1988.16.
Emendat:
XXII. 2000.2.
Sostitwit:
XXII. 2000.19.
27. (1) Ċertifikat tar-reġistrazzjoni, sew proviżorju sew
xort’oħra, għandu jtemm milli jibqa’ jiswa:
(a) fl-iskadenza tad-data tal-validità  tiegħu; 
(b) meta jiġi sospiż skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-
Att;
(ċ) meta ċertifikat jiġi sostitwit b’ċertifikat ieħor maħruġ
skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att; jew
(d) meta tingħalaq ir-reġistrazzjoni skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, meta
ċertifikat ta’ reġistrazzjoni, sew proviżorju sew xort’oħra, ma
jibqax jiswa, is-sid jew il-kaptan għandu minnufih jgħaddi dan iċ-
ċertifikat lir-reġistratur jew, fil-każ li ċertifikat ikun sospiż skond l-
artikolu 26A, lir-reġistratur jew uffiċjal konsulari ta’ Malta.
(3) Kull min, kif hawn aktar qabel imsemmi, jonqos mingħajr
raġuni xierqa li jikkonsenja ċ-ċertifikat kif meħtieġ b’dan l-
artikolu, jista’ jeħel multa ta’ mitt unit.
Għeluq ta’ Reġistrazzjoni
Għeluq volontarju 
ta’ reġistrazzjoni. 
Sostitwit: 
XXXVII. 1988.16.
Emendat:
XXII. 2000.20.
28. (1) Meta s-sid ta’ bastiment malti jkun jixtieq jagħlaq ir-
reġistrazzjoni ta’ bastiment għandu jagħmel talba f’dak is-sens lir-
reġistratur, li fiha jagħti dawk il-partikolaritajiet u informazzjoni
kollha li r-reġistratur jista’ jitlob għal dak il-għan.
(2) Ir-reġistratur jista’ jirrifjuta dik it-talba jekk ma jkunx
tħallas kull dejn u obbligazzjoni dwar il-bastiment lejn l-Awtorità ,
il-Gvern ta’ Malta u kull għaqda ta’ persuni kostitwita b’liġi, sew
għal drittijiet, ħlasijiet jew multi sew għal kull ħaġ‘oħra, u għandu
jirrifjuta dik it-talba kemm-il darba ma jiġix lilu ppreżentat il-
kunsens bil-miktub tal-kredituri ipotekarji kollha li l-ipoteka navali
tagħhom tkun reġistrata kif imiss dwar il-bastiment.
(3) Meta xi applikazzjoni bħal dik tiġi milqugħa r-reġistratur
għandu jniżżel dak il-fatt fir-reġistru u malli dan isir il-bastiment
ma jibqax bastiment malti u r-reġistrazzjoni tal-bastiment titqies
bħala magħluqa ħlief safejn tirreferi għal xi ipoteki navali jew
privileġġi mhux issodisfatti mniżżla fiha.
            BASTIMENTI   MERKANTILI  AP.  234.    19
Għeluq tar-
reġistrazzjoni meta 
jinbiegħ bastiment 
b’irkant fil-qorti 
jew minn kredituri 
ipotekarji li 
jkollhom pussess.
Miżjud:
XXII. 2000.21.
28A. Meta x-xerrej ta’ bastiment ma jkunx persuna kwalifikata li
tkun is-sid ta’ bastiment Malti taħt dan l-Att, malli r-reġistratur isir
jaf jew jingħata avviż dwar dak il-fatt u -
(a) fil-każ ta’ bejgħ li jsir wara ordni jew bl-approvazzjoni
ta’ qorti kompetenti, malli jirċievi kopji tal-
proċedimenti tal-bejgħ hekk kif ċertifikati għas-
sodisfazzjon tiegħu, jew
(b) fil-każ ta’ bejgħ minn kreditur ipotekarju li jkollu
pussess skond l-artikolu 42(1)(b), malli tiġi
pprezentata kopja ta’ l-att ta’ bejgħ hekk kif ċertifikat
għas-sodisfazzjon tiegħu,
l-istess reġistratur għandu jniżżel dan kollu fir-reġistru u r-reġistru
tal-bastiment għandu jitqies bħala magħluq ħlief sa fejn jirrigwarda
ipoteki navali mhux sodisfatti li jkunu reġistrati fih.
Setgħa li tingħata 
ordni jew direttiva 
li tingħalaq 
reġistrazzjoni. 
Sostitwit: 
XXXVII. 1988.16;
XXII.2000.22.
29. (1) Il-Ministru jista’ jordna li bastiment ma jibqax ikun
reġistrat jekk ikun fl-interess nazzjonali jew fl-interess tal-
bastimenti Maltin.
(2) Ir-Reġistratur-Ġenerali jista’ jagħti ordni li bastiment ma
jibqax ikun reġistrat f’dawn il-każijiet li ġejjin:
(a) jekk id-dritt ta’ kull sena ma jkunx ġie mħallas kif
imiss skond dan l-Att;
(b) jekk il-formalitajiet speċifikati fl-artikolu 13 ma
jkunux gew imħarsa fi żmien il-perjodi massimi
speċifikati fih;
(ċ) jekk jiġri li bastiment reġistrat jiġi attwalment jew
meqjus bħala mitluf, meħud mill-għadu, maħruq jew
imkisser, jew ma jibqax ikun bastiment Malti
minħabba trasferiment lil persuni mhux kwalifikati li
jippossjedu bastiment Malti jew minħabba xi raġuni
oħra;
(d) jekk is-sid jonqos li josserva d-disposizzjonijiet ta’
dan l-Att;
(e) jekk jiġi stabbilit li l-bastiment ma jiġix jew ma jkunx
jista’ jiġi reġistrat taħt dan l-Att;
(f) jekk, fejn ikun meħtieġ, xi kondizzjonijiet stabbiliti
mill-Ministru skond l-artikolu 4(4) ma jiġux imħarsa
għal perjodu ta’ iżjed minn xahar;
(ġ) jekk is-sid jonqos li jħallas xi multa imposta skond dan
l-Att jew xi penali fi żmien xahar minn meta jintalbu
bil-miktub mir-reġistratur; jew
(ħ) jekk is-sid jonqos li jkollu fil-pussess tiegħu ċertifikat
validu ta’ reġistrazzjoni, sew proviżorju sew xort’oħra,
għal perjodu ta’ iżjed minn xahar.
(3) Qabel il-ħruġ ta’ xi ordni jew direttiva bħal dawk, ir-
reġistratur għandu jagħti avviż ta’ xahar bil-miktub lis-sid reġistrat
u lil kull kreditur ipotekarju reġistrat, dwar l-intenzjoni tiegħu li
jagħlaq ir-reġistrazzjoni kemm-il darba l-kawża għal dak l-għeluq
ma tiġix rimedjata. Ir-reġistratur għandu jispeċifika fl-avviż ir-
  20      KAP. 234. ħ       BASTIMENTI   MERKANTILI
raguni ta’ l-għeluq u d-data ta’ skadenza għall-osservanza li fin-
nuqqas tagħha jkollu jsir l-għeluq.
(4) Mal-ħruġ ta’ xi avviż skond is-subartikolu (3), ir-
reġistratur għandu jagħmel notament dwar dan fir-reġistru u
għandu jniżżel id-data meta jiskadi l-perjodu ta’ xahar.
(5) Ma’ għeluq l-imsemmi xahar mill-għoti ta’ l-avviż u malli
jirċievi l-ordni mingħand il-Ministru jew id-direttiva mingħand ir-
Reġistratur-Ġenerali, skond il-każ, ir-reġistratur għandu jniżżel dan
fir-reġistru u l-bastiment minnufih ma jibqax bastiment Malti u r-
reġistrazzjoni tal-bastiment titqies bħala magħluqa ħlief safejn
tirreferi għal xi ipoteki navali u privileġġi mhux sodisfatti mniżżla
fiha, u l-kredituri ipotekarji jkollhom id-dritt li jitolbu l-bejgħ
immedjat tal-bastiment jew sehem fih bħallikieku d-debitur ma
żammx mal-kundizzjonijiet kollha li taħthom ikun ingħata l-
kreditu.
Ċertifikat ta’ 
tħassir. 
Sostitwit: 
XXXVII.1988.16. 
Emendat:
XXII. 2000.23.
30. (1) Meta r-reġistrazzjoni ta’ bastiment, sew proviżorja
sew xort’oħra, tkun ġiet magħluqa, ir-reġistratur għandu, fuq talba
tas-sid reġistrat jew, meta r-reġistru ta’ bastiment ikun ingħalaq
skond l-artikolu 28A fuq talba tax-xerrej, johrog ċertifikat ta’
tħassir:
Iżda r-reġistratur jista’ jirrifjuta li joħroġ dak iċ-ċertifikat
jekk ma jkunx tħallas kull dejn u obbligazzjoni dwar il-bastiment
lejn l-Awtorità , il-Gvern ta’ Malta u kull għaqda ta’ persuni
kostitwita b’liġi, sew għal drittijiet, ħlasijiet jew multi sew għal
kull ħaġ‘oħra, jew jekk ma jkunx ġie lilu ċedut xi ċertifikat tar-
reġistrazzjoni, sew proviżorju sew xort’oħra.
(2) Ir-reġistratur għandu jispeċifika fuq iċ-ċertifikat ta’ tħassir
ir-raġuni ta’ l-għeluq tar-reġistrazzjoni, u, meta r-reġistrazzjoni ta’
bastiment, sew proviżorja sew xort’oħra, tkun ingħalqet bla ħsara
għal xi ipoteka jew privileġġi navali mhux sodisfatti mniżżla fiha,
iċ-ċertifikat ta’ tħassir għandu jinkludi wkoll deskrizzjoni sħiħa ta’
kull ipoteka jew privileġġ bħal dak, flimkien ma’ dikjarazzjoni li r-
reġistrazzjoni tkun ingħalqet bla ħsara għal dawk l-ipoteki jew
privileġġi.
Ħruġ ta’ ċertifikat 
ta’ reġistrazzjoni 
minflok ċertifikat 
provviżorju. 
31. Imħassar bl-artikolu l6 ta’ l-Att XXXVII ta’ l-1988. 
Trasferiment u Trasmissjonijiet
Trasferiment ta’ 
bastiment jew 
sehem fih. 
Emendat: 
XXIV. 1986.8;
XXXVII.1988.4,17;
XXII. 2000.24. 
32. (1) Bastiment reġistrat jew sehem fih għandu jiġi trasferit
b’att ta’ bejgħ.
(2) L-att ta’ bejgħ għandu jkun fih dik id-deskrizzjoni tal-
bastiment li tkun tinsab fiċ-ċertifikat tas-surveyor jew xi
deskrizzjoni oħra li tkun biżżejjed biex jingħaraf il-bastiment għas-
sodisfazzjon tar-reġistratur, u għandu jkun magħmul minn min
jittrasferixxi fil-preżenza ta’, u jiġi iffirmat minn, xhud jew xhieda.
(3) Ma’ jistax isir trasferiment ta’ bastiment malti lil persuni li
m’humiex kwalifikati li jkunu sidien ta’ bastiment malti, sakemm
ma jkunx hemm il-kunsens bil-miktub għal dak it-trasferiment, tal-
            BASTIMENTI   MERKANTILI  AP.  234.    21
kredituri ipotekarji kollha li l-ipoteki navali tagħhom ikunu
debitament reġistrati relattivament għall-bastiment, ħlief meta t-
trasferiment ikun sar wara ordni jew bl-approvazzjoni ta’ qorti
kompetenti.
(4) Mar-reġistrazzjoni ta’ trasferiment ta’ bastiment reġistrat
jew ta’ sehem fih a favur ta’ persuna kwalifikata biex tipposjedi
bastiment malti, ir-reġistratur għandu jinnotifika lid-detentur ta’ xi
ipoteka navali reġistrata f’dak is-sens.
Dikjarazzjoni ta’ 
trasferiment.
33. Meta bastiment reġistrat jew sehem fih jiġi trasferit lil
persuna kwalifikata li tkun sid ta’ bastiment malti, il-persuna li
lilha jiġi trasferit il-bastiment ma jkollhiex dritt li tiġi reġistrata
bħala s-sid tiegħu sakemm hi, jew fil-każ ta’ għaqda ta’ persuni, il-
persuna awtorizzata b’dan l-Att biex tagħmel dikjarazzjoni, tkun
għamlet dikjarazzjoni (f’dan l-Att imsejħa "dikjarazzjoni ta’
trasferiment") li tirreferixxi għall-bastiment u li jkun fiha -
(a) dikjarazzjoni tal-kwalifika ta’ min jakkwista l-
bastiment li jista’ jkun sid ta’ bastiment malti jew,
jekk min jakkwista l-bastiment ikun għaqda ta’
persuni, taċ-ċirkostanzi li jippruvaw li hi kwalifikata li
tkun sid ta’ bastiment malti; u
(b) dikjarazzjoni li, fl-aħjar tagħrif u twemmin tagħha,
ebda persuna jew għaqda ta’ persuni li ma hijiex
kwalifikata li tkun sid ma għandha jedd bħala sid għal
xi interess fil-bastiment jew għal sehem fih.
Reġistrazzjoni ta’ 
trasferiment. 
Emendat: 
XXXVII.1988.4; 
XXXVII. 1990.8. 
34. (1) Kull att ta’ bejgħ għal-trasferiment ta’ bastiment
reġistrat jew ta’ sehem fih lil persuna kwalifikata li tkun sid ta’
bastiment malti għandu, meta jiġi magħmul kif imiss, jiġi konsenjat
lir-reġistratur flimkien mad-dikjarazzjoni tat-trasferiment, u r-
reġistratur għandu, bla ħsara ta’ xi disposizzjoni oħra ta’ dan l-Att,
sewwa sew kif jirċevih jirreġistra fir-reġistru isem min ikun
akkwista l-bastiment bħala sidu jew bħala li għandu sehem fih u
għandu jniżżel fuq l-att ta’ bejgħ il-fatt li tkun saret dik ir-
reġistrazzjoni, bil-ġurnata u l-ħin li fih dan ikun sar.
(2) L-atti kollha ta’ bejgħ għandhom jiġu reġistrati fir-reġistru
fl-ordni li jiġu konsenjati lir-reġistratur.
Trasmissjoni ta’ 
proprjetà  
f’bastiment. 
Emendat: 
XXXVII. 1988.4;
XXXVII. 1990.9;
XXIV.1995.362.
35. (1) Meta l-proprjetà  f’bastiment reġistrat jew sehem fih
tgħaddi mal-mewt ta’ xi sid għand persuna kwalifikata li tkun sid
ta’ bastiment malti, dik il-persuna għandha tagħmel u tiffirma
dikjarazzjoni (f’dan l-Att imsejħa "dikjarazzjoni ta’ trasmissjoni")
li tidentifika l-bastiment u li jkun fiha d-diversi dikjarazzjonijiet li
bl-artikolu 33 huma meħtieġa li jkunu jinsabu f’dikjarazzjoni ta’
trasferiment, jew l-aktar qrib tagħhom kif iċ-ċirkostanzi
jippermettu, u dik id-dikjarazzjoni ta’ trasmissjoni għandha jkollha
magħha dawk il-provi ta’ trasmissjoni li qorti kompetenti taċċetta
bħala prova ta’ dik it-trasmissjoni.
(2) Meta jirċievi d-dikjarazzjoni ta’ trasmissjoni li jkollha dak
kollu li hemm bżonn magħha, ir-reġistratur għandu jirreġistra fir-
reġistru isem il-persuna li jkollha jedd skond it-trasmissjoni bħala
sid tal-bastiment jew sehem fil-proprjetà  li tkun għaddiet għandha
  22      KAP. 234. ħ       BASTIMENTI   MERKANTILI
u, meta jkun hemm iktar minn persuna waħda, għandu jirreġistra
isem dawk il-persuni kollha.
(3) Meta l-proprjetà  f’bastiment reġistrat jew sehem fih tgħaddi
mal-mewt ta’ xi sid lil persuna li ma hijiex kwalifikata li tkun sid
ta’ bastiment malti -
(a) il-Qorti Ċivili, Prim’ Awla, tista’, fuq rikors mill-
persuna li m’hijiex kwalifikata, tordna l-bejgħ tal-
proprjetà  hekk mgħoddija u tordna li l-flus li jinkisbu
mill-bejgħ, wara li jitnaqqsu l-ispejjeż tal-proċedura,
jitħallsu lill-persuna li jkollha l-jedd skond it-
trasmissjoni, jew xort’oħra kif il-qorti tordna;
(b) il-qorti tista’ titlob kull prova b’sustenn tar-rikors li
jidhrilha meħtieġa, u tista’ tagħmel l-ordni taħt dawk
il-pattijiet u kondizzjonijiet li taħseb li jkunu ġusti,
jew tista’ ma taċċettax li tagħmel l-ordni, u b’mod
ġenerali tista’ taġixxi fil-każ skond kif ikun ġust;
(ċ) kull rikors għall-bejgħ bħal dan għandu jsir fi żmien
erba’ ġimgħat minn meta tiġri l-mewt li bħala
konsegwenza tagħha t-trasmissjoni tkun saret, jew
f’dak iż-żmien, li b’kollox ma jkunx iżjed minn sena
mid-data tal-mewt, kif il-qorti tista’ tippermetti;
(d) jekk rikors ma jsirx fiż-żmien imsemmi qabel, jew
jekk il-qorti ma taċċettax ordni għall-bejgħ, jew
minkejja l-bejgħ il-bastiment ma jsirx proprjetà  għal
kollox ta’ persuni kwalifikati li jkunu sidien ta’
bastiment malti, il-bastiment ma jibqax bastiment
malti.
Trasferiment ta’ 
bastiment jew 
bejgħ b’ordni tal-
qorti.
36. Meta t-trasferiment jew il-bejgħ ta’ xi bastiment jew sehem
fih jiġi ordnat minn qorti, l-ordni tal-qorti għandu jkun fih
dikjarazzjoni li tagħti lil dik il-persuna li tiġi mqabbda mill-qorti d-
dritt li tittrasferixxi dak il-bastiment jew sehem, u dik il-persuna
jkollha mbagħad is-setgħa li tittrasferixxi l-bastiment jew is-sehem
bil-mod u bl-istess setgħa daqslikieku kienet is-sid reġistrat tiegħu;
u dak li teħtieġ il-persuna hekk imqabbda dwar xi trasferiment bħal
dan għandu jkun obdut daqslikieku dik il-persuna kienet is-sid
reġistrat.
Setgħa tal-qorti li 
tipprojbixxi 
trasferiment. 
Emendat: 
XXXVII. 1988.18; 
XXIV.1995.362.
Sostitwit:
XXII. 2000.25.
37. (1) Il-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili tista’, jekk jidhrilha
xieraq (u bla ħsara ta’ l-ezerċizzju ta’ xi setgħa oħra tal-qorti), fuq
talba b’ċitazzjoni ta’ xi persuna li tivvanta dritt fi jew dwar xi
bastiment, tagħmel ordni li jkun jipprojbixxi għal żmien speċifikat,
li f’ebda każ ma għandu jkun ta’ iktar minn sena, kull negozju dwar
xi bastiment jew sehem fih, u l-qorti tista’ tagħmel l-ordni b’dawk
il-pattijiet u kondizzjonijiet li jidhrilha xierqa, bla ħsara għal kull
disposizzjoni oħra ta’ dan l-Att, magħduda, bla ħsara għall-
ġeneralità  ta’ hawn aktar qabel, l-imposizzjoni ta’ obbligu għall-
provediment ta’ garanzija xierqa għal danni, mgħax u spejjeż, jew
tista’ tirrifjuta li tagħmel l-ordni, jew tista’ tneħħi l-ordni meta jkun
sar, bl-ispejjeż jew mingħajrhom, u b’mod ġenerali tista’ taġixxi
skond kif ikun ġust f’dak il-każ; u kull reġistratur, mingħajr ma
jissejjaħ parti fil-proċedimenti, għandu, meta jiġi notifikat b’ordni
            BASTIMENTI   MERKANTILI  AP.  234.    23
jew jingħata avviż tiegħu, jobdi dak l-ordni u jniżżel notament
dwaru u d-data ta’ skadenza relattiva fir-reġistru tal-bastiment.
(2) Iċ-ċitazzjoni għandha, u fin-nuqqas tkun nulla, tindika
ammont fi flus Maltin jew barranin li jitqies, għall-għanijiet ta’ dan
l-artikolu, bħala l-ammont tal-pretensjoni. 
(3) Il-Qorti ma għandhiex toħroġ ordni skond is-subartikolu
(1) ta’ dan l-artikolu u għandha tneħħi kull ordni bħal dak meta
jkun sar, jekk tkun sodisfatta li d-drittijiet ta’ l-attur ikunu diġà
gew xort’oħra assigurati.
(4) Meta l-intimat jew jiddepożita fil-qorti l-ammont tal-
pretensjoni fil-munita indikata fiċ-ċitazzjoni jew iġib garanzija, li
tkun sodisfaċenti għall-qorti, biex tkopri dik il-pretensjoni, il-qorti
ma għandhiex toħroġ l-ordni jew meta l-qorti tkun ħarġet l-ordni,
hija għandha tirrevoka l-istess ordni għar-rigward tal-bastiment jew
is-sehem fih, u d-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu għandhom
minnufih ikunu japplikaw għar-rigward ta’ l-ammont hekk
depożitat jew tal-garanzija hekk magħmula skond il-każ.
(5) Il-Qorti għandha tappunta ċ-ċitazzjoni għas-smigħ fi żmien
għoxrin jum minn meta din tiġi ppreżentata; iktar minn hekk il-
qorti tista’, fuq talba ta’ l-attur, tagħmel ordni proviżorju li
jipprojbixxi kull negozju bħal dak sakemm il-qorti tiddeċiedi
b’mod definittiv dwar il-meriti taċ-ċitazzjoni jew sakemm il-qorti
tkun irrevokat l-ordni proviżorju.
(6) Jekk l-ordni, sakemm dan ma jkunx ordni proviżorju,
jinħareġ biex jiġi garantit il-kreditu li jkun għadu ma ġiex
ġudizzjarjament verifikat, kemm-il darba l-proċedimenti dwar il-
meriti tal-kreditu ma jkunux diġà  pendenti, sew f’qorti Maltija jew
f’xi qorti kompetenti oħra jew arbitraġġ, l-attur li jikseb dak l-ordni
jkun obbligat li jipproċedi għal dak il-kreditu, f’Malta jew f’xi
qorti kompetenti oħra jew f’arbitraġġ, fi żmien tmint ijiem tax-
xogħol mill-ħruġ ta’ l-ordni definittiv u jekk jonqos li jagħmel dan,
il-qorti li tkun ħarġet l-ordni għandha, fuq talba tas-sid jew ta’ xi
parti oħra li jkollha interess, tirrevoka l-istess ordni; u meta l-qorti
tkun ħarġet ordni proviżorju, l-attur ikun obbligat li jipproċedi
għall-kreditu fi żmien tletin jum mill-ħruġ ta’ l-ordni proviżorju
jew tmint ijiem mill-ordni definittiv, skond liema jaħbat l-ewwel.
Kap. 12.
u Proċedura Ċivili, ordni mogħti kif hawn aktar qabel imsemmi,
ukoll jekk proviżorju, għandu jkun immedjatament esegwibbli.
(8) Ordni li jinħareġ bis-saħħa ta’ dan jista’ jiġi mtawwal mill-
Qorti fuq talba ta’ l-attur għal perjodu jew perjodi ulterjuri kull
wieħed ta’ mhux iktar minn sena; iżda dan iseħħ kemm-il darba l-
attur jikkonferma li l-ordni jkun għadu meħtieġ u r-rikors jiġi
ppreżentat mill-inqas tletin jum qabel l-iskadenza tal-perjodu
korrenti ta’ dak l-ordni. Malli jsir dak ir-rikors il-qorti għandha
ttawwal dak l-ordni u dik l-estensjoni għandha tiġi notifikata lill-
intimat kif ukoll lir-reġistratur li għandu jniżżel id-data ta’
skadenza ġdida fir-reġistru tal-bastiment.
(9)  Ordni li jinħareġ bis-saħħa ta’ dan l-artikolu ma għandux
jolqot:
  24      KAP. 234. ħ       BASTIMENTI   MERKANTILI
(a) id-drittijiet tad-detentur ta’ xi ipoteka navali reġistrata
dwar il-bastiment jew rikonoxxuta skond dan l-Att,
inklużi d-drittijiet speċifikati fl-artikolu 42;
(b) il-kapaċità  tar-reġistratur li jħassar xi bastiment jew li
joħroġ xi ċertifikat ta’ tħassir dwaru wara xi
disposizzjoni ta’ dan l-Att minbarra fuq talba tas-sid
skond l-artikolu 28;
(ċ) il-bejgħ tal-bastiment wara ordni jew bl-approvazzjoni
ta’ qorti kompetenti li l-bastiment kien fil-
ġurisdizzjoni tagħha fil-waqt tal-bejgħ;
(d) ir-reġistrazzjoni tal-bastiment bareboat charter
f’reġistru barrani b’mod konformi mad-
disposizzjonijiet tat-Taqsima IIA ta’ dan l-Att. 
(10) Għall-għanijiet ta’ dan l-artikolu:
(a) dritt f’bastiment jew dwaru jew parti minnu ikun
pretensjoni:
(i) msejjes fuq dritt ta’ proprjetà ; jew
(ii) garantit b’ipoteka navali; jew
(iii) garantit b’xi piż li jkun reġistrat; jew
(iv) garantit bi privileġġ jew pleġġ fuq il-bastiment li
jitnissel mill-operat tal-liġi Maltija jew tal-liġi li
tapplika għall-pretensjoni; jew
(v) kull pretensjoni oħra li tnissel pretensjoni in rem
kontra bastiment taħt il-liġi Maltija;
(b) it-tneħħija ta’, jew emenda bil-għan li jitnaqqas, l-
ammont garantit b’ipoteka navali ma għandux jitqies
bħala li jikkostitwixxi negozju dwar bastiment jew xi
sehem fih;
(ċ) il-garanzija ta’ bank Malti jew ta’ bank barrani dwar
is-saħħa tal-munita kkwotata fil-pretensjoni għandha
tkun tikkwalifika bħala garanzija sodisfaċenti; iżda
jekk jiġri li dik il-garanzija tiġi depożitata fir-reġistru
tal-qrati, il-bank barrani li jkun qed joħroġ il-garanzija
għandu mingħajr ebda kundizzjoni joqgħod għall-
ġurisdizzjoni tal-qrati Maltin f’dak kollu li għandu
x’jaqsam ma’ l-obbligi tiegħu taħt il-garanzija.
Privileġġi Marittimi u Ipoteki Navali
Tifsira ta’ 
bastimenti bħala 
garanzija għal 
dejn.
Miżjud: 
XXXVII.1988.19.
37A. (1) Bastimenti u bċejjeċ oħra tal-baħar jikkostitwixxu
klassi partikolari ta’ mobbli li bihom jiffurmaw assi separati u
distinti fil-proprjetà  tas-sidien tagħhom għall-garanzija ta’ l-
azzjonijiet u krediti li għalihom ikun suġġett il-bastiment. F’każ ta’
falliment ta’ sid ta’ bastiment, l-azzjonijiet u l-krediti kollha, li
għalihom ikun suġġett il-bastiment, għandhom, fuq l-istess
bastiment, preferenza fuq id-djun l-oħra kollha tal-mara.
(2) Bastiment jinkludi flimkien mal-korp tal-bastimenti, it-
tagħmir u l-makkinarju kollu u l-oġġetti l-oħra kollha li għandhom
x’jaqsmu mal-bastiment jew aċċessorji li jkunu jappartjenu lill-
            BASTIMENTI   MERKANTILI  AP.  234.    25
bastiment, li jkunu abbord jew li jkunu ġew temporanjament
tneħħew minnu.
Tipi ta’ ipoteki fuq 
bastimenti. 
Miżjud:
XXXVII. 1988.19. 
37B. (1) Bastiment jista’ jikkostitwixxi garanzija għal dejn jew
obbligazzjoni oħra jew bi ftehim jew bit-tħaddim tal-liġi kif
provdut hawnhekk iżjed ’il quddiem.
(2) Dejn jew obbligazzjoni oħra jistgħu jiġu garantiti -
(a) permezz ta’ ipoteka navali li tkun ipoteka speċjali fuq
bastimenti, jew
(b) b’ipoteka ġenerali li jolqtu fuq l-assi kollha tad-
debitur, inkluż kull bastiment li jista’ jkollu d-debitur,
jew
(ċ) bi privileġġ speċjali fuq il-bastiment:
Iżda l-privileġġi speċjali joħorġu mill-liġi u ebda dejn jew
obbligazzjoni oħra ħlief dawk speċifikati fil-liġi ma għandhom jiġu
garantiti bi privileġġ speċjali.
Kap. 16.
(3) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 40, oġġetti
separati fuq bastiment jistgħu jkunu huma stess suġġetti għal
privileġġi speċjali skond id-disposizzjonijiet tal-Kodiċi Ċivili,
bħala garanzija tad-djun speċifikati fih.
Preċedenza ta’ 
krediti fuq vapuri 
fuq id-djun l-oħra 
kollha tas-sid. 
Miżjud: 
XXXVII. 1988.19. 
37Ċ. (1) L-ipoteki navali reġistrati kollha, kull privileġġ
speċjali u l-azzjonijiet u krediti kollha li jista’ jkun suġġett
għalihom bastiment ma jintlaqtux mill-falliment tad-debitur
ipotekarju jew tas-sid tal-bastiment, li jiġri wara d-data li fiha tkun
inħolqot l-ipoteka navali jew il-privileġġ speċjali, l-azzjoni jew il-
kreditu, minkejja l-fatt li s-sid fil-bidu tal-falliment kellu l-
bastiment fil-pussess, taħt l-ordni jew għad-disposizzjoni tiegħu,
jew kien magħruf bħala s-sid tiegħu, u dik l-ipoteka navali,
privileġġ, azzjoni jew kreditu għandhom ikollhom preferenza, fuq
l-imsemmi bastiment, fuq id-djun, krediti jew interessi l-oħra
kollha ta’ xi kreditur ieħor tal-fallut jew ta’ xi kuratur, trustee jew
riċevitur li jaġixxi f’isem xi kredituri oħra.
(2) Xi proċedimenti ta’ bejgħ bil-qorti istitwiti minn xi kreditur
ipotekarju reġistrat jew kreditur privileġġat ma għandhomx jiġu
interrotti jew b’xi mod imfixkla minn xi kuratur f’falliment, kemm
volontarju kif ukoll obbligatorju, jew minn xi stralċjarju jew
riċevitur ta’ sid il-bastiment għal kull kawża ħlief kawża li tkun
tista’ tinġieb mis-sid.
Sekwestru u kif 
jispiċċaw l-ipoteki.
Miżjud: 
XXXVII. 1988.19. 
Emendat:
XXXVII. 1990.10;
XXII.2000.26.
37D. (1) Ipoteka navali reġistrata tibqa’ tolqot bastiment jew
sehem fih li dwaru tkun reġistrata sakemm tiġi mħallsa:
Iżda meta l-bastiment jkun ġie konfiskat taħt dan l-Att l-
interess tal-kreditur ipotekarju fil-bastiment għandu jispiċċa jekk
il-kreditur ipotekarju jkun awtorizzat, ikun ikkonsenta, jew
ikkontribwixxa għall-att, nuqqas, jew omissjoni li bħala
konsegwenza tagħha l-bastiment jiġi konfiskat:
Iżda wkoll, li meta bastiment ikun ġie mibjugħ wara ordni
jew bl-approvazzjoni ta’ qorti kompetenti li fil-ġurisdizzjoni
tagħha l-bastiment kien fiż-żmien tal-bejgħ, l-interess tal-kredituri
  26      KAP. 234. ħ       BASTIMENTI   MERKANTILI
kif ukoll dak ta’ kull kreditur ieħor ipotekarji fil-bastiment jiġi
mgħoddi għad-dħul mill-bejgħ tal-bastiment mhux issodisfatti
mniżżla fih:
Iżda wkoll, meta bastiment ikun inbiegħ minn kreditur
ipotekarju pussessur skond id-drittijiet tiegħu skond l-artikolu
42(1)(b) u jiġi dikjarat fl-att ta’ bejgħ li l-bastiment ikun qed
jinbiegħ liberu minn dak il-piż, għaldaqshekk id-drittijiet li
jitnisslu minn dik l-ipoteka navali reġistrata ma jibqgħux iktar
esegwibbli għar-rigward ta’ dak il-bastiment.
Kap. 16. 
(2) Kull ipoteka jew privileġġ sew ġenerali, sew speċjali li
għalihom jista’ jkun suġġett bastiment taħt id-disposizzjonijiet tal-
Kodiċi Ċivili ma jibqgħux jolqtu miegħu meta l-bastiment jiġi
trasferit lil terzi.
(3) Bla ħsara għal kull kawża oħra li minħabba fiha tista’ skond
il-liġi tispiċċa obbligazzjoni, il-privileġġi speċjali msemmija fl-
artikolu 50 ma jispiċċawx mal-bejgħ tal-bastiment, ħlief fil-każ ta’
bejgħ magħmul wara ordni jew bl-approvazzjoni ta’ qorti
kompetenti mill-qorti magħmul skond il-formi stabbiliti bil-liġi,
jew meta, wara bejgħ volontarju jkun għadda perijodu ta’ sena mid-
data tar-reġistrazzjoni, dokumentazzjoni jew annotazzjoni ta’ dak
il-bejgħ volontarju fir-reġistru li għalih il-bastiment jappartjeni jew
meta ma tkun tniżżlet ebda reġistrazzjoni, dokumentazzjoni jew
annotazzjoni f’dak ir-reġistru mid-data ta’ l-għeluq tar-reġistru tal-
bastiment f’dik ir-reġistrazzjoni wara dak il-bejgħ volontarju,
sakemm f’dak il-perijodu ta’ sena ma tkunx inġiebet azzjoni
quddiem qorti kompetenti biex tinġabar is-somma garantita b’dak
il-privileġġ.
Ipoteka navali ta’ 
bastiment jew 
sehem fih.
Emendat: 
XXXVII. 1988.20;
XXII. 2000.27.
38. (1) Bastiment reġistrat jew sehem fih jista’ jingħata
b’garanzija ta’ kull dejn jew obbligazzjoni oħra permezz ta’ att li
joħloq il-garanzija (f’dan l-Att imsejħa "ipoteka navali") li jsir
mid-debitur ipotekarju favur il-kreditur ipotekarju fil-preżenza, u
bil-firma, ta’ xhud jew xhieda.
(2) Ipoteka navali hija indiviżibbli minkejja d-diviżibilità  tad-
dejn jew obbligazzjoni oħra li jkun hemm u li għalihom dik l-
ipoteka navali tista’ tkun ta’ garanzija.
(3) Ipoteka navali tolqot ma’ kull dħul minn xi indennizz li
jinħoloq minn kolliżjonijiet u disgrazzji oħra kif ukoll minn xi dħul
mill-assigurazzjoni.
(4) Ipoteka navali tista’, skond il-liġi, tiġi esegwita u reġistrata
favur fiduċjarju ta’ garanzija maħtur jew li jkun qed jaġixxi skond
trust għall-benefiċċju ta’ persuni li lilhom ikunu dovuti xi dejn jew
obbligazzjoni oħra. Dak il-fiduċjarju ta’ garanzija għandu, f’kull
każ bħal dak, ikun rikonoxxut bħala l-kreditur ipotekarju ta’ l-
ipoteka navali partikolari u jkollu jedd iwettaq id-drittijiet kollha
għar-rigward ta’ dik l-ipoteka navali hekk kif għandhom il-
kredituri ipotekarji bis-saħħa ta’ dan l-Att jew ta’ kull liġi oħra.
(5) Ipoteka navali reġistrata taħt dan l-Att tista’ tiġi formulata
b’mod li tkun ta’ garanzija għall-ħlas ta’ ammont prinċipali u l-
imgħax fuqu, kont korrenti, kif ukoll it-twettiq ta’ kull
obbligazzjoni oħra. Ma jkunx meħtieġ li jiġi indikat il-valur
            BASTIMENTI   MERKANTILI  AP.  234.    27
monetarju ta’ l-ammont midjun fl-ipoteka navali.
Kap. 13.
(6) Għall-għanijiet ta’ dan l-Att, il-frażi ''kont korrenti'' tfisser
kull ammont midjun ta’ debitur ipotekarju favur kreditur ipotekarju
li jitnissel u hu determinabbli skond obbligazzjoni li jkun hemm, u
d-disposizzjonijiet kollha tal-Kodiċi tal-Kummerċ fuq il-kuntratt
ta’ kont kurrent inklużi d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 264 tiegħu
ma għandhomx ikunu japplikaw għal dan kemm-il darba l-partijiet
ma jkunux qablu dwar dan b’mod espress.
Reġistrazzjoni ta’ 
ipoteki navali.
Emendat: 
XXXVII.1988.4:21; 
XXXVII. 1990.11;
XXII.2000.28.
39. (1) Meta tiġi preżentata ipoteka navali għar-reġistrazzjoni,
ir-reġistratur għandu jniżżilha fir-reġistru.
(2) L-ipoteki navali għandhom jiġu reġistrati mir-reġistratur fl-
ordni tal-ħin li jirċevihom għal dak l-iskop, u r-reġistratur għandu
b’memorandum iffirmat minnu jagħti avviż fuq kull ipoteka navali
li hu jkun irreġistraha, u f’dak l-avviż jagħti l-ġurnata u l-ħin ta’
dik ir-reġistrazzjoni.
(3) Meta fid-dokument ta’ l-ipoteka navali jkun dikjarat li jkun
projbit li jinħolqu aktar ipoteki navali fuq bastiment mingħajr il-
kunsens bil-miktub minn qabel tal-kreditur ipotekarju, ir-reġistratur
għandu jagħmel notament fir-reġistru dwar hekk, u r-reġistratur ma
għandux jiddokumenta dik l-ipoteka oħra kemm-il darba lilu ma
jiġix ippreżentat il-kunsens bil-miktub tad-detentur ta’ ipoteka
navali preċedenti, u kull ipoteka navali reġistrata bi ksur ta’ din id-
disposizzjoni tkun nulla u bla effett:
Iżda meta tali ipoteka navali ulterjuri tiġi esegwita favur
kreditur ipotekarju eżistenti, ma jkun jenħtieġ ebda kunsens tali
minn dak il-kreditur ipotekarju.
(4) Meta jkun iddikjarat fid-dokument ta’ l-ipoteka navali li
jkun projbit li jsir it-trasferiment tal-bastiment li jkun qed jiġi
ipotekat, jew ta’ sehem fih, mingħajr il-kunsens bil-miktub minn
qabel tal-kreditur ipotekarju, ir-reġistratur għandu jagħmel
notament fir-reġistru dwar hekk, u r-reġistratur, minkejja xi
disposizzjoni oħra ta’ dan l-Att, m’għandux jiddokumenta l-ebda
trasferiment ta’ dak il-bastiment jew ta’ sehem fih kemm-il darba
lilu ma jiġix ippreżentat il-kunsens bil-miktub ta’ dak il-kreditur
ipotekarju, minbarra fejn it-trasferiment ikun sar wara ordni tal-
qorti f’bejgħ b’irkant ta’ dik il-bastiment jew wara xi ordni oħra
tal-qorti, u kull trasferiment reġistrat bi ksur ta’ din id-
disposizzjoni jkun null u bla effett.
Konservazzjoni ta’ 
privileġġi speċjali 
fuq aċċessorji ta’ 
bastiment. 
Sostitwit: 
XXXVII. 1988.22.
40. (l) Mar-reġistrazzjoni ta’ xi ipoteka navali fir-reġistru d-
drittijiet ta’ xi kreditur ipotekarju ma jintlaqtux minn:
(a) il-ħolqien ta’ xi privileġġ separat jew ipoteka fuq xi
parti, oġġett li jkollu x’jaqsam ma’, jew aċċessorju ta’
bastiment li tista’ tolqot bis-saħħa ta’ xi liġi; jew
(b) it-tħaris tad-drittijiet ta’ proprjetà  minn bejjiegħ ta’ xi
parti, oġġett li jkollu x’jaqsam ma’ jew aċċessorju ta’
bastiment mibjugħin lil sid ta’ kuntratt ta’ bejgħ hire
purchase jew kuntratt simili:
Iżda l-proviżjon, fuel u oġġetti konsumabbli oħra ma
  28      KAP. 234. ħ       BASTIMENTI   MERKANTILI
jitqisux bħala oġġetti li għandhom x’jaqsmu mal-bastiment:
Iżda wkoll id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu ma
għandhom bl-ebda mod jippreġudikaw jew inaqqsu d-drittijiet ta’
xi kreditur li jkun igawdi privileġġ jew li jkun qed jirriserva
drittijiet tal-proprjetà  fir-relazzjonijiet ma’ xi kreditur li ma jkunx
il-kreditur ipotekarju.
(2) F’kull żmien qabel ir-reġistrazzjoni ta’ ipoteka navali fuq
bastiment kull kreditur li jkollu privileġġ jew piż fuq xi parti,
oġġett li jkollu x’jaqsam ma’ jew aċċessorju ta’ bastiment jista’
jirreġistra dak il-privileġġ jew charge fir-reġistru tal-bastiment
permezz ta’ dokument magħmul mis-sid fil-preżenza ta’ xhud fil-
forma speċifikata mill-Ministru; u mal-produzzjoni ta’ dak id-
dokument ir-reġistratur għandu, b’memorandum iffirmat minnu
jinnota fuq kull charge li dan ġie minnu hekk imniżżel u jgħid id-
data u l-ħin ta’ dak in-notament.
(3) Bejjiegħ li jirriserva drittijiet ta’ proprjetà  fuq xi parti,
oġġett li jkollu x’jaqsam ma’ bastiment, jew aċċessorju ta’
bastiment jista’ wkoll jirreġistra l-interess tiegħu fir-reġistru tal-
bastiment f’kull żmien qabel ir-reġistrazzjoni ta’ ipoteka navali.
(4) Ir-reġistrazzjoni ta’ dak iċ-charge jew riserva ta’ drittijiet
tal-proprjetà  qabel ir-reġistrazzjoni ta’ ipoteka navali tippriserva d-
drittijiet tal-kreditur fuq dik il-parti, oġġett li jkollu x’jaqsam mal-
bastiment jew aċċessorju f’relazzjoni għal xi kreditur ipotekarju
sussegwenti.
(5) Privileġġ jew riserva ta’ drittijiet ta’ proprjetà  reġistrati fuq
bastiment taħt is-subartikolu (2) jiġu kanċellati meta s-sid juri
riċevuta għall-prezz u spejjeż oħra li jkollhom x’jaqsmu mat-
trasferiment ta’ dik il-parti, oġġett li jkollu x’jaqsam mal-bastiment
jew aċċessorju tal-bastiment, u r-reġistratur, mal-preżentazzjoni ta’
dik l-irċevuta ffirmata u attestata għas-sodisfazzjon tiegħu, idaħhal
nota fir-reġistru li tgħid li l-privileġġ jew riserva ta’ drittijiet ta’
proprjetà  jkunu ġew kanċellati.
(6) It-trasferiment ta’ l-interess ta’ xi kreditur li jkun igawdi
privileġġ jew riserva ta’ drittijiet ta’ proprjetà  reġistrata skond dan
l-artikolu jista’, jekk prova tiegħu tiġi ppreżentata għas-
sodisfazzjon tar-reġistratur, jiġi reġistrat mir-reġistratur fir-reġistru
billi jdaħħal fir-reġistru l-isem ta’ min jakkwista u permezz ta’
memorandum iffirmat minnu jagħti avviż fuq id-dokument ta’
trasferiment illi jkun ġie reġistrat minnu.
Preċedenza ta’ 
ipoteki navali. 
Emendat:
XXXVIl.1988.4;23;
XXII. 2000.29. 
41. (1) Jekk ikun hemm reġistrati iktar minn ipoteka navali
waħda relattivament għall-istess bastiment jew sehem fih, il-
kredituri ipotekarji jkollhom, minkejja kull avviż espress, mifhum
jew preżunt, dritt ta’ preferenza, wieħed fuq l-ieħor, skond id-data
u l-ħin li fihom l-ipoteka tkun reġistrata fir-reġistru.
(2) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1), kreditur
ipotekarju reġistrat ikun jista’, skond il-liġi, għar-rigward ta’
bastiment jew xi sehem fih, permezz ta’ strument bil-miktub, jaqbel
li jirrinunzja jew xort’oħra jipposponi d-drittijiet tiegħu taħt l-
ipoteka navali, u meta tinġieb lir-reġistratur talba jew kunsens bil-
miktub minn dak il-kreditur ipotekarju, ir-reġistratur għandu jara li
            BASTIMENTI   MERKANTILI  AP.  234.    29
jitniżżel notament fir-reġistru ta’ dak il-bastiment li tkun tgħid li d-
drittijiet ta’ dak il-kreditur ipotekarju jkunu ġew rinunzjati jew
posposti skond il-każ, u għandu jiddokumenta dik ir-rinunzja jew
dak il-posponiment fir-reġistru:
Iżda dik ir-rinunzja jew dak il-posponiment ma għandhomx
jolqtu lil terzi kemm-il darba dik l-annotazzjoni ma tkunx tniżżlet
fir-reġistru.
Drittijiet tal-
kreditur ipotekarju. 
Emendat: 
XXIV. 1986.10; 
XXXVII. 1988.24;
XXII. 2000.30.
42. (1) Fil-każ ta’ nuqqas ta’ tħaris ta’ xi patt jew kondizzjoni
ta’ ipoteka navali reġistrata jew ta’ xi dokument jew ftehim
imsemmi fiha, il-kreditur ipotekarju, malli jagħti avviż lid-debitur
ipotekarju -
(a) ikollu d-dritt li jieħu l-pussess tal-bastiment jew tas-
sehem fih li dwaru jkun reġistrat, iżda ħlief safejn ikun
meħtieġ biex bastiment ipotekat jew sehem fih ikun
jista’ jittieħed bħala garanzija għad-dejn ipotekat, il-
kreditur ipotekarju ma għandux minħabba l-ipoteka
jitqies li hu s-sid tal-bastiment jew tas-sehem, u lanqas
id-debitur ipotekarju ma għandu jitqies li ma baqax
sidu;
(b) ikollu s-setgħa assoluta li jbiegħ il-bastiment jew is-
sehem li dwaru jkun reġistrat, iżda meta jkun hemm
iktar minn persuna waħda li jkunu reġistrati bħala
kredituri ipotekarji ta’ l-istess bastiment jew sehem,
kreditur ipotekarju li jiġi reġistrat wara ma għandux,
ħlief bl-ordni ta’ qorti ta’ ġurisdizzjoni kompetenti,
ibiegħ il-bastiment jew is-sehem fih mingħajr il-
kunsens bil-quddiem ta’ kull kreditur ipotekarju li jkun
reġistrat qablu; u jekk id-dħul mill-bejgħ, wara li
jitħallas id-dejn ipotekat, iħalli f’idejh aktar mill-
ammont ta’ dak id-dejn, il-kreditur għandu jiddepożita
dawk il-flus żejda għall-benefiċċju tal-kredituri l-oħra
u tad-debitur ipotekarju;
(ċ) ikollu s-setgħa li jitlob xi estensjonijiet, iħallas
drittijiet, jirċievi ċertifikati, u ġeneralment jagħmel
dawk l-affarijiet kollha f’isem is-sid skond kif ikun
meħtieġ sabiex jinżammu l-istatus u l-validità  tar-
reġistrazzjoni tal-bastiment.
Kap. 12.
(2) Ipoteka navali reġistrata għandha titqies bħala titolu
esekuttiv għall-finijiet ta’ l-artikolu 253 tal-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili, meta l-obbligazzjoni li
tiggarantixxi tkun dwar dejn ċert, likwidu li għalaq u ma
tikkonsistix f’esekuzzjoni ta’ fatt.
(3) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu għandhom japplikaw
għal ipoteki navali reġistrati li jiggarantixxu debiti li jirriżultaw
minn kont kurrenti jew overdraft jew faċilità  oħra ta’ kreditu.
(4) In konnessjoni ma’ l-esekuzzjoni ta’ ipoteka navali, li ma
tkunx ipoteka navali kkontemplata fis-subartikolu (2), biex jiġi
determinat l-ammont ċert, likwidu u dovut in konnessjoni mal-
bejgħ fl-irkant bil-qorti ta’ bastiment il-kreditur ipotekarju għandu
jispeċifika s-somma dovuta fiż-żmien ta’ l-esekuzzjoni permezz ta’
  30      KAP. 234. ħ       BASTIMENTI   MERKANTILI
affidavit notifikat lid-debitur ipotekarju:
Iżda dan għandu jkun bla preġudizzju għad-dritt ta’ kull
parti interessata li tikkontesta dak l-ammont skond il-liġi.
(5) Għall-għanijiet tal-proċeduri msemmija f’dan l-artikolu id-
debitur għandu jitqies li jkun notifikat sewwa jekk l-applikazzjoni
jew att ieħor jiġi notifikat lill-kaptan tal-bastiment, jew jekk dan
ikun assenti minn dawn il-gżejjer, lill-aġent lokali maħtur għall-
bastiment mis-sidien jew l-aġenti tagħhom, jew fin-nuqqas ta’
dawk l-aġenti lokali fuq kuratur maħtur mill-qorti biex
jirrappreżenta lid-debitur u lill-bastiment.
Ipoteka navali ma 
tintilifx minħabba 
falliment.
43. Imħassar bl-artikolu 25 ta’ l-Att XXXVII ta’ l-1988.
Trasferiment ta’ 
ipoteki navali. 
Emendat: 
XXXVII. 1988.4;
XXII. 2000.31. 
44. (1) Ipoteka navali reġistrata ta’ bastiment jew sehem fih
tista’ tiġi trasferita lil kwalunkwe persuna b’att ta’ trasferiment
magħmul minn min jittrasferixxi fil-preżenza u bil-firma ta’ xhud
jew xhieda; u meta jiġi prodott dak l-att għar-reġistrazzjoni r-
reġistratur għandu jirreġistrah billi jdaħħal fir-reġistru isem l-
akkwirent bħala kreditur ipotekarju tal-bastiment jew tas-sehem
fih, u għandu b’memorandum iffirmat minnu jagħti avviż fuq l-att
tat-trasferiment li jkun ġie reġistrat minnu, u f’dak l-avviż juri l-
ġurnata u l-ħin tar-reġistrazzjoni.
Kap. 16. (2) Għall għanijiet ta’ l-artikolu 1471 tal-Kodiċi Ċivili, ir-
reġistrazzjoni ta’ strument ta’ trasferiment ta’ ipoteka navali
reġistrata ta’ bastiment jew ta’ sehem li ssir mir-reġistratur fir-
reġistru ta’ dak il-bastiment skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-
artikolu għandha titqies li tikkostitwixxi notifika taċ-ċessjoni ta’
dik l-ipoteka navali lid-debitur ipotekarju.
Ċessjoni ta’ parti 
minn dejn jew 
obbligazzjoni oħra.
Miżjud:
XXII. 2000.32.
44A. (1) Iċ-ċessjonarju ta’ parti minn dejn jew obbligazzjoni
oħra garantiti permezz ta’ ipoteka navali reġistrata ta’ bastiment
jew ta’ xi sehem jista’ skond il-liġi, jitlob li ċ-ċessjoni titniżżel fir-
reġistrazzjoni ta’ bastiment partikulari għal dik il-parti hekk ċeduta
u r-reġistratur għandu, malli jinġiebulu l-istrument ta’ trasferiment
relattiv flimkien ma’ l-ipoteka navali li jkun jirrigwarda, minnufih
jgħaddi biex jiddokumenta dik iċ-ċessjoni parzjali billi jniżżel fir-
reġistru l-isem taċ-ċessjonarju bħala kreditur ipotekarju ieħor tal-
bastiment jew sehem, u għandu, permezz ta’ memorandum miktub
minnu stess, jagħmel notament fuq l-ipoteka navali li dik iċ-
ċessjoni ġiet dokumentata minnu nnifsu, u jikteb id-data u l-ħin
tad-dokumentazzjoni.
(2) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 44(2) għandhom ikunu
japplikaw mutatis mutandis għaċ-ċessjonijiet imsemmija fis-
subartikolu (1).
Trasmissjoni ta’ 
interess tal-kreditur 
ipotekarju mal-
mewt.
Emendat: 
XXXVII. 1988.4. 
45. (1) Meta l-interess tal-kreditur ipotekarju f’bastiment jew
f’sehem igħaddi mal-mewt, il-persuna li lilha jgħaddi l-interess
għandha tagħmel u tiffirma dikjarazzjoni li jkun fiha dikjarazzjoni
ta’ kif u tal-persuna li lilha l-proprjetà  għaddiet u dik id-
dikjarazzjoni għandu jkollha magħha dawk il-provi kif b’dan l-Att
huma meħtieġa f’każ ta’ trasmissjoni bħal din ta’ proprjetà  ta’
            BASTIMENTI   MERKANTILI  AP.  234.    31
bastiment jew ta’ sehem.
(2) Meta jirċievi d-dikjarazzjoni u jinġiebu l-provi meħtieġa kif
intqal qabel, ir-reġistratur għandu jniżżel isem il-persuna li jkollha
dritt mat-trasmissjoni fir-reġistru bħala kreditur ipotekarju tal-
bastiment jew tas-sehem.
Emenda ta’ ipoteka 
navali. 
Miżjud:
XXlV. 1986.11. 
Emendat: 
XXXVII. 1988.4;
XXII.2000.33.
45A. (1) Meta ipoteka navali reġistrata tiġi emendata r-
reġistratur għandu, mal-produzzjoni ta’ l-att ta’ ipoteka navali
magħmul skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 38, li jkun fih l-
emenda, flimkien mal-kunsens bil-miktub fuq l-imsemmi strument
tal-kreditur ipotekarju li l-ipoteka navali tiegħu tkun ġiet emendata,
jagħmel nota tagħha fir-reġistru fis-sens illi l-ipoteka navali ġiet
emendata, u dik l-emenda għandha tkun parti integrali ta’ l-ipoteka
navali reġistrata li temenda, u dik l-ipoteka navali, kif emendata,
għandha tkompli tgawdi l-istess preferenza li kienet tgawdi qabel
ma l-emenda tkun ġiet annotata.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, tista’
ssir emenda ta’ ipoteka navali għal kull raġuni li tkun.
(3) Mingħajr preġudizzju għall-ġeneralità  ta’ dak hawn aktar
qabel imsemmi, u dejjem bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-
subartikoli (4), (5) u (6) għandha ssir emenda ta’ ipoteka navali
għal xi waħda jew iktar minn dawn l-għanijiet li ġejjin:
(a) biex jiżdied l-ammont garantit b’dik l-ipoteka navali; u
(b) biex dik l-ipoteka navali tiġi estiża biex tiggarantixxi
xi obbligazzjoni oħra tad-debitur ipotekarju, kemm
bħala debitur prinċipali kif ukoll bħala garanti għal xi
persuna oħra, a favur tal-kreditur ipotekarju. u
(4) Emenda ta’ ipoteka navali ma tistax issir wara l-
obbligazzjoni garantita bl-ipoteka navali reġistrata tkun ġiet
sodisfatta. 
(5) Meta xi ipoteki navali li ma jkunux l-ipoteka navali li tkun
ser tiġi emendata, ikunu rreġistrati fir-reġistru tal-bastiment
emenda ma għandhiex tiġi annotata sakemm ma jinġiebx lir-
reġistratur il-kunsens tal-kredituri ipotekarji kollha l-oħra li l-
interessi tagħhom jistgħu jiġu ppreġudikati b’dak it-tibdil.
(6) 1l-kunsens għal emenda ta’ ipoteka navali għandu jiġi muri
permezz ta’ dikjarazzjoni magħmula mill-kredituri ipotekarji fil-
preżenza u bil-firma tax-xhud jew xhieda.
Dħul dwar il-ħlas 
ta’ ipoteka navali.
Emendat:
XXXVII. 1988.4. 
46. Meta ipoteka navali reġistrata titħallas ir-reġistratur
għandu kif jiġu prodotti lilu l-att ta’ l-ipoteka, b’riċevuta tal-flus
ipotekati mniżżla fuqu u ffirmata kif imiss u mix-xhieda, iniżżel
fir-reġistru li l-ipoteka navali tkun ġiet imħallsa.
Trasferimenti u 
ipoteki navali ma 
jkunux jiswew jekk 
ma jkunux 
reġistrati. 
47. Trasferiment jew ipoteka navali ta’ bastiment reġistrat jew
ta’ sehem fih, u trasferiment ta’ ipoteka navali reġistrata, ma
jkollhom l-ebda effett dwar il-bastiment jew sehem jew kontra kull
persuna li ma tkunx min jittrasferixxi jew id-debitur ipotekarju, jew
il-werrieta tagħhom, jekk it-trasferiment jew l-ipoteka ma jkunux
ġew reġistrati taħt u skond dan l-Att.
  32      KAP. 234. ħ       BASTIMENTI   MERKANTILI
Telf ta’ l-Att 
oriġinali ta’ l-
ipoteka navali. 
Sostitwit: 
XXXVII. 1988.27.
48. (1) F’każ ta’ telf ta’ xi dokument ta’ ipoteka navali
reġistrat, ir-reġistratur għandu, fuq it-talba tal-kreditur ipotekarju
waħdu, jew flimkien mad-debitur ipotekarju, jikkostitwixxi mill-
ġdid l-ipoteka navali oriġinali u jiċċertifika dan id-dokument bħala
oriġinal rikostitwit tad-dokument ta’ l-ipoteka navali. Ir-reġistratur
għandu jilqa’ din it-talba biss mal-preżentazzjoni mill-parti li
tagħmel it-talba ta’ dikjarazzjoni maħlufa dwar il-fatt li l-oriġinal
ikun intilef.
(2) F’każ bħal dan ir-reġistratur għandu jagħmel nota fir-
reġistru li jkun inħareġ dokument ta’ ipoteka navali rikostitwit li
fiha jgħid fuq it-talba ta’ min tkun inħarġet dik l-ipoteka navali
rkostitwita.
(3) F’każ ta’ telf ta’ xi dokument oriġinali ta’ ipoteka navali, r-
reġistratur jista’ jirreġistra kull trasferiment jew ħlas ta’ ipoteka
navali jekk il-kreditur ipotekarju jippreżenta dikjarazzjoni maħlufa
li huwa jkun id-detentur ta’ l-ipoteka navali li d-dokument ikun
intilef, u li huwa jkun qiegħed iħallas jew jitrasferixxi l-imsemmija
garanzija bis-saħħa tad-dikjarazzjoni maħlufa.
(4) F’każ bħal dak ir-reġistratur għandu, wara l-preżentazzjoni
ta’ l-imsemmija dikjarazzjoni maħlufa, jitratta dik id-dikjarazzjoni
bħala d-dokument ta’ l-ipoteka navali u jsegwi l-proċedura
speċifikata f’dan l-Att għal trasferiment jew ħlas ta’ ipoteka; ir-
reġistratur għandu jdaħħal fir-reġistru nota li tgħid li t-trasferiment
jew ħlas ta’ l-ipoteka navali jkun sar bis-saħħa ta’ dikjarazzjoni
maħlufa.
Għarfien ta’ 
ipoteka navali 
barranin. 
Sostitwit: 
XXXVII.1988.27.
49. Ipoteka navali barranija tiġi rikonoxxuta bħala ipoteka
navali bl-istatus u d-drittijiet u s-setgħat kollha speċifikati f’dan l-
Att, minkejja l-fatt li ma tkunx qed tiġi dokumentata fuq bastiment
reġistrat jekk:
(a) dik l-ipoteka navali tkun ġiet validament dokumentata
fir-reġistru ta’ bastimenti tal-pajjiż li taħt il-liġijiet
tiegħu ikun dokumentat il-bastiment;
(b) dak ir-reġistru ikun reġistru pubbliku;
(ċ) dik l-ipoteka navali tidher wara riċerka tar-reġistru; u
(d) dik l-ipoteka navali tingħata status preferenzjali u
ġeneralment ekwivalenti bħala ipoteka navali taħt dan
l-Att taħt il-liġijiet tal-pajjiż fejn tkun reġistrata l-
ipoteka navali.
Privileġġi Speċjali
Privileġġi speċjali 
fuq bastiment. 
Sostitwit: 
XXXVII.1988.27.
Emendat:
XXII. 2000.2, 34.
50. Il-krediti speċifikati hawn taħt jiġu garantiti permezz ta’
privileġġ speċjali fuq il-bastiment kif ukoll fuq kull dħul minn xi
indennizz li jinħoloq minn kolliżjonijiet u disgrazzji oħra magħdud
kull dħul mill-assigurazzjoni:
(a) spejjeż ġudizzjarji sabiex isir il-bejgħ tal-bastiment u
l-qsim tal-prezz li jġib;
(b) drittijiet u spejjeż oħra dovuti taħt dan l-Att lir-
reġistratur ta’ bastimenti maltin;
            BASTIMENTI   MERKANTILI  AP.  234.    33
(ċ) drittijiet ta’ tunnellaġġ;
(d) is-salarji, l-ispejjeż għal assistenza, irkupru jew
salvataġġ, u għal drittijiet ta’ bdoti;
(e) il-ħlas ta’ gwardjani u l-ispejjeż ta’ għassa tal-
bastiment minn x’ħin jidħol fil-port sal-bejgħ;
(f) il-kera ta’ l-imħażen fejn jiġu merfugħin l-armar u l-
għodda tal-bastiment;
(g) l-ispejjeż magħmula għaż-żamma fi stat tajjeb tal-
bastiment u ta’ l-apparat tiegħu magħduda spejjeż ta’
provisti u proviżjonijiet għall-ekwipaġġ tiegħu
magħmula wara l-aħħar dħul tal-bastiment fil-port;
(h) is-salarji u ammonti oħra dovuti lill-kaptan, uffiċjali u
ekwipaġġ ieħor tal-bastiment għar-rigward ta’ l-
impieg tagħhom fuq il-bastiment, inkluża kull nefqa
għar-rimpatriju u kontribuzzjonijiet ta’ l-assiguraz-
zjoni soċjali li jitħallsu għalihom;
(i) danni u imgħaxijiet dovuti lil xi baħri għal mewt jew
korriment tal-persuna u spejjeż li jsir f’konnessjoni
mal-marda, weġgħa jew korriment ta’ xi baħri;
(j) il-flus li jkollhom jieħdu akkreditati għal xogħlijiet,
xogħol ta’ ħaddiema u tiswijiet qabel it-tluq tal-
bastiment għall-aħħar vjaġġ tiegħu: 
Iżda dan il-privileġġ ma jgħoddx jekk id-dejn ma
jkunx ġie magħmul direttament minn sid il-bastiment,
jew mill-kaptan, jew minn mandatarju tas-sid;
(k) drittijiet ta’ aġenzija tal-bastimenti dovuti għall-
bastiment wara l-aħħar dħul tiegħu fil-port, skond it-
tariffi tal-port, u kull infieq magħmul matul dak il-
perijodu li ma jgawdix privileġġi fil-paragrafi (a) sa
(i), għalkemm f’kull każ għal somma totali ta’ mhux
iżjed minn erbat elef unit;
(l) il-flus mislufa lill-kaptan għall-bżonnijiet tal-
bastiment matul l-aħħar vjaġġ u r-rimborż tal-prezz
tal-merkanzija mibjugħa minnu għall-istess ħsieb;
(m)il-flus li jkollhom jieħdu il-kredituri għal
proviżjonijiet, ħwejjeġ ta’ ikel, armament u armar,
qabel it-tluq tal-bastiment għall-aħħar vjaġġ tiegħu:
Iżda dan il-privileġġ ma jgħoddx jekk id-dejn ma
jkunx ġie magħmul direttament minn sid il-bastiment
jew mill-kaptan, jew minn mandatarju tas-sid;
(n) id-danni u l-imgħaxijiet li għandhom jitħallsu lin-
nolleġġaturi għal nuqqas ta’ kunsinna tal-merkanzija
mgħobbija, u għall-avariji li jkunu batew f’dik il-
merkanzija bi ħtija tal-kaptan jew ta’ l-ekwipaġġ;
(o) id-danni u l-imgħaxijiet li għandhom jitħallsu lil
bastiment ieħor jew lit-tagħbija tiegħu fil-każijiet ta’
kolliżjoni ta’ bastimenti;
  34      KAP. 234. ħ       BASTIMENTI   MERKANTILI
Kap. 16. 
(p) il-kreditur speċifikat fis-subparagrafu (d) ta’ l-artikolu
2009 tal-Kodiċi Ċivili għall-bilanċ tal-prezz mill-
bejgħ tal-bastiment.
Krediti magħmula 
f’portijiet 
differenti. 
Sostitwit: 
XXXVII. 1988.27.
51. Meta l-krediti tax-xorta li tixbah lil dawk imsemmijin fil-
paragrafi (a) sa (p), it-tnejn magħduda, ta’ l-artikolu 50 jiġu
magħmula f’portijiet differenti, jew fl-okkażjoni ta’ iżjed minn
ritorn wieħed furzat fl-istess port, il-preferenza stabbilita mill-
imsemmi artikolu għandha tiġi osservata għar-rigward tad-diversi
krediti magħmula fl-okkażjoni ta’ kull wasla jew ritorn, iżda l-
krediti magħmula f’wasla jew ritorn ta’ wara jkollhom preferenza
fuq dawk magħmula fil-wasla jew ritorn ta’ qabel.
Il-privileġġi tal-
bejjiegħ għandhom 
ikunu reġistrati.
Sostitwit: 
XXXVII. 1988.27.
Emendat:
XXII. 2000.35. 
Kap. 16.
52. (1) Il-privileġġ li jingħata lill-bejjiegħ għall-prezz tal-
ħaġa mibjugħa taħt id-disposizzjonijiet tal-paragrafu (d) ta’ l-
artikolu 2009 tal-Kodiċi Ċivili ma għandux effett fil-każ ta’
bastimenti, jekk il-kreditu għal dak il-prezz ma jkunx ġie reġistrat
fil-każ ta’ bastimenti reġistrati taħt it-Taqsima II ta’ dan l-Att, fir-
reġistru ta’ dak il-bastiment fi żmien jumejn mid-data tal-bejgħ.
Dak il-privileġġ jiġi reġistrat billi jiġi konsenjat lir-reġistratur fuq
il-formola preskritta mimlija kif għandha tkun u ffirmata mill-
bejjiegħ.
(2) L-imsemmi privileġġ ma għandux effett fil-każ ta’ kull
bastiment ieħor, jekk il-kreditu għal dak il-prezz ma jkunx ġie
mniżżel fir-Reġistru Pubbliku fi żmien jumejn minn dak in-nhar
tal-bejgħ.
(3) Din ir-regola tgħodd ukoll għall jedd tar-rivendikazzjoni
tal-ħaġa mibjugħa msemmi f’dak il-Kodiċi.
(4) Dak il-privileġġ jispiċċa mal-ħlas tal-prezz u l-ispejjeż li
jkollhom x’jaqsmu, u mal-preżentazzjoni ta’ riċevuta maħruġa
mill-bejjiegħ, iffirmata minn xhud, ir-reġistratur jew id-Direttur
tar-Reġistru Pubbliku, skond il-każ, idaħħal nota fir-reġistru li
tagħti avviż tal-ħlas tiegħu.
(5) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 44, 45, 45A u 48
għandhom mutatis mutandis ikunu japplikaw għar-rigward tal-
privileġġ hawn aktar qabel imsemmi u d-dritt ta’ rkupru tal-
bejjiegħ għar-rigward ta’ bastimenti reġistrati taħt it-Taqsima II ta’
dan l-Att.
Il-bejjiegħ għandu 
jgħarraf lix-xerrej 
bil-krediti kollha.
Sostitwit: 
XXXVII. 1988.27. 
53. (l) Il-bejjiegħ ta’ bastiment għandu jgħarraf lix-xerrej bil-
krediti privileġġati kollha, u għandu jagħtih lista tagħhom iffirmata
minnu.
(2) Jekk din il-lista ma tiġix mogħtija lix-xerrej, jew jekk, fil-
lista mogħtija lilu, ikun hemm nieqes xi wieħed mill-krediti hawn
fuq imsemmija, ix-xerrej jista’, jekk ibati ħsara b’daqshekk,
jeżerċita l-jeddijiet tiegħu kontra l-bejjiegħ, bil-mezzi kollha li l-
liġi tagħti kontra debituri li jagħmlu qerq meta jikkuntrattaw dejn.
            BASTIMENTI   MERKANTILI  AP.  234.    35
Pleġġ jew privileġġ 
possessorju. 
Sostitwit: 
XXXVII. 1988.27. 
Emendat:
XXIV.1995.362;
XXII. 2000.36.
54. (1) Kull min isewwi, jibni l-bastimenti jew kull kreditur
ieħor li taħt il-ħarsien u awtorità  tiegħu jkun tqiegħed bastiment
għall-eżekuzzjoni ta’ xogħlijiet jew għanijiet oħra għandu jkollu
pleġġ possessorju fuq il-bastiment.
(2) Pleġġ possessorju jintitola lill-kreditur li jżomm pussess
fuq il-bastiment li jkun ħadem fuqu jew li fuqu jkun għamel xi
attività  sakemm dak il-kreditur jiġi mħallas il-krediti dovuti lilu
għal dak il-bini, tiswijiet jew attività .
(3) Pleġġ possessorju jispiċċa bir-rilaxx volontarju tal-
bastiment mill-kustodja tal-kreditur.
(4) Pleġġ possessorju ma jispiċċax jekk il-bastiment jiġi
rilaxxat wara ordni tal-qorti jew wara bejgħ ġudizzjarju tal-
bastiment. Fil-każ ta’ l-aħħar il-kreditur igawdi l-preferenza
speċifikata fl-artikolu 54A ta’ dan l-Att fuq id-dħul mill-bejgħ tal-
bastiment.
Kap. 12.
(5) Il-kreditur ikun obbligat li jirrilaxxa l-bastiment jekk jiġi
mħallas is-somma kreditata, jew tiġi depożitata garanzija adegwata
fil-Qorti Ċivili, Prim’ Awla, taħt id-disposizzjonijiet tal-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili:
Iżda l-kreditur għandu jgawdi l-istess preferenza fuq dik is-
somma.
(6) Għall-għanijiet ta’ dan l-artikolu, meta ssir talba lill-
kreditur permezz ta’ ittra uffiċjali li tiġi lilu notifikata minn
persuna li jkollha interess fil-bastiment, il-kreditur ikollu l-obbligu
li jiddikjara l-ammont tal-pretensjoni tiegħu permezz ta’ att
ġudizzjarju li jiġi ppreżentat fi żmien jumejn mid-data tan-notifika
lilu tat-talba hawn aktar qabel imsemmija, u fin-nuqqas huwa jkun
obbligat li jirrilaxxa l-bastiment minnufih.
Gradwazzjoni tal-
kredituri. 
Miżjud: 
XXXVII.1988.2.
Emendat:
XXII. 2000.37.
54A. (1) Il-krediti speċifikati fl-artikolu 50 għandhom ikunu
gradwati fl-ordni murija fih u fi preferenza għal krediti ipotekarji u
privileġġati oħra, minkejja li l-bastiment ikun għadu fil-pussess
tad-debitur, u l-krediti speċifikati fl-artikolu 50(a) u (b) għandhom
fiċ-ċirkostanzi kollha jigradwaw fi preferenza għal kull kreditu.
(2) Kull kreditu garantit bi pleġġ jew privileġġ possessorju fuq
bastiment kif jingħad fl-artikolu 54, għandu jitħallas fi preferenza
għall-krediti l-oħra kollha ħlief il-krediti speċifikati fl-artikolu
50(ċ), (d), (e), (f), (g), (h), (i), u (j) ta’ jekk dawk il-krediti jkunu
nħolqu qabel il-kreditu tal-kreditur li jkun igawdi l-pleġġ
possessorju.
(3) Kull kreditu garantit minn ipoteka navali reġistrata taħt id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew garantiti minn ipoteka barranija
rikonoxxuta taħt dan l-Att għandu jigradwa wara l-krediti
speċifikati fl-artikolu 54 u fl-artikolu 50(ċ), (d), (e), (f), (g), (h), (i),
(j) u (k) imma qabel il-krediti speċifikati fl-artikolu 50(l), (m), (n),
(o) u (p) u bi preferenza għal krediti ipotekarji u privileġġati oħra.
(4) Meta l-fond ma jkunx suffiċjenti, il-kredituri li jikkonkorru
taħt l-istess intestatura għandhom jaqsmu dak il-fond skond ir-rata. 
  36      KAP. 234. ħ       BASTIMENTI   MERKANTILI
L-isem ta’ bastiment
L-ismijiet ta’ 
bastimenti. 
Emendat: 
XXXVII. 1988.28. 
55. (1) Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti li jagħtuh is-
setgħa li jirrifjuta r-reġistrazzjoni ta’ xi bastiment b’isem li bih
ikun propost li jiġi reġistrat jekk dak ikun diġà  isem ta’ bastiment
reġistrat malti jew isem li hekk jixbħu li x’aktarx iqarraq, u jista’
b’dawk ir-regolamenti jeħtieġ li jingħata avviż b’dak il-mod li jkun
ordnat bir-regolamenti qabel ma l-isem tal-bastiment jiġi mmarkat
fuq il-bastiment, jew qabel ma l-isem tal-bastiment jitniżżel fir-
reġistru.
(2) Jekk ir-reġistrazzjoni ta’ bastiment bl-isem li bih hu
propost li jiġi reġistrat tiġi miċħuda mill-Ministru, jew jekk ma
jitħarsux xi ħtiġijiet tar-regolamenti fil-każ ta’ xi bastiment li hu
propost li jiġi reġistrat, dak il-bastiment ma jiġix reġistrat bl-isem
propost, jew sakemm jitħarsu r-regolamenti, skond il-każ.
(3) Is-sid ta’ bastiment li jkun fi ħsiebu jirreġistra bastiment
taħt dan l-Att, jista’, mal-ħlas ta’ dak id-dritt li jista’ jkun preskritt
u fuq talba lir-reġistratur, jirriserva l-isem propost tal-bastiment
għal perijodu massimu ta’ tliet xhur.
(4) It-talba msemmija fis-subartikolu (3) tista’ ssir flimkien
mat-talba għar-reġistrazzjoni ta’ bastiment, jew mat-talba għal
permess biex jinbidel l-isem tal-bastiment li għalih tkun qed issir
ir-riserva jkun identifikat adegwament.
Regoli dwar l-isem 
ta’ bastiment. 
Emendat: 
XXXVII.1988.4;29;
XXII. 2000.2, 38.
56. (1) Bastiment ma għandux jiġi deskritt b’xi isem li ma
jkunx dak li bih ikun reġistrat f’dak iż-żmien.
(2) Ma jistax jinbidel l-isem ta’ bastiment jekk mhux bil-
permess bil-miktub minn qabel tar-Reġistratur-Ġenerali.
(3) Applikazzjoni għal dak il-permess għandha ssir bil-miktub
u jekk ir-Reġistratur-Ġenerali jkun tal-fehma li dik l-applikazzjoni
tkun xierqa hu jista’ jilqagħha u ma’ hekk għandu jeħtieġ li avviż
dwar hekk jiġi pubblikat jew xort’oħra tingħata pubbliċità  f’dik il-
forma u b’dak il-mod li jidhirlu xieraq.
(4) Meta jingħata l-permess għal bdil ta’ l-isem, l-isem tal-
bastiment għandu jiġi mibdul minnufih fir-reġistru, fiċ-ċertifikat
tar-reġistrazzjoni tal-bastiment u fuq il-pruwa u l-poppa tal-
bastiment u r-Reġistratur-Ġenerali għandu minnufih jgħaddi biex
javża bil-miktub lil kull kreditur ipotekarju reġistrat bil-bidla fir-
reġistru.
(5) Jekk jiġi muri għas-sodisfazzjon tar-Reġistratur-Ġenerali li
l-isem ta’ bastiment ikun ġie mibdul mingħajr il-permess tiegħu, hu
għandu jordna li l-isem jiġi mibdul għal dak li kellu qabel ma
nbidel u l-isem jiġi mibdul fir-reġistru, fiċ-ċertifikat ta’
reġistrazzjoni tal-bastiment u fuq il-pruwa u l-poppa tal-bastiment
kif imiss.
(6) Meta bastiment li jkun xi darba reġistrat skond dan l-Att ma
jibqax hekk reġistrat, ebda persuna, ħlief jekk ma kenitx taf bir-
reġistrazzjoni ta’ qabel (u ta’ dan trid iġġib prova hi) ma għandha
tapplika biex tirreġistra, u ebda reġistratur ma għandu bid-dehen
jirreġistra, il-bastiment ħlief bl-isem li bih kien qabel reġistrat jekk
mhux bil-permess miktub minn qabel tar-Reġistratur-Ġenerali.
            BASTIMENTI   MERKANTILI  AP.  234.    37
(7) Meta bastiment ma jkun ġie qatt reġistrat qabel skond dan l-
Att, ebda persuna ma għandha tapplika biex tirreġistra, u ebda
reġistratur ma għandu bid-dehen jirreġistra, il-bastiment ħlief bl-
isem li kellu qabel l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ħlief bil-
permess miktub tar-Reġistratur-Ġenerali.
(8) Jekk xi persuna tikser, jew tħalli lil xi persuna taħt il-
kontroll tagħha li tikser, dan l-artikolu, jew tonqos, jew tħalli lil xi
persuna taħt il-kontroll tagħha li tonqos, li tħares dak kollu li hu
meħtieġ b’dan l-artikolu, dik il-persuna teħel multa ta’ mhux iżjed
minn mitt unit għal kull reat, u (barra mill-każ ta’ applikazzjoni
għal reġistrazzjoni magħmula dwar bastiment li ma kien qatt qabel
reġistrat skond dan l-Att) il-bastiment jista’ jiġi miżmum milli
jitlaq sakemm jitħares dan l-artikolu.
Reġistrazzjoni ta’ tibdiliet, Reġistrazzjoni mill-ġdid u Trasferiment 
ta’ reġistrazzjoni
Reġistrazzjoni ta’ 
tibdiliet. 
Emendat: 
XXXVII. 1988.30;
XXII. 2000.2.
57. (1) Meta bastiment reġistrat jiġi mibdul hekk li ma jkunx
jikkorrispondi mal-partikolaritajiet dwar it-tunnellaġġ jew id-
deskrizzjoni li jkunu jinsabu fir-reġistru, applikazzjoni li magħha
jkun ħemm ċertifikat tas-surveyor xieraq, u li titlob ir-
reġistrazzjoni tat-tibdil, għandha ssir lir-reġistratur li għandu, meta
jirċeviha flimkien maċ-ċertifikat kif intqal qabel, jew jirreġistra t-
tibdil jew jordna li l-bastiment jiġi reġistrat mill-ġdid.
(2) Jekk ma ssirx applikazzjoni kif meħtieġ b’dan l-artikolu,
jew jekk bastiment ma jiġix reġistrat mill-ġdid meta jkun hekk
ordnat kif intqal qabel, is-sid tal-bastiment jeħel multa ta’ mhux
iżjed minn mitt unit u, wkoll multa ta’ mhux iktar minn ħames units
għal kull ġurnata li matulha jkompli r-reat wara li s-sid jinsab ħati.
Regolamenti dwar 
reġistrazzjoni ta’ 
tibdiliet.
Emendat: 
XXXVII. 1988.31. 
58. (1) Għall-finijiet tar-reġistrazzjoni ta’ tibdil f’bastiment,
iċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni tal-bastiment għandu jingħata lir-
reġistratur u r-reġistratur għandu fid-diskrezzjoni tiegħu jew
iżomm iċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni u joħroġ ċertifikat ta’
reġistrazzjoni ġdid li jkun fih deskrizzjoni tal-bastiment kif mibdul
jew iniżżel u jiffirma fuq iċ-ċertifikat eżistenti memorandum tat-
tibdil.
(2) Il-partikolaritajiet tat-tibdil hekk magħmul u l-fatt li
ċertifikat ġdid ikun ġie maħruġ jew tkun saret reġistrazzjoni fuq iċ-
ċertifikat oriġinali, għandhom jitniżżlu fir-reġistru mir-reġistratur.
Ċertifikat 
provviżorju jew 
kontrosenja meta l-
bastiment ikun ser 
jiġi reġistrat mill-
ġdid.
59. Mħassar bl-artikolu 32 ta’ l-Att XXXVII ta’ l-1988.
Reġistrazzjoni 
mill-ġdid meta 
jinbidel is-sid. 
Emendat: 
XXXVII. 1988.4. 
60. Meta s-sid ta’ xi bastiment jinbidel ir-reġistratur jista’, fuq
applikazzjoni tas-sid tal-bastiment, jirreġistra l-bastiment mill-
ġdid, għalkemm ir-reġistrazzjoni mill-ġdid ma tkunx meħtieġa
b’dan l-Att.
Proċedura għal 
reġistrazzjoni mill-
ġdid. 
61. (1) Meta bastiment ikun ser jiġi reġistrat mill-ġdid, ir-
reġistratur għandu jipproċedi bħal f’każ ta’ l-ewwel reġistrazzjoni,
u meta jingħatalu ċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni eżistenti, u malli
  38      KAP. 234. ħ       BASTIMENTI   MERKANTILI
jiġu mħarsa l-ħwejjeġ l-oħra meħtieġa għar-reġistrazzjoni, jew fil-
każ ta’ bdil ta’ sid dawk minnhom li jaħseb li huma mportanti, hu
għandu jagħmel dik ir-reġistrazzjoni mill-ġdid u jagħti ċertifikat
tagħha.
(2) Meta bastiment ikun reġistrat mill-ġdid, ir-reġistrazzjoni
tiegħu ta’ qabel titqies li hi magħluqa ħlief safejn tirreferi għal
ipoteki navali mhux imħassra jew ċertifikati ta’ ipoteka navali jew
bejgħ eżistenti li jkunu jinsabu fiha, iżda l-ismijiet tal-persuni
kollha li kienu jidhru fuq ir-reġistru ta’ qabel bħala li għandhom
interess fil-bastiment bħala sidien jew kredituri ipotekarji
għandhom jitniżżlu fir-reġistrazzjoni l-ġdida, u r-reġistrazzjoni
mill-ġdid ma għandha bl-ebda mod ittellef id-drittijiet ta’ xi waħda
minn dawk il-persuni.
Trasferiment ta’ 
reġistrazzjoni. 
62. Imħassar bl-artikolu 32 ta’ l-Att XXXVII ta’ l-1988.
Restrizzjoni dwar 
reġistrazzjoni mill-
ġdid ta’ bastimenti 
abbandunati. 
63. Meta bastiment ma jkunx baqa’ reġistrat bħala bastiment
malti minħabba li jkun għereq jew ġie abbandunat jew għal xi
raġuni li ma tkunx qbid mill-għadu jew trasferiment lil persuna
mhux kwalifikata li tkun sid ta’ bastiment malti, il-bastiment ma
jiġix reġistrat mill-ġdid sakemm, għas-spejjeż ta’ min japplika
għar-reġistrazzjoni, ma jiġix spezzjonat minn surveyor tal-
bastimenti u jiġi ċertifikat minnu li jkun tajjeb biex ibaħħar.
Dikjarazzjonijiet 
Setgħa tar-
reġistratur li ma 
jitlobx 
dikjarazzjonijiet u 
provi oħra.
Emendat: 
XXXVII. 1990.13. 
64. (1) Meta skond it-Taqsima II u t-Taqsima IIA ta’ dan l-Att
xi persuna tkun meħtieġa tagħmel dikjarazzjoni f’isimha jew f’isem
xi għaqda ta’ persuni, jew xi provi jkunu meħtieġa li jinġiebu lil
reġistratur, u jiġi muri għas-sodisfazzjon tar-reġistratur li minħabba
xi raġuni xierqa dik il-persuna ma tkunx tista’ tagħmel dik id-
dikjarazzjoni, jew li l-provi ma jkunux jistgħu jinġiebu, ir-
reġistratur jista’, bl-approvazzjoni tar-Reġistratur-Ġenerali u meta
jinġiebu dawk il-provi l-oħra u suġġett għal dawk il-kondizzjonijiet
li r-Reġistratur-Ġenerali jidhirlu xierqa, jeżentaha mid-
dikjarazzjoni jew mill-provi.
(2) Ebda ħaġa f’dan l-artikolu ma għandha tiftiehem li teħtieġ
l-eżenzjoni tar-reġistratur jew l-approvazzjoni tar-Reġistratur-
Ġenerali għall-egħmil ta’ xi dikjarazzjoni, jew għall-egħmil ta’ xi
ħaġa li b’dan l-Att hija meħtieġa jew permessa illi ssir jew tkun
saret, mill-persuna li jkollha rappreżentanza ġuridika ta’ persuna li
jkollha interess f’bastiment jew f’sehem fih u li ma tkunx tista’
tagħmel dik id-dikjarazzjoni jew ma tkunx tista’ tagħmel dik il-
ħaġa minħabba li tkun taħt l-età , jew minħabba mard tal-moħħ jew
għal xi raġuni oħra: l-atti kollha hekk magħmula skond il-liġi
għandu jkollhom effett daqslikieku jkunu saru mill-persuna li lilha
tkun tirrappreżenta.
Kif għandhom isiru 
dikjarazzjonijiet. 
Emendat: 
XXXVII. 1990.13. 
65. (1) Dikjarazzjonijiet li għandhom isiru skond it-Taqsima
II u t-Taqsima IIA ta’ dan l-Att għandhom isiru quddiem reġistratur
jew kummissjunarji b’setgħa li jagħtu ġurament jew uffiċjal
konsulari ta’ Malta.
(2) Dikjarazzjonijiet li għandhom isiru skond it-Taqsima II u t-
            BASTIMENTI   MERKANTILI  AP.  234.    39
Taqsima IIA ta’ dan l-Att jistgħu jsiru f’isem għaqda ta’ persuni
mis-segretarju jew minn rappreżentant tagħha awtorizzat kif imiss.
Prospetti, Spezzjon ta’ Reġistru u Provi
Prospetti li 
għandhom isiru 
minn reġistraturi. 
66. Imħassar bl-artikolu 32 ta’ l-Att XXXVII ta’ l-1988.
Spezzjoni u 
traskrizzjoni jew 
estratti tar-reġistru.
Sostitwit: 
XXXVII. 1988.33. 
67. Bla ħsara ta’ kull disposizzjoni oħra ta’ dan l-Att, persuna
tista’, mal-ħlas ta’ dak id-dritt li jista’ jiġi preskritt u fuq
applikazzjoni lir-reġistratur f’kull ħin xieraq matul il-ħinijiet ta’ l-
attendenza uffiċjali tiegħu, tispezzjona kull reġistru, u tikseb
traskrizzjoni jew estratt tar-reġistru.
Prova tar-reġistru u 
dokumenti oħra. 
Emendat: 
XXXVII. 1988.4; 
XXXVII. 1990.13.
68. (1) Id-dokumenti li ġejjin jiġu aċċettati bħala prova
mingħajr ma tkun meħtieġa xi prova oħra ta’ l-awtentiċità  tagħhom
barra dak li jkun jidher imniżżel fuqhom u, sakemm ma jiġix pruvat
il-kuntrarju, ikunu prova ta’ dak li jkun jinsab fihom:
(a) kull reġistru miżmum taħt it-Taqsima II u t-Taqsima
IIA ta’ dan l-Att meta jinġieb mill-kustodja tar-
reġistratur jew mingħand xi persuna oħra li jkollha l-
kustodja leġittima tiegħu;
(b) ċertifikat ta’ reġistrazzjoni skond it-Taqsima II u t-
Taqsima IIA ta’ dan l-Att li tidħer li hi iffirmata mir-
reġistratur jew minn uffiċjal xieraq ieħor;
(ċ) kull ħaġa mniżżla fuq ċertifikat ta’ reġistrazzjoni li
tidher li hi iffirmata mir-reġistratur jew minn uffiċjal
xieraq ieħor.
(2) Kopja ta’ kull dokument imsemmi qabel jew estratt minnu
għandha tiġi wkoll aċċettata bħala prova jekk tkun tidher li hi
iffirmata u iċċertifikata bħal kopja vera jew estratt veru mill-
uffiċjal li jkollu l-kustodja leġittima tiegħu.
Formuli 
Formuli ta’ 
dokumenti. 
Emendat: 
XXXVII. 1988.4. 
69. (1) Id-diversi atti u dokumenti speċifikati fit-Tieni Skeda
ta’ dan l-Att għandhom ikunu skond il-formula minn żmien għal
żmien preskritta mill-Ministru jew daqskemm jista’ jkun skond dik
il-formula kemm iċ-ċirkostanzi jippermettu.
(2) Ħlief bl-ordni speċjali tar-Reġistratur-Ġenerali, reġistratur
ma jkunx meħtieġ li jirċievi jew idaħħal fir-reġistru ebda wieħed
mill-atti jew mid-dokumenti msemmija qabel li jsir f’xi forma li ma
tkunx għal dak iż-żmien preskritta, jew li jkollu xi partikolaritajiet
li ma jkunux dawk li jkunu jinsabu f’dik il-formula; iżda l-Ministru
għandu, qabel ma jibdel il-formuli, jagħti dak l-avviż pubbliku tat-
tibdil kif jidhirlu xieraq biex jevita inkonvenjent.
Falsifikazzjoni u dikjarazzjonijiet foloz
Falsifikazzjoni ta’ 
dokumenti. 
Emendat: 
XXXVII. 1988.4; 
XXXVII. 1990.13. 
70. Jekk xi persuna tiffalsifika jew b’qerq tibdel, jew tgħin fil-
falsifikazzjoni jew fil-bdil, b’qerq jew iġġiegħel li jiġi falsifikat
jew mibdul b’qerq, xi wieħed mid-dokumenti li ġejjin, jiġifieri, xi
reġistru, ċertifikat ta’ bennej, ċertifikat ta’ surveyor, ċertifikat ta’
reġistrazzjoni, dikjarazzjoni, att ta’ bejgħ, att ta’ ipoteka navali,
  40      KAP. 234. ħ       BASTIMENTI   MERKANTILI
jew ċertifikat ta’ ipoteka navali jew ta’ bejgħ skond it-Taqsima II u
t-Taqsima IIA ta’ dan l-Att, jew xi reġistrazzjoni li għandha ssir
jew xi ħaġa oħra li għandha titniżżel skond it-Taqsima II u t-
Taqsima IIA ta’ dan l-Att f’xi jew fuq xi dokumenti bħal dawk, dik
il-persuna teħel, għal kull reat, priġunerija għal żmien ta’ mhux
inqas minn sentejn u mhux iżjed minn ħames snin.
Dikjarazzjonijiet 
foloz.
Emendat: 
XXXVII. 1988.34;
XXII. 2000.2.
71. Jekk xi persuna, f’każ ta’ xi dikjarazzjoni li għandha ssir
quddiem reġistratur jew li għandha tingħata lil reġistratur skond din
it-Taqsima ta’ dan l-Att, jew f’xi dokument jew prova oħra
mogħtija lil dak ir-reġistratur -
(a) bid-dehen tagħmel, jew tgħin lil min jagħmel, jew
iġġiegħel li ssir, xi dikjarazzjoni falza dwar it-titolu
għal jew il-proprjetà  ta’, xi piż jew ipoteka navali
reġistrati eżistenti fuq, jew l-interess eżistenti fi, xi
bastiment jew sehem fih; jew
(b) tagħmel, tipproduċi jew tagħmel użu minn xi
dikjarazzjoni jew dokument li jkun fih xi dikjarazzjoni
falza kif intqal qabel meta tkun taf li dik hija falza,
teħel, għal kull reat, priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn
sentejn jew multa ta’ mhux iżjed minn ħames mitt unit jew dik il-
priġunerija u l-multa flimkien.
Bandiera u Karattru Nazzjonali
Bandiera 
nazzjonali għal 
bastimenti maltin. 
Emendat:
XXII. 2000.2.
72. (1) Il-bandiera kif murija fit-Tielet Skeda li tinsab ma’
dan l-Att, mingħajr ebda tħassir jew tibdil, qed tiġi b’dan dikjarata
li hi l-bandiera nazzjonali xierqa għall-bastimenti maltin kollha.
(2) Jekk xi bandiera nazzjonali distintiva, li ma tkunx il-
bandiera maltija, tittella’ abbord xi bastiment malti, il-kaptan tal-
bastiment, jew sidu jekk ikun abbord dak il-bastiment, u kull
persuna oħra li ttella’ dik il-bandiera, teħel, għal kull reat, multa ta’
mhux iżjed minn ħames mitt unit.
Penali għal 
bastiment li ma 
jtellax bandiera.
Emendat:
XXII. 2000.2.
73. (1) Bastiment reġistrat għandu jtella’ l-bandiera maltija
meta jidħol jew iħalli kull port barrani u, jekk ikun ta’ tunnellaġġ
gross ta’ ħames mitt tunnellata jew aktar, meta jidħol u joħroġ kull
port f’Malta.
(2) Jekk dan l-artikolu ma jitħarisx abbord xi bastiment, il-
kaptan tal-bastiment jeħel, għal kull reat, multa ta’ mhux iżjed
minn mitt unit. 
Il-karattru 
nazzjonali jiġi 
dikjarat qabel l-
mogħdija mid-
dwana. 
Emendat: 
XI.1977.2.
74. (1) Ma tingħata ebda mogħdija mid-dwana lil bastiment
sakemm il-kaptan ta’ dak il-bastiment ma jiddikjarax lill-uffiċjal li
jkun mitlub li jagħti l-mogħdija mid-dwana l-isem tan-nazzjon li
tagħha jippretendi li huwa l-bastiment, u dak l-uffiċjal għandu
mbagħad iniżżel dak l-isem fuq il-mogħdija.
(2) Jekk il-bastiment jipprova jsalpa mingħajr dik il-mogħdija
mid-dwana, dan jinżamm sakemm issir id-dikjarazzjoni.
Penali għal min bla 
jedd juża karattru 
malti.
75. Jekk persuna tuża l-bandiera maltija u l-karattru nazzjonali
malti abbord bastiment li ma jkunx bastiment malti sabiex
bastiment ikun jidher li hu bastiment malti, il-bastiment jista’ jiġi
            BASTIMENTI   MERKANTILI  AP.  234.    41
konfiskat skond dan l-Att, ħlief meta dak l-użu jkun sar bil-ħsieb li
l-bastiment ma jiġix maqbud mill-għadu jew minn bastiment tal-
gwerra ta’ pajjiż barrani fl-eżerċizzju ta’ xi dritt ta’ gwerra.
Penali għal min 
jaħbi karattru malti 
jew juża karattru 
ta’ pajjiż barrani.
Emendat:
XXII. 2000.2.
76. Jekk il-kaptan jew is-sid ta’ bastiment malti jagħmel xi
ħaġa jew iħalli li ssir xi ħaġa, jew iħalli lil min iġorr karti jew
dokumenti, bil-ħsieb li jaħbi l-karattru malti tal-bastiment minn xi
persuna li jkollha dritt bil-liġi ta’ Malta li tistħarreġ dwar hekk, jew
bil-ħsieb li jassumi karattru barrani, jew bil-ħsieb li jqarraq b’xi
persuna li jkollha dritt kif intqal qabel, il-bastiment ikun jista’ jiġi
konfiskat skond dan l-Att; u l-kaptan, jekk jagħmel jew ikun
imdaħħal fl-egħmil tar-reat, jeħel għal kull reat priġunerija għal
żmien ta’ mhux aktar minn sentejn jew multa ta’ mhux iżjed minn
ħames mitt unit jew dik il-priġunerija u l-multa flimkien.
Konfiska ta’ bastiment
Proċedimenti dwar 
konfiska ta’ 
bastiment. 
Emendat: 
XXIV.1995.362.
77. (1) Meta xi bastiment sħiħ jew sehem fih ikun sar suġġett
għal konfiska skond dan l-Att, kull uffiċjal awtorizzat f’dak is-sens
mill-Ministru u kull uffiċjal konsulari ta’ Malta jista’ jaqbad u
jżomm il-bastiment u jġibu biex ikun hemm deċiżjoni quddiem il-
Qorti Ċivili, Prim’ Awla ta’ Malta, u l-qorti tista’ mbagħad
tiddeċiedi li l-bastiment flimkien ma’ l-attrezzi, l-apparat u l-
għamara kollha jiġi konfiskat favur il-Gvern ta’ Malta u tagħti dak
l-ordni li jkun jidhrilha ġust f’dak il-każ.
(2) Ebda uffiċjal hekk kif imsemmi f’dan l-artikolu ma jkun
responsabbli la ċivilment u lanqas kriminalment lejn xi persuna
tkun liema tkun dwar xi qbid jew tiżmim kif intqal qabel, minkejja
li l-bastiment ma jkunx inġieb biex tittieħed deċiżjoni dwaru jew,
jekk hekk jinġieb, jiġi dikjarat li ma hux suġġett għal konfiska,
jekk jiġi muri li kien hemm raġunijiet biżżejjed għal dak il-qbid
jew dak it-tiżmim.
Għeluq ta’ reġistrazzjoni
Trasferiment għal 
reġistru barrani. 
78. Imħassar bl-artikolu 35 ta’ l-Att XXXVII ta’ l-1988.
Inkjesta dwar it-
titolu ta’ bastiment 
li jkun ser jiġi 
reġistrat.
Emendat: 
XXXVII. 1988.4. 
79. (1) Meta fil-fehma tal-Ministru jkun hemm xi dubju dwar
id-dritt ta’ xi bastiment reġistrat bħala bastiment malti li jkun hekk
reġistrat il-Ministru jista’ jordna lir-reġistratur li jitlob li jingħataw
provi għas-sodisfazzjon tiegħu li l-bastiment għandu d-dritt li jiġi
reġistrat bħala bastiment malti; u jekk f’dak iż-żmien, li ma jkunx
inqas minn tletin ġurnata, kif il-Ministru jista’ jispeċifika, ma
jingħatawx il-provi dwar id-dritt tal-bastiment li jkun hekk
reġistrat, hu jista’ jordna li r-reġistrazzjoni tal-bastiment tingħalaq.
(2) Meta jirċievi ordni bħal dak, ir-reġistratur għandu jniżżlu
fir-reġistru u mbagħad ir-reġistrazzjoni tal-bastiment f’dak il-ktieb
titqies li hi magħluqa ħlief safejn tirreferi għal ipoteka navali mhux
imħassra jew għal ċertifikati eżistenti ta’ ipoteka navali reġistrati
fih.
Setgħa tal-Ministru 
li jordna l-egħluq 
ta’ reġistrazzjoni.
80. Imħassar bl-artikolu 35 ta’ l-Att XXXVII ta’ l-1988. 
  42      KAP. 234. ħ       BASTIMENTI   MERKANTILI
Kejl ta’ bastiment u tunnellaġġ
Regolamenti dwar 
tunnellaġġ.
Emendat:
XXII. 2000.2.
81. (1) It-tunnellaġġ ta’ kull bastiment li jkun ser jiġi reġistrat
skond dan l-Att għandu jiġi stabbilit skond ir-regolamenti
magħmula mill-Ministru, u dawk ir-regolamenti għandhom jitqiesu
li huma d-disposizzjonijiet imsemmija f’dan l-Att bħala r-
regolamenti dwar tunnellaġġ ta’ dan l-Att.
(2) Regolamenti magħmula skond dan l-artikolu jistgħu -
(a) jagħmlu disposizzjonijiet differenti dwar xorta ta’
bastimenti differenti jew dwar l-istess xorta ta’
bastimenti f’ċirkostanzi differenti;
(b) jagħmlu kull disposizzjoni li tkun marbuta mat-tħaris
ta’ dawk il-kondizzjonijiet, li għandhom jiġu pruvati
b’dak il-mod, kif jista’ jiġi speċifikat fir-regolamenti;
(ċ) jipprojbixxu u jillimitaw il-ġarr ta’ oġġetti jew ħażniet
fi spazji li m’humiex inklużi fit-tunnellaġġ reġistrat ta’
bastiment u jistgħu jipprovdu li l-kaptan u s-sid jistgħu
kull wieħed jeħlu multa ta’ mhux iżjed minn mitt unit
meta tinkiser dik il-projbizzjoni jew limitazzjoni.
(3) Regolamenti magħmula skond dan l-artikolu jistgħu
jipprovdu biex jingħata lill-bastiment, jew minflok jew bħala
alternattiva tat-tunnellaġġ stabbilit skond id-disposizzjonijiet l-
oħra tar-regolamenti, tunnellaġġ aktar baxx li jkun japplika meta l-
bastiment ma jkunx mgħobbi safejn jista’ jitgħabba mingħajr
periklu, u biex tiġi murija fuq il-bastiment, dik il-marka li tista’ tiġi
speċifikata fir-regolamenti, li dak it-tunnellaġġ aktar baxx ikun ġie
mogħti lilu u, meta jkun ġie mogħti lilu bħala alternattiva, safejn
dak il-bastiment jista’ jiġi mgħobbi biex japplika t-tunnellaġġ aktar
baxx.
(4) Regolamenti skond dan l-artikolu jistgħu jipprovdu għall-
ħruġ ta’ dokumenti li jiċċertifikaw it-tunnellaġġ reġistrat ta’ kull
bastiment jew it-tunnellaġġ li għandu jiġi meqjus għal xi fini
speċifikata fir-regolamenti bħala t-tunnellaġġ ta’ bastiment mhux
reġistrat f’Malta.
(5) Meta regolamenti skond dan l-artikolu jiġu emendati, dawk
ir-regolamenti jistgħu jipprovdu għall-bdil ta’ partikolaritajiet dwar
it-tunnellaġġ reġistrat ta’ kull bastiment reġistrat qabel ma tkun
bdiet isseħħ l-emenda.
(6) Regolamenti skond dan l-artikolu jistgħu jippreskrivu d-
drittijiet li għandhom jitħallsu dwar il-qies tat-tunnellaġġ ta’
bastiment.
It-tunnellaġġ 
stabbilit għandu 
jkun it-tunnellaġġ 
tal-bastiment. 
82. Kull meta t-tunnellaġġ ta’ xi bastiment ikun ġie stabbilit u
reġistrat skond ir-regolamenti dwar it-tunnellaġġ ta’ dan l-Att, dak
it-tunnellaġġ għandu minn dak il-ħin ’il quddiem jitqies li hu t-
tunnellaġġ tal-bastiment u għandu jitkompla jitniżżel f’kull
reġistrazzjoni tiegħu, kemm-il darba ma jsirx xi tibdil fil-forma jew
f’kemm jesa’ l-bastiment, jew kemm-il darba ma jinstabx li dak it-
tunnellaġġ tal-bastiment kien ġie kalkolat bi żball, jew kemm-il
darba r-regolamenti dwar it-tunnellaġġ ta’ dan l-Att ma jiġux
emendati hekk li jipprovdu għall-bdil tal-partikolaritajiet tat-
            BASTIMENTI   MERKANTILI  AP.  234.    43
tunnellaġġ reġistrat ta’ kull bastiment reġistrat qabel il-bidu fis-
seħħ ta’ l-emenda; u f’kull każ bħal dak il-bastiment għandu
jitkejjel mill-ġdid u t-tunnellaġġ tiegħu jiġi stabbilit u reġistrat
mill-ġdid skond ir-regolamenti dwar it-tunnellaġġ ta’ dan l-Att li
jkunu f’dak iż-żmien fis-seħħ.
Tunnellaġġ ta’ 
bastimenti ta’ 
pajjiżi barranin li 
jużaw ir-
regolamenti.
83. (1) Kull meta fil-fehma tal-Ministru r-regolamenti dwar
it-tunnellaġġ ta’ dan l-Att ikunu qed jintużaw minn xi pajjiż, u
jkunu fis-seħħ hemmhekk, il-Ministru jista’ jordna li l-bastimenti
ta’ dak il-pajjiż, bla ma jitkejlu mill-ġdid, jitqiesu li huma tat-
tunnellaġġ muri fuq iċ-ċertifikati ta’ reġistrazzjoni tagħhom jew
fuq dokumenti oħra ta’ l-istess siwi, bl-istess mod, bl-istess siwi, u
għall-istess finijiet, kif it-tunnellaġġ muri fiċ-ċertifikat ta’
reġistrazzjoni ta’ bastiment malti jitqies li hu t-tunnellaġġ ta’ dak
il-bastiment; u kull spazju muri miċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni jew
minn dak id-dokument l-ieħor ta’ l-istess siwi ta’ kull bastiment
bħal dak bħala li tnaqqas mit-tunnellaġġ għandu, meta tnaqqis
bħalu fil-każ ta’ bastiment malti jkun jiddependi mit-tħaris ta’ xi
kondizzjonijiet jew mill-prova b’xi mod ta’ dak it-tħaris, jitqies li
tħarsu dawk il-kondizzjonijiet u li huma hekk pruvati, kemm-il
darba surveyor tal-bastimenti ma jiċċertifikax lill-Ministru li l-
kostruzzjoni u t-tagħmir tal-bastiment dwar dak l-ispazju ma
humiex ta’ dak il-livell li kien ikun meħtieġ li kieku dak il-
bastiment kien bastiment reġistrat skond dan l-Att.
(2) Il-Ministru jista’ jagħti iż-żmien li matulu l-ordni jibqa’
jseħħ u jagħmel l-ordni taħt dawk il-kondizzjonijiet u kwalifiki kif
jidhirlu spedjent, u t-tħaddim ta’ l-ordni jiġi limitat u modifikat
skond hekk.
(3) Jekk fil-fehma tal-Ministru t-tunnellaġġ ta’ xi bastiment,
kif imkejjel skond ir-regoli tal-pajjiż li fih ikun reġistrat, ma jkunx
jaqbel materjalment ma’ dak li kien ikun it-tunnellaġġ tiegħu li
kieku ġie mkejjel skond dan l-Att, il-Ministru jista’ jordna,
minkejja kull ordni ieħor li f’dak iż-żmien ikun fis-seħħ skond dan
l-artikolu, li kwalunkwe bastiment ta’ dak il-pajjiż jista’, għall-
finijiet kollha ta’ dan l-Att jew għal uħud minnhom, jiġi mkejjel
mill-ġdid skond dan l-Att.
Spezzjon u kejl 
isiru minn 
surveyors. 
84. Id-dmirijiet kollha dwar l-ispezzjon u l-kejl ta’ bastimenti
għandhom isiru minn surveyors ta’ bastimenti skond regolamenti
magħmula jew istruzzjonijiet mogħtija mill-Ministru.
TAQSIMA IIA 
REĠISTRAZZJONI TA’ BAREBOAT CHARTER
Tifsir.
Miżjud: 
XXXVII. 1990.14. 
84A. (1) Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima ta’ dan l-Att, kemm-il
darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx xort’oħra -
"bareboat charter" tfisser kuntratt għan-nolleġġ jew sub-nolleġġ
ta’ bastiment, hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejjaħ nolleġġ, għal
perijodu stipulat ta’ żmien, li bis-saħħa tiegħu in-nolleġġatur
għandu jakkwista kontroll sħiħ u pussess komplet tal-bastiment
  44      KAP. 234. ħ       BASTIMENTI   MERKANTILI
inkluż id-dritt li jaħtar il-kaptan u l-ekwipaġġ tal-bastiment għal
kemm idum in-nolleġġ iżda eskluż id-dritt li jbiegħ jew jipoteka l-
bastiment;
"jum" tfisser jum kalendarju;
"reġistrazzjoni ta’ bareboat charter" tfisser ir-reġistrazzjoni ta’
bastiment f’reġistru ta’ bareboat charters fl-isem tan-nolleġġatur; 
"reġistru kompatibbli" tfisser reġistru tal-bastimenti ta’ Stat
barrani ddikjarat mill-Ministru li jkun reġistru kompatibbli skond l-
artikolu 84B ta’ dan l-Att;
"reġistru sottostanti" tfisser ir-reġistru ta’ l-Istat li fih is-sidien
ta’ bastiment ikunu reġistrati bħala s-sidien u li lilhom jirritornaw
il-ġurisdizzjoni u l-kontroll mat-temm tar-reġistrazzjoni tal-
bareboat charter, u "reġistru sottostanti" u "reġistrazzjoni
sottostanti" għandhom jiftiehmu f’dak is-sens;
"reġistru ta’ bareboat charters" tfisser ir-reġistru ta’ l-Istat li l-
bandiera tiegħu l-bastiment huwa intitolat li jtajjar matul il-
perijodu li fih in-nolleġġatur ikun reġistrat bħala l-bareboat
charter.
(2) L-artikolu 76 għandu, għall-fini ta’ din it-Taqsima ta’ dan l-
Att, jiftiehem daqslikieku minflok il-kliem "Jekk il-kaptan jew is-
sid" ġew imdaħħla l-kliem "Jekk il-kaptan jew in-nolleġġatur jew
is-sid."
Reġistri 
kompatibbli. 
Miżjud:
XXXVII. 1990.14.
84B.   Kull meta l-Ministru jkun jidhirlu li d-disposizzjonijiet
tal-liġi ta’ pajjiż dwar ir-reġistrazzjoni ta’ bareboat charters ikunu
kompatibbli mad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, huwa jista’
jiddikjara r-reġistru tal-bastimenti ta’ dak l-Istat li jkun reġistru
kompattibbli għall-finijiet ta’ din it-Taqsima ta’ dan l-Att.
Eliġġibiltà  u 
kondizzjonijiet 
għar-reġistrazzjoni 
ta’ bareboat 
charter.
Miżjud:
XXXVII. 1990.14.
Emendat:
XXII. 2000.39.
84C. (1) Minkejja kull ħaġa li tinsab fl-artikolu 4, bastiment li
ma jikkwalifikax skond l-imsemmi artikolu għal reġistrazzjoni
bħala bastiment malti jkun jikkwalifika għal reġistrazzjoni bħala
bastiment malti skond din it-Taqsima ta’ dan l-Att iżda b’dan illi -
(a) il-bastiment ikun bareboat chartered lil ċittadin ta’
Malta, jew lil għaqda ta’ persuni jew lil dawk il-
persuni oħra hekk kwalifikati li jkunu sidien ta’
bastiment Malti skond l-artikolu 4; 
(b) il-bastiment ma jkunx bastiment malti, u jkun reġistrat
f’reġistru kompatibbli;
(ċ) ma jkunx reġistrat f’xi reġistru ta’ bareboat charters;
u 
(d) jkunu ġew sottomessi lir-reġistratur għas-sodisfazzjon
tiegħu dawn id-dokumenti awtentikati li ġejjin:
(i) applikazzjoni għar-reġistrazzjoni skond din it-
Taqsima ta’ dan l-Att magħmula min-
nolleġġatur jew mill-aġent awtorizzat tiegħu li
jkun fiha dik l-informazzjoni li r-reġistratur ikun
jeħtieġ;
(ii) dikjarazzjoni ta’ bareboat charter magħmula
            BASTIMENTI   MERKANTILI  AP.  234.    45
min-nolleġġatur li magħha jkollha kopja tal-
ftehim ta’ nolleġġ, liema ftehim ta’ nolleġġ
m’għandux ikun disponibbli għal spezzjon
pubbliku;
(iii) traskrizzjoni jew estratt tar-reġistrazzjoni
sottostanti tal-bastiment li għandha tinkludi
deskrizzjoni tal-bastiment, tas-sidien, u fejn
applikabbli, ta’ l-ipoteki navali reġistrati kollha
u tal-piżijiet kollha tal-bastiment, liema
dokument għandu jkun disponibbli għal
spezzjoni pubbliku; u
(iv) il-kunsens bil-miktub biex il-bastiment
tingħatalu reġistrazzjoni f’Malta ta’ bareboat
charter:
(a) ta’ l-awtoritajiet xierqa tar-reġistru
sottostanti li jistgħu jiġu wkoll mitluba
mir-reġistratur biex jiddikjaraw illi matul
il-perijodu tar-reġistrazzjoni ta’ bareboat
charter il-bastiment ma jkunx intitolat li
jtajjar il-bandiera tagħhom;
(b) tas-sidien tal-bastiment; u
(ċ) tal-kredituri ipotekarji reġistrati kollha.
(2) L-emendi u l-modifiki kollha tal-bareboat charter
għandhom fi żmien tletin jum jingħataw lir-reġistratur min-
nolleġġatur.
(3) Kull meta jsiru xi emendi jew modifiki fir-reġistrazzjoni
sottostanti n-nolleġġatur għandu -
(a) fi żmien sebat ijiem mill-egħmil ta’ dawk l-emendi
jikkomunika lir-reġistratur kull emendi jew modifiki
tali; u
(b) fi żmien tletin jum mit-tniżżil ta’ modifiki fir-
reġistrazzjoni sottostanti jagħti lir-reġistratur
traskrizzjoni jew estratt tar-reġistrazzjoni sottostanti
fejn jintwerew dawk l-emendi jew modifiki.
Aċċertament ta’ 
tunnellaġġ.
Miżjud:
XXXVII.1990.14. 
Emendat:
XXII. 2000.40.
84D.  It-tunnellaġġ ta’ bastiment li jkun ser jiġi reġistrat skond
din it-Taqsima ta’ dan l-Att għandu jiġi stabbilit skond ir-
regolamenti dwar tunnellaġġ magħmula taħt dan l-Att:
Iżda fuq talba tan-nolleġġatur ir-reġistratur jista’ jaċċetta t-
tunnellaġġ ta’ dak il-bastiment li jkun dak reġistrat fir-reġistru
sottostanti jekk huwa jkun sodisfatt li d-disposizzjonijiet tal-
Konvenzjoni Internazzjonali dwar Kejl ta’ Tunnellaġġ ta’
Bastimenti iffirmata f’Londra fit-23 ta’ Ġunju, 1969, (inkluż kull
protokoll jew emenda għal dik il-konvenzjoni li jkollhom ir-
ratifika, l-adeżjoni jew l-aċċettazzjoni tal-Gvern ta’ Malta) jekk
applikabbli għal dak il-bastiment u sakemm dak il-bastiment ma
ġiex eżentat minnhom ikunu ġew imħarsa, u, iċ-ċertifikat ta’
spezzjon li hemm provdut għalih fl-artikolu 14 ikun dak maħruġ
mir-reġistru sottostanti.
  46      KAP. 234. ħ       BASTIMENTI   MERKANTILI
Isem tal-bastiment 
li tingħatalu 
reġistrazzjoni ta’ 
bareboat charter 
f’Malta.
Miżjud: 
XXXVII.1990.14. 
84E. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2),
bastiment għandu jiġi reġistrat taħt din it-Taqsima ta’ dan l-Att bl-
isem li taħtu jkun reġistrat fir-reġistru sottostanti, basta li dak l-
isem ma jkunx diġà  l-isem ta’ bastiment reġistrat malti jew isem li
hekk jixbħu li x’aktarx iqarraq.
(2) L-isem ta’ bastiment li jkun se jiġi reġistrat jew ta’
bastiment diġà  reġistrat taħt din it-Taqsima ta’ dan l-Att, jista’
jinbidel qabel jew wara r-reġistrazzjoni taħt din it-Taqsima ta’ dan
l-Att, skond il-każ, basta li l-awtoritajiet xierqa tar-reġistru
sottostanti, is-sidien, u l-kredituri ipotekarji reġistrati, jekk ikun
hemm, ikunu taw il-kunsens tagħhom għal dak il-bdil u basta wkoll
li dak il-bdil isir skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 56.
Reġistrazzjoni ta’ 
bareboat charter.
Miżjud:
XXXVII. 1990.14.
Emendat:
XXII. 2000.41.
84F. (1) Ir-reġistratur, jekk ikun sodisfatt li l-kondizzjonijiet
kollha għar-reġistrazzjoni speċifikati f’din it-Taqsima u
f’Taqsimiet oħra ta’ dan l-Att, fejn applikabbli, ikunu ġew imħarsa,
u fuq il-ħlas tad-dritt preskritt għandu -
(a) iniżżel fir-reġistru ta’ bastimenti maltin li hemm
provdut għalih fl-artikolu 365, il-partikolaritajiet
kollha tal-bastiment u r-reġistrazzjoni sottostanti, is-
sidien u n-nolleġġaturi tiegħu, fejn igħid li hija
reġistrazzjoni ta’ bareboat charter, id-data ta’
skadenza ta’ dik ir-reġistrazzjoni, u li r-reġistru ma
fihx record uffiċjali ta’ xi ipoteki navali li jaffettwaw
lill-bastiment;
(b) jgħarraf lill-awtoritajiet xierqa tar-reġistru sottostanti
bir-reġistrazzjoni taħt din it-Taqsima; u
(ċ) joħroġ ċertifikat proviżorju ta’ reġistrazzjoni ta’
bareboat charter jew ċertifikat ta’ reġistrazzjoni ta’
bareboat charter, skond il-każ, li jkun jinkludi d-data
ta’ l-iskadenza tar-reġistrazzjoni, l-isem u n-numru
uffiċjali tal-bastiment, l-isem tal-port ta’ ritorn
Valletta u dawk il-partikolaritajiet, jekk ikun hemm, li
r-reġistratur jista’ jqis li jkunu xierqa:
Iżda, kemm-il darba ma jkunx xort’oħra eżentat,
jekk il-bastiment ma jkollux iċ-ċertifikati validi
meħtieġa b’konvenzjonijiet internazzjonali (inklużi
protokolli, annessi u appendiċijiet relattivi) li jkollhom
ir-ratifika, l-adeżjoni jew l-aċċettazzjoni tal-Gvern ta’
Malta u dawk iċ-ċertifikati l-oħra li l-Ministru jista’
jippreskrivi permezz ta’ regolamenti, ir-reġistratur
għandu joħroġ ċertifikat proviżorju ta’ reġistrazzjoni
ta’ bareboat charter mhux operattiv jew ċertifikat ta’
reġistrazzjoni ta’ bareboat charter mhux operattiv,
skond il-każ.
(2) Mal-ħruġ ta’ ċertifikat ta’ bareboat charter, sew proviżorju
jew xort’oħra, id-dokumenti kollha maħruġin lill-bastiment mir-
reġistru sottostanti għandhom jiġu konsenjati lill-awtoritajiet
xierqa ta’ dak ir-reġistru u, fi żmien tletin jum mill-ħruġ taċ-
ċertifikat kif intqal qabel, in-nolleġġatur għandu jagħmel u
jikkonsenja lir-reġistratur dikjarazzjoni dwar hekk.
            BASTIMENTI   MERKANTILI  AP.  234.    47
Dawmien ta’ 
reġistrazzjoni ta’ 
bareboat charter. 
Miżjud: 
XXXVII. 1990.14. 
84Ġ.  Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 84Ħ ta’ dan
l-Att id-dawmien ta’ reġistrazzjoni tali jkun għal perijodu li ma
jeċċedix id-dawmien tal-bareboat charter jew id-data ta’ skadenza
tar-reġistrazzjoni sottostanti, skond liema jkun l-iqsar perijodu,
iżda f’ebda każ għal perijodu li jeċċedi sentejn.
Estensjoni tar-
reġistrazzjoni ta’ 
bareboat charter. 
Miżjud:
XXXVII. 1990.14. 
Emendat:
XXII. 2000.42.
84Ħ. (1) Fuq it-talba tan-nolleġġatur jew ta’ l-aġent awtorizzat
ir-reġistratur jista’ jestendi u jestendi aktar ir-reġistrazzjoni għall-
bqija tal-perijodu tan-nolleġġ jew sad-data ta’ skadenza tar-reġistru
sottostanti, skond liema jkun l-iqsar perijodu, iżda f’ebda każ għal
perijodu li jeċċedi sentejn kull darba, basta li huwa ma jkunx irċeva
xi oġġezzjonijiet għal din l-estensjoni mill-awtoritajiet xierqa tar-
reġistru sottostanti, mis-sidien u mill-kredituri ipotekarji reġistrati,
jekk ikun hemm, fi żmien sebat ijiem minn meta r-reġistratur ikun
għarrafhom b’dik it-talba għal estensjoni.
(2) Ma’ l-għoti ta’ estensjoni skond is-subartikolu (1), ir-
reġistratur għandu -
(a) iniżżel id-data l-ġdida ta’ skadenza fir-reġistru tal-
bastiment;
(b) joħroġ ċertifikat ta’ estensjoni ta’ reġistrazzjoni ta’
bareboat charter li għandu jinkludi d-data ta’ l-
iskadenza ta’ dik l-estensjoni, l-isem u n-numru
uffiċjali tal-bastiment, l-isem tal-port ta’ ritorn
Valletta u dawk il-partikolaritajiet, jekk ikun hemm, li
r-reġistratur jista’ jqis li jkunu xierqa; u
(ċ) jgħarraf lill-awtoritajiet xierqa tar-reġistru sottostanti. 
Ċertifikati ta’ 
konvenzjonijiet 
internazzjonali ta’ 
bastiment mogħti 
reġistrazzjoni ta’ 
bareboat charter 
f’Malta.
Miżjud: 
XXXVII. 1990.14. 
84I.  Bastiment b’reġistrazzjoni ta’ bareboat charter taħt din it-
Taqsima li jkun jinħtieġlu li jinħarġulu ċertifikati ta’ konvenzjoni
internazzjonali skond konvenzjoni internazzjonali li tagħha Malta
tkun parti jiġu maħruġa lilu dawk iċ-ċertifikati taħt l-awtorità  tal-
Gvern ta’ Malta:
Iżda meta Malta ma tkunx parti ta’ dik il-konvenzjoni, ċ-
ċertifikat meħtieġ taħt dik il-konvenzjoni jista’ jinħareġ, bil-
permess tar-reġistratur, taħt l-awtorità  tal-gvern tar-reġistru
sottostanti.
Ġurisdizzjoni fuq 
bastiment reġistrat 
taħt din it-
Taqsima. 
Miżjud:
XXXVII. 1990.14.
Emendat:
XXII. 2000.43.
84J. (1) Bastiment reġistrat taħt din it-Taqsima ta’ dan l-Att
għandu jitqies li jkun bastiment malti u ħlief fejn huwa provdut
xort’oħra għandu jkun taħt il-ġurisdizzjoni u l-kontroll ta’ Malta u
għandu josserva l-liġijiet kollha applikabbli għal bastimenti maltin.
(2) Bastiment reġistrat taħt din it-Taqsima ta’ dan l-Att għandu
biss itella’ l-bandiera maltija kif hawn provdut f’dan l-Att.
(3) Il-port ta’ ritorn ta’ bastiment reġistrat taħt din it-taqsima
ta’ dan l-Att għandu jkun Valletta u għandu jintwera fuq iċ-
ċertifikat ta’ reġistrazzjoni ta’ bareboat charter, sew proviżorju
sew xort’oħra, u għandu jkun immarkat fuq il-poppa skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
  48      KAP. 234. ħ       BASTIMENTI   MERKANTILI
Proprjetà  ta’ 
bastiment reġistrat 
taħt din it-
Taqsima.
Miżjud:
XXXVII. 1990.14. 
Emendat:
XXII.2000.44.
84K. (1) Dan l-Att ma jasserixxi ebda drittijiet ta’ proprjetà
fuq bastiment reġistrat taħt din it-Taqsima ta’ dan l-Att u ma
għandu jkollu ebda effett rigward titolu u trasferiment u
trasmissjoni ta’ dak il-bastiment jew ishma fih.
(2) Kull trasferiment ta’ proprjetà  ta’ bastiment reġistrat taħt
din it-Taqsima ta’ dan l-Att għandu jiġi notifikat min-nolleġġaturi
lir-reġistratur, u r-reġistrazzjoni tal-bastiment taħt din it-Taqsima
ta’ dan l-Att tista’ tingħalaq jekk is-sidien il-ġodda, fi żmien sebat
ijiem, ma jkunux infurmaw lir-reġistratur li huma ma għandhom
ebda oġġezzjoni għar-reġistrazzjoni tal-bastiment taħt din it-
Taqsima ta’ dan l-Att, u fi żmien tletin jum minn meta jkunu
għamlu dik id-dikjarazzjoni, ma jkunux ikkonsenjaw lir-reġistratur
il-kunsens tagħhom bil-miktub għal dik ir-reġistrazzjoni.
Ħlas ta’ drittijiet. 
Miżjud: 
XXXVII. 1990.14.
84L.  Bastiment reġistrat taħt din it-Taqsima ta’ dan l-Att, ikun
suġġett għall-ħlas tad-drittijiet ta’ reġistrazzjoni inizjali u ta’ kull
sena u ta’ kull dritt ieħor imniżżel f’dan l-Att, jew f’kull
regolament magħmul taħtu.
Ipoteki navali u 
piżijiet.
Miżjud: 
XXXVII. 1990.14. 
84M.  Ipoteki navali u piżijiet ma jistgħux jiġu reġistrati taħt dan
l-Att dwar bastiment reġistrat taħt din it-Taqsima ta’ dan l-Att, u r-
reġistratur għandu jirrifjuta li jirreġistra xi ipoteki navali u piżijiet
bħal dawn; dik is-setgħa għandha tibqa’ vestita fir-reġistru
sottostanti.
Għeluq tar-
reġistrazzjoni ta’ 
bareboat charter. 
Miżjud:
XXXVII. 1990.14.
Sostitwit:
XXII. 2000.45.
84N. (1) Il-Ministru jista’ jordna li r-reġistrazzjoni ta’
bastiment taħt din it-Taqsima ta’ dan l-Att tingħalaq jekk dan ikun
fl-interess nazzjonali jew fl-interess tal-bastimenti Maltin.
(2) Ir-Reġistratur-Ġenerali jista’ jordna li r-reġistrazzjoni ta’
bastiment taħt din it-Taqsima ta’ dan l-Att tingħalaq għal xi raġuni
speċifikata fl-artikolu 29(2), safejn raġuni tkun applikabbli għal
bastiment reġistrat taħt din it-Taqsima ta’ dan l-Att.
(3) Qabel il-ħruġ ta’ xi ordni jew direttiva bħal dawk, ir-
reġistratur għandu jagħti avviż ta’ xahar bil-quddiem u bil-miktub
lin-nolleġġatur dwar il-ħsieb tiegħu li jagħlaq ir-reġistrazzjoni
kemm-il darba r-raġuni għal dak l-għeluq ma tiġix rimedjata. Ir-
reġistratur għandu jispeċifika fl-avviż ir-raġuni għall-għeluq u d-
data ta’ skadenza sa meta n-nolleġġatur ikun jista’ jikkonforma
ruħu, u fin-nuqqas iseħħ l-għeluq.
(4) Mal-ħruġ ta’ xi avviż skond is-subartikolu (3), r-reġistratur
għandu jagħmel notament dwar dan fir-reġistru u għandu jniżżel id-
data meta jiskadi l-perjodu ta’ xahar.
(5) Ma’ għeluq l-imsemmi xahar mill-għoti ta’ l-avviż u malli
jirċievi l-ordni mingħand il-Ministru jew id-direttiva mingħand ir-
Reġistratur-Ġenerali, skond il-każ, ir-reġistratur għandu jniżżel dan
fir-reġistru u l-bastiment minnufih ma jibqax bastiment Malti u r-
reġistrazzjoni tal-bastiment titqies bħala magħluqa.
(6) Meta n-nolleġġatur ta’ bastiment reġistrat taħt din it-
Taqsima ta’ dan l-Att, ikun jixtieq li jagħlaq ir-reġistrazzjoni ta’
bareboat charter ta’ dak il-bastiment, huwa għandu jagħmel talba
għal hekk lir-reġistratur li fiha huwa jagħti dawk il-partikolaritajiet
u informazzjoni kollha li r-reġistratur jista’ jitlob għal dak il-għan,
            BASTIMENTI   MERKANTILI  AP.  234.    49
u r-reġistratur jista’ jirrifjuta dik l-applikazzjoni kemm-il darba ma
jkunx tħallas kull dejn u obbligazzjoni dwar il-bastiment lejn l-
Awtorità , il-Gvern ta’ Malta u kull għaqda ta’ persuni imwaqqfa
b’liġi, sew għal drittijiet, ħlasijiet u multi sew għal ħwejjeġ oħra.
(7) Ir-reġistratur għandu jagħlaq ir-reġistrazzjoni ta’ bastiment
taħt din it-Taqsima ta’ dan l-Att, u għandu jniżżel dak il-fatt fir-
reġistru, jekk -
(a) il-Ministru jkun ordna dak l-għeluq skond is-
subartikolu (1);
(b) ir-Registratur-Ġenerali jkun ordna dak l-għeluq skond
ma hemm fis-subartikolu (2);
(ċ) ikun intalab għeluq volontarju ta’ reġistrazzjoni u dik
it-talba ġiet milqugħa mir-reġistratur skond is-
subartikolu (6);
(d) l-awtoritajiet xierqa tar-reġistru sottostanti, jew is-
sidien, jew xi wieħed mill-kredituri ipotekarji, jekk
ikun hemm, ikunu irtiraw il-kunsens tagħhom għar-
reġistrazzjoni f’Malta ta’ bareboat charter;
(e) ir-reġistrazzjoni fir-reġistru sottostanti tkun ġiet
terminata għal xi raġuni;
(f) in-nolleġġ jiddekadi jew jiġi terminat minn xi parti fih;
jew
(g) il-perjodu li għalih il-bastiment ikun ingħata
reġistrazzjoni ta’ bareboat charter jiddekadi u ma tkun
ġiet mogħtija ebda estensjoni skond l-artikolu 84Ġ.
(8) Ma’ l-għeluq ta’ reġistrazzjoni skond is-subartikolu (7) u l-
bastiment ma jibqax bastiment Malti u r-reġistratur għandu
minnufih javża lill-awtoritajiet xierqa tar-reġistru sottostanti, lis-
sidien u lill-kredituri ipotekarji, jekk ikun hemm, b’dak l-għeluq.
(9) Ir-reġistratur jista’ jirrifjuta li joħrog ċertifikat ta’
kanċellazzjoni jew traskrizzjoni tar-reġistru li turi l-għeluq tar-
reġistrazzjoni sa dak iż-żmien meta -
(a) ċertifikat ta’ reġistrazzjoni ta’ bareboat charter, sew
proviżorju sew xort’oħra, maħruġ skond l-artikolu 84F
ikun ingħata lura lilu; u
(b) jkun tħallas kull dejn u obbligazzjoni dwar il-
bastiment lejn l-Awtorità , il-Gvern ta’ Malta u kull
għaqda ta’ persuni imwaqqfa b’liġi, sew għal drittijiet,
ħlasijiet u multi sew għal ħwejjeġ oħra.
Reġistrazzjoni ta’ 
bareboat charter 
f’reġistru barrani.
Miżjud: 
XXXVII. 1990.14.
84O.  Minkejja kull disposizzjoni oħra ta’ dan l-Att bastiment
malti reġistrat taħt it-Taqsima II ta’ dan l-Att jista’ jingħata
reġistrazzjoni ta’ bareboat charter f’reġistru barrani jekk ir-
Reġistratur-Ġenerali jagħti l-kunsens tiegħu bil-miktub għal hekk
skond l-artikolu 84P ta’ dan l-Att.
  50      KAP. 234. ħ       BASTIMENTI   MERKANTILI
Kunsens tar-
Reġistratur- 
Ġenerali.
Miżjud: 
XXXVII. 1990.14.
Emendat:
XXII. 2000.46.
84P. (1) Ir-Reġistratur-Ġenerali jista’, taħt liema
kundizzjonijiet li jidhirlu xieraq jimponi, jagħti l-kunsens tiegħu
imsemmi fl-artikolu 84O ta’ dan l-Att jekk -
(a) il-bastiment ikun reġistrat bħala bastiment malti taħt
it-Taqsima II ta’ dan l-Att;
(b) ir-reġistru ta’ bareboat charters fejn il-bastiment ikun
se jiġi reġistrat ikun reġistru kompatibbli;
(ċ) jekk jingħatawlu dawn id-dokumenti li ġejjin:
(i) applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ bareboat
charter f’reġistru barrani magħmula mis-sidien
li jkun fiha dik l-informazzjoni li r-Reġistratur-
Ġenerali jista’ jitlob;
(ii) il-kunsens bil-miktub tal-kredituri ipotekarji
reġistrati kollha, jekk ikun hemm, għal dik ir-
reġistrazzjoni;
(iii) obbligazzjoni bil-miktub mis-sidien biex jagħtu
lura ċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni maħruġ taħt
dan l-Att fi żmien tletin jum mid-dħul fir-
reġistru tal-bareboat charters;
(iv) obbligazzjoni bil-miktub min-nolleġġatur li l-
bandiera maltija ma tiġix imtella’ matul il-
perijodu ta’ reġistrazzjoni ta’ bareboat charter;
u
(v) kopja tal-bareboat charter
u dak il-kunsens ikun validu għal perjodu li ma jkunx jeċċedi t-
terminu tal-bareboat charter jew għal perjodu li ma jeċċedix is-
sentejn, skond liema jkun l-iqsar perjodu, u, f’kull każ, dak il-
kunsens jiddekadi meta tiskadi r-reġistrazzjoni tal-bastiment taħt
it-Taqsima II ta’ dan l-Att kemm-il darba din l-iskadenza ma tkunx
ittawlet kif provdut f’dik l-istess Taqsima ta’ dan l-Att.
(2) Fuq talba tas-sid jew ta’ l-aġent awtorizzat tiegħu, ir-
Reġistratur-Ġenerali jista’ jestendi għal darba jew iktar drabi l-
kunsens tiegħu kif imsemmi fl-artikolu 84O għall-perjodu li jifdal
tan-nolleġġ jew sa l-iskadenza tar-reġistrazzjoni tal-bastiment taħt
it-Taqsima II ta’ dan l-Att, skond liema jkun l-iqsar perjodu, iżda
f’ebda każ għal perjodi li jeċċedu s-sentejn ta’ kull darba.
(3) Is-sidien għandhom jipproduċu lir-reġistratur kull emendi
jew modifiki tal-bareboat charter fi żmien tletin jum mill-għemil
ta’ dawk l-emendi jew modifiki.
Isem tal-bastiment 
li tingħatalu 
reġistrazzjoni ta’ 
bareboat charter 
f’reġistru barrani.
Miżjud: 
XXXVII. 1990.14. 
84Q. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2)
bastiment reġistrat taħt it-Taqsima II ta’ dan l-Att għandu jingħata
reġistrazzjoni ta’ bareboat charter f’reġistru barrani bl-isem li
taħtu jkun reġistrat taħt dan l-Att.
(2) L-isem ta’ bastiment reġistrat malti li jkun mogħti
reġistrazzjoni ta’ bareboat charter f’reġistru barrani, jista’ jinbidel
bil-permess bil-miktub tar-Reġistratur-Ġenerali skond l-artikolu 56
biss jekk dak it-tibdil ikun qed isir ukoll fir-reġistru tal-bareboat
charter.
            BASTIMENTI   MERKANTILI  AP.  234.    51
Reġistrazzjoni 
f’reġistru barrani 
ta’ bareboat 
charter mhux 
skond dan l-Att. 
Miżjud:
XXXVII. 1990.14. 
84R.   Ir-reġistrazzjoni f’reġistru barrani ta’ bareboat charters
ta’ bastiment reġistrat taħt dan l-Att li ma ssirx skond id-
disposizzjonijiet ta’ din it-Taqsima ta’ dan l-Att tkun nulla u bla
effett.
Reġistrazzjoni ta’ 
bareboat charter 
ta’ bastimenti 
maltin f’reġistru 
barrani.
Miżjud: 
XXXVII. 1990.14.
84S. (1) Mar-reġistrazzjoni ta’ bareboat charter ta’ bastiment
malti f’reġistru barrani -
(a)is-sidien għandhom minnufih jinnotifikaw lir-
reġistratur b’dik ir-reġistrazzjoni, u fi żmien tletin jum
jagħtu lura lir-reġistratur iċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni
maħruġ lill-bastiment taħt dan l-Att u jikkonsenjaw lir-
reġistratur traskrizzjoni jew estratt tar-reġistrazzjoni
barranija ta’ bareboat charter; u
(b) ir-reġistratur, jekk ikun sodisfatt li dik ir-
reġistrazzjoni tkun saret skond id-disposizzjonijiet ta’
dan l-Att, għandu jniżżilha fir-reġistru ta’ l-imsemmi
bastiment.
(2) Is-sidien għandhom minnufih jinnotifikaw lir-reġistratur bl-
għeluq jew dekadenza tar-reġistrazzjoni ta’ bareboat charter
f’reġistru barrani, u għandhom fi żmien tletin jum mill-għeluq ta’
dik ir-reġistrazzjoni, jikkonsenjaw lir-reġistratur traskrizzjoni jew
estratt tar-reġistrazzjoni barranija ta’ bareboat charter li turi dak l-
għeluq.
Obbligazzjonijiet 
waqt li l-bastiment 
ikun f’reġistru 
barrani ta’ 
bareboat charter.
Miżjud: 
XXXVII. 1990.14.
84T. (1) Kemm il-darba mhux provdut xort’oħra f’din it-
Taqsima ta’ dan l-Att, is-sidien ta’ bastiment malti li jkun ingħata
reġistrazzjoni ta’ bareboat charter f’reġistru barrani għandhom
iħarsu d-disposizzjonijiet kollha ta’ dan l-Att daqslikieku l-
bastiment ma kienx hekk reġistrat fir-reġistru barrani.
(2) Matul iż-żmien li bastiment malti jkollu reġistrazzjoni ta’
bareboat charter f’reġistru barrani skond id-disposizzjonijiet ta’
din it-Taqsima ta’ dan l-Att -
(a) minkejja d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 73, dak il-
bastiment ma għandux itella’ l-bandiera maltija; u
(b) minkejja d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 5, il-port ta’
ritorn ta’ dak il-bastiment għandu jkun dak tar-reġistru
tal-bareboat charters.
(3) Is-sidien għandhom, fi żmien ħmistax-il jum mid-dħul fir-
reġistru barrani tal-bareboat charters, jagħmlu u jikkonsenjaw lir-
reġistratur dikjarazzjoni illi l-isem tal-port ta’ ritorn barrani ġie
mmarkat fuq il-poppa tal-bastiment minflok l-isem Valletta.
Ħlas ta’ drittijiet 
waqt li l-bastiment 
ikun f’reġistru 
barrani ta’ 
bareboat charters.
Miżjud: 
XXXVII. 1990.14. 
84U.  Bastiment malti mogħti reġistrazzjoni ta’ bareboat charter
f’reġistru barrani għandu, minkejja dik ir-reġistrazzjoni, jkompli
jkun suġġett għall-ħlas tad-drittijiet kollha murija f’dan l-Att, jew
f’xi regolamenti magħmula taħtu, dwar bastimenti maltin.
  52      KAP. 234. ħ       BASTIMENTI   MERKANTILI
Ċertifikat ta’ 
konvenzjonijiet 
internazjonali ta’ 
bastiment bareboat 
charter reġistrat 
f’reġistru barrani. 
Miżjud:
XXXVII. 1990.14. 
84V.  Bastiment malti mogħti reġistrazzjoni ta’ bareboat charter
f’reġistru barrani li jkun jeħtieġ li jinħarġulu ċertifikati ta’
konvenzjonijiet internazzjonali skond konvenzjoni internazzjonali
li tagħha Malta tkun parti jinħarġulu dawk iċ-ċertifikati taħt l-
awtorità  tal-gvern tar-reġistru tal-bareboat charter:
Iżda meta l-Istat tar-reġistru tal-bareboat charters ma jkunx
parti ta’ dik il-konvenzjoni ċ-ċertifikat meħtieġ taħt dik il-
konvenzjoni jista’ jinħareġ taħt l-awtorità  tal-Gvern ta’ Malta.
Titolu, ipoteki 
navali u piżijiet ta’ 
bastiment mogħti 
reġistrazzjoni ta’ 
bareboat charter 
f’reġistru barrani.
Miżjud: 
XXXVII. 1990.14. 
84W. (1) Minkejja li bastiment malti jista’ jingħata
reġistrazzjoni ta’ bareboat charter f’reġistru barrani, il-materji
kollha dwar titolu fuq il-bastiment, ipoteki navali u piżijiet
għandhom ikomplu jkunu mreġija mill-liġi maltija.
(2) Kull transazzjoni li taffettwa t-titolu fuq il-bastiment jew li
jkollha x’taqsam mar-reġistrazzjoni, emendament, trasferiment u
trasmissjoni u ħlas ta’ ipoteki navali għandha ssir u tiġi reġistrata
skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u mill-persuni speċifikati
fiha biss.
(3) Ir-reġistrazzjoni ta’ xi ipoteki navali jew piżijiet fir-reġistru
ta’ bareboat charters tkun nulla u bla effett.
Terminazzjoni ta’ 
reġistrazzjoni ta’ 
bareboat charter 
f’’reġistru barrani.
Miżjud: 
XXXVII. 1990.14.
Emendat:
XXII. 2000.47.
84X. (1) Ir-Reġistratur-Ġenerali jista’ jirtira l-kunsens
imsemmi fl-artikolu 84O ta’ dan l-Att, jekk xi waħda mid-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att ma tiġix imħarsa:
Iżda r-Reġistratur-Ġenerali għandu jirtira dak il-kunsens,
jekk -
(a) il-Ministru, fl-interess nazzjonali jew fl-interess ta’
bastimenti maltin, ikun ordna lir-Reġistratur-Ġenerali
biex jirtira l-kunsens tiegħu;
(b) xi waħda mill-kundizzjonijiet li tkun trid tiġi mwettqa
skond is-subartikolu (1) ta’ l-artikolu 84P ta’ dan l-Att
ma tiġix hekk imwettqa; jew
(ċ) in-nolleġġ jittermina jew jiġi terminat minn xi parti
fih.
(2) Ma’ l-irtirar tal-kunsens tar-Reġistratur-Ġenerali skond is-
subartikolu (1) -
(a) ir-reġistratur għandu jgħarraf lill-awtoritajiet xierqa
tar-reġistru tal-bareboat  charters,  lis-sidien, lin-
nolleġġaturi, u lill-kredituri ipotekarji, jekk ikun
hemm, dwar dak l-irtirar; u
(b) ir-reġistrazzjoni tal-bareboat  charter għandha tiġi
terminata.
(3) Mat-terminazzjoni tar-reġistrazzjoni tal-bareboat charter -
(a) ir-reġistratur għandu jniżżel dik it-terminazzjoni fir-
reġistru, u malli jsir dan il-bastiment jerġa’ jkun
suġġett għad-disposizzjonijiet kollha tal-liġi maltija;
(b) fi żmien tletin jum mit-terminazzjoni ta’ dik ir-
reġistrazzjoni s-sidien għandhom jagħmlu u
jikkonsenjaw dikjarazzjoni lir-reġistratur illi ċ-
            BASTIMENTI   MERKANTILI  AP.  234.    53
ċertifikat tar-reġistrazzjoni tal-bareboat  charter ġie
mogħti lura lir-reġistru barrani tal-bareboat  charters,
u malli jsir dan ir-reġistratur, kemm-il darba r-
reġistrazzjoni tal-bastiment taħt it-Taqsima II ta’ dan
l-Att ma tkunx qed tiġi magħluqa wkoll, għandu jerġa’
jikkonsenja lis-sidien iċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni li
kien ġie mogħti lura lilu skond l-artikolu 84S ta’ dan l-
Att; u
(ċ) fi żmien tletin jum mit-terminazzjoni ta’ dik ir-
reġistrazzjoni s-sidien għandhom jikkonsenjaw lir-
reġistratur traskrizzjoni jew estratt tar-reġistru li turi li
r-reġistrazzjoni tal-bareboat charter ġiet kanċellata.
Ċertifikazzjoni ta’ 
dokumenti. 
Miżjud: 
XXXVII. 1990.14. 
84Y.  Id-dokumenti kollha meħtieġa mir-reġistratur għall-finijiet
ta’ dan l-Att għandhom ikunu ċċertifikati kif meħtieġ mir-
reġistratur.
TAQSIMA III 
TAXXI U KONĊESSJONIJIET
Tifsir u 
Reġistrazzjoni ta’ 
kumpanniji skond 
din it-Taqsima ta’ 
dan l-Att.
Emendat:
XXIV.1986.12; 
XXXVII. 1988.36; 
XXXVII. 1990.15;
XXII. 2000.49. 
Kap. 123. 
85. (1) Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima ta’ dan l-Att, kemm-il
darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx xort’oħra -
"bastiment eżentat" tfisser jew bastiment li hu dikjarat bħala
bastiment eżentat mill-Ministru skond l-artikolu 85A ta’ dan l-Att,
jew bastiment li jkun għal kollox proprjetà  jew chartered minn, ta’
kumpannija jew kumpanniji reġistrati skond din it-Taqsima ta’ dan
l-Att, li jkun bastiment ta’ mhux inqas minn elf tunnellata netta
mħaddem fil-ġarr ta’ merkanzija jew ta’ passiġġieri reġistrat taħt it-
Taqsima II jew it-Taqsima IIA ta’ dan l-Att u li dwaru jkunu tħallsu
kif imiss id-drittijiet ta’ reġistrazzjoni msemmija fl-artikolu 6;
"dividend" għandha l-istess tifsir kif mogħti lilha bl-artikolu 2
ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income;
"residenti f’Malta" tfisser -
(a) f’każ ta’ individwu, persuna li ordinarjament jirresjedi
f’Malta jew li hu domiċiljat f’Malta; u
(b) f’każ ta’ għaqda ta’ persuni, kull għaqda bħal dik
iffurmata u reġistrata f’Malta, jew li għandha l-post
prinċipali tal-kummerċ tagħha f’Malta jew li hi
kontrollata direttament jew indirettament minn
persuna jew persuni residenti f’Malta;
"tħaddim" dwar bastiment eżentat tfisser it-tħaddim ta’ dak il-
bastiment minn sidu u tinkludi t-tħaddim ta’ dak il-bastiment
b’kuntratt ta’ noleġġ f’kull sena li dwarha min jieħdu b’nol ikun
ħallas lir-reġistratur id-dritt ta’ reġistrazzjoni għal dik is-sena barra
minn dak id-dritt ta’ kull sena mħallas mis-sid.
(2) Kumpannija kwalifikata li tkun sid ta’ bastiment malti li
tixtieq ikollha jew tħaddem bastimenti eżentati għandha tirreġistra
  54      KAP. 234. ħ       BASTIMENTI   MERKANTILI
mal-Ministru responsabbli għall-finanzi billi tagħtih bil-miktub il-
partikolaritajiet li ġejjin:
(a) isem il-kumpannija;
(b) l-indirizz ta’ l-uffiċċju reġistrat tal-kumpannija;
(ċ) l-isem u t-tunnellaġġ tal-bastiment li tkun tixtieq li
jkollha jew tħaddem bħala bastiment eżentat;
u għandha tinnotifika lill-Ministru bil-miktub minn żmien għal
żmien b’kull tibdil f’dawk il-partikolaritajiet.
Il-Ministru jista’ 
jiddikjara 
bastiment bħala 
bastiment eżentat.
Miżjud: 
XXIV. 1986.13.
85A. (1) Il-Ministru jista’ bi ftehim mal-Ministru responsabbli
għall-finanzi u suġġett għal kull kondizzjoni li jidhirlu xierqa,
jiddikjara li jkun bastiment eżentat, bastiment ta’ kull tunnellaġġ
nett, ikun x’ikun it-tħaddim tiegħu jew ix-xogħol li fih ikun użat, li,
kieku ma kienx għal dak it-tunnellaġġ, tħaddim jew xogħol, kien
xort’oħra jissodisfa l-ħtiġiet l-oħra kollha ta’ bastiment eżentat taħt
is-subartikolu (1) ta’ l-artikolu 85.
(2) Kumpannija kwalifikata li tkun sid ta’ bastimenti maltin li
tixtieq li jkollha bastiment kif imsemmi fis-subartikolu (1), dikjarat
li hu bastiment eżentat għandha tapplika bil-miktub lill-Ministru
sabiex ikollha l-bastiment hekk dikjarat, billi ddaħħal fl-
applikazzjoni l-partikolaritajiet imsemmijin fis-subartikolu (2) ta’
l-artikolu 85; u l-kumpannija tgħarraf lill-Ministru minn żmien għal
żmien bil-miktub b’kull tibdil li jista’ jsir f’dawn il-
partikolaritajiet.
(3) Il-Ministru għandu darba kull sena jippubblika fil-Gazzetta
lista tad-dikjarazzjonijiet magħmula skond is-subartikolu (1) matul
is-sena preċedenti.
Eżenzjoni mit-
Taxxa fuq l-
Income. 
Emendat: 
XXIV.1986.14; 
XXXVI. 1988.37; 
XXXVII. 1990.16. 
XXII.2000. 50.
Kap. 123.
86. (1) B’dak kollu li jinsab fl-Att dwar it-Taxxa fuq l-
Income, jew f’xi liġi oħra li tissostitwixxi dak l-Att, jekk il-
kondizzjoni li tinsab fis-subartikolu (3) tiġi mħarsa, ebda taxxa taħt
dak l-Att ma għandha tiġi mitluba jew imħallsa fuq l-income ta’
kumpannija reġistrata skond din it-Taqsima ta’ dan l-Att dwar
qliegħ jew profitti li jinkisbu mill-proprjetà  jew mit-tħaddim ta’
bastiment eżentat fil-waqt li jkun bastiment eżentat jew fuq xi
dividend imħallas lill-azzjonisti ta’ dik il-kumpannija u meta l-
azzjonista hu hu stess kumpannija, kull dividend imħallas lill-
azzjonisti ta’ kumpannija bħal dik sa l-ammont li dak id-dividend
ikun imħallas minn qliegħ jew profitti li jinkisbu mill-proprjetà  jew
tħaddim ta’ bastiment eżentat fil-waqt li kien bastiment eżentat jew
mis-sehem ta’ dik il-kumpannija f’dawk il-profitti.
Kap. 123. (2) Minkejja kull ħaġa li tinsab fl-Att dwar it-Taxxa fuq l-
Income, jew f’xi liġi oħra li tissostitwixxi dak l-Att, ma titħallas
ebda taxxa minn xi persuna taħt dak l-Att fuq imgħax jew dhul
ieħor imħallas lilha minn xi kumpannija reġistrata skond it-
Taqsima III ta’ dan l-Att dwar xi dejn jew obbligazzjoni oħra
kuntrattati jew magħmulin minn dik il-kumpannija għar-rigward ta’
xi bastiment:
Iżda l-applikazzjoni ta’ dik l-eżenzjoni lil persuni residenti
f’Malta għandha tkun ristretta għal dawk il-persuni li jkunu banek,
jew istituzzjonijiet ta’ kreditu jew finanzjarji liċenzjati taħt id-
            BASTIMENTI   MERKANTILI  AP.  234.    55
disposizzjonijiet tal-liġi li tkun tapplika.
(3) Il-kondizzjoni msemmija fis-subartikolu (1) hija li dwar is-
sena jew il-perijodu l-ieħor li dwaru tkun qed tintalab eżenzjoni
mit-taxxa, ikunu nżammu kontijiet separati li jiddistingwu b’mod
ċar il-ħlasijiet u d-dħul tal-kumpannija dwar il-proprjetà  u t-
tħaddim ta’ bastiment eżentat u l-ħlasijiet u d-dħul dwar kull
negozju ieħor.
Kap. 281. 
Kap. 12. 
(4) F’każ ta’ kumpannija li l-għanijiet tagħha jkunu limitati
għall-iskop waħdieni li tkun sid ta’ u, jew topera bastimenti
eżentati, u negozji relatati u li fil-fatt tkun sid ta’, jew topera biss
bastimenti eżentati, tista’ tiġi mogħtija dikjarazzjoni lill-
Kummissarju tat-Taxxi Interni fil-forma kif murija fil-Ħames
Skeda li tinsab ma’ dan l-Att minn persuna li tkun tiddettjeni l-
warrant ta’ uditur u accountant pubbliku ċċertifikat, skond l-Att
dwar il-Professjoni ta’ l-Accountancy jew minn persuna li
tiddettjeni l-warrant ta’ avukat skond il-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni
u Proċedura Ċivili minflok prospett dwar taxxa a tenur ta’ l-Att
dwar it-Taxxa fuq l-Income, u d-disposizzjonijiet relattivi ta’ l-Att
dwar it-Taxxa fuq l-Income għandhom, għall-finijiet ta’ dan l-Att,
hekk jiġu miftehma.
Eżenzjoni mit-
taxxa tal-mewt u 
tad-donazzjoni. 
Emendat: 
XXIV. 1986.15.
87. (1) B’dak kollu li jinsab fl-Att dwar it-Taxxa tal-Mewt u
tad-Donazzjoni, jew f’xi liġi oħra li tissostitwixxi dak l-Att, jekk il-
kondizzjonijiet li jinsabu fis-subartikolu (2) jiġu mħarsa -
(a) azzjonijiet f’kumpannija reġistrata skond din it-
Taqsima ta’ dan l-Att u mogħtija għal kollox għan-
negozju ta’ proprjetà  jew tħaddim ta’ bastimenti
eżentati għandhom jiġu eżentati mit-taxxi kollha skond
dak l-Att safejn dik il-parti tal-valur tagħhom tkun
dovuta għal -
(i) il-valur ta’ bastiment eżentat jew xi parti minnu;
(ii) id-dħul mill-bejgħ ta’ bastiment eżentat;
(iii) il-proprjetà  l-oħra tal-kumpannija akkwistata
direttament minn profitti li jinkisbu mill-
proprjetà  jew tħaddim ta’ bastiment eżentat jew
mill-bejgħ ta’ dik il-proprjetà  l-oħra;
(b) sa fejn il-valur ta’ dawk l-azzjonijiet ikunu ħielsa mit-
taxxa skond il-paragrafu (a), dak il-valur ma jiġix
meqjus biex tiġi stabbilita r-rata tat-taxxa li għandha
titħallas skond l-imsemmi Att.
(2) Il-kondizzjonijiet imsemmija fis-subartikolu (1) huma:
(a) li jiġi muri għas-soddisfazzjon tal-Kummissarju tat-
Taxxi Interni li l-azzjonijiet u l-obbligazzjonijiet tal-
kumpannija u ta’ kull kumpannija oħra li, direttament
jew indirettament, għandha azzjonijiet jew
obbligazzjonijiet tal-kumpannija huma għal kollox ta’
persuni li għandhom il-post ta’ residenza ordinarja
tagħhom barra minn Malta; u
(b) li kontijiet tal-kumpannija jingħataw lill-Kummissarju
tat-Taxxi Interni u jkunu nżammu hekk li jkunu juru
  56      KAP. 234. ħ       BASTIMENTI   MERKANTILI
b’mod ċar -
(i) il-profitti tal-kumpannija li jinkisbu mill-
proprjetà  jew mit-tħaddim ta’ bastiment eżentat
bħala magħżulin minn profitti li jinkisbu b’xi
mod ieħor;
(ii) l-ammonti li minn żmien għal żmien jintefqu
mill-kumpannija direttament minn dawk il-
profitti fl-akkwist ta’ proprjetà  oħra u mid-dħul
mill-bejgħ ta’ dik il-proprjetà  l-oħra fl-akkwist
ta’ aktar proprjetà ; u
(iii) id-dħul mill-bejgħ ta’ bastimenti eżentati.
(3) Kumpannija reġistrata skond din it-Taqsima ta’ dan l-Att
għandha titqies li tkun mogħtija għal kollox għan-negozju ta’
proprjetà  jew tħaddim ta’ bastimenti eżentati minkejja li jkollha s-
setgħa li tagħmel jew li tkun għamlet negozju li huwa inċidentali
għall-proprjetà  jew għat-tħaddim ta’ bastimenti eżentati jew l-
impieg fi proprjetà  oħra tal-profitti miksuba minn dik il-proprjetà
jew dak it-tħaddim jew il-bdil ta’ dik il-proprjetà  l-oħra, kemm-il
darba n-negozju ewlieni tal-kumpannija jibqa’ l-proprjetà  jew it-
tħaddim ta’ bastimenti eżentati.
Eżenzjoni minn 
taxxa fuq 
dokumenti. 
Emendat: 
XXXI. 1981.64. 
XXIV. 1986.16; 
XXXVII. 1988.39; 
XXXVII. 1990.17. 
88. B’dak kollu li jinsab fl-Att dwar it-Taxxa fuq Dokumenti,
jew f’xi liġi oħra li tissostitwixxi dak l-Att, ebda taxxa dovuta
skond dak l-Att ma għandha titħallas dwar xi att li jkollu x’jaqsam
ma’ jew jinvolvi:
(a) ir-reġistrazzjoni skond it-Taqsima II u t-Taqsima IIA
ta’ dan l-Att ta’ bastiment eżentat u reġistrazzjonijiet
oħra dwar bastiment eżentat li jsiru taħt l-imsemmija
Taqsima; jew
(b) l-għoti ta’ xi azzjoni jew stock maħruġin ġodda ta’
kumpannija reġistrata taħt din it-Taqsima ta’ dan l-Att
jew ix-xiri, it-trasferiment, l-assenjazzjoni jew in-
negozjazzjoni ta’ xi azzjoni jew stock ta’ xi
kumpannija bħal dik; jew
(ċ) il-bejgħ jew trasferiment ieħor ta’ bastiment eżentat
jew sehem fih; jew
(d) ir-reġistrazzjoni ta’ kull ipoteka navali jew piż ieħor
fuq xi bastiment, it-trasferiment jew il-ħlas tagħhom,
kull riċevuta li jkollha x’taqsam magħhom, u kull
assenjazzjoni mogħtija f’konnessjoni ma’:
(i) l-iffinanzjar ta’ xi bastiment reġistrat; jew
(ii) il-garanzija ta’ xi kreditu kontra dak il-
bastiment. 
Konċessjonijiet 
ikunu għall-għażla 
tal-kumpannija.
Miżjud:
XXXVII. 1988.40.
88A.  Il-konċessjonijiet u benefiċċji oħra mogħtija permezz ta’
din il-parti ta’ dan l-Att jiġu hekk mogħtija skond kif tagħżel il-
kumpannija li tibbenefika minnhom u kull kumpannija bħal dik
tista’, b’avviż bil-miktub lill-Ministru, tagħżel li ma tkunx
intitolata għal xi konċessjoni bħal dik, li b’hekk tiġi rinunzjata, u
kull rinunzja bħal dik għandha tkun indefinita u irrevokabbli dwar
hekk.
            BASTIMENTI   MERKANTILI  AP.  234.    57
TAQSIMA IV 
KAPTANI U BAĦRIN
Ċertifikati ta’ kompetenza
Tifsir. 
Sostitwit:
XXXVII.  1990.18.
Emendat:
XXII. 2000.102.
89. Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima ta’ dan l-Att, kemm-il
darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx xort’oħra, l-espressjoni
''ċertifikat ta’ kompetenza'' tinkludi ċertifikat ta’ profiċjenza u
liċenza u kull dokument ieħor simili.
Ekwipaġġar ta’ 
bastimenti maltin.
Sostitwit:
XXXVII.  1990.18.
Emendat:
XXII. 2000.102.
90. (1) Kull bastiment malti meta jkun ser ibaħħar minn xi
post għandu jkollu dak in-numru u dawk il-kategoriji ta’ uffiċjali u
ekwipaġġ li l-Ministru jista’ b’regolamenti jippreskrivi:
Iżda l-Ministru jista’ f’dawk ir-regolamenti jawtorizza lir-
Reġistratur-Ġenerali li jeżenta kull bastiment jew klassi ta’
bastimenti minn kull ħtieġa jew xi waħda mill-ħtiġiet ta’ dawk ir-
regolamenti.
(2) Jekk il-ħtiġiet tas-subartikolu (1) ma jitħarsux, il-kaptan
jew is-sid tal-bastiment jeħel għal kull reat multa ta’ mhux iżjed
minn ħames mitt unit. 
Ċertifikati ta’ 
kompetenza.
Sostitwit:
XXXVII.  1990.18.
Emendat:
XXII. 2000.102.
91. Il-Ministru jista’ b’regolamenti jippreskrivi:
(a) il-gradi li dwarhom iċ-ċertifikati ta’ kompetenza
jingħataw, jiġu rikonoxxuti jew kontrosenjati skond
dan l-Att;
(b) il-kondizzjonijiet għall-ħruġ, rikonoxximent jew
kontrosenja ta’ ċertifikati ta’ kompetenza mogħtija,
rikonoxxuti, jew kontrosenjati skond dan l-Att;
(ċ) il-kondizzjonijiet għas-sostituzzjoni, kanċellazzjoni u
alterazzjoni ta’ ċertifikati ta’ kompetenza maħruġin,
rikonoxxuti jew kontrosenjati skond dan l-Att; u
(d) kull materja oħra li taffettwa ċertifikati ta’
kompetenza. 
Eżami għal 
ċertifikati ta’ 
kompetenza. 
92. Revokat bl-Att XXXVII ta’ l-1990.
Għoti ta’ ċertifikati 
lil min igħaddi 
mill-eżami.
93. Revokat bl-Att XXXVII ta’ l-1990.
Ċertifikati ta’ 
kompetenza ta’ 
pajjiż barrani eċċ.
94. Revokat bl-Att XXXVII ta’ l-1990.
Forma u 
reġistrazzjoni ta’ 
ċertifikati. 
95. (1) Iċ-ċertifikati ta’ kompetenza kollha mogħtija skond
dan l-Att, u r-rikonoxximenti kollha ta’ ċertifikati ta’ kompetenza
skond dan l-Att, għandhom isiru f’żewġ oriġinali, waħda minnhom
tiġi konsenjata lill-persuna li jkollha d-dritt għaċ-ċertifikat jew
għar-rikonoxximent u l-oħra tiġi preservata.
(2) Dik il-parti l-aħħar imsemmija taċ-ċertifikat jew tar-
rikonoxximent għandha tiġi preservata, u notament tagħha u taċ-
ċertifikati kollha li jitqiesu li ngħataw skond dan l-Att, u kull
sospensjoni, tħassir jew tibdil tagħhom, u ta’ kull ħaġa oħra li
  58      KAP. 234. ħ       BASTIMENTI   MERKANTILI
għandha x’taqsam magħhom, għandhom jinżammu, b’dak il-mod
kif il-Ministru jordna, mir-Reġistratur-Ġenerali jew minn dik il-
persuna l-oħra kif il-Ministru jordna.
(3) Kull ċertifikat jew rikonoxximent bħal dak u kull notament
skond dan l-artikolu jiġu aċċettati bħala prova mingħajr il-ħtieġa
ta’ xi prova ta’ l-awtentiċità  tagħhom ħlief dik li tidher imniżżla
fuqhom u għandhom, sakemm ma jiġix pruvat il-kontra, ikunu
prova ta’ dak li jkun jinsab fihom.
Telf ta’ ċertifikat.  96. Revokat bl-Att XXXVII ta’ l-1990.
Produzzjoni ta’ 
ċertifikati ta’ 
kompetenza.
97. (1) Il-kaptan ta’ kull bastiment malti -
(a) meta jiffirma l-ftehim ma’ l-ekwipaġġ quddiem ix-
shipping  master, għandu jippreżentalu ċ-ċertifikati ta’
kompetenza jew ir-rikonoxximenti ta’ ċertifikati ta’
kompetenza meħtieġa b’dan l-Att dwar il-kaptan, l-
uffiċjali u l-inġiniera tal-bastiment; u
(b) fil-każ ta’ ftehim għal aktar minn vjaġġ hu għandu
wkoll, qabel it-tieni vjaġġ u l-vjaġġi ta’ wara, jagħti
lix-shipping  master iċ-ċertifikat jew ir-rikonoxximent
kif intqal qabel ta’ kull uffiċjal jew inġinier li jkun qed
jiġi ngaġġat għall-ewwel darba minnu li skond dan l-
Att ikun meħtieġ li jkollu ċertifikat jew rikonoxximent
ta’ ċertifikat.
(2) Mal-produzzjoni tad-dokumenti msemmija qabel, ix-
shipping  master għandu, jekk id-dokumenti huma hekk li l-kaptan,
l-uffiċjali u l-inġiniera tal-bastiment għandhom ikollhom, jagħti
lill-kaptan ċertifikat (f’dan l-Att imsejjaħ ċertifikat tax-shipping
master) fis-sens li ċ-ċertifikati ta’ kompetenza xierqa jkunu ġew
preżentati.
(3) Il-kaptan għandu, qabel ma jsalpa, jipproduċi ċ-ċertifikat
tax-shipping  master lill-persuna li minn għandha tkun meħtieġa l-
mogħdija mid-dwana, u l-bastiment jista’ jinżamm sakemm jiġi
prodott iċ-ċertifikat.
Falsifikazzjoni ta’ 
ċertifikati ta’ 
kompetenza. 
Emendat:
XXII. 2000.2.
98. Jekk xi persuna -
(a) tiffalsifika jew b’qerq tibdel, jew tgħin fil-
falsifikazzjoni jew fil-bdil b’qerq, jew iġġiegħel li jiġi
falsifikat jew mibdul b’qerq, xi ċertifikat ta’
kompetenza jew xi rikonoxximent ta’ ċertifikat ta’
kompetenza, jew kopja uffiċjali ta’ dak iċ-ċertifikat
jew rikonoxximent; jew
(b) tagħmel, tgħin fl-egħmil, jew iġġiegħel li ssir, xi
sottomissjoni falza għall-fini tal-ksib, jew li jiġi
rikonoxxut, jew għaliha nnifisha jew għal xi persuna
oħra, ċertifikat ta’ kompetenza; jew
(ċ) b’qerq tuża ċertifikat, jew rikonoxximent ta’ ċertifikat,
jew kopja ta’ ċertifikat jew ta’ rikonoxximent ta’
ċertifikat ta’ kompetenza li jkun ġie falsifikat, mibdul,
kanċellat jew sospiż, jew li għalih ma jkollhiex jedd;
jew
            BASTIMENTI   MERKANTILI  AP.  234.    59
(d) b’qerq tislef iċ-ċertifikat ta’ kompetenza tagħha jew ir-
rikonoxximent ta’ ċertifikat tagħha ta’ kompetenza,
jew tħallih li jintuża minn xi persuna oħra, 
dik il-persuna teħel għal kull reat priġunerija għal żmien ta’ mhux
iżjed minn sentejn jew multa ta’ mhux iżjed minn ħames mitt unit
jew dik il-priġunerija u multa flimkien.
Kaptani 
Nomina u tneħħija 
ta’ kaptan.
99. (1) Il-kaptan jiġi nominat u jista’ jitneħħa mis-sid ta’
bastiment; u kull ftehim li juri li ma jħallix lis-sid is-setgħa li
jneħħi l-kaptan ma jkollux effett.
(2) Kaptan ma jkollu dritt għal ebda kumpens jekk jitneħħa
għal raġuni xierqa jew jitneħħa mill-qorti.
(3) Kull meta kaptan jitneħħa mingħajr raġuni xierqa hu jkollu,
kemm-il darba ma jkunx hemm ftehim xort’oħra, jedd għal
kumpens skond iż-żmien tas-servizz tiegħu mal-bastiment jew ma’
sidu u, meta l-kaptan ikun hekk imneħħi matul il-vjaġġ, il-kumpens
ma jkunx inqas mill-paga tiegħu għall-vjaġġ kollu u l-ispejjeż biex
imur lura pajjiżu.
Dmirijiet u 
responsabbiltà  tal-
kaptan.
100. (1) Fil-qadi ta’ dmirijietu l-kaptan huwa responsabbli
għal kull traskuraġni jew kondotta ħażina wkoll jekk il-ħtija tkun
żgħira ħafna, u jkun responsabbli għall-ħsara kollha li tinqala’
minn nuqqas ta’ tħaris ta’ xi liġi jew regolament; ir-responsabbiltà
tiegħu tispiċċa biss jekk jintwera li hu eżerċita l-attenzjoni kollha
xierqa.
(2) Il-kaptan huwa responsabbli għat-tmexxija u għan-
navigazzjoni xierqa tal-bastiment, għas-sigurezza tal-bastiment, ta’
l-ekwipaġġ u tal-passiġġieri tiegħu, u huwa responsabbli wkoll li
jilqa’ malajr, u jistiva, jieħu ħsieb u jiżbarka kif imiss il-
merkanzija, u li iżomm id-dixxiplina abbord; u hu għandu jkun
abbord fil-ħinijiet kollha matul il-vjaġġ.
(3) Il-kaptan huwa responsabbli wkoll għat-telf ta’ jew għal
kull ħsara lil, oġġetti meħuda jew imqiegħda abbord minn
passiġġieri, inkluż kull telf b’serq jew ħsara li ssir, mill-membri ta’
l-ekwipaġġ ħlief f’każ ta’ serq jew ħsara li jsir bil-forza ta’ armi
jew li jsir f’ċirkostanzi li fuqhom il-kaptan ma kellux kontroll.
(4) Il-kaptan ma għandux iġorr oġġetti fuq il-gverta mingħajr
il-kunsens ta’ min jimbarka l-merkanzija, u jekk jagħmel hekk hu
jkun responsabbli għal kull ħsara li tiġri minħabba li l-oġġetti
jkunu hekk mgħobbija:
Iżda, fin-nuqqas ta’ ftehim kuntrarju, dan is-subartikolu ma
japplikax għal vjaġġi bejn Malta u Sqallija jew Malta u Tripli jew
Tuneż jew għal merkanzija li skond l-użu tinġarr fuq il-gverta.
(5) Il-kaptan għandu jagħti lis-sidien kont veru u fidil tat-
transazzjonijiet u ħwejjeġ oħra dwar il-bastiment fiż-żminijiet
raġonevoli kollha li jkun hekk ordnat li jagħmel.
(6) Ebda ħaġa f’dan l-artikolu ma tnaqqas mid-disposizzjonijiet
tat-Taqsima IX ta’ dan l-Att.
  60      KAP. 234. ħ       BASTIMENTI   MERKANTILI
Setgħat tal-kaptan.  101. (1) Il-kaptan jista’, fin-nuqqas tas-sid, jew jekk ma jkunx
jilħaq jikkomunika miegħu fil-ħin, jagħmel spejjeż, jew jorbot lis-
sid b’kuntratt, għal tiswijiet meħtieġa tal-bastiment jew għall-ksib
ta’ bżonnijiet, u jista’ jissellef flus billi jaddebita lis-sid biex
iħallas għall-bżonnijiet li jiġu provduti.
(2) Il-kaptan jista’ wkoll, meta dan il-mezz ikun meħtieġ u dan
ikun l-aħjar mezz, u l-kommunikazzjoni mas-sid tkun impossibbli,
ibiegħ il-bastiment.
Dokumenti tal-
bastiment.
102. Il-kaptan ta’ kull bastiment għandu jżomm abbord: 
(a) iċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni tal-bastiment;
(b) iċ-ċertifikati meħtieġa bit-Taqsima V ta’ dan l-Att li
jkunu jseħħu dwar il-bastiment;
(ċ) iċ-ċertifikat tas-saħħa;
(d) il-kuntratt ma’ l-ekwipaġġ u l-lista ta’ l-ekwipaġġ; 
(e) il-poloz tal-kargu u l-kuntratti ta’ noleġġ;
(f) il-ġurnal t’abbord uffiċjali.
Lista tal-
passiġġieri.
Sostitwit:
XXII. 2000. 51.
103. (1) Il-kaptan ta’ kull bastiment Malti u l-kaptan ta’ kull
bastiment li jġorr passiġġieri f’xi vjaġġ lejn Malta minn post barra
minn Malta, jew minn Malta lejn xi post barra minn Malta, għandu
jagħti lil dik il-persuna, li l-Ministru jista’ b’regolamenti jordna,
prospett li jkun jagħti l-għadd totali ta’ persuni abbord il-bastiment
kif ukoll kull informazzjoni oħra li jkollha x’taqsam ma’ dawk il-
persuni hekk kif jista’ jiġi preskritt, f’dik l-għamla u b’dak il-mod
u f’dak iż-żmien li jista’ jiġi preskritt.
(2) Il-Ministru jista’ b’dawk ir-regolamenti jeżenta lil kull
bastiment tal-passiġġieri jew lil kull bastiment tal-passiġġieri li
jkun qed jagħmel dak il-vjaġġ jew vjaġġi hekk kif jistgħu jiġu
preskritti fir-regolamenti ġeneralment jew għar-rigward ta’ xi
vjaġġi jew klassi ta’ vjaġġijiet mill-provvedimenti ta’ dawk ir-
regolamenti.
(3) Kull passiġġier li r-regolamenti magħmulin taħt is-
subartikolu (1) jkunu jirreferu għandu jagħti lill-kaptan dak it-
tagħrif li l-kaptan ikun jeħtieġ sabiex ikun jista’ jagħmel dak il-
prospett.
(4) Jekk -
(a) il-kaptan ta’ bastiment jonqos milli jagħmel prospett
kif meħtieġ b’dan l-artikolu jew inkella jagħmel
prospett qarrieqi,
(b) xi passiġġier jirrifjuta milli jagħti t-tagħrif minnu
meħtieġ mill-kaptan tal-bastiment għall-iskop tal-
prospett, jew għal dak l-iskop jagħti lill-kaptan tagħrif
li jkun jaf li jkun qarrieqi jew bi traskuraġni jagħti
tagħrif li jkun qarrieqi, 
il-kaptan, jew skond il-każ, il-passiġġier, ikun ħati ta’ reat kontra
dan l-artikolu u jeħel, meta jinsab ħati, multa ta’ mhux iżjed minn
ħames mitt unit fil-każ tal-kaptan, u ta’ mhux iżjed minn mitt unit
fil-każ ta’ passiġġier.
            BASTIMENTI   MERKANTILI  AP.  234.    61
(5) Il-Ministru jista’ jestendi l-provvedimenti ta’ dawn ir-
regolamenti lill-kaptan, lin-nolleġġatur tal-bareboat, lill-manager,
jew lil kull persuna oħra jew organizzazzjoni li setgħu ħadu
fuqhom ir-responsabbiltà  għat-tħaddim tal-bastiment tal-
passiġġieri mingħand is-sid, l-obbligi li l-kaptan ikollu għar-
rigward ta’ dawk ir-regolamenti, u jista’ iktar minn hekk jipprovdi
li persuna jew organizzazzjoni li dawk l-obbligi setgħu ġew lilhom
estiżi, għandhom jippreservaw u jżommu dawk ir-records għal dak
il-perjodu u b’dak il-mod skond kif jista’ jiġi preskritt u jipprovdu
il-prospetti relattivi tagħhom sew perjodiċi sew xort’oħra skond kif
jista’ jiġi preskritt, u l-provvedimenti tas-subartikolu (4) ta’ dan l-
artikolu għandhom ikunu japplikaw mutatis mutandis għal dik il-
persuna jew organizzazzjoni l-istess bħalma japplikaw għall-
kaptan.
(6) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu u ta’ kull regolament
magħmul taħtu ma għandux japplika għal bastimenti tal-gwerra jew
bastimenti li jġorru truppi jew pleasure yachts sakemm dawk il-
pleasure yachts ma jkollhom ekwipaġġ u ma jġorrux aktar minn
tnax-il passiġġier għal skopijiet kummerċjali.
Testimonjal.
Emendat: 
XXIV.1995.362.
104. (1) Meta bastiment jiġrilu ħsara, jew jinkalja, jiġi
abbandunat jew jintilef, jew meta minħabba l-maltemp jew raġuni
oħra jkollu jidħol f’xi port, il-kaptan għandu, fi żmien erbgħa u
għoxrin siegħa minn mindu jiġri dan jekk dan jiġri waqt li hu fil-
port, jew fi żmien erbgħa u għoxrin siegħa mill-wasla tiegħu f’xi
port jekk dak li jkun ġara jkun ġara f’post ieħor, jagħmel
testimonjal bil-mod provdut b’dan l-artikolu.
(2) Il-kaptan għandu wkoll, fil-ħin li jagħmel it-testimonjal
tiegħu, jipproduċi l-ġurnal t’abbord uffiċjali tiegħu u l-ġurnal tal-
bastiment u jara li dawn jiġu ffirmati mill-awtorità  li quddiemha
jsir it-testimonjal.
(3) F’Malta, it-testimonjal għandu jsir quddiem l-imħallef tal-
Qorti Ċivili, Prim’ Awla; f’pajjiż ieħor għandu jsir quddiem l-
uffiċjal konsulari ta’ Malta jew, fin-nuqqas ta’ dak l-uffiċjal,
quddiem awtorità  lokali.
(4) F’testimonjal il-kaptan għandu jgħid bil-ġurament il-post u
l-ħin minfejn salpa, ix-xorta tal-merkanzija, il-korsa li ħa, il-
periklu li ltaqa’ miegħu u l-ħsara li ġrat lill-bastiment, u l-fatti l-
oħra kollha rilevanti, b’mod partikolari dawk li għandhom
x’jaqsmu ma’ l-inċident li dwaru jsir it-testimonjal.
(5) L-awtorità  li quddiemha jsir it-testimonjal għandha,
minnufih wara li l-kaptan ikun għamel id-dikjarazzjoni tiegħu,
teżamina bil-ġurament mhux inqas minn tliet membri ta’ l-
ekwipaġġ u, meta jkun prattikabbli, uħud mill-passiġġieri.
(6) Meta jkun meħtieġ li jsir testimonjal, il-kaptan ma
għandux, ħlief fil-każ ta’ periklu imminenti, jħott xi merkanzija
mill-bastiment sakemm jagħmel it-testimonjal.
(7) Kull parti interessata tkun tista’ tipprova kull fatt kuntrarju
għal dak li jintqal fit-testimonjal; u jekk it-testimonjal ma jsirx fiż-
żmien speċifikat fis-subartikolu (1), kull parti interessata tista’
tipprova kull fatt li seta’ jirriżulta mit-testimonjal, jew xort’oħra li
  62      KAP. 234. ħ       BASTIMENTI   MERKANTILI
għandu x’jaqsam ma’ l-inċident, b’kull mezz ieħor.
(8) Jekk il-kaptan jonqos li jħares xi waħda mid-
disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu hu jkun responsabbli lejn kull
parti interessata għal kull dannu w imgħax.
Dokumenti 
jingħataw lis-
suċċessur. 
Emendat:
XXII. 2000.2.
105. (1) Jekk matul vjaġġ il-kaptan jitkeċċa, jitneħħa jew isir
ieħor minfloku, jew għal xi raġuni oħra jitlaq il-bastiment, u l-
kmand jieħdu xi persuna oħra, hu għandu jagħti lis-suċċessur
tiegħu d-diversi dokumenti dwar in-navigazzjoni tal-bastiment u
dwar l-ekwipaġġ tiegħu li jkunu fil-kustodja tiegħu; u jekk
mingħajr raġuni xierqa jonqos li jagħmel hekk hu jeħel multa’ ta’
mhux iżjed minn mitt unit.
(2) Is-suċcessur għandu minnufih kif jieħu l-kmand tal-
bastiment jirreġistra fil-ġurnal t’abbord uffiċjali lista tad-
dokumenti hekk mogħtija lilu.
Kundizzjonijiet għal dħul f’impieg
Impieg ta’ tfal u 
persuni taħt it-
tmintax-il sena.
Sostitwit:
XXII.2000.52. 
106. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu u
minkejja d-disposizzjonijiet ta’ kull liġi oħra jew tar- regolamenti,
regoli u ordnijiet kollha magħmulin jew meqjusin bħala magħmulin
taħt dawk id-disposizzjonijiet, ebda persuna taħt l-età  ta’ sittax-il
sena ma għandha tiġi impjegata fuq bastiment Malti.
(2) Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti - 
(a) li jkunu jippreskrivu ċ-ċirkostanzi u l-kapaċitajiet li
fihom, u l-kondizzjonijiet li taħtom, persuni taħt l-età
ta’ sittax-il sena iżda li jkunu kisbu dik l-età  li tista’
tiġi preskritta fir-regolamenti, jkunu jistgħu jiġu
impjegati fuq bastiment Malti;
(b) li jkunu jippreskrivu ċ-ċirkostanzi u l-kapaċitajiet li
fihom persuni ‘il fuq mill-età  ta’ sittax-il sena iżda taħt
l-età  ta’ tmintax-il sena jew taħt dik l-età  li tkun inqas
minn tmintax il sena u li tista’ tiġi speċifikata fir-
regolamenti, ma jistgħux jiġu impjegati fuq bastiment
Malti jew inkella jistgħu jiġu hekk impjegati biss kif
ikunu suġġetti għal dawk il-kondizzjonijiet li jistgħu
jiġu speċifikati fir-regolamenti.
(3) Regolamenti magħmulin għall-għanijiet ta’ dan l-artikolu
jistgħu jagħmlu provvedimenti differenti għal tipi ta’ impieg
differenti u għal deskrizzjonijiet differenti ta’ bastimenti u għal
kull ċirkostanza differenti oħra.
Reġistrazzjoni ta’ 
persuni taħt it-
tmintax-il sena li 
huma membri ta’ l-
ekwipaġġ.
Sostitwit:
XXII. 2000.52.
107. (1) Għandha tidħol f’kull kuntratt ma’ l-ekwipaġġ lista
tal-persuni kollha taħt it-tmintax il-sena li jkunu membri ta’ l-
ekwipaġġ, flimkien mal-partikolaritajiet tad-dati tat-twelid
tagħhom, u, fil-każ ta’ bastiment fejn ma jsir ebda kuntratt bħal
dak, il-kaptan tal-bastiment għandu, jekk ikun hemm impjegati
persuni taħt it-tmintax il-sena, iżomm reġistru ta’ dawk il-persuni
bil-partikolaritajiet tad-dati tat-twelid tagħhom u tad-dati meta jsiru
jew meta ma jibqgħux membri ta’ l-ekwipaġġ, u r-reġistru hekk
miżmum għandu f’kull żmien ikun miżmum għal spezzjon mill-
Ministru jew minn uffiċjal awtorizzat mill-Ministru għal dak l-għan
            BASTIMENTI   MERKANTILI  AP.  234.    63
jew minn spettur xieraq, jew minn kull persuna li jkollha s-setgħa li
tinforza t-tħaris tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
(2) Għandu jkun hemm inkluż f’kull kuntratt ma’ l-ekwipaġġ
deskrizzjoni fil-qosor tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu u ta’ l-
artikolu 106.
Eżami mediku.
Sostitwit:
XXII. 2000.52.
108. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu,
ebda persuna ma għandha tiġi impjegata f’xi kapaċità  fuq xi
bastiment Malti kemm-il darba ma jingħatax lill-kaptan tal-
bastiment ċertifikat mogħti minn tabib kwalifikat kif imiss li l-
persuna tkun tajba biex tiġi impjegata f’dik il-kapaċità .
(2) Id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) ma għandhomx
japplikaw għall-impieg ta’ persuna awtorizzata li tkun impjegata
minħabba urġenza mix-shipping master, jew minn uffiċjal
konsulari ta’ Malta, iżda persuna li dwarha tkun ingħatat xi
awtorizzazzjoni bħal dik ma għandhiex tkompli tiġi impjegata wara
iktar minn vjaġġ wieħed, ħlief skond u bla ħsara għad-
disposizzjonijiet tas-subartikolu (1). 
(3) Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti skond ma jidhrulu li
jkunu meħtieġa dwar l-eżami mediku ta’ kull min ikun qiegħed
ifittex li jiġi impjegat f’kull kapaċità  li tkun fuq xi bastiment u l-
ħruġ ta’ ċertifikati mediċi għar-rigward ta’ dawk il-persuni.
(4) Mingħajr preġudizzju għall-ġeneralità  tas-subartikolu ta’
qabel dan, regolamenti magħmulin taħtu jistgħu, b’mod
partikolari- 
(a) jippreskrivu x-xorta ta’ l-eżami mediku jew eżamijiet
mediċi li għandhom isiru u l-partikolaritajiet li
għandhom jiġu inklużi fiċ-ċertifikati mediċi;
(b) jippreskrivu l-perjodu ta’ validità  taċ-ċertifikati
mediċi;
(ċ) jipprovdu dwar li tiġi aċċettata prova permezz ta’
formola preskritta, minflok ċertifikat mediku, li ċ-
ċertifikat meħtieġ ikun ġie maħruġ; u
(d) jipprovdu għal kull ħaġ‘oħra li tkun tolqot l-eżami
mediku jew eżamijiet mediċi li għandhom isiru u ċ-
ċertifikati mediċi li għandhom jinħarġu jew jingħataw
għarfien.
(5) Għall-għanijiet ta’ dan l-artikolu, ''tabib kwalifikat kif
imiss'' tfisser tabib awtorizzat bil-liġi li jipprattika ta’ tabib
kwalifikat skond il-liġi f’Malta, jew kemm-il darba ma jiġix
xort’oħra preskritt, fil-pajjiż fejn jinħareġ dak iċ-ċertifikat.
Pieni.
Sostitwit:
XXII. 2000.52.
109. (1) Jekk xi persuna tiġi impjegata fuq bastiment bi ksur
ta’ xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 106 u 108 jew bi
ksur ta’ xi regolamenti magħmulin taħt dawn l-artikoli, il-kaptan
jew is-sid tal-bastiment jeħel multa ta’mhux iżjed minn ħames mitt
unit, jew, fil-każ tat-tieni reat jew reat sussegwenti, ta’ mhux iżjed
minn elf unit; u meta persuna taħt l-età  ta’ sittax il-sena jew
persuna taħt l-età  ta’ tmintax il-sena jiġi impjegat fuq bastiment bi
ksur tad-disposizzjonijiet imsemmija hawn aktar qabel f’dan l-Att
  64      KAP. 234. ħ       BASTIMENTI   MERKANTILI
għaliex ikun ġie prodott minn, jew bil-kunsens ta’, xi wieħed mill-
ġenituri ċertifikat falz jew falsifikat, jew għaliex ikun ġie muri
falsament minn xi wieħed mill-genituri li dik il-persuna kienet ta’
età  li dak l-impieg ma jkunx bi ksur ta’ l-imsemmija
disposizzjonijiet, dak il-genitur jeħel multa ta’ mhux iżjed minn
ħames mitt unit.
 (2) Jekk il-kaptan ta’ bastiment jonqos milli jħares xi waħda
mid-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 107, jew jekk ikun meħtieġ
mill-Ministru jew minn uffiċjal awtorizzat mill-Ministru għal hekk
jew minn spettur xieraq, jew minn xi persuna oħra li jkollha s-
setgħa li timponi t-tħaris tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, jonqos
jew jittraskura milli jipproduċi biex jiġi eżaminat minn dak l-
uffiċjal xi reġistru kif ikun meħtieġ li hu għandu jżomm skond l-
imsemmi artikolu jew xi ċertifikat mogħti lilu skond l-artikoli 106
jew 108 ta’ dan l-Att jew skond kull regolamenti magħmulin taħt
dawn l-artikoli, jeħel multa ta’ mhux iżjed minn ħames mitt unit.
Eżami mediku ta’ 
żgħażagħ u tfal.
110. Imħassar bl-artikolu 52 ta’ l-Att XXII ta’ l-2000.
Pieni. 
Emendat:
XXII. 2000.2.
111. Imħassar bl-artikolu 52 ta’ l-Att XXII ta’ l-2000.
Ingaġġ ta’ baħrin
In-negozju li jinsab 
impieg għal baħrin 
hu kontra l-liġi.
Emendat:
XXII. 2000.2.
112. Imħassar bl-artikolu 53 ta’ l-Att XXII ta’ l-2000.
Kuntratti ma’ l-
ekwipaġġ. 
Emendat:
XXII. 2000.2.
113. (1) Il-kaptan ta’ kull bastiment malti, ħlief dawk li
jbaħħru biss ħdejn l-ixtut ta’ Malta, għandu jagħmel kuntratt (f’dan
l-Att imsejjaħ "kuntratt ma’ l-ekwipaġġ") skond dan l-Att ma’ kull
baħri li jbaħħar miegħu bħala wieħed mill-ekwipaġġ minn kull
port.
(2) Jekk kaptan jieħu miegħu fuq il-baħar xi baħri mingħajr ma
jagħmel kuntratt miegħu skond dan l-Att, jeħel għal kull reat multa
ta’ mhux iżjed minn ħamsin unit.
Forma, żmien u 
kondizzjonijiet ta’ 
kuntratti ma’ l-
ekwipaġġ.
Emendat:
XXII. 2000.54.
114. (1) Kuntratt ma’ l-ekwipaġġ għandu jkun fil-forma
approvata mill-Ministru u għandu jkollu d-data ta’ l-ewwel firma
tiegħu, u għandu jkun iffirmat mill-kaptan qabel ma l-baħri jiffirma
ismu.
(2) Il-kuntratt ma’ l-ekwipaġġ għandu jkun juri l-post fejn dan
isir, il-kunjom u l-ismijiet oħra tal-baħri, fejn twieled, u l-età
tiegħu jew id-data tat-twelid tiegħu, u għandu jkun fih bħala l-
kondizzjonijiet tiegħu l-partikolaritajiet li ġejjin:
(a) isem il-bastiment li fuqu l-baħri jintrabat li jaħdem;
(b) jew ix-xorta u, safejn prattikabbli, kemm ikun hemm
ħsieb li jdum il-vjaġġ jew l-ingaġġ, jew l-aktar żmien
li l-vjaġġ jew l-ingaġġ jista’ jdum, li ma jkunx ta’
aktar minn tnax il-xahar, u l-postijiet jew il-partijiet
tad-dinja, jekk ikun il-każ, li għalihom il-vjaġġ jew l-
ingaġġ ma għandux jestendi;
(ċ) l-għadd u d-deskrizzjoni ta’ l-ekwipaġġ;
            BASTIMENTI   MERKANTILI  AP.  234.    65
(d) jekk ikun possibbli, il-post fejn u d-data meta kull
baħri għandu jkun abbord jew jibda x-xogħol; 
(e) ix-xogħol li kull baħri jkun se jagħmel;
(f) kemm tkun il-paga ta’ kull wieħed mill-baħrin;
(g) il-vaganzi miftehma, li jkunu vaganzi miftehma mhux
anqas favorevoli għall-ekwipaġġ minn dawk, jekk ikun
hemm, preskritti taħt dan l-Att; 
(h) kull regolament dwar l-imġieba abbord u dwar multi u
kull kastig leġittimu ieħor għal imġieba ħażina li jkunu
ġew approvati mill-Ministru bħala regolamenti li
għandhom jiġu applikati u li l-partijiet jaqblu li
japplikaw;
(i) kull regolament dwar il-proviżjon li għandu jingħata
lill-baħrin impjegati fuq bastimenti Maltin;
(j) lista ta’ persuni taħt l-età  ta’ tmintax il-sena u d-dati
tat-twelid tagħhom.
(3) Il-kuntratt ma’ l-ekwipaġġ għandu jkun imfassal hekk li
jista jkun fih dawk il-pattijiet li jistgħu jiġu applikati bi qbil bejn il-
kaptan u l-baħri f’kull każ, kemm dwar l-avvanz u l-għoti ta’ pagi
kemm xort’oħra, li ma jkunux kontra l-liġi.
(4) Minkejja kull disposizzjoni oħra ta’ dan l-Att, kuntratt ma’
l-ekwipaġġ taħt dan l-artikolu għandu jiġi terminat -
(a) bil-kunsens reċiproku tal-partijiet fih; jew
(b) bil-mewt tal-baħri; jew
(ċ) it-telfien ta’ bastiment jew jekk bastiment jispiċċa ma
jkun tajjeb xejn għall-baħar; jew
(d) il-bejgħ tal-bastiment; jew
(e) id-dekadenza taz-żmien.
Disposizzjonijiet 
speċjali dwar 
kuntratti ma’ l-
ekwipaġġ 
magħmula f’Malta.
Emendat:
XXII. 2000.2, 55.
115. Id-disposizzjonijiet li ġejjin għandhom isseħħu dwar
kuntratti ma’ l-ekwipaġġ:
(a) il-kuntratt għandu (bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’
dan l-Att dwar is-sostituti) ikun iffirmat minn kull
baħri;
(b) il-kaptan  għandu jara li l-kuntratt jinqara u jiġi
mfiehem lil kull baħri, jew xort’oħra jiżgura li kull
baħri jifhmu, qabel ma jiffirmah, u għandu jkun xhud
ta’ kull firma;
(ċ) meta l-ekwipaġġ jingaġġa għall-ewwel darba, il-
kuntratt jiġi iffirmat f’żewġ oriġinali u waħda tinżamm
mill-kaptan  u l-oħra tingħata lix-shipping master, u
għandu jkun fiha post speċjali jew forma għad-
deskrizzjonijiet u firem ta’ sostituti jew persuni
ingaġġati wara l-ewwel tluq tal-bastiment;
(d) meta sostitut jiġi ingaġġat minflok baħri li jkun iffirma
kif imiss il-kuntratt u li s-servizzi tiegħu jkunu, fi
żmien erbgħa u għoxrin siegħa qabel it-tluq tal-
  66      KAP. 234. ħ       BASTIMENTI   MERKANTILI
bastiment, intilfu minħabba mewt, diżerzjoni jew
raġuni oħra mhux mistennija, l-ingaġġ għandu meta
jkun prattikabbli, isir quddiem ix-shipping  master u,
meta ma jkunx prattikabbli, il-kaptan għandu, qabel
ma l-bastiment isalpa, jekk prattikabbli, u jekk le,
kemm jista’ jkun malajr wara, jara li l-kuntratt jinqara
u jiġi mfiehem lis-sostitut, u s-sostitut għandu
mbagħad jiffirmah quddiem xhud, u x-xhud għandu
jiffirma li l-iffirmar sar quddiemu;
(e) kuntratt jista’ jsir għal vjaġġ jew, jekk il-vjaġġi tal-
bastiment ikunu bħala medja inqas minn sitt xhur,
jista’ jsir biex japplika għal żewġ vjaġġi jew aktar, u
kuntratti magħmula biex japplikaw għal żewġ vjaġġi
jew aktar huma f’dan l-Att imsemmija "kuntratti għal
aktar minn vjaġġ";
(f) kuntratt għal aktar minn vjaġġ ma jkomplix japplika
wara l-perjodu ta’ żmien ta’ tnax il-xahar li jiġi
minnufih wara d-data ta’ l-għemil tal-kuntratt jew
mill-wasla tal-bastiment għall-ewwel darba fil-port
tad-destinazzjoni tiegħu wara li jgħaddi dak iż-żmien;
(g) ma’ kull wasla lura fil-port fejn ikun ġie ingaġġat l-
ekwipaġġ qabel it-terminazzjoni finali ta’ kuntratt għal
aktar minn vjaġġ, il-kaptan għandu jniżżel notament
fuq il-kuntratt dwar l-ingaġġ jew it-temm ta’ ingaġġ
ta’ baħrin, jew li ma sarux ingaġġi jew temm ta’
ingaġġi jew li mhux maħsub li jsiru qabel ma’ l-
bastiment jitlaq mill-port, jew dawk li saru jkunu saru
kif meħtieġ bil-liġi, u jekk il-kaptan bid-dehen
jagħmel dikjarazzjoni falza fuq xi notament bħal dak
jew jekk jonqos li jagħmel notament li hu meħtieġ
jagħmel skond dan il-paragrafu, hu jeħel għal kull reat
multa ta’ mhux iżjed minn ħamsin unit;
(h) id-duplikat tal-kuntratt miżmum mill-kaptan ma’ l-
ewwel ingaġġ ta’ l-ekwipaġġ kif ukoll kull notament
kontrosenjat fuq il-kuntratt għandhom, meta jiddekadi
l-kuntratt, jiġu kunsinnati lix-shipping master li
mbagħad jibqa’ jzommhom għal perjodu ta’ hames
snin wara d-dekadenza tal-kuntratt;
(i) id-duplikat tal-kuntratt kunsinnat lix-shipping master
ma’ l-ewwel ingaġġ ta’ l-ekwipaġġ għandu jinżamm
mix-shipping master sakemm jirċievi d-duplikat l-
ieħor tal-kuntratt miżmum mill-kaptan meta dan l-
istess kuntratt jiddekadi. 
Il-partijiet ma 
għandhomx imorru 
kontra d-
disposizzjonijiet 
ta’ dan l-Att. 
Sostitwit:
XXII. 2000.56.
116. Fil-limitu li xi pattijiet jew kundizzjonijiet adottati mill-
partijiet f’kuntratt ma’ l-ekwipaġġ ikunu jmorru kontra d-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att f’dak li għandu x’jaqsam ma’ pagi u
kundizzjonijiet ta’ impieg ta’ baħrin u ta’ kaptani abbord
bastimenti, dawk il-pattijiet u kundizzjonijiet ma jkollhom ebda
effett u għandhom jitqiesu li jkunu japplikaw id-disposizzjonijiet
ta’ dan l-Att.
            BASTIMENTI   MERKANTILI  AP.  234.    67
L-ekwipaġġ ikun 
jista’ jara kopja tal-
kuntratt.
Emendat:
XXII. 2000.2.
117. Il-kaptan għandu, mal-bidu ta’ kull vjaġġ jew ingaġġ,
iġiegħel li kopja li tinqara tal-kuntratt ma’ l-ekwipaġġ titwaħħal
f’xi parti tal-bastiment fejn tintlaħaq mill-ekwipaġġ, u jekk jonqos
mingħajr raġuni xierqa li jagħmel hekk jeħel għal kull reat multa
ta’ mhux iżjed minn għaxar units.
Falsifikazzjoni 
eċċ., ta’ kuntratti 
ma’ l-ekwipaġġ.
Emendat:
XXII. 2000.2.
118. Jekk xi persuna b’qerq tibdel, tagħmel xi reġistrazzjoni
falza fi, jew tikkonsenja kopja falza ta’, xi kuntratt ma’ l-ekwipaġġ,
jew tgħin fl-egħmil jew iġġiegħel li jsir xi reat bħal dak, dik il-
persuna teħel għal kull reat priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed
minn sentejn jew multa ta’ mhux iżjed minn ħames mitt unit jew
dik il-priġunerija u dik il-multa flimkien.
Tibdil fil-kuntratti 
ma’ l-ekwipaġġ. 
Emendat:
XXII. 2000.57.
119. Kull tħassir, kitba bejn il-linji, jew tibdil f’kull kuntratt
ma’ l-ekwipaġġ (ħlief żidiet magħmula dwar sostitut tal-bastiment
jew persuni ngaġġati wara l-ewwel tluq tal-bastiment) ikun għal
kollox bla siwi kemm-il darba ma jiġix ippruvat li jkun sar bil-
kunsens tal-persuni kollha nteressati fit-tħassir, kitba bejn il-linji
jew tibdil bil-kitba ffirmata minn żewġ xhieda.
Baħri mħux marbut 
jipproduċi kuntratt. 
120. F’kull proċedimenti legali jew fi proċedimenti oħra baħri
jista’ jipprova dak li jkun fih xi kuntratt ma’ l-ekwipaġġ jew
xort’oħra biex isostni l-każ tiegħu mingħajr ma jipproduċi, jew
mingħajr ma javża li se jipproduċi, il-kuntratt jew xi kopja tiegħu.
Ingaġġ ta’ baħrin 
f’portijiet barranin.
Emendat:
XXII. 2000.2.
121. Imħassar bl-artikolu 58 ta’ l-Att XXII ta’ l-2000.
Depożitu tal-lista 
ta’ l-ekwipaġġ.
Sostitwit:
XXII. 2000.2.
122. Il-kaptan għandu, kull darba li jkun hemm tibdiliet fl-
ekwipaġġ ta’ bastiment Malti, jikkunsinna lir-Reġistratur-Ġenerali
lista ta’ l-ekwipaġġ jew kopja tagħha:
Iżda r-Reġistratur-Ġenerali jista’ jeżenta lil kull bastiment
jew klassi ta’ bastimenti mill-ħtieġa ta’ dan l-artikolu, sew
għalkollox sew kif suġġett għal dawk il-kondizzjonijiet li jista’ jqis
xierqa.
Użu ta’ l-ilsien 
Ingliż.
Miżjud:
XXII. 2000.59.
122A. (1) Ħlief fejn xort’oħra provdut f’dan l-Att, kull
korrispondenza, dokument, formola jew kitba oħra għandhom
ikunu fl-ilsien Ingliż:
Iżda tista’ tintehmeż verżjoni bi lsien ieħor ta’ xi dokument
mal-verżjoni tiegħu bl-ilsien Ingliż.
(2) Kull avviż bil-miktub li jintwera abbord bastiment Malti
għandu jkun bl-ilsien Ingliż u, jekk il-kaptan iqis li dan ikun
meħtieġ, tista’ tintwera flimkien miegħu verżjoni bi lsien ieħor.
L-ekwipaġġ ikun 
jaf bl-Ingliż.
Miżjud:
XXII. 2000.59.
122B. (1) Meta fil-fehma ta’ spettur xieraq l-ekwipaġġ ta’
bastiment Malti jkun magħmul minn, jew jinkludi fih, persuni li ma
jkunux jifhmu l-ordnijiet li jingħatawlhom matul it-twettiq tal-
ħidma tagħhom minħabba fin-nuqqas ta’ għarfien tagħhom ta’ l-
ilsien Ingliż u n-nuqqas ta’ arranġamenti xierqa għall-għoti ta’
ordnijiet f’ilsien li jkunu jafuh biżżejjed, l-ispettur xieraq għandu
jgħarraf fehmtu lill-kaptan u l-bastiment ma għandux isalpa u jista’
jiġi miżmum.
(2) Jekk bastiment isalpa jew jittanta jsalpa bi ksur ta’ dan l-
  68      KAP. 234. ħ       BASTIMENTI   MERKANTILI
artikolu, il-kaptan jew is-sid tal-bastiment jista’ jeħel multa ta’
ħames mitt unit.
Regolamenti dwar 
il-kondizzjonijiet 
tas-servizz.
Miżjud:
XXII. 2000.59.
122C. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu u
minkejja d-disposizzjonijiet ta’ kull liġi oħra jew ta’ kull
regolamenti, regoli u ordnijiet magħmulin jew meqjusa bħala
magħmulin taħthom, il-kondizzjonijiet ta’ servizz ta’ persuni
impjegati fuq bastimenti Maltin u ta’ ċittadini Maltin li jkunu
qegħdin jaħdmu fuq bastimenti barranin għandhom ikunu regolati
permezz ta’ regolamenti magħmulin mill-Ministru taħt dan l-
artikolu.
(2) Mingħajr preġudizzju għall-ġeneralità  tas-subartikolu
minnufih qabel dan, regolamenti magħmulin taħtu jistgħu, b’mod
partikolari, jipprovdu rigward -
(a) l-apprendistat f’xi sengħa abbord bastiment;
(b) l-ingaġġ ta’ persuni fuq bastimenti Maltin u l-ingaġġ
minn bastimenti barranin ta’ ċittadini Maltin;
(ċ) l-implementazzjoni ta’ xi konvenzjoni internazzjonali
li tirrigwarda l-impieg, welfare, sigurtà , ċertifikazzjoni
jew status tal-baħħara;
(d) l-evitar ta’ kuntratti li jsiru kontra dawk ir-
regolamenti;
(e) il-paġi b’mod ġenerali, u l-jeddijiet marbutin
magħhom, ta’ persuni impjegati fuq bastimenti Maltin,
b’mod li jiżguraw kondizzjonijiet ta’ xogħol mingħajr
periklu, saħħa u welfare għal baħħara u apprendisti
impjegati fuq bastimenti;
(f) l-inqas paga li titħallas lil persuni impjegati fuq
bastimenti Maltin; 
(g) l-għadd ta’ ġranet ta’ leave u ta’ vaganzi ta’ kull sena
li persuni impjegati abbord bastimenti Maltin ikollhom
jedd għalihom;
(h) l-ikbar għadd ta’ sigħat ta’ xogħol jew l-inqas għadd
ta’ sigħat ta’ mistrieħ għal persuni impjegati abbord
bastimenti Maltin;
(i) iż-żamma ta’ dokumentazzjoni tas-sigħat ta’ xogħol
ta’ kuljum jew tas-sigħat ta’ mistrieħ ta’ kuljum ta’
persuni impjegati abbord bastimenti Maltin;
(j) l-itwal żmien ta’ perjodi ta’ servizz abbord bastimenti
Maltin li warajhom baħħar ikollu jedd għar-rimpatriju;
(k) it-twaħħil ta’ tabella abbord il-bastimenti Maltin li
tkun turi l-arranġamenti tax-xogħol fuq il-gverta tal-
bastiment;
(l) l-impieg ta’ persuni taħt l-età  ta’ tmintax il-sena:
Iżda kemm-il darba ma jiġix speċifikat f’regolamenti
magħmulin taħt dan l-artikolu, l-inqas paga għandha tkun dik
preskritta fir-Rakkomandazzjoni ta’ l-1996 dwar il-Pagi, s-Sigħat
ta’ Xogħol tal-Baħħara u t-Tagħmir ta’ Bastimenti (Nru. 187) ta’ l-
            BASTIMENTI   MERKANTILI  AP.  234.    69
Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), inkluża kull
reviżjoni tagħha.
(3) Regolamenti magħmula taħt dan l-artikolu jistgħu
jipprovdu li persuna li tikser xi disposizzjoni tagħhom tkun
suġġetta għal dik il-penali li tista’ tkun provduta fir-regolamenti, li
tkun penali li ma tkunx aktar minn elf unit.
Ċertifikati għal ’Able Seamen’ u Koki tal-Bastimenti
Gradazzjoni ta’ 
baħrin bħala A.B.
123. Revokat bl-Att XXXVII ta’ l-1990.
Koki biċ-ċertifikat 
fuq ċerti 
bastimenti.
Emendat:
XXII. 2000.2.
124. Revokat bl-Att XXXVII ta’ l-1990.
Temm ta’ ngaġġ ta’ baħrin
Temm ta’ ngaġġ. 
Emendat:
XXII. 2000.2, 60.
125. (1) Meta baħri li jkun qed iservi fuq bastiment Malti taħt
kuntratt ma’ l-ekwipaġġ jtemm l-ingaġġ meta jispiċċa s-servizz
tiegħu, dak l-ingaġġ tiegħu għandu jintemm kif provdut b’dan l-
Att:
Iżda dan is-subartikolu ma japplikax meta l-baħri jkun ser
joħroġ bil-leave temporanju waqt li jibqa’ fis-servizz ta’ sid il-
bastiment.
(2) Jekk il-kaptan jew is-sid ta’ bastiment jikser id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu jeħel għal kull reat multa ta’
mhux iżjed minn għaxar units.
Ċertifikat ta’ temm 
ta’ mpieg u għoti 
lura taċ-ċertifikati 
ta’ kompetenza. 
Emendat:
XXII. 2000.2.
126. (1) Il-kaptan ta’ bastiment malti għandu jiffirma u jagħti
lil baħri li jtemm l-impieg mill-bastiment tiegħu f’kull post, jew
mat-temm ta’ l-impieg tiegħu jew mal-ħlas tal-paga tiegħu,
ċertifikat tat-temm ta’ ngaġġ f’forma approvata mill-Ministru, li
jispeċifika ż-żmien tas-servizz tiegħu u l-ħin u l-post tat-temm ta’
l-ingaġġ tiegħu u jekk il-kaptan jonqos li jagħmel hekk jeħel għal
kull reat multa ta’ mhux iżjed minn għaxar units.
(2) Il-kaptan għandu wkoll, mat-temm ta’ ingaġġ ta’ kull
uffiċjal li għandu ċertifikat li ċ-ċertifikat ta’ kompetenza tiegħu
jkun ġie mogħti lill-kaptan u miżmum minnu, jagħti lura ċ-
ċertifikat lill-uffiċjal, u jekk mingħajr raġuni xierqa jonqos li
jagħmel hekk jeħel għal kull reat multa ta’ mhux iżjed minn
għoxrin unit.
Rapporti dwar il-
karattru ta’ baħrin.
127. Imħassar bl-artikolu 61 ta’ l-Att XXII ta’ l-2000.
Ċertifikat ta’ 
temm, jew rapport 
tal-karattru, falz 
jew falsifikat.
Emendat:
XXII. 2000.2.
128. Jekk xi persuna -
(a) tagħmel rapport tal-karattru skond dan l-Att li jkun
falz, meta tkun taf li huwa falz; jew
(b) tiffalsifika jew b’qerq tibdel xi ċertifikat ta’ temm ta’
ingaġġ jew rapport tal-karattru jew kopja ta’ rapport
ta’ karattru; jew
(ċ) tgħin fl-egħmil, jew iġġiegħel li jsir, xi wieħed mill-
imsemmija reati; jew
  70      KAP. 234. ħ       BASTIMENTI   MERKANTILI
(d) b’qerq tuża xi ċertifikat ta’ temm ta’ ingaġġ jew
rapport tal-karattru jew kopja ta’ rapport tal-karattru li
tkun falza jew mibdula jew li ma tkunx tagħha,
teħel għal kull reat priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn
sentejn jew multa ta’ mhux iżjed minn ħames mitt unit jew dik il-
priġunerija u dik il-multa flimkien.
Temm ta’ mpieg 
ta’ baħrin meta 
jinbidel is-sid.
Sostitwit:
XXII. 2000.62.
129. (1) Meta bastiment Malti jiġi trasferit jew jitneħħa, kull
baħri jew apprendist li jkun jappartjeni għal dak il-bastiment
għandu jtemm l-impieg tiegħu kemm-il darba ma jagħtix il-kunsens
tiegħu bil-miktub li jispiċċa l-vjaġġ tal-bastiment jekk dan
jitkompla.
(2) Meta baħri jew apprendist itemm l-impieg taħt dan l-
artikolu, id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att dwar iċ-ċertifikat ta’
temm ta’ impieg u r-ritorn tal-baħri f’port ta’ ritorn xieraq
għandhom japplikaw bħallikieku s-servizz tiegħu kien intemm
xort’oħra milli bil-kunsens tiegħu li jiġi mitmum matul iż-żmien li
jkun għadu jseħħ il-ftehim.
Is-sid responsabbli 
għar-ritorn ta’ 
baħri li jitħalla l-art 
f’port li ma jkunx 
dak ta’ l-inġaġġ.
Miżjud:
XXII.2000.63.
129A.(1) Ħlief kif hawn iżjed ‘il quddiem ipprovdut, kull
kuntratt ma’ l-ekwipaġġ għandu jitqies li jkun jipprovdi li l-baħri
jew l-apprendist, jekk il-kuntratt jintemm f’port li ma jkunx il-port
ta’ l-ingaġġ (sew bid-dekadenza taz-żmien, sew b’xi att magħmul
mill-partijiet, sew bl-għarqa jew bejgħ tal-bastiment, sew minħabba
l-inkapaċità  tal-baħħar jew apprendist li jkun fuq il-bastiment
minħabba f’mard jew feriment jew kull kawża oħra li tkun) għandu
jiġi ritornat f’port ta’ ritorn xieraq b’nefqa tal-kaptan jew tas-sid
tal-bastiment, u dak il-kaptan jew sid, sew bħala prinċipal sew
bħala aġent, għandu jagħmel dawk l-arranġamenti hekk kif jistgħu
jkunu meħtieġa u jħallas kull nefqa li ssir għar-ritorn ta’ dak il-
baħri jew apprendist u dik ir-responsabbiltà  għandha tkun tinkludi
n-nefqa ta’ kull manteniment u kura medika li tkun meħtieġa għal
dak il-baħri jew apprendist sakemm huwa jasal f’port ta’ ritorn
xieraq, u dak il-baħri jew apprendist ma għandu jkun ta’ ebda piż
għall-Gvern ta’ Malta.
(2) Baħri jew apprendist li jkun tħalla l-art jew intemmlu l-
impieg minn fuq il-bastiment tiegħu minħabba fid-diżerzjoni
tiegħu, fil-priġunerija tiegħu, jew l-inkapaċità  tiegħu li jkun fuq il-
bastiment minħabba f’mard jew dgħufija ta’ saħħa li tkun ġiet
xjentement mistura fil-waqt ta’ l-ingaġġ, ma jkollux jedd li jiġi
ritornat b’nefqa tas-sid jew tal-kaptan taħt is-subartikolu (1) ta’ dan
l-artikolu iżda dak il-kaptan jew sid, sew bħala prinċipal sew bħala
aġent, għandu jagħmel dawk l-arranġamenti kollha meħtieġa u
jħallas kull nefqa li ssir għar-ritorn tal-baħri jew apprendist f’port
ta’ ritorn xieraq bħallikieku hekk kellu dritt, u dak il-kaptan jew sid
jista’ jiġbor in-nefqa tiegħu minn kull paga li tkun għadha dovuta
lill-baħri jew apprendist meta huwa jkun telaq minn fuq il-
bastiment jew mir-rikavat mill-bejgħ ta’ kull ħaġa personali tiegħu
li huwa jħalli abbord jew inkella, jekk dan ma jkunx biżżejjed, bil-
proċedura ordinarja li tagħti l-liġi, iżda f’ebda każ ma għandu dak
il-baħri jew apprendist ikun ta’ piż fuq il-Gvern.
(3) Reġistratur jew uffiċjal konsulari Malti jista’ jitlob
garanzija mingħand il-kaptan jew is-sid (kemm bħala prinċipal
            BASTIMENTI   MERKANTILI  AP.  234.    71
kemm bħala aġent) ta’ bastiment li baħri jew apprendist jew ikun se
jintemmlu l-impieg tiegħu minn fuqu jew ikun se jiġi mħolli l-art,
għat-twettiq sew ta’ kull obbligazzjoni imposta b’dan l-artikolu, u
jekk din tiġi miċħuda milli tingħata, huwa jista’ jżomm il-kunsens
tiegħu għat-temm ta’ impieg.
(4) Meta baħri jew apprendist isir eliġibbli li jirċievi, u
attwalment jirċievi, għajnuna medika jew ħlasijiet perjodiċi
b’nefqa tal-prinċipal tiegħu taħt il-provvedimenti ta’ xi liġi li tkun
tipprovdi għal kumpens lil ħaddiema li jġarrbu feriment jew li
jkollhom xi marda, dak li jirċievi għandu jkun ħlas sħiħ jew f’parti
minnu, skond il-każ, ta’ dak li jkollu jedd għalih taħt dan l-artikolu,
u mhux b’żieda miegħu.
(5) Dan l-artikolu għandu jkun japplika għar-rigward ta’
bastiment barrani li jingaġġa baħri jew apprendist f’ Malta; u ''sid''
f’każ bħal dak tinkludi lil kull persuna maħtura jew nominata mis-
sid jew miċ-charterer jekk il-bastiment ikollu demise charter, biex
taġixxi bħala l-agent tiegħu u li kienet qegħda hekk taġixxi filwaqt
li l-baħri jew l-apprendist kien għadu ingaġġat.
Ripatrijazzjoni ta’ 
baħrin mat-temm 
tas-servizz f’post 
barrani.
Emendat:
XXII. 2000.64.
130. (1) Meta s-servizz ta’ baħri jew ta’ apprendist ta’
bastiment malti jispiċċa waqt li l-kuntratt għadu jseħħ b’xi mod li
ma jkunx dak bil-kunsens tal-baħri li l-ingaġġ tiegħu jkun se
jintemm, il-kaptan tal-bastiment għandu, barra milli jagħti ċ-
ċertifikat ta’ temm ta’ ingaġġ skond dan l-Att u barra milli jħallas
il-paga li l-baħri jew l-apprendist għandu dritt għaliha, jagħmel
arranġamenti xierqa skond dan l-Att għall-manteniment u għar-
ritorn tiegħu f’port ta’ ritorn xieraq, u jekk is-servizz jispiċċa f’port
li fih ikun hemm reġistratur jew uffiċjal konsulari ta’ Malta, dak l-
uffiċjal għandu jniżżel fuq il-kuntratt ma’ l-ekwipaġġ tal-bastiment
li minnu l-baħri jew l-apprendist jkun ser jitlaq il-partikolaritajiet
dwar l-arranġamenti hekk magħmula.
(2) Jekk il-kaptan jonqos, mingħajr raġuni xierqa, li jħares dan
l-artikolu, l-ispejjeż tal-manteniment u tal-vjaġġ għall-port ta’
ritorn xieraq -
(a) jekk jitħallsu mill-baħri jew l-apprendist, ikunu jistgħu
jiġu rkuprati bħala paga dovuta lilu;
(b) jekk jitħallsu minn xi uffiċjal kif issemma’ qabel jew
minn xi persuna oħra, ikunu (kemm-il darba l-baħri ma
jkunx ħati ta’ piraterija) addebitati lill-bastiment li
fuqu kien il-baħri jew l-apprendist, u jistgħu wkoll jiġu
rkuprati mingħand il-persuna li kienet is-sid tal-
bastiment għal dak iż-żmien jew, meta l-bastiment
ikun intilef, kontra l-persuna li kienet is-sid tal-
bastiment fiż-żmien li jkun intilef, jew, meta l-
bastiment ikun ġie trasferit lil xi persuna li ma tkunx
ċittadin malti jew li ma tkunx għaqda ta’ persuni
stabbilita skond il-liġijiet ta’ Malta, jew kontra s-sid
ta’ dak iż-żmien jew kontra l-persuna li kienet is-sid
fiż-żmien tat-trasferiment, fuq istanza tal-persuna li
tħallas l-ispejjeż, jew, fil-każ li jkunu ħarġu mill-fond
pubbliku, bħala dejn dovut lill-Gvern ta’ Malta.
  72      KAP. 234. ħ       BASTIMENTI   MERKANTILI
Ħlas ta’ pagi
Żmien tal-ħlas ta’ 
pagi.
131.   Il-paga kollha li għaliha baħri jkollu dritt, suġġetta għal
dak it-tnaqqis magħmul skond dan l-Att, għandha titħallas meta jew
qabel ma l-baħri jħalli leġittimament il-bastiment meta jispiċċa l-
ingaġġ tiegħu; fil-każ li l-paga ta’ baħri jew parti minnha ma tiġix
hekk imħallsa, allura, kemm-il darba d-dewmien ma jkunx dovut
għal att jew nuqqas tal-baħri jew minħabba xi kwistjoni raġonevoli
dwar responsabbiltà  jew minħabba xi raġuni oħra li ma tkunx l-att
jew in-nuqqas ħażin tas-sid jew tal-kaptan, il-paga tal-baħri tibqa’
għaddejja u jkollha titħallas sakemm tinqata’ għal kollox il-
kwistjoni.
Ħlas ta’ pagi 
quddiem ix-
shipping  master.
Emendat:
XXII. 2000.2.
132.  Imħassar bl-artikolu 65 ta’ l-Att XXII ta’ l-2000.
Il-kaptan għandu 
jagħti kont tal-
pagi.
Emendat:
XXII. 2000.2, 66.
133. (1) Il-kaptan ta’ kull bastiment malti għandu qabel ma
jħallas baħri għal kollox jew qabel ma jtemm l-ingaġġ ta’ xi baħri,
jagħti fiż-żmien u bil-mod provdut b’dan l-Att kont sħiħ u veru,
f’forma approvata mill-Ministru, tal-paga tal-baħri u tat-tnaqqis
kollu li għandu jsir minnha jkunu għal x’hiex ikunu.
(2) L-imsemmi kont għandu jingħata mhux aktar tard minn
erbgħa u għoxrin siegħa qabel ma l-ingaġġ tiegħu jintemm jew
qabel ma jitħallas għalkollox.
(3) Jekk il-kaptan jonqos mingħajr raġuni xierqa li jħares dan l-
artikolu jeħel għal kull reat multa ta’ mhux iżjed minn għoxrin unit.
Ħlas tal-pagi. 
Emendat:
XXII.2000.67.
134. (1) Meta l-ingaġġ ta’ baħri jintemm, u l-ħlas tal-paga
jkun sar, huwa għandu jiffirma kwittanza, f’forma approvata mill-
Ministru, għad-drittijiet kollha dwar l-aħħar vjaġġ jew ingaġġ u l-
kwittanza għandha tiġi ffirmata wkoll mill-kaptan jew mis-sid tal-
bastiment.
(2) Il-kwittanza hekk iffirmata u magħmula b’dik ix-xiehda
għandha l-effett ta’ kwittanza reċiproka u ta’ qtugħ tal-
pretensjonijiet kollha bejn il-partijiet dwar l-aħħar vjaġġ jew
ingaġġ.
(3) Il-kwittanza tiġi kunsinnata lil u tinżamm mix-shipping
master u jekk jipproduċiha tkun, sakemm ma jiġix pruvat kuntrarju,
prova ta’ dak li jinsab fiha, kemm-il darba tiġi pruvata l-awtentiċità
tagħha.
(4) B’dak kollu li jinsab f’dan l-artikolu, baħri jista’ jeskludi
mill-kwittanza iffirmata minnu skond dan l-artikolu kull dritt jew
pretensjoni kontra l-kaptan jew is-sid tal-bastiment, u kull
eċċezzjoni bħal dik ta’ xi dritt jew pretensjoni għandha titniżżel
b’nota fuq il-kwittanza. Il-kwittanza ma jkollhiex l-effett ta’
liberazzjoni u ħlas dwar kull dritt jew pretensjoni hekk notata, u
lanqas ma għandu s-subartikolu (4) japplika għal xi ħlas, riċevuta
jew ħlas finali dwar kull dritt jew pretensjoni bħal dik.
Tnaqqis mill-pagi 
u ktieb miżmum 
għal dak l-iskop. 
135. (1) Ebda tnaqqis mill-paga ta’ baħri ma jitħalla jsir jekk
ma jkunx inkluż fil-kont mogħti skond l-artikolu 133, ħlief dwar
            BASTIMENTI   MERKANTILI  AP.  234.    73
ħaġa li tiġri wara dak l-għoti.
(2) Il-kaptan għandu matul il-vjaġġ idaħħal id-diversi
raġunijiet li minħabba fihom sar it-tnaqqis, bl-ammont tat-tnaqqis
rispettiv, hekk u kif isir, fi ktieb miżmum għal hekk, u għandu, jekk
jiġi mitlub, jipproduċi l-ktieb fil-ħin tal-ħlas tal-pagi u wkoll mas-
smiegħ quddiem xi awtorità  kompetenti ta’ kull ilment jew
kwistjoni dwar dak il-ħlas.
Avviż ta’ tneħħija 
ta’ grad ta’ baħri.
136. (1) Meta l-kaptan ta’ bastiment malti jnaqqas il-grad ta’
xi baħri hu għandu minnufih idaħħal jew jara li tidħol fil-ġurnal
t’abbord uffiċjali dikjarazzjoni tat-tnaqqis ta’ grad, u jagħti lill-
baħri kopja tar-reġistrazzjoni; u ebda tnaqqis ta’ paga minħabba
tnaqqis ta’ grad ma għandu jsir qabel ma ssir dik ir-reġistrazzjoni u
tingħata dik il-kopja.
(2) Kull tnaqqis ta’ paga minħabba tnaqqis ta’ grad jitqies li hu
tnaqqis mill-paga skond it-tifsir ta’ l-artikoli 133 u 135 u għandu
jitqies skond hekk.
Tnaqqis u ħlas ta’ 
multi li għandhom 
jitħallsu skond il-
kuntratt. 
Emendat:
XXII.2000.68.
137. (1) Kull multa mwaħħla lil baħri jew apprendist għal xi
għemil ta’ mġieba ħażina li skond il-kuntratt hemm multa għalih
għandha tinġabar bi tnaqqis mill-paga tiegħu u, meta hekk
titnaqqas, għandha tintbagħat minnufih lix-shipping  master.
(2) Jekk kaptan jew sid jonqos mingħajr raġuni xierqa li jħallas
jew jibgħat xi multa kif meħtieġ b’dan l-artikolu jeħel għal kull reat
multa ta’ mhux iżjed minn sitt darbiet l-ammont tal-multa li ma
jkunx hekk imħallas jew mibgħut.
(3) Kull għemil ta’ mġieba ħażina li għalih xi multa tkun ġiet
imwaħħla u tkun tħallset minn, jew tnaqqset mill-paga ta’, baħri
jew apprendist ma għandux jiġi punit aktar skond dan l-Att.
Rata ta’ kambju.
Miżjud:
XXII. 2000.69.
137A. Meta baħri jkun qabel mal-kaptan ta’ bastiment Malti
għall-ħlas tal-paga tiegħu f’munita speċifika, kull ħlas tal-paga
tiegħu jew b’akkont tagħha jekk dan isir f’xi munita oħra li ma
tkunx dik speċifikata fil-kuntratt, għandu jsir, minkejja dak li
jinsab fil-kuntratt, bir-rata ta’ kambju għall-munita speċifikata fil-
kuntratt li tkun f’dak il-waqt tapplika fil-post fejn isir il-ħlas.
Drittijiet tal-baħrin dwar il-paga
Meta jibda d-dritt 
għall-paga. 
138.   Id-dritt ta’ baħri għall-paga u provvisti għandu jitqies li
jibda fil-ħin li hu jibda x-xogħol jew fil-ħin speċifikat fil-kuntratt li
fih hu jibda jaħdem jew ikun meħtieġ abbord, liema minnhom ikun
l-ewwel.
Dritt għall-ġbir ta’ 
paga u ħlas ta’ 
salvataġġ ma 
jintilifx.
139. (1) Baħri ma għandu b’ebda kuntratt jitlef id-drittijiet
tiegħu fuq il-bastiment, jew jiġi miċħud minn xi rimedju għall-ġbir
tal-paga tiegħu, li fin-nuqqas ta’ dak il-kuntratt kien ikollu dritt
għalihom, u ma għandu b’ebda kuntratt jitlef id-dritt tiegħu għall-
paga f’każ li jintilef il-bastiment, jew jitlef xi dritt li jista’ jkollu
jew jikseb għas-salvataġġ; u kull kondizzjoni f’xi kuntratt li ma
tkunx taqbel ma’ xi disposizzjoni skond dan l-Att tkun mingħajr
effett.
(2) Ebda ħaġa f’dan l-artikolu ma għandha tapplika għal
  74      KAP. 234. ħ       BASTIMENTI   MERKANTILI
kondizzjoni magħmula minn baħrin ta’ bastiment, li skond il-
kondizzjonijiet tal-kuntratt għandu jintuża għal servizz ta’
salvataġġ, dwar il-ħlas li għandu jitħallas lilhom għal servizzi ta’
salvataġġ li jingħataw minn dak il-bastiment lil xi bastiment ieħor.
Il-paga ma tkunx 
skond il-qliegħ tan-
nol.
140.   Id-dritt għall-paga ma jiddependix mill-qliegħ tan-nol; u
kull baħri u apprendist li kien ikollu dritt jitlob u jiġbor xi paga
kieku l-bastiment li fuqu jkun qala’ nol għandu, bla ħsara għal kull
regoli ta’ liġi jew kondizzjonijiet li japplikaw għall-każ, ikollu dritt
jitlob u jiġbor il-paga, ukoll jekk ma jkunx sar qliegħ ta’ nol; iżda
fil-każijiet kollha ta’ għarqa jew telf tal-bastiment, prova li l-baħri
ma jkunx għamel ħiltu kollha biex isalva l-bastiment, il-merkanzija
u l-ħażniet, ittellfu d-dritt tiegħu għall-paga.
Temm ta’ servizz 
minħabba 
nawfraġju jew telf 
ta’ bastiment. 
141. (1) Meta minħabba l-għarqa jew telf tal-bastiment li fuqu
baħri jkun ingaġġat is-servizz tiegħu jtemm qabel id-data mniżżla
fil-kuntratt, hu jkollu, bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-
artikolu, dritt, dwar kull ġurnata li fiha fil-fatt ma jkunx impjegat
matul il-perijodu ta’ xahrejn mid-data tat-temm tas-servizz, li
jirċievi l-paga li għaliha kellu dritt f’dik id-data.
(2) Baħri ma jkollux dritt jirċievi paga skond dan l-artikolu
jekk is-sid juri li l-baħri jkun spiċċa bla xogħol mhux minħabba l-
għarqa jew it-telf tal-bastiment, u ma jkollux dritt jirċievi paga
skond dan l-artikolu dwar xi ġurnata jekk is-sid juri li l-baħri seta’
kiseb impieg f’dik il-ġurnata.
(3) F’dan l-artikolu "baħri" tinkludi kull persuna mpjegata jew
ingaġġata fuq kwalunkwe xogħol abbord xi bastiment iżda, f’każ
ta’ bastiment tas-sajd, ma tinkludix xi persuna li jkollha dritt li
titħallas biss b’sehem mill-profitti jew mill-qliegħ gross magħmul
mill-ħdim tal-bastiment.
Temm ta’ servizz 
minħabba mard, 
eċċ.
142.  Meta s-servizz ta’ baħri jtemm qabel id-data mniżżla fil-
kuntratt minħabba li jkun tħalla l-art f’xi post barra minn Malta
skond ċertifikat mogħti kif provdut b’dan l-Att għax ma jkunx
fiżikament tajjeb jew ma jkunx jista’ jkompli l-vjaġġ, hu jkollu
dritt għall-paga sal-ħin li hekk itemm is-servizz, iżda mhux għal
żmien itwal.
Il-paga ma 
titħallasx matul 
rifjut ta’ xogħol 
jew priġunerija. 
143.   Baħri jew apprendist ma jkollux dritt għall-paga f’xi
żmien li matulu hu jkun illegalment irrifjuta jew ittraskura x-
xogħol, meta kien meħtieġ, kemm qabel jew wara ż-żmien stabbilit
mill-kuntratt biex jibda dak ix-xogħol, u lanqas, kemm-il darba l-
qorti li tkun qed tisma’ l-każ ma tordnax xort’oħra, għal kull
perijodu li matulu jkun miżmum il-ħabs legalment għal xi reat li
jkun għamel.
Telf ta’ paga meta 
l-mard ikun 
ikkaġunat mill-
persuna nnifisha. 
144.  Meta baħri ma jkunx jista’ minħabba mard jaqdi dmirijietu
u jiġi pruvat li l-marda kienet ikkaġunata b’egħmil jew b’nuqqas
tiegħu, hu ma jkollux dritt għall-paga għaż-żmien li matulu hu ma
jkunx jista’ minħabba mard jaqdi dmirijietu.
Kumpens lil baħri 
mogħti s-sensja 
mhux bil-mod 
xieraq.
145.   Jekk wara li jkun iffirma kuntratt, l-ingaġġ ta’ baħri
jintemm mhux skond il-kondizzjonijiet ta’ dak il-kuntratt qabel ma
jibda l-vjaġġ jew qabel ma jaqla’ xahar paga, mingħajr ħtija minn
naħa tiegħu li tiġġusitifika t-temm tal-ingaġġ, u mingħajr il-
            BASTIMENTI   MERKANTILI  AP.  234.    75
kunsens tiegħu, hu jkollu dritt jirċievi mingħand il-kaptan jew is-
sid, b’żieda ma’ kull paga li seta’ qala’, kumpens xieraq għal kull
danni li sarulu minħabba t-temm tal-ingaġġ li ma jkunx iżjed minn
xahar paga, u dak il-kumpens jitqies bħala paga li jkun qala’ kif
imiss.
Restrizzjoni fuq l-
għoti ta’, u piż fuq, 
paga.
Kap. 12.
146.   Dwar il-paga li għandha titħallas jew li tkun dovuta lil
baħri jew apprendist għal servizz fuq il-baħar -
(a) dik il-paga ma tkunx suġġetta għal sekwestru skond
iżda suġġetta għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 382
tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili;
(b) kull għoti tagħha li jsir qabel ma tkun dovuta ma
torbotx lill-persuna li tagħmel hekk;
(ċ) kull awtorizzazzjoni sabiex xi ħadd jirċeviha ma tkunx
irrevokabbli;
(d) il-ħlas ta’ paga lill-baħri jew apprendist ikun validu
wkoll jekk ikun qabel sar xi għoti ta’ dawk il-pagi.
 Setgħa tal-qorti li tħassar kuntratti
Setgħa tal-qorti li 
tħassar kuntratt 
bejn is-sid jew 
kaptan u baħri.
147.   Meta jsiru proċedimenti quddiem xi qorti dwar xi
kwistjoni bejn sid jew kaptan ta’ bastiment u baħri jew apprendist li
tinqala’ minħabba jew li tkun inċidentali għal dik ir-relazzjoni
bejniethom, jew isiru għall-fini ta’ dan l-artikolu, il-qorti, jekk
meta tikkunsidra ċ-ċirkostanzi kollha tal-każ jidhrilha hekk ġust li
tagħmel, tista’ tħassar kull kuntratt bejn is-sid jew il-kaptan u l-
baħri jew l-apprendist taħt dawk il-kondizzjonijiet kif il-qorti
jidhrilha ġust, u din is-setgħa tkun b’żieda għal kull ġurisdizzjoni
oħra li l-qorti tista’ teżerċita barra minn skond dan l-artikolu.
Akkommodazzjoni, Provvisti u Saħħa
Akkommodazzjoni
għal baħrin.
Emendat:
XXII. 2000.2, 70.
148. (1) Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti dwar l-
akkommodazzjoni għall-ewkipaġġ li għandha tiġi provduta
f’bastimenti maltin ta’ klassi speċifikati fir-regolamenti.
(2) Mingħajr preġudizzju għall-ġeneralità  tas-subartikolu
minnufih qabel dan, regolamenti magħmula bis-saħħa tiegħu
jistgħu b’mod partikolari -
(a) jippreskrivu l-anqas spazju għal kull persuna li għandu
jiġi provdut bħala akkommodazzjoni għall-irqad għall-
baħrin u l-apprendisti u l-akbar għadd ta’ persuni li
jistgħu jużaw parti speċifika ta’ dik l-
akkommodazzjoni għall-irqad;
(b) jippreskrivu t-tagħmir li għandu jiġi provdut għall-
akkommodazzjoni għall-irqad, kmamar tal-mess,
akkommodazzjoni sanitarja u kċejjen fuq bastiment;
(ċ) jirregolaw kull spazju fuq il-bastiment li fih tkun tista’
tiġi allokata l-akkommodazzjoni ta’ l-ekwipaġġ jew
parti minnha, u kull standard li għandu jiġi osservat
fil-kostruzzjoni, tagħmir u immobbiljar ta’ xi
akkommodazzjoni bħal dik;
(d) jipprovdu għall-protezzjoni ta’ l-ekwipaġġ kontra kull
  76      KAP. 234. ħ       BASTIMENTI   MERKANTILI
feriment, kondensazzjoni, sħana, kesħa u ħoss fuq
bastiment;
(e) jippreskrivu l-faċilitajiet ta’ l-ilma, tisħin, tidwil,
ventilazzjoni u saħħa li għandhom jiġu provduti fuq
bastiment;
(f) jeħtieġu li jingħataw lil surveyor ta’ bastimenti pjanti
u tagħrif dettaljat ta’ kull xogħlijiet li jkunu ser isiru
għall-fini tal-provvista jew tibdil ta’ kull
akkommodazzjoni bħal dik, u jawtorizzaw lis-surveyor
li jispezzjona dawk ix-xogħlijiet;
(g) jipprovdu għall-manutenzjoni u tiswija ta’ kull
akkommodazzjoni bħal dik u jipprojbixxu jew
jillimitaw l-użu ta’ kull akkommodazzjoni bħal dik
għal finijiet oħra barra minn dawk li għalihom tkun
maħsuba; u
(h) jipprovdu għall-ispezzjon, teqjis u mmarkar ta’ l-
akkommodazzjoni ta’ l-ekwipaġġ fuq bastiment u ċ-
ċertifikazzjoni tiegħu bil-għan li jiġi aċċertat it-
tunnellaġġ.
(3) Regolamenti magħmula skond dan l-artikolu jistgħu -
(a) jagħmlu disposizzjonijiet differenti dwar klassijiet
differenti ta’ bastimenti jew dwar bastimenti li kienu
reġistrati f’Malta f’dati differenti jew li l-kostruzzjoni
tagħhom inbdiet f’dati differenti u dwar
akkommodazzjoni ta’ l-ekwipaġġ provduta għal baħrin
u apprendisti ta’ kategoriji differenti;
(b) jeżentaw kull bastiment jew klassi ta’ bastimenti mill-
ħtiġijiet tar-regolamenti, jew għal kollox jew skond
dawk il-kondizzjonijiet li l-Ministru jidhirlu xierqa;
(ċ) jeħtieġu lill-kaptan ta’ bastiment jew lil kull uffiċjal
minnu awtorizzat għal dak l-għan, li jagħmel dawk l-
ispezzjonijiet li jistgħu jiġu hekk preskritti ta’ l-
akkommodazzjoni ta’ l-ekwipaġġ.
(4) Jekk id-disposizzjonijiet ta’ xi regolamenti magħmula
skond dan l-artikolu jiġu miksura fil-każ ta’ bastiment, is-sid jew
il-kaptan tal-bastiment jeħel multa ta’ mhux iżjed minn ħames mitt
unit.
(5) Regolamenti taħt dan l-artikolu jistgħu jsiru permezz ta’
riferenza sħiħa jew f’parti għall-ħtiġijiet tal-Konvenzjoni
(Riveduta) ta’ l-1949 dwar l-Ekwipaġġi (Nru. 92) u tal-
Konvenzjoni (Provvedimenti Supplimentari) ta’ l-1970 dwar l-
Akkommodazzjoni ta’ l-Ekwipaġġi (Nru. 133), it-tnejn ta’ l-
Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), inkluża kull
reviżjoni tagħhom
Provvisti u ilma.
Sostitwit:
XXII. 2000.71.
149. (1) Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti li bihom
jeħtieġ li jingħataw provisti u ilma lil persuni impjegati fuq
bastimenti Maltin jew kull klassi ta’ bastimenti hekk kif jista’ jiġi
speċifikat fir-regolamenti.
            BASTIMENTI   MERKANTILI  AP.  234.    77
(2) Il-Ministru jista’ jeżenta kull bastiment jew klassi ta’
bastimenti minn xi ħtiġijiet ta’ regolamenti magħmula taħt dan l-
artikolu, sew għalkollox sew kif suġġett għal dawk il-
kondizzjonijiet li huwa jista’ jqis li jkunu xierqa.
(3) Meta d-disposizzjonijiet ta’ regolamenti magħmulin taħt
dan l-artikolu ma jitħarsux fil-każ ta’ xi bastiment, il-kaptan jew is-
sid jistgħu jeħlu, b’żieda mal-ħlas ta’ kumpens taħt l-artikolu 150A
ta’ dan l-Att, multa ta’ mhux iżjed minn elf unit kemm-il darba ma
jġibx prova li dak in-nuqqas ta’ tħaris ma kienx dovut minħabba
fin-negliġenza jew in-nuqqas tiegħu.
(4) Meta persuna li jkollha s-setgħa taħt dan l-Att li tispezzjona
l-provvisti u l-ilma li jkun se jingħata lill-persuni impjegati fuq
bastiment Malti ma tkunx sodisfatta li dawn ikunu skond
regolamenti magħmulin taħt dan l-artikolu, hija għandha tgħarraf
lill-kaptan tal-bastiment bil-fehma tagħha, u ċ-ċertifikat ta’
reġistrazzjoni tal-bastiment, sew provviżorju sew xort’oħra, jista’
jiġi sospiż sakemm jiġu rimedjati d-difetti.
Ilment dwar il-
provvisti jew l-
ilma.
Sostitwit:
XXII. 2000.71.
150.  (1) Meta tlieta jew iktar mill-membri ta’ l-ekwipaġġ ta’
bastiment Malti jqisu li l-provvisti jew l-ilma mogħtija għall-użu
ta’ l-ekwipaġġ ikunu, f’xi żmien, ħżiena fil-kwalità  jew defiċjenti
fil-kwantità , huma jistgħu jilmentaw dwar dan ma’ reġistratur jew
ma’ uffiċjal konsulari Malti jew ma’ spettur xieraq, li mbagħad
jista’ jew jezamina dawk il-provvisti jew l-ilma li dwarhom ikun
sar l-ilment, jew iġiegħel li dawn jiġu eżaminati.
(2) Meta l-persuna li tkun qed tagħmel l-eżami taħt dan l-
artikolu jirriżultalha li l-provvisti jew l-ilma jkunu ħżiena fil-
kwalità  jew defiċjenti fil-kwantità , hija għandha tikkomunika dan
il-fatt bil-miktub lill-kaptan tal-bastiment, u jekk il-kaptan ma
jissostitwihomx bi provvisti tajbin jew b’ilma tajjeb għall-konsum
uman fi żmien raġonevoli jew, mingħajr skuża raġonevoli,
jippermetti li dawn jibqgħu jintużaw, huwa jista’ jeħel multa ta’
mhux iżjed minn elf unit kemm-il darba ma jġibx prova li n-nuqqas
li jissostitwihom jew il-permess li dawn jibqgħu jintużaw ma
kienux dovuti minħabba fin-negliġenza jew in-nuqqas tiegħu.
(3) Min jagħmel l-eżami għandu jniżżel bil-miktub
dikjarazzjoni tar-riżultat ta’ l-eżami fil-ġurnal uffiċjali ta’ abbord u
jibgħat rapport dwar dan lir-reġistratur, u dak ir-rapport għandu
jkun ammissibbli bħala prova bil-mod provdut b’dan l-Att.
(4) Meta min jagħmel l-eżami jiċċertifika fid-dikjarazzjoni
tiegħu li ma kien hemm ebda bażi raġonevoli għall-ilment, kull
wieħed minn dawk li jagħmlu l-ilment jista’ jkun dovut jagħmel
riżarċiment lis-sid mill-paga tiegħu li ma jkunx jeċċedi l-paga ta’
ġimgħa.
Kumpens flok 
provvisti nieqsa 
jew ħżiena.
Miżjud:
XXII.2000.71.
150A. (1) Jekk matul il-vjaġġ ta’ bastiment Malti l-għoti ta’ xi
wahda mill-provvisti li jingħataw lil persuna jkun inqas minn dak
preskritt jew xi waħda minn dawk il-provvisti tkun ta’ kwalità
hażina, il-persuna għandha tirċievi b’kumpens għad-defiċjenza jew
għall-kwalità  ħażina, sakemm din tibqa’ sseħħ, dawk l-ammonti ta’
flus li jistgħu jiġu preskritti li jitħalsulha b’żieda mal-paga, u li jiġu
riċevuti bħala hekk.
  78      KAP. 234. ħ       BASTIMENTI   MERKANTILI
(2) Meta d-defiċjenza tkun ġrat għax ma jkunux jistgħu
jinkisbu jew jiġu fornuti l-provvisti fil-kwantitajiet meħtieġa, u
minflok ikunu ġew fornuti sostituti ekwivalenti adattati, dawk iċ-
ċirkostanzi għandhom jitqiesu għall-għanijiet tas-subartikolu (1) u
l-kumpens għandu jiġi hekk imnaqqas jew miċhud skond il-każ.
Mwieżen u kejliet 
abbord.
Emendat:
XXII. 2000.2.
151. (1) Il-kaptan ta’ bastiment malti għandu jżomm abbord l-
imwieżen u l-kejliet xierqa biex jistabbilixxi l-kwantitajiet tad-
diversi provvisti u oġġetti mogħtija, u għandu jħallihom jintużaw
fil-ħin tal-għoti tal-provvisti u l-oġġetti quddiem xhud meta
tinqala’ xi kwistjoni dwar kwantitajiet.
(2) Jekk il-kaptan jonqos mingħajr raġuni xierqa li jħares dan l-
artikolu, jeħel għal kull reat multa ta’ mhux iżjed minn għaxar
units. 
Regolamenti dwar 
ħażniet mediċi.
Sostitwit:
XXII. 2000.72.
152. (1) Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti biex jipproteġi
s-saħħa ta’ persuni abbord bastimenti Maltin u li jkunu jeħtieġu li
bastimenti Maltin ikollhom fuqhom dawk il-mediċini, ħażniet
mediċi, tagħmir, faċilitajiet, strumenti u kotba li jkun fihom
istruzzjonijiet u kunsilli, hekk kif jista’ jiġi speċifikat fir-
regolamenti, u r-regolamenti jistgħu jagħmlu disposizzjonijiet
differenti għal deskrizzjonijiet differenti ta’ bastimenti jew għal
ċirkostanzi differenti.
(2) Is-sid u l-kaptan ta’ kull bastiment Malti għandu jiżgura li
l-bastiment ikollu mediċini, ħażniet mediċi, tagħmir, faċilitajiet,
strumenti u kotba skond l-iskali stabbiliti taħt is-subartikolu (1).
(3) Meta spettur xieraq ikun tal-fehma li l-mediċini, ħażniet
mediċi, tagħmir, faċilitajiet, strumenti u kotba fuq bastiment Malti
jkunu defiċjenti fil-kwalità  jew fil-kwantità  jew ikunu tqegħdu
f’reċipjenti mhux adattati, huwa għandu jgħarraf b’dan lill-kaptan,
lis-sid jew lill-aġent tal-bastiment, u ċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni
tal-bastiment, sew proviżorju sew xort’oħra, jista’ jiġi sospiż
sakemm jiġi rimedjat id-difett:
Iżda jekk il-kaptan jew is-sid tal-bastiment jonqos milli
jirrimedja n-nuqqas u jħares il-ħtiġijiet ta’ dan l-artikolu, il-kaptan
jew is-sid jista’ jeħel multa li ma tkunx ta’ iktar minn ħames mitt
unit kemm il-darba ma jġibx prova li dak in-nuqqas ta’ tħaris ma
kienx dovut għan-nuqqas ta’ attenzjoni, negliġenza jew xi nuqqas
volontarju tiegħu.
Regolamenti dwar 
sigurtà  fuq il-post 
tax-xogħol.
Sostitwit:
XXII. 2000.73.
153.  (1) Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ kull liġi oħra, il-
Ministru jista’ jagħmel regolamenti sabiex jiżgura, sakemm ikun
prattikabbli, kondizzjonijiet tax-xogħol siguri u mezzi ta’ aċċess
siguri għal persuni impjegati fuq bastimenti Maltin.
(2) Mingħajr preġudizzju għall-ġeneralità  tas-subartikolu (1) u
ta’ kull disposizzjoni ta’ dan l-Att, jew ta’ kull regolament, regola
jew ordni magħmulin taħtu, regolamenti li jsiru taħt dan l-artikolu
jistgħu -
(a) ikunu jipprovdu dwar -
(i) il-fattizzi strutturali tal-bastiment,
(ii) kull makkinarju jew tagħmir li jintuża abbord,
            BASTIMENTI   MERKANTILI  AP.  234.    79
(iii) miżuri speċjali ta’ sigurezza fuq u taħt il-gverta,
(iv) kull tagħmir għat-tagħbija,
(v) trażżin u prevenzjoni ta’ ħruq, 
(vi) ankri, ktajjen u ħbula,
(vii) merkanzija u saborra perikoluża, u
(viii) tagħmir protettiv personali;
(b) ikunu jeħtieġu l-manutenzjoni, spezzjon u ttestjar ta’
kull tagħmir u jimponu kondizzjonijiet dwar l-użu
tiegħu;
(ċ) ikunu jeħtieġu, jipprojbixxu, jew jirregolaw l-użu ta’
kull materjal jew proċess;
(d) ikunu jeħtieġu l-provvista u l-użu ta’ xi lbies jew
tagħmir protettiv;
(e) ikunu jillimitaw is-sigħat ta’ impieg ta’ Kaptani,
baħrin u apprentisti f’xi operazzjoni speċifikata jew
f’xi ċirkostanzi speċifikati;
(f) jagħmlu provvedimenti dwar it-twettiq minn persuni
maħtura minn fost il-persuni impjegati fuq il-
bastiment, ta’ funzjonijiet li jkollhom x’jaqsmu ma’ l-
arranġamenti li jsiru taħt regolamenti; u
(g) jagħmlu provvedimenti li jispeċifikaw ir-
responsabbiltajiet u dmirijiet rispettivi ta’ l-Awtorità ,
tas-sidien, kaptani, baħrin, piloti u apprendisti fil-
prevenzjoni ta’ diżgrazzji fuq il-baħar.
(3) Regolamenti magħmula taħt dan l-artikolu jistgħu
jipprovdu li persuna li tikser xi disposizzjoni tagħhom tkun
suġġetta għal dik il-penali li tista’ tkun provduta fir-regolamenti, li
tkun penali li ma tkunx aktar minn elf unit.
Spetturi xierqa. 
Emendat:
XXII. 2000.2, 74.
154. (1) Il-Ministru jista’ jinkariga lil dawk il-persuni li
jidhirlu xierqa (f’dan l-Att imsejħa ''l-ispetturi xierqa'') biex
jiżguraw it-tħaris tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att dwar il-
bastimenti, it-tħaddim tagħhom, l-ekwipaġġ, it-tagħmir, l-
akkommodazzjoni, il-provvisti u l-ilma u l-kondizzjonijiet ta’
abbord, u meta jagħmel dan huwa jista’ partikolarment jinkariga
spettur xieraq jew li jiżgura t-tħaris tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-
Att b’mod ġenerali jew dak ta’ xi disposizzjoni jew
disposizzjonijiet partikolari ta’ dan l-Att.
(2) Spetturi xierqa għandhom jaqdu d-dmirijiet tagħhom skond
istruzzjonijiet mogħtija minn żmien għal żmien mill-Ministru, u fil-
qadi ta’ dmirijiethom jistgħu -
(a) jitilgħu abbord kull bastiment u jispezzjonawh jew
kull parti minnu u kull oġġett abbord li għalih
japplikaw l-imsemmija disposizzjonijiet ta’ dan l-Att;
(b) jitolbu l-produzzjoni tal-kotba, ċertifikati (inklużi
ċertifikati ta’ kompetenza), karti jew dokumenti oħra li
fil-fehma tagħhom ikunu importanti;
(ċ) jitolbu l-attendenza ta’ dawk il-persuni li jidhrilhom
xierqa li jsejħu quddiemhom u jeżaminaw, u jagħtu l-
  80      KAP. 234. ħ       BASTIMENTI   MERKANTILI
ġurament lil, dawk il-persuni.
(3) Jekk xi persuna ttellef spettur xieraq fil-qadi ta’ dmirijietu,
jew tirrifjuta jew tittraskura li tattendi bħala xhud quddiemu wara li
tkun hekk issejħet biex tagħmel, jew tirrifjuta li twieġeb jew li
tipproduċi xi dokument li jkun għandha, dik il-persuna teħel għal
kull reat multa ta’ mhux iżjed minn mitt unit.
(4) Il-Ministru jista’ b’regolamenti taħt dan l-Att jipprovdi li l-
ispetturi xierqa għandhom iġorru fuqhom dak id-dokument ta’ l-
identità  li jkun juri dawk id-dettalji u li jkun fih dak it-tagħrif hekk
kif jista’ jiġi preskritt.
Faċilitajiet għal ilmenti
Faċilitajiet għal 
ilmenti.
Emendat:
XXII. 2000.2.
155. (1) Jekk baħri jew apprendist fil-waqt li jkun qiegħed
abbord jiddikjara lill-kaptan tal-bastiment li jixtieq jagħmel ilment
lix-shipping  master, jew lil spettur xieraq, jew lil uffiċjal konsulari
ta’ Malta, kontra l-kaptan jew kontra xi ħadd mill-ekwipaġġ, il-
kaptan għandu, malli s-servizz tal-bastiment jippermetti -
(a) jekk il-bastiment ikun f’post fejn ikun hemm xi waħda
mill-imsemmija persuni li lilha għandu jsir l-ilment,
wara dik id-dikjarazzjoni; u
(b) jekk il-bastiment ma jkunx dak il-ħin f’post bħal dak,
wara li jasal għall-ewwel darba f’dak il-post,
iħalli lil min irid jagħmel l-ilment jinżel l-art jew jibgħatu l-art taħt
kustodja xierqa biex ikun jista’ jagħmel l-ilment tiegħu.
(2) Jekk il-kaptan ta’ bastiment jonqos mingħajr raġuni xierqa
li jħares dan l-artikolu, jeħel għal kull reat multa ta’ mhux iżjed
minn għaxar units.
Baħri li jmut jew li jkun nawfragat u baħri li jitħalla l-art 
Ħwejjeġ u paga ta’ 
baħrin li jmutu.
Emendat:
XXII. 2000.2.
156.  Jekk xi baħri jew apprendist ta’ bastiment malti jmut fil-
waqt li jkun fuq dak il-bastiment, id-disposizzjonijiet li ġejjin
għandhom iseħħu dwar kull flus jew ħwejjeġ tal-baħri jew
apprendist u dwar kull paga li jkollha titħallas lilu:
(a) il-kaptan tal-bastiment għandu jieħu f’idejh kull flus u
ħwejjeġ tal-baħri jew ta’ l-apprendist li jkunu abbord; 
(b) jekk il-baħri jew l-apprendist imut fil-waqt li l-
bastiment ikun Malta, ix-shipping  master, u f’kull każ
ieħor, l-uffiċjal konsulari ta’ Malta fil-post jew qrib il-
post tal-ġrajja, għandu jitlob u jieħu f’idejh dawk il-
flus jew ħwejjeġ li jkunu f’dak il-post u mhux abbord
il-bastiment;
(ċ) ix-shipping   master jew l-uffiċjal konsulari ta’ Malta
jista’, jekk jidhirlu xieraq, ibiegħ kull proprjetà
mogħtija lilu, jew li jkun ħa f’idejh, skond dan l-
artikolu, u d-dħul mill-bejgħ għandu jitqies li jifforma
parti minn dik il-proprjetà ;
(d) il-kaptan tal-bastiment għandu jniżżel fil-ġurnal
t’abbord uffiċjali:
            BASTIMENTI   MERKANTILI  AP.  234.    81
(i) dikjarazzjoni ta’ l-ammont ta’ flus u
deskrizzjoni tal-ħwejjeġ;
(ii) dikjarazzjoni tas-somma li għandha titħallas lill-
mejjet bħala paga u l-ammont ta’ tnaqqis, jekk
ikun hemm, li għandu jsir mill-paga, u dak li
jitniżżel għandu jiġi ffirmat mill-kaptan u jsir
bix-xiehda ta’ l-ewwel uffiċjal u ta’ xi membru
ieħor ta’ l-ekwipaġġ;
(e) il-kaptan għandu jħallas u jikkonsenja dik il-proprjetà
u paga kollha lix-shipping   master,  jekk il-port tad-
destinazzjoni tiegħu jkun f’Malta, fi żmien tmienja u
erbgħin siegħa mill-wasla tiegħu f’dak il-port, u f’kull
każ ieħor, lill-uffiċjal konsulari ta’ Malta ta’ l-ewwel
port, fejn il-bastiment jidħol u joqgħod għal tmienja u
erbgħin siegħa, fejn ikun hemm dak l-uffiċjal;
(f) uffiċjal konsulari li jieħu f’idejh jew jirċievi kull
proprjetà  jew paga bħal dik għandu jibgħatha lill-
Ministru jew għandu jagħmel b’dik il-proprjetà  jew
paga kif il-Ministru jordna;
(g) fil-każijiet kollha meta baħri jew apprendist imut waqt
vjaġġ jew ingaġġ, il-kaptan għandu jagħti lix-shipping
master jew lill-uffiċjal konsulari li lilu jsir il-ħlas u l-
konsenja kif intqal qabel, dak il-kont u f’dik il-forma li
jistgħu jeħtieġu tal-proprjetà  tal-mejjet u ta’ kull paga
li jkollha titħallas lilu, u ebda tnaqqis li l-kaptan
jippretendi li għandu jsir ma jitħalla jsir jekk ma
jintalabx f’dak il-kont u jekk ma jiġix verifikat bi
tniżżil fil-ġurnal t’abbord uffiċjali magħmul u attestat
kif meħtieġ b’dan l-Att;
(h) jekk il-kaptan tal-bastiment jonqos li jħares dan l-
artikolu, hu jkun responsabbli għall-proprjetà  lill-
Ministru u għandu jikkonsenjaha u jħallasha lilu skond
hekk, u barra minn hekk jeħel multa ta’ mhux iktar
minn tliet darbiet il-valur tal-proprjetà  li ma tkunx
imniżżla fil-kont jew, jekk dak il-valur ma jkunx
stabbilit, mhux iktar minn ħamsin unit.
Ħwejjeġ u paga ta’ 
baħrin li jitħallew 
l-art.
Emendat:
XXII. 2000.2.
157. (1) Jekk baħri jew apprendist ta’ bastiment malti jitħalla
l-art, il-kaptan tal-bastiment għandu -
(a) kemm jista’ jkun malajr iniżżel fil-ġurnal t’abbord
uffiċjali dikjarazzjoni tal-proprjetà  mħollija abbord
mill-baħri jew l-apprendist u ta’ l-ammont li għandu
jitħallas lilu bħala paga fil-ħin li jkun tħalla l-art; u
(b) malli jispiċċa l-vjaġġ li matulu l-baħri jew apprendist
ikun tħalla l-art, jagħti, fi żmien tmienja u erbgħin
siegħa mill-wasla tal-bastiment fil-port li fih jispiċċa l-
vjaġġ, lix-shipping   master,  jekk il-vjaġġ jispiċċa
f’Malta, jew, jekk il-vjaġġ jispiċċa f’port fejn ikun
hemm uffiċjal konsulari ta’ Malta, lil dak l-uffiċjal,
dawk il-kontijiet u f’dik il-forma li huma jistgħu
jeħtieġu tal-proprjetà  mħollija abbord mill-baħri jew l-
  82      KAP. 234. ħ       BASTIMENTI   MERKANTILI
apprendist u ta’ kull paga li għandhom jitħallsu lilu,
kif ukoll kull tnaqqis, jekk ikun hemm, li għandu jsir
minn dik il-paga, u ta’ kull spejjeż li jkunu saru mill-
kaptan jew mis-sid tal-bastiment minħabba l-assenza
tal-baħri meta l-assenza tkun minħabba deżerzjoni,
nuqqas li jerġa’ lura fuq il-bastiment tiegħu jew
imġieba oħra li tikkostitwixxi reat skond l-artikolu
171.
(2) Il-kaptan tal-bastiment għandu jagħti lill-uffiċjal li lilu jsir
l-imsemmi kont il-proprjetà  tal-baħri jew ta’ l-apprendist kif murija
f’dak il-kont u, suġġetta għal kull tnaqqis jew spejjeż li jistgħu jsiru
skond dan l-artikolu, l-ammont li għandu jitħallas bħala paga kif
muri f’dak il-kont; u dak l-uffiċjal għandu jagħti lill-kaptan
irċevuta tagħhom.
(3) Ebda tnaqqis li l-kaptan jippretendi li għandu jsir ma
għandu jitħalla li jsir jekk ma jintalabx f’dak il-kont u jiġi verifikat
bi tniżżil fil-ġurnal t’abbord uffiċjali magħmul u attestat kif
meħtieġ b’dan l-Att; u ebda spejjeż mitluba mill-kaptan jew mis-sid
ma għandhom jitħallew li jitnaqqsu jekk ma jintalbux fl-imsemmi
kont jew jekk fil-fehma ta’ l-uffiċjal li jirċievi l-kont ma
għandhomx jiġu addebitati jew jekk, fil-każ li huwa hekk jitlob, ma
jiġux pruvati b’kontijiet.
(4) L-uffiċjal li lilu jsiru l-ħlas u l-konsenja kif intqal qabel
għandu jibgħat il-proprjetà  u kull ammont irċevut akkont tal-paga
skond dan l-artikolu lill-Ministru jew jagħmel b’dik il-proprjetà  u
paga kif jordna l-Ministru.
(5) Jekk il-kaptan ta’ bastiment jonqos mingħajr raġuni xierqa
li jħares dan l-artikolu, jeħel (b’żieda ma’ kull responsabbiltà  oħra)
għal kull reat multa ta’ mhux iżjed minn ħamsin unit.
Spejjeż ta’ kura 
medika f’każ ta’ 
korriment jew 
mard.
158. (1) Jekk il-kaptan ta’, jew baħri jew apprendist fuq,
bastiment malti jweġġa’ jew ikorri fuq is-servizz tal-bastiment, jew
ibati minn xi marda (li ma tkunx marda kawżata minn għemil bir-
rieda tiegħu jew b’imġieba ħażina tiegħu), l-ispejjeż biex jingħataw
parir u kura kirurġika u medika u mediċini kif ikun meħtieġ, u
wkoll l-ispejjeż tal-manteniment tal-kaptan jew baħri jew
apprendist sakemm ifiq, imut, jew jintbagħat lura f’port ta’ ritorn
xieraq, magħdud ukoll kull żmien li matulu ma jkollux impieg wara
li jkun ġie mfejjaq u qabel ma jintbagħat lura f’port ta’ ritorn
xieraq, u l-ġarr tiegħu għall-port, u, f’każ ta’ mewt, l-ispejjeż (jekk
ikun hemm) għad-difna tiegħu, għandhom jitħallsu mis-sid tal-
bastiment, mingħajr ebda tnaqqis minħabba f’hekk mill-paga
tiegħu:
Iżda sid ma jkunx responsabbli taħt dan l-artikolu li jħallas
l-ispejjeż għall-manteniment ta’ xi persuna matul xi perijodu wara
li tkun ġiet imfejqa jew waqt il-ġarr tagħha għal port ta’ ritorn
xieraq jekk juri li dik il-persuna ma tkunx aċċettat impieg xieraq
abbord bastiment malti li jkun sejjer fi żmien raġonevoli f’port ta’
ritorn xieraq jew tkun naqset li tħares xi arranġamenti oħra
raġonevoli li jsiru biex tintbagħat lura f’port ta’ ritorn xieraq.
(2) Jekk il-kaptan jew baħri jew apprendist minħabba li jkun
            BASTIMENTI   MERKANTILI  AP.  234.    83
marid jitneħħa temporanjament minn dak il-bastiment sabiex tiġi
evitata infezzjoni, jew xort’oħra għall-konvenjenza tal-bastiment, u
wara jerġa’ lura għal dmirijietu, l-ispejjeż biex jitneħħa u biex jiġu
provduti l-parir, il-kura u l-mediċini meħtieġa, u tal-manteniment
tiegħu fil-waqt li ma jkunx fuq il-bastiment għandhom jitħallsu bl-
istess mod.
(3) L-ispejjeż tal-mediċini, parir u kura kirurġika u medika
kollha mogħtija lil kaptan jew baħri jew apprendist fil-waqt li jkun
abbord il-bastiment tiegħu għandhom jitħallsu bl-istess mod.
(4) Fil-każijiet l-oħra kollha kull spejjeż raġonevoli li jkunu
saru kif imiss mis-sid dwar il-mard ta’ xi baħri jew apprendist, u
wkoll kull spejjeż raġonevoli li jkunu saru kif imiss mis-sid dwar
id-dfin ta’ xi baħri jew apprendist li jmut fuq is-servizz għandhom,
jekk jiġu ppruvati kif imiss, jitnaqqsu mill-paga tal-baħri jew ta’ l-
apprendist.
Ġbir lura ta’ 
spejjeż mingħand 
is-sid.
159. (l) Jekk xi spejjeż dwar mard, uġigħ jew korriment ta’
baħri jew apprendist, li għandhom jitħallsu skond dan l-Att mill-
kaptan jew mis-sid, ikunu tħallsu minn xi awtorità  f’isem il-Gvern
ta’ Malta, jew jekk xi spejjeż oħra dwar il-marda, l-uġigħ jew
korriment ta’ xi baħri jew apprendist li l-paga tiegħu ma jkunx
ingħata rendikont tagħha skond dan l-Att lil dik l-awtorità , jiġu
hekk imħallsa, dawk l-ispejjeż għandhom jitħallsu lura lill-awtorità
mill-kaptan jew mis-sid tal-bastiment.
(2) Jekk l-ispejjeż ma jitħallsux hekk lura, l-ammont tagħhom
bl-ispejjeż ikun dejn fuq il-bastiment u jkun jista’ jinġabar
mingħand il-kaptan jew mingħand is-sid tal-bastiment ta’ dak iż-
żmien jew, meta l-bastiment ikun intilef, mingħand il-persuna li
kienet sid il-bastiment fiż-żmien tat-telf, jew, meta l-bastiment
ikun ġie trasferit lil xi persuna li ma tkunx ċittadin ta’ Malta jew li
ma tkunx għaqda ta’ persuni kif stabbilita skond il-liġijiet ta’
Malta, jew mingħand is-sid ta’ dak iż-żmien jew mingħand il-
persuna li kienet is-sid tal-bastiment fiż-żmien tat-trasferiment, fuq
istanza tal-persuna li toħroġ l-ispejjeż jew bħala dejn li għandu
jitħallas lill-Gvern ta’ Malta.
(3) F’kull proċediment għal dak il-ġbir lura, ċertifikat tal-fatti
ffirmat minn dik l-awtorità , flimkien ma’ dawk il-kontijiet (jekk
ikun hemm) skond kif jeħtieġ il-każ, ikunu prova biżżejjed li l-
imsemmija spejjeż ikunu tħallsu kif imiss minn dik l-awtorità .
Ċertifikat meħtieġ 
meta baħri jitħalla 
l-art.
Emendat:
XXII. 2000.2.
160. (1) Il-kaptan ta’ bastiment malti ma għandu jħalli ebda
baħri warajh f’xi post, fuq l-art jew fuq il-baħar (ħlief meta l-baħri
jkun temm l-ingaġġ skond dan l-Att), kemm-il darba ma jiksibx bil-
quddiem, bi tniżżil fuq il-kuntratt ma’ l-ekwipaġġ iċ-ċertifikat tax-
shipping  master jew ta’ uffiċjal konsulari ta’ Malta li jagħti r-raġuni
għaliex il-baħri jew l-apprendist ikun tħalla wara, kemm jekk ir-
raġuni kienet għax ma kienx aktar tajjeb biex ikompli jew ma setax
ikompli jbaħħar, deżerzjoni, għax ma deherx aktar, jew xort’oħra.
(2) L-uffiċjal li lilu ssir applikazzjoni għal ċertifikat skond dan
l-artikolu għandu jeżamina r-raġunijiet li għalihom baħri jew
apprendist ikun ser jitħalla wara, u għal dak l-għan jista’, jekk
jidhirlu xieraq, jagħti ġuramenti, u jista’ jagħti jew jirrifjuta ċ-
  84      KAP. 234. ħ       BASTIMENTI   MERKANTILI
ċertifikat kif jidhirlu xieraq, iżda ċ-ċertifikat ma għandux jinżamm
mingħajr raġuni tajba.
(3) Jekk il-kaptan ta’ bastiment jonqos li jħares dan l-artikolu
hu jeħel (bla ħsara għar-responsabbilità  tiegħu skond xi
disposizzjoni oħra ta’ dan l-Att) għal kull reat priġunerija għal
żmien ta’ mhux aktar minn sentejn jew multa ta’ mhux iżjed minn
ħames mitt unit jew dik il-priġunerija u multa flimkien, u f’kull
proċedimenti legali għar-reat il-kaptan irid jipprova li ċ-ċertifikat
ikun inkiseb, jew li ma setax jinkiseb, jew li ma setax jinkiseb
mingħajr dewmien żejjed għall-bastiment, jew li kien miżmum
mingħajr raġuni tajba.
Kont u ħlas ta’ 
paga f’każ li baħri 
jitħalla l-art.
Emendat:
XXII. 2000.2.
161. (l) Meta kaptan ta’ bastiment malti jħalli baħri jew
apprendist l-art f’xi post minħabba li ma jkunx fi stat jew ma jkunx
jista’ jbaħħar, hu għandu jagħti f’żewġ oriġinali lill-uffiċjal li
jagħti ċ-ċertifikat meħtieġ b’dan l-Att kont sħiħ u eżatt tal-paga li
għandha titħallas lill-baħri jew lill-apprendist.
(2) Il-kaptan għandu jħallas l-ammont tal-paga li jkollu
jitħallas kif intqal qabel jew lill-baħri jew lill-apprendist innifsu,
jew lill-imsemmi uffiċjal.
(3) Meta l-ħlas isir lix-shipping  master jew lil uffiċjal
konsulari, dak l-uffiċjal għandu jżomm waħda mill-kopji tal-kont
mogħti lilu u, jekk ikun sodisfatt bil-kont, iniżżel fuq il-kopja l-
oħra riċevuta għall-ħlas u jibgħatha lura lill-kaptan, u l-kaptan
għandu jagħti l-kopja fi żmien tmienja u erbgħin siegħa mir-ritorn
tiegħu fil-port tad-destinazzjoni tiegħu, jekk dak il-port ikun
f’Malta, lix-shipping  master, u f’kull każ ieħor lill-uffiċjal
konsulari ta’ Malta f’dak il-port.
(4) Jekk il-kaptan jonqos mingħajr raġuni xierqa li jħares dan l-
artikolu jew bid-dehen jagħti kont falz, jeħel għal kull reat multa
ta’ mhux iżjed minn għoxrin unit.
Pagamenti akkont 
tal-paga. 
162.  Meta l-ammont tal-paga li għandha titħallas lil baħri jew
lil apprendist imħolli l-art minħabba li ma jkunx fi stat jew ma
jkunx tajjeb biex ibaħħar jitħallas lix-shipping  master jew lil
uffiċjal konsulari, dak l-uffiċjal għandu jittratta dik is-somma hekk
imħallsa lilu kif ġej:
(a) jekk il-baħri jew l-apprendist wara jikseb impieg fil-
port jew jitlaq mill-port fejn ikun sar il-ħlas, hu
għandu jnaqqas mis-somma l-ispejjeż kollha li jkun
għamel dwar il-manteniment tiegħu, barra minn dawk
li skond dan l-Att għandhom jitħallsu mill-kaptan jew
mis-sid, u għandu jħallas il-bqija lill-baħri jew lill-
apprendist u jagħtih kont tas-somom hekk riċevuti u li
ntefqu għalih;
(b) jekk il-baħri jew l-apprendist imut hu għandu jqis is-
somma bħala parti mill-proprjetà  tal-baħri mejjet;
(ċ) jekk il-baħri jew l-apprendist jintbagħat f’port ta’
ritorn xieraq bi spiża pubblika hu għandu jagħti kont
għas-somma lill-Ministru.
            BASTIMENTI   MERKANTILI  AP.  234.    85
Regolamenti dwar 
għajnuna lil u 
manteniment ta’ 
baħrin fi bżonn. 
163.  Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti dwar l-għajnuna, il-
manteniment u r-ritorn għall-port ta’ ritorn xieraq ta’ baħrin u
apprendisti li raw l-għarqa u ta’ baħrin u apprendisti li xort’oħra
jinsabu f’xi bżonn f’xi post u jista’ b’dawk ir-regolamenti (f’dan l-
Att imsejħa "regolamenti dwar baħrin fi bżonn") jagħmel dawk il-
kondizzjonijiet li jidhirlu li jkunu xierqa dwar dik l-għajnuna, dak
il-manteniment u r-ritorn lura f’port ta’ ritorn xieraq; u meta r-
regolamenti hekk jipprovdu, kull ħlas magħmul bis-saħħa tagħhom
jiġi addebitat lill-Fond Konsolidat.
Arranġament dwar 
għajnuna jew 
manteniment ta’ 
baħrin fi bżonn.
Emendat:
XXII. 2000.75.
164.  Meta jew -
(a) xi baħri jew apprendist, sew jekk ċittadin malti jew
jekk le, jinsab f’xi post u jkun ra l-għarqa minn
bastiment malti, jew, minħabba li l-ingaġġ tiegħu jkun
intemm jew għax ikun tħalla wara minn xi bastiment
bħal dak, ikollu bżonn għajnuna f’dak il-post; jew
(b) xi baħri jew apprendist, li jkun ċittadin malti, li jkun
ġie ingaġġat biex iservi fuq bastiment proprjetà  tal-
gvern ta’, jew reġistrat fi, xi pajjiż barrani, ikollu
bżonn għajnuna f’xi post,
l-uffiċjal konsulari ta’ Malta f’dak il-port, jew dik il-persuna li tiġi
msemmija fir-regolamenti dwar baħrin fi bżonn, għandha skond u
taħt il-kondizzjonijiet preskritti b’dawk ir-regolamenti, tipprovdi
skond dan l-Att għar-ritorn ta’ dawk il-baħrin jew apprendisti għal
port ta’ ritorn xieraq u biex tipprovdi għall-ħwejjeġ u għall-
manteniment li jkollhom bżonn sakemm jitilqu għal dak il-port u,
fil-każ ta’ mewt, għall-ispejjeż tad-difna u, barra minn hekk, fil-każ
ta’ baħrin jew apprendisti li raw l-għarqa, għall-ħlas lura ta’ kull
spejjeż li jkunu saru għall-ġarr tagħhom f’port wara l-għarqa
tagħhom u għall-manteniment tagħhom fil-waqt li jkunu hekk qed
jinġarru.
Ġbir lura ta’ 
spejjeż dwar 
għajnuna lil baħrin 
fi bżonn. 
165. (1) Meta xi spejjeż (barra minn spejjeż eċċettwati kif
imfissra f’dan l-artikolu) isiru minn jew f’isem il-Gvern ta’ Malta,
jew isiru mill-gvern ta’ pajjiż barrani u jitħallsu jew ikollhom
jitħallsu lura lil dak il-gvern minn jew f’isem il-Gvern ta’ Malta,
minħabba baħri jew apprendist fi bżonn, jew għall-manteniment
tiegħu, għall-ilbies meħtieġ, għall-ġarr fil-port ta’ ritorn xieraq jew,
f’każ ta’ mewt, għad-difna tiegħu, jew xort’oħra skond dan l-Att,
dawk l-ispejjeż (flimkien mal-paga, jekk ikun hemm, li jkollha
titħallas lill-baħri jew lill-apprendist) ikunu addebitati lill-
bastiment, kemm jekk ikun malti kemm jekk ikun barrani, li tiegħu
l-baħri jew l-apprendist fi bżonn kien jagħmel parti, u għandhom
jinġabru bħala dejn dovut lill-Gvern ta’ Malta mill-kaptan tal-
bastiment jew minn dak li fiż-żmien ikun sid il-bastiment jew, meta
l-bastiment ikun intilef, mill-persuna li kienet sid il-bastiment fiż-
żmien li jintilef jew, meta l-bastiment ikun ġie trasferit lil xi
persuna li ma tkunx ċittadin ta’ Malta jew li ma tkunx għaqda ta’
persuni stabbilita skond il-liġijiet ta’ Malta, jew minn dak li fiż-
żmien ikun sidu jew mill-persuna li kienet sid il-bastiment fiż-
żmien tat-trasferiment, u wkoll, jekk il-bastiment ikun bastiment
barrani, minn persuna waħda li, jew bħala prinċipal jew bħala
aġent, ingaġġat lill-baħri jew lill-apprendist għal servizz fuq il-
bastiment.
  86      KAP. 234. ħ       BASTIMENTI   MERKANTILI
(2) F’kull proċedimenti għal dak il-ġbir lura, ċertifikat ta’ l-
ispejjeż iffirmat mill-persuna li tħallas l-ispejjeż flimkien ma’
dawk il-kontijiet (jekk ikun hemm) skond kif jeħtieġ il-każ, ikunu
prova biżżejjed li l-imsemmija spejjeż tħallsu kif imiss.
(3) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu, "spejjeż eċċettwati" huma
spejjeż li jsiru f’każijiet meta ċ-ċertifikat miksub skond dan l-Att
meta baħri jew apprendist jitħalla wara jgħid, jew il-Ministru jkun
xort’oħra sodisfatt, li l-baħri jew l-apprendist jkun tħalla wara
minħabba diżerzjoni, għax ma deherx, minħabba priġunerija għal
kondotta ħażina jew l-ingaġġ tiegħu mal-bastiment ikun inħall
minn qorti kompetenti minħabba kondotta ħażina, u spejjeż li jsiru
minħabba li jittieħed lura fil-port ta’ ritorn baħri jew apprendist fi
bżonn li l-ingaġġ tiegħu jkun intemm fil-port li fih ikun imbarka
jew f’xi port ieħor viċin.
Piena għal inżul 
furzat ta’ nies l-art.
Emendat:
XXII. 2000.2.
166.   Persuna li tkun tagħmel parti minn bastiment malti ma
għandhiex bla jedd tniżżel l-art bil-forza baħri jew apprendist u
tħallih wara jew xort’oħra ġġiegħel baħri jew apprendist li jitħalla
bla jedd wara f’xi post, jew l-art jew fil-baħar, u jekk tagħmel hekk
teħel għal kull reat priġunerija għal żmien ta’ mhux iktar minn
sentejn jew multa ta’ mhux iżjed minn ħames mitt unit jew dik il-
priġunerija u dik il-multa flimkien.
Provvediment għal 
ritorn.
Emendat:
XXII. 2000.76.
167. (1) Baħri jew apprendist jista’ jintbagħat f’port ta’ ritorn
xieraq b’kull rotta xierqa.
(2) Jista’ jingħata ritorn lil baħri jew lil apprendist, jekk huwa
jkun jiflaħ jaħdem, billi jiġi pprovdut b’impieg xieraq abbord
bastiment, li jkun sejjer lejn port ta’ ritorn xieraq, li jkollu nies
nieqsa mill-ekwipaġġ tiegħu, jew, jekk dan ma jkunx prattikabbli,
billi jingħata passaġġ fuq xi bastiment jew inġenji ta’ l-ajru, jew
jingħata l-flus għall-passaġġ tiegħu, u għal kull parti mir-rotta li
tkun fuq l-art, billi jitħallsu l-ispejjeż tal-vjaġġ tiegħu u tal-
manteniment tiegħu matul il-vjaġġ, jew billi jingħata l-mezzi biex
iħallas dawk l-ispejjeż.
(3) Meta l-kaptan ta’ bastiment ikun b’dan l-Att meħtieġ
jipprovdi għar-ritorn ta’ baħri jew apprendist li l-ingaġġ tiegħu
jintemm f’port ta’ ritorn xieraq, il-kaptan jista’, minflok li
jipprovdi l-passaġġ jew l-ispejjeż tal-vjaġġ tiegħu, jew li
jipprovdilu l-mezzi biex iħallas il-passaġġ tiegħu jew dawk l-
ispejjeż, jiddepożita ma’ l-uffiċjal li l-permess jew iċ-ċertifikat
tiegħu jkun meħtieġ b’dan l-Att dik is-somma li dak l-uffiċjal
jidhirlu li tkun biżżejjed biex jitħallsu l-ispejjeż tar-ritorn tal-baħri
jew ta’ l-apprendist għal port ta’ ritorn xieraq.
(4) Meta baħri jew apprendist jiġi rimpatrijat bħala membru ta’
ekwipaġġ, huwa jkollu jedd għal rimunerazzjoni xierqa għal kull
xogħol li jagħmel waqt il-vjaġġ.
(5) Jekk tinqala’ xi kwistjoni dwar liema port ta’ ritorn baħri
jew apprendist jkollu jintbagħat fi kwalunkwe każ, jew dwar it-triq
li biha għandu jintbagħat, dik il-kwistjoni tiġi deċiża mill-uffiċjal
imsemmi qabel, u fid-deċiżjoni ta’ kull kwistjoni skond din id-
disposizzjoni, dak l-uffiċjal għandu jikkunsidra kemm il-
konvenjenza tal-baħri jew ta’ l-apprendist u l-ispejjeż meħtieġa
            BASTIMENTI   MERKANTILI  AP.  234.    87
għalih kif ukoll, meta jkun il-każ, il-fatt li bastiment li jkollu bżonn
nies għall-ekwipaġġ tiegħu jkun ser jitlaq għal port ta’ ritorn xieraq
jew għal port fil-qrib ta’ port bħal dak; iżda ebda ħaġa f’dan l-
artikolu ma għandha teħles lis-sid mill-obbligazzjoni u n-nefqa li
jreġġa’ lura lill-baħri jew lill-apprendist lejn il-port ta’ ritorn
xieraq tiegħu.
Disposizzjonijiet 
dwar it-teħid 
abbord ta’ baħrin fi 
bżonn.
Emendat:
XXII. 2000.2.
168. (1) Meta baħri jew apprendist fi bżonn jitqiegħed, sabiex
jittieħed f’port ta’ ritorn xieraq, abbord bastiment malti, l-uffiċjal li
hekk iqiegħdu għandu jniżżel fuq il-ftehim ma’ l-ekwipaġġ tal-
bastiment isem il-baħri jew l-apprendist hekk imqiegħed abbord,
flimkien mad-dettalji kollha li għandhom jitniżżlu skond ir-
regolamenti dwar il-baħrin fi bżonn.
(2) Il-kaptan ta’ kull bastiment malti għandu jirċievi abbord il-
bastiment tiegħu, u jipprovdi passaġġ u manteniment għal, kull
baħri jew apprendist fi bżonn li jkun meħtieġ li jtella’ abbord il-
bastiment tiegħu skond dan l-Att, li ma jkunux iktar minn persuna
għal kull ħamsin tunnellata netti, u għandu jipprovdi matul il-vjaġġ
lil kull baħri jew apprendist fi bżonn kuċċetta jew post ta’ rqad
xieraq, li jkun milqugħ kontra l-baħar jew il-maltemp.
(3) Mal-produzzjoni ta’ ċertifikat, iffirmat mill-uffiċjal li jkun
ta l-ordni biex dak il-baħri jew l-apprendist jittieħed abbord, li
jispeċifika n-numru u l-ismijiet tagħhom u l-ħin li kull wieħed
minnhom ikun ittieħed abbord, u fuq dikjarazzjoni li ssir mill-
kaptan quddiem kull uffiċjal awtorizzat biex jagħti ġuramenti, li
tagħti n-numru tal-ġranet li matulhom kull baħri jew apprendist fi
bżonn ikun irċieva manteniment, u li tagħti n-numru sħiħ ta’ l-
ekwipaġġ tiegħu u n-numru attwali ta’ baħrin impjegati abbord il-
bastiment, u kull tibdil f’dak in-numru, fiż-żmien li l-baħrin jew l-
apprendisti fi bżonn kienu qed jirċievu manteniment, il-kaptan
ikollu dritt għall-ħlas, dwar il-manteniment u l-passaġġ ta’ kull
baħri jew apprendist li hekk inġarr, ġie mantnut u ġie provdut
għalih minnu, li kien ’il fuq minn numru (jekk kien hemm) meħtieġ
biex jagħmel in-numru sħiħ ta’ l-ekwipaġġ tiegħu, dik is-somma
kuljum kif ikun permess mill-Ministru.
(4) Jekk xi kaptan ta’ bastiment malti jonqos mingħajr raġuni
xierqa li jħares dan l-artikolu fil-każ ta’ xi baħri jew apprendist fi
bżonn, jeħel għal kull reat multa ta’ mhux iżjed minn mitt unit.
Provdiment ta’ 
polza ta’ l-
assigurazzjoni.
Miżjud:
XXII. 2000.77.
Kap. 318.
168A. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu u
għad-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan l-Att, id-disposizzjonijiet ta’ l-
Att dwar is-Sigurtà  Soċjali jew ta’ kull liġi li tidħol minflok dak l-
Att, ma għandhomx japplikaw għar-rigward ta’ baħrin barranin
impjegati fuq bastimenti Maltin.
(2) Is-sid għandu jkollu polza ta’ l-assigurazzjoni maħruġa
minn dak l-assiguratur jew klassi ta’ assiguraturi approvata mir-
Reġistratur-Ġenerali għar-rigward ta’ kull membru ta’ l-ekwipaġġ
tal-bastiment tiegħu biex tkopri:
(a) responsabbiltà  għall-ħlas ta’ spejjeż ta’ sptar,
mediċini, manteniment, funeral u kull nefqa oħra li ssir
għar-rigward ta’ xi feriment, marda jew mewt ta’
membru ta’ l-ekwipaġġ; 
  88      KAP. 234. ħ       BASTIMENTI   MERKANTILI
(b) responsabbiltà  għar-rimpatriju u għall-kumpens ta’
membru ta’ l-ekwipaġġ għat-telfien ta’ l-impieg tiegħu
kaġunat minħabba fit-telfa totali, attwali jew meqjusa,
jew f’disgrazzja maġġuri li tirrendi l-bastiment mhux
tajjeb għall-baħar u twassal għal-liċenzjament ta’ l-
ekwipaġġ; 
(ċ) responsabbiltà  għall-ħlas ta’ kumpens jew danni skond
il-Liġi u l-konswetudni ta’ Malta għar-rigward tal-
feriment, jew il-mard jew il-mewt ta’ xi membru ta’ l-
ekwipaġġ;
(d) responsabbiltà  għal kull paga li jkollha titħallas lil xi
membru ta’ l-ekwipaġġ ferut jew marid, jew jekk imut
lill-eredi tiegħu;
(e)  responsabbiltà  għar-rigward ta’ telf jew danni fil-
ħwejjeġ personali ta’ membru ta’ l-ekwipaġġ.
(3) Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti kif jidhirlu meħtieġa
li jkunu jirregolaw il-kopertura ta’ polza ta’ l-assigurazzjoni bħal
ma hi meħtieġa skond is-subartikolu (2) u l-kumpens li għandu
jitħallas fil-każ ta’ kull feriment jew mewt imġarrba minn membri
ta’ l-ekwipaġġ. 
(4) Fil-każ ta’ membru ta’ l-ekwipaġġ li jkun Malti, ma
għandhom jintilfu ebda benefiċċji taħt l-Att dwar is-Sigurtà  Soċjali
jew kull liġi li tidħol minflok dak l-Att, minħabba f’li jkun ingħata
xi kumpens bħal dak imsemmi taħt is-subartikoli (2) u (3) lill-
membru ta’ l-ekwipaġġ jew lill-eredi tiegħu.
(5) Regolamenti magħmula taħt dan l-artikolu jistgħu
jipprovdu li persuna li tikser xi disposizzjoni tagħhom tkun
suġġetta għal dik il-penali li tista’ tkun provduta fir-regolamenti, li
tkun penali li ma tkunx aktar minn elf unit.
Disposizzjonijiet dwar dixxiplina
Setgħat tal-kaptan 
biex iżomm 
dixxiplina. 
169. (1) Il-kaptan ikollu awtorità  fuq l-ekwipaġġ tiegħu, l-
passiġġieri tiegħu u persuni abbord, biex jinforza ubbidjenza għall-
ordnijiet leġittimi tiegħu sabiex il-bastiment ibaħħar u jitmexxa u
sabiex jinżamm il-bonordni abbord.
(2) Il-kaptan jista’, meta jkollu raġuni biżżejjed biex jemmen u
fil-fatt jemmen li jkun meħtieġ biex jinżammu l-bonordni u d-
dixxiplina, jew għas-sigurezza tal-bastiment jew tal-persuni jew
tal-proprjetà  abbord, jarresta u jaqfel jew iġiegħel l-arrest u l-qfil
ta’, kull persuna abbord il-bastiment tiegħu f’mod xieraq u għal dak
iż-żmien li jidhirlu xieraq fiċ-ċirkostanzi.
Kondotta ħażina li 
tipperikola l-ħajja 
abbord. 
Emendat:
XXII. 2000.2.
170.  Jekk kaptan, baħri jew apprendist ta’ bastiment malti, bi
ksur volontarju ta’ dmirijietu jew bi traskuraġni ta’ dmirijietu jew
minħabba sokor -
(a) jagħmel xi ħaġa li tista’ twassal għat-telf, distruzzjoni
jew ħsara serja immedjati tal-bastiment, jew li tista’
twassal minnufih għall-periklu tal-ħajja jew fil-
persuna ta’ xi ħadd tal-bastiment jew li jkun abbord;
jew
            BASTIMENTI   MERKANTILI  AP.  234.    89
(b) jirrifjuta jew jonqos li jagħmel xi ħaġa leġittima li hu
xieraq u meħtieġ li ssir minnu biex jitħares il-
bastiment minn telf, distruzzjoni jew ħsara serja
immedjati, jew biex titħares xi persuna tal-bastiment
jew li tkun abbord minn periklu immedjat tal-ħajja jew
tal-persuna,
jeħel għal kull reat priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn
sentejn jew multa ta’ mhux iżjed minn ħames mitt unit jew dik il-
priġunerija u dik il-multa flimkien.
Diżerzjoni u 
assenza mingħajr 
permess.
Emendat: 
XXIV. 1986.17.
171.   Jekk baħri ngaġġat skond il-liġi, jew apprendist fuq
servizz tal-baħar, li jkun jappartjeni lil bastiment malti jagħmel xi
wieħed minn dawn ir-reati li ġejjin jeħel il-penalitajiet li ġejjin:
(a) jekk jiddiżerta l-bastiment tiegħu jkun ħati ta’ reat ta’
diżerzjoni u jeħel it-telf ta’ ħwejġu kollha jew parti
minnhom li jħalli abbord u jitlef il-paga li jkun qala’ u
wkoll il-paga li jista’ jaqla’ fuq xi bastiment ieħor li
fuqu jista’ jkun impjegat sakemm l-ewwel jasal lura
Malta jew fil-port li fih ikun ġie ingaġġat, u għandu
jagħmel tajjeb għal kull paga żejda mħallsa mill-
kaptan jew mis-sid tal-bastiment lil kull sostitut
ingaġġat minfloku b’rata ta’ paga akbar mir-rata
miftehma li titħallas lilu;
(b) jekk jittraskura, jew jirrifjuta mingħajr raġuni tajba
biżżejjed, li jingħaqad mal-bastiment tiegħu, jew li
jbaħħar mal-bastiment tiegħu, jew ikun nieqes
mingħajr permess f’xi żmien matul l-erbgħa u għoxrin
siegħa qabel ma l-bastiment ikun ser isalpa minn port,
jew fil-bidu jew matul il-kors ta’ vjaġġ, jew ikun
nieqes f’xi żmien mingħajr permess u mingħajr raġuni
tajba biżżejjed jew mid-dmirijiet tiegħu, hu jkun ħati,
jekk ir-reat ma jkunx jammonta għal diżerzjoni, jew
ma jiġix trattat bħala hekk mill-kaptan, ta’ reat ta’
assenza mingħajr permess, u jeħel it-telf mill-paga
tiegħu ta’ somma ta’ mhux iżjed minn jumejn paga, u
barra minn hekk għal kull assenza ta’ erbgħa u għoxrin
siegħa, jew somma li ma tkunx iżjed minn sitt ijiem
paga, jew spejjeż kollha xierqa li jkunu saru fl-ingaġġ
ta’ sostitut.
Setgħa tal-qorti li 
tordna li min 
jagħmel ir-reat 
jittieħed abbord il-
bastiment. 
172.  Imħassar bl-artikolu 18 ta’ l-Att XXIV ta’ l-1986.
Reati ġenerali 
kontra d-
dixxiplina. 
Emendat: 
XXIV. 1986.19.
173. (l) Jekk baħri ngaġġat skond il-liġi, jew apprendist fuq
servizz tal-baħar, li jappartjienu lil bastiment malti jagħmel xi
wieħed mir-reati li ġejjin, f’dan l-Att imsejħa "reati kontra d-
dixxiplina", jista’ jiġi punit kif ġej:
(a) jekk jitlaq il-bastiment mingħajr permess wara li jasal
fil-port ta’ konsenja u qabel ma jkun tqiegħed fiż-żgur,
jeħel it-telf mill-paga tiegħu ta’ somma ta’ mhux iktar
minn xahar paga;
  90      KAP. 234. ħ       BASTIMENTI   MERKANTILI
(b) jekk ikun ħati ta’ diżubbidjenza volontarja ta’ xi ordni
leġittimu, jitlef mill-paga tiegħu somma ta’ mhux iżjed
minn jumejn paga;
(ċ) jekk ikun ħati ta’ diżubbidjenza volontarja kontinwa
ta’ ordnijiet leġittimi jew traskuraġni volontarja
kontinwa tad-dmirijiet, jeħel, għal kull erbgħa u
għoxrin siegħa li matulhom tkompli d-diżubbidjenza
jew it-traskuraġni t-telf jew ta’ somma ta’ mhux iżjed
minn sitt ijiem paga jew l-ispejjeż li jkunu fil-fatt
intnefqu għall-ingaġġ ta’ sostitut;
(d) jekk jattakka lill-kaptan jew lil xi uffiċjal jew lill-
inġinier ċertifikat tal-bastiment, jeħel priġunerija għal
żmien ta’ mhux iżjed minn tnax-il ġimgħa;
(e) jekk jiftiehem ma’ xi ħadd mill-ekwipaġġ li ma jobdix
ordnijiet leġittimi, jew li jittraskura d-dmirijiet, jew li
jostakola n-navigazzjoni tal-bastiment jew il-progress
tal-vjaġġ, jeħel telf ta’ somma ta’ mhux iżjed minn
paga ta’ tnax-il ġimgħa;
(f) jekk volontarjament jagħmel ħsara lill-bastiment
tiegħu jew volontarjament jagħmel ħsara lill-ħażniet
jew lill-merkanzija tiegħu, jeħel it-telf mill-paga
tiegħu ta’ somma daqs il-ħsara li jagħmel u wkoll, fid-
diskrezzjoni tal-qorti, priġunerija għal żmien ta’ mhux
iktar minn tnax-il ġimgħa.
(2) Jekk baħri jew apprendist kif intqal qabel jinstab ħati ta’ xi
att ta’ kuntrabandu li joħloq telf jew ħsara lill-kaptan jew lis-sid
tal-bastiment, jeħel li jħallas lil dak il-kaptan jew lis-sid somma
biżżejjed biex jagħmel tajjeb għal dak it-telf jew dik il-ħsara; u l-
paga tiegħu kollha jew parti minnha tista’ tinżamm bi ħlas jew
akkont ta’ dik ir-responsabbiltà , bla ħsara għal kull rimedju ieħor.
(3) Ebda ħaġa f’dan l-artikolu jew fl-artikolu 171 ma tneħħi
jew ma tillimita xi rimedju li sid jew kaptan kien ikollu kieku ma
kienux dawk id-disposizzjonijiet għal xi ksur ta’ ftehim jew
xort’oħra dwar il-ħwejjeġ li jikkostitwixxu reat skond dawn l-
artikoli, iżda sid jew kaptan ma jiġix kumpensat aktar minn darba
għall-istess ħsara.
Penali għal 
dikjarazzjoni falza 
dwar l-aħħar 
bastiment jew dwar 
l-isem. 
Emendat:
XXII. 2000.2.
174.   Jekk baħri meta jew qabel jingaġġa volontarjament u
b’qerq jagħmel dikjarazzjoni falza dwar l-isem ta’ l-aħħar
bastiment tiegħu jew dwar dak li jgħid li kien l-aħħar bastiment
tiegħu, jew dwar ismu stess, jeħel għal kull reat multa ta’ mhux
iżjed minn għoxrin unit.
Dħul ta’ reati fil-
ġurnal t’abbord. 
175.   Jekk isir xi reat, skond kif imfisser f’dan l-Att, ta’
diżerzjoni jew assenza mingħajr permess jew kontra d-dixxiplina,
jew jekk isir xi att ta’ mġieba ħażina li għalih hemm imposta multa
skond il-ftehim li jkun hemm ma’ min jagħmel ir-reat u jkun hemm
il-ħsieb li l-multa tiġi mwaħħla -
(a) il-fatt tar-reat jew ta’ l-att għandu jitniżżel fil-ġurnal
uffiċjali t’abbord u dak li jitniżżel jiġi ffirmat mill-
kaptan u mill-uffiċjal jew minn wieħed mill-ekwipaġġ;
            BASTIMENTI   MERKANTILI  AP.  234.    91
(b) min jagħmel ir-reat, jekk ikun għadu fuq il-bastiment,
għandu qabel il-bastiment jasal fl-ewwel port wara li
jiġi kommess ir-reat, jew jekk ikun għadu fil-port,
qabel ma jitlaq minn hemm, jew jingħata kopja ta’ dak
li jkun tniżżel jew dan jinqralu b’mod ċar u li
jinstema’, u jista’ meta jsir dan jirrispondi kif jidhirlu
xieraq;
(ċ) dikjarazzjoni li kopja tat-tniżżil tkun hekk ingħatat jew
li t-tniżżil ikun hekk inqara u, f’kull każ, tar-risposta
(jekk ikun hemm) mogħtija minn min jagħmel ir-reat
għandha bl-istess mod titniżżel u tiġi ffirmata bil-mod
imsemmi qabel; u
(d) f’kull proċedimenti legali li jiġu wara dak li jitniżżel
skond dan l-artikolu għandu, jekk prattikabbli, jinġieb
u jiġi ippruvat, u jekk ma jinġiebx jew jiġi ippruvat
hekk il-qorti li quddiemha ssir il-kawża tista’, fid-
diskrezzjoni tagħha, tirrifjuta li tisma’ provi tar-reat
jew ta’ l-imġieba ħażina.
Tniżżil u ċertifikati 
ta’ diżerzjoni barra 
minn Malta.
176. (1) F’kull każ ta’ diżerzjoni minn bastiment f’kull port
barra minn Malta l-kaptan għandu jipproduċi it-tniżżil tad-
diżerzjoni fil-ġurnal uffiċjali t’abbord lill-persuna li b’dan l-Att hi
awtorizzata li tagħti ċertifikati biex baħrin jitħallew wara barra
minn Malta; u dik il-persuna għandha mbagħad tagħmel u
tiċċertifika kopja tad-dħul.
(2) Il-kopja għandha minnufih tintbagħat lir-Reġistratur-
Ġenerali mill-persuna li tagħmel u tiċċertifika l-kopja; u dik il-
kopja għandha, sakemm ma jiġix pruvat il-kuntrarju, tkun prova ta’
dak li jinsab fiha, jekk tiġi pruvata l-awtentiċità  tagħha.
Reġistru ta’ 
diżerturi. 
177.   Ix-shipping   master għandu jżomm fl-uffiċċju tiegħu lista
tal-baħrin li, skond l-aħjar tagħrif u twemmin tiegħu, ikunu
iddeżertaw jew naqsu li jingħaqdu mal-bastimenti tagħhom wara li
jkunu iffirmaw il-kuntratt biex ibaħħru magħhom, u għandu fuq
talba juri l-lista lil kaptan ta’ bastiment, u ma jkunx responsabbli
għal dak li jniżżel fil-lista in bona fidi.
Faċilitajiet għal 
prova ta’ diżerzjoni 
fil-proċedimenti 
għal telf ta’ paga.
178. (l) Kull meta tinqala’ kwistjoni dwar jekk il-paga jew il-
ħwejjeġ ta’ xi baħri jew apprendist jintilfux minħabba diżerzjoni
minn bastiment, ikun biżżejjed li l-persuna li tinsisti għat-telf turi li
l-baħri jew l-apprendist kien ingaġġat kif imiss fuq jew kien parti
mill-ekwipaġġ tal-bastiment, u jew li telaq il-bastiment qabel ma
spiċċa l-vjaġġ jew l-ingaġġ, jew, jekk il-vjaġġ kellu jispiċċa Malta
u l-bastiment ma kienx ġie lura, li hu ma jinsabx fuqu, u li l-fatt
tad-diżerzjoni tiegħu jkun tniżżel kif imiss fil-ġurnal t’abbord
uffiċjali.
(2) Id-diżerzjoni għandha mbagħad, safejn tirreferi għal telf ta’
paga jew ħwejjeġ skond din it-Taqsima ta’ dan l-Att, titqies li ġiet
ippruvata, kemm-il darba l-baħri jew l-apprendist ma jġibx
ċertifikat xieraq tat-temm ta’ l-ingaġġ jew jekk xort’oħra ma jurix
għas-sodisfazzjon tal-qorti li hu kellu raġunijiet biżżejjed biex
jitlaq il-bastiment tiegħu.
  92      KAP. 234. ħ       BASTIMENTI   MERKANTILI
Xorta u 
applikazzjoni ta’ 
telf.
179. (1) Ħlief kif provdut hawnhekk iżjed ’il quddiem, kull
piena li ma ttellifx il-libertà  tal-persuna provduta bl-artikolu 171 u
bis-subartikolu (1) ta’ l-artikolu 173, għandha titqies li hi multa.
(2) Meta xi paga jew ħwejjeġ jintilfu minħabba diżerzjoni minn
bastiment, dawk il-ħwejjeġ jistgħu jiġu konvertiti fi flus, u dik il-
paga u l-ħwejjeġ, jew il-flus li jidħlu mill-bejgħ ta’ dawk il-
ħwejjeġ, għandhom, suġġetti għall-ħlas lura ta’ l-ispejjeż li jkunu
saru minħabba d-diżerzjoni ta’ min jagħmel ir-reat lill-kaptan jew
lis-sid tal-bastiment, jitħallsu lir-reġistratur tal-qorti li tordna dak
it-telf.
(3) Għall-finijiet tal-ħlas lura ta’ l-imsemmija spejjeż, il-
kaptan jew is-sid, jew l-aġent tiegħu, jista’, jekk il-paga tinqala’
wara d-diżerzjoni, jiġbor dik il-paga kif diżertur seta’ jiġborha li
kieku ma tilifhiex; u l-qorti f’kull proċediment legali dwar dik il-
paga tista’ tordna li jitħallsu skond hekk.
(4) Meta xi paga tintilef minħabba ħsara li ssir lill-bastiment,
jew lill-ħażniet jew lill-merkanzija tiegħu, it-telf ikun għall-
benefiċċju tal-kaptan jew tas-sid li jkollu jħallas il-paga.
Telf u tnaqqis 
jistgħu jiġu deċiżi 
f’kawżi għall-paga.
180.   Kull kwistjoni dwar it-telf jew it-tnaqqis mill-paga ta’
baħri jew ta’ apprendist tista’ tiġi deċiża f’kull proċediment li jsir
legalment dwar dik il-paga, ukoll jekk għar-reat li dwaru tinqala’ l-
kwistjoni, għalkemm b’dan l-Att huwa punibbli bi priġunerija kif
ukoll b’telf ta’ paga, ma jkunux ittieħdu proċedimenti kriminali.
Kif jiġi stabbilit l-
ammont ta’ telf 
mill-paga. 
181.   Jekk il-paga ta’ baħri tkun miftehma skond il-vjaġġ jew
run jew bis-sehem, u mhux bix-xahar jew perijodu stabbilit ta’
żmien, l-ammont tat-telf li wieħed għandu jeħel skond dan l-Att
għandu jkun ammont li jkollu l-istess proporzjon għall-paga jew
sehem kollu bħal ma xahar jew xi perijodu ieħor hawn qabel
imsemmi biex jiġi stabbilit l-ammont ta’ dak it-telf (skond il-każ)
ikollu maż-żmien kollu li l-baħri jkun għamel fil-vjaġġ jew run; u
jekk iż-żmien kollu li jagħmel fil-vjaġġ jew run ma jkunx iktar
miż-żmien li tiegħu jkun ser jintilef il-ħlas, it-telf jestendi għall-
paga kollha jew għas-sehem kollu.
Piena għal min 
iħeġġeġ lil min 
jaħrab u għal min 
jagħti kenn lil 
maħrubin. 
Emendat:
XXII. 2000.2.
182. (1) Jekk xi persuna b’kull mezz li jkun tipperswadi jew
tipprova tipperswadi baħri jew apprendist ta’ bastiment malti biex
jittraskura jew jirrifjuta li jingħaqad mal-bastiment tiegħu, jew li
jbaħħar fih jew li jaħrab minnu, jew xort’oħra li jassenta ruħu minn
dmirijietu, jeħel għal kull reat dwar kull baħri jew apprendist multa
ta’ mhux iżjed minn ħamsin unit.
(2) Jekk persuna xjentement tagħti kenn jew taħbi baħri jew
apprendist ta’ bastiment li jkun volontarjament ittraskura jew
irrifjuta li jingħaqad mal-bastiment tiegħu jew li jkun ħarab mill-
bastiment tiegħu, meta jkun jaf jew ikollu raġuni biżżejjed jaħseb li
l-baħri jew l-apprendist jkun għamel hekk, jeħel dwar kull baħri
jew apprendist li lilu jkun ta’ kenn jew ħeba multa ta’ mhux iżjed
minn ħamsin unit
Min jaħrab minn 
bastimenti 
barranin. 
183.  Imħassar bl-artikolu 20 ta' l-Att XXIV ta’ l-1986. 
            BASTIMENTI   MERKANTILI  AP.  234.    93
Stowaways u Baħrin li jinġarru bilfors 
Stowaways.
Emendat:
XXII. 2000.2.
184.  Jekk persuna bil-moħbi timbarka u tbaħħar ma’ bastiment,
jew tipprova bil-moħbi timbarka biex tbaħħar ma’ bastiment,
mingħajr il-kunsens jew tas-sid jew tal-kaptan tal-bastiment, jew
ta’ uffiċjal jew persuna oħra inkarigata mill-bastiment, jew ta’ xi
persuna oħra li jkollha d-dritt li tagħti dak il-kunsens, dik il-
persuna (f’dan l-Att imsejħa "stowaway") tista’ teħel multa ta’
mhux iżjed minn għoxrin unit jew, fid-diskrezzjoni tal-qorti, tista’
teħel priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn erba’ ġimgħat, u
fil-każ li tinsab ħatja t-tieni darba jew drabi oħra tista’ teħel
priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn tliet xhur.
Dixxiplina dwar 
stowaways u 
persuni li jinġarru 
b’obbligu. 
185.   Kull bniedem tal-baħar li l-kaptan ta’ bastiment ikun
obbligat, taħt l-awtorità  ta’ dan l-Att jew ta’ xi liġi oħra, li jieħu
abbord u jġorr, u kull stowaway, għandu sakemm jibqa’ fuq il-
bastiment, jitqies li jappartjeni lill-bastiment u jkun suġġett għall-
istess liġijiet u regolamenti biex tinżamm id-dixxiplina, u għall-
istess multi u pieni għal reati li jikkostitwixxu jew iwasslu biex
jikkostitwixxu ksur ta’ dixxiplina, daqslikieku kien membru ta’, u
kien iffirma ftehim ma’, l-ekwipaġġ.
Dmirijiet tal-
kaptan dwar 
stowaways.
Emendat:
XXII. 2000.2.
186. (1) Il-kaptan ta’ kull bastiment li jasal f’xi port f’Malta
b’xi stowaways abbord għandu, mingħajr dewmien, jirrapporta l-
fatt lill-Ministru u għandu jieħu dawk il-miżuri kollha xierqa biex
jevita li dik il-persuna tinżel l-art mingħajr l-awtorità  bil-miktub
tal-Ministru; u jista’ għal dak l-għan iżomm lill-istowaway
f’kustodja sakemm il-bastiment ikun fil-port.
(2) Meta xi stowaway bħal dak iħalli l-bastiment mingħajr ma
jkun awtorizzat kif intqal qabel, il-kaptan tal-bastiment jitqies li
ħallieh jinżel l-art.
(3) Jekk il-kaptan jikser xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dan
l-artikolu jeħel għal kull reat multa ta’ mhux iżjed minn ħamsin
unit. 
Stowaway jista’ 
jittieħed lura 
abbord. 
Emendat:
XXII. 2000.2.
187.  Meta stowaway jinżel l-art mingħajr l-imsemmija awtorità ,
il-Ministru jista’ jġiegħel li l-istowaway jittieħed lura abbord u l-
kaptan għandu jirċevih lura abbord; u jekk il-kaptan jonqos jew
jirrifjuta li jagħmel hekk jeħel multa ta’ mhux iżjed minn mitt unit.
Responsabbiltà  ta’ 
l-aġent tal-
bastiment. 
188.   Meta għal kwalunkwe raġuni, ħlief bil-permess tal-
Ministru, persuna li tasal Malta fuq bastiment bħala stowaway
titħalla f’Malta wara li jitlaq il-bastiment, l-ispejjeż tal-
manteniment tagħha, jekk ikun il-każ, li jsiru mill-Gvern ta’ Malta
u l-ispejjeż meħtieġa għat-tneħħija ta’ dik il-persuna minn Malta,
ikunu responsabbiltà  ta’ l-aġent tal-bastiment li minnu l-istowaway
ikun niżel l-art, u kull spejjeż bħal dawk ikunu jistgħu, sakemm ma
jitħallsux mill-imsemmi aġent, jinġabru mingħandu.
Kaptan javża meta 
jinstab stowaway. 
Emendat:
XXII. 2000.2.
189. (1) 1l-kaptan ta’ kull bastiment għandu bla dewmien
jagħti avviż lill-Ministru, jew lil xi uffiċjal tad-dwana jew tal-
pulizija, dwar il-preżenza abbord ta’ xi persuna li tinstab qed
tipprova tinħeba fuq dak il-bastiment bl-għan li tbaħħar bħala
stowaway, u għandu jgħin biex dik il-persuna titniżżel l-art.
(2) Jekk kaptan jikser xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-
  94      KAP. 234. ħ       BASTIMENTI   MERKANTILI
artikolu jeħel għal kull reat multa ta’ mhux iżjed minn ħamsin unit. 
Ġurnali uffiċjali
Ġurnali uffiċjali 
għandhom 
jinżammu u jkunu 
prova.
190. (1) Għandu jinżamm ġurnal uffiċjali fuq kull bastiment
malti, li ma jkunx bastiment li jbaħħar biss ħdejn l-ixtut ta’ Malta,
fil-forma xierqa għal dak il-bastiment approvata mill-Ministru.
(2) Il-Ministru għandu japprova forom ta’ ġurnali uffiċjali, li
jistgħu jkunu differenti għal klassijiet differenti ta’ bastimenti,
b’mod illi kull forma bħal dik ikun fiha l-ispazji xierqa għal dak li
għandu jitniżżel fih skond dan l-Att.
(3) Il-ġurnal uffiċjali jista’, fid-diskrezzjoni tal-kaptan jew tas-
sid, jinżamm separat minn, jew ikun magħqud ma’, il-ġurnal
ordinarju tal-bastiment, hekk illi fil-każijiet kollha l-ispazji fil-
ġurnal t’abbord uffiċjali jkunu mimlija kif imiss.
(4) Kull ħaġa li għandha titniżżel skond dan l-Att fil-ġurnal
t’abbord uffiċjali għandha titniżżel kemm jista’ jkun malajr wara li
jiġri dak li għalih tirreferi, u jekk dan ma jsirx fl-istess ġurnata tal-
ġrajja għandu jsir u jkollu d-data hekk li tintwera d-data tal-ġrajja u
d-data li fiha titniżżel; u jekk dan isir dwar ġrajja li tiġi qabel il-
wasla tal-bastiment fil-port finali ta’ żbark tiegħu ma għandux isir
iktar tard minn erbgħa u għoxrin siegħa wara l-wasla tiegħu.
(5) Kull dħul fil-ġurnal t’abbord uffiċjali għandu jkun iffirmat
mill-kaptan u minn uffiċjal jew minn xi membru ieħor ta’ l-
ekwipaġġ, u wkoll -
(a) jekk ikun dħul dwar mard, korriment jew mewt,
għandu jkun iffirmat mill-kirurgu jew mit-tabib
t’abbord, jekk ikun hemm; u
(b) jekk ikun dħul ta’ pagi dovuti lil, jew il-proprjetà  ta’,
baħri jew apprendist li jmut, għandu jkun iffirmat mill-
uffiċjal u minn xi membru ieħor ta’ l-ekwipaġġ barra l-
kaptan.
(6) Id-dħul kollu li jsir fil-ġurnal t’abbord uffiċjali hekk kif
provdut b’dan l-Att għandu, sakemm ma jiġix pruvat kuntrarju,
ikun prova ta’ dak li jinsab fih, kemm il-darba tiġi pruvata l-
awtentiċità  tal-ġurnal t’abbord.
Dħul li għandu jsir 
fil-ġurnal t’abbord 
uffiċjali.
191.   Il-kaptan ta’ bastiment li dwaru jkun meħtieġ ġurnal
t’abbord uffiċjali għandu jniżżel jew jara li jitniżżlu fil-ġurnal
t’abbord uffiċjali:
(a) kull kundanna ta’ membru ta’ l-ekwipaġġ tiegħu minn
tribunal legali, u l-piena mogħtija;
(b) kull reat li jsir minn membru ta’ l-ekwipaġġ tiegħu li
dwaru jkun hemm maħsuba prosekuzzjoni jew li
tingħata telf minn paga, jew li titwaħħal multa,
flimkien ma’ dik id-dikjarazzjoni dwar il-kopja jew il-
qari ta’ dak li jkun tniżżel, u dwar it-tweġiba (jekk
ikun hemm) li ssir għall-akkuża, hekk kif meħtieġ
b’dan l-Att;
(ċ) kull reat li għalih tingħata piena abbord, u l-piena
            BASTIMENTI   MERKANTILI  AP.  234.    95
mogħtija;
(d) kull arrest u detenzjoni li jsiru skond l-artikolu 169, u
ċ-ċirkostanzi li jwasslu għalihom;
(e) dikjarazzjoni dwar il-kondotta, il-karattru u l-kwalifiki
ta’ kull wieħed mill-membri ta’ l-ekwipaġġ tiegħu, jew
dikjarazzjoni li hu ma jridx jagħti l-fehma tiegħu dwar
dawk il-partikolaritajiet;
(f) kull każ ta’ mard jew korriment li jiġri lil xi membru
ta’ l-ekwipaġġ, flimkien max-xorta tiegħu, u l-kura
medika li tkun ingħatat (jekk ikun il-każ);
(g) kull żwieġ li jsir abbord flimkien ma’ l-ismijiet u l-
etajiet tal-partijiet;
Kap. 16.
(h) it-twelid ta’ tarbija, jew il-mewt ta’ persuna, li tiġri
abbord, bil-mod kif provdut bl-artikoli 285 u 304 tal-
Kodiċi Ċivili;
Kap. 16.
(i) kull testment li jsir fuq il-baħar, bil-mod provdut bl-
artikolu 678 tal-Kodiċi Ċivili;
(j) l-isem ta’ kull baħri jew apprendist li ma jibqax
membru ta’ l-ekwipaġġ, mhux minħabba mewt,
flimkien mal-post, ħin u mod, u r-raġuni għaliex;
(k) il-pagi dovuti lil, u l-proprjetà  li titħalla abbord minn,
xi baħri jew apprendist li jmut matul il-vjaġġ, u l-
ammont gross ta’ kull tnaqqis li għandu jsir minnhom;
(l) kull ħabta ma’ xi bastiment ieħor, u ċ-ċirkostanzi li
taħthom ikun ġara dan; u
(m) kull ħaġa oħra li skond jew taħt dan l-Att jew skond
jew taħt xi liġi oħra għandha titniżżel fih.
Reati dwar ġurnali 
uffiċjali. 
Emendat:
XXII. 2000.2.
192. (l) Jekk ġurnal t’abbord uffiċjali ma jinżammx hekk kif
meħtieġ b’dan l-Att, jew jekk xi dħul li skond dan l-Att għandu jsir
fih ma jsirx fiż-żmien u bil-mod kif provdut b’dan l-Att, il-kaptan
jeħel għal kull reat il-multa speċifika f’dan l-Att jew f’kull liġi oħra
msemmija dwaru jew, meta ma jkunx hemm dik il-multa speċifika,
jeħel multa ta’ mhux iżjed minn għaxar units.
(2) Jekk xi persuna tagħmel, jew iġġiegħel li jsir, jew tgħin fl-
egħmil, ta’ dħul fil-ġurnal t’abbord uffiċjali dwar xi ġrajja li tiġri
qabel ma jasal il-bastiment fil-port finali ta’ żbark wara erbgħa u
għoxrin siegħa minn dik il-wasla, teħel għal kull reat multa ta’
mhux iżjed minn tletin unit.
(3) Jekk xi persuna volontarjament tiddistruġġi jew taqta’ jew
tagħmel illeġibbli xi dħul f’ġurnal t’abbord uffiċjali, jew
volontarjament tagħmel jew iġġiegħeI li jsir jew tgħin fl-egħmil ta’
dħul falz jew falsifikat, jew nuqqas ta’ dħul, f’ġurnal t’abbord
uffiċjali, teħel għal kull reat priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed
minn sentejn jew multa ta’ mhux iżjed minn ħames mitt unit, jew
dik il-priġunerija u multa flimkien.
  96      KAP. 234. ħ       BASTIMENTI   MERKANTILI
Konsenja ta’ 
ġurnali uffiċjali 
lix-shipping  
master.
Emendat:
XXII. 2000.2.
193. (1) Il-kaptan jew is-sid ta’ kull bastiment li skond dan l-
Att għandu jtemm l-ingaġġ ta’ l-ekwipaġġ quddiem ix-shipping
master għandu, fi żmien tmienja u erbgħin siegħa wara l-wasla tal-
bastiment fil-port finali ta’ destinazzjoni tiegħu f’Malta jew mat-
temm ta’ l-ingaġġ ta’ l-ekwipaġġ tiegħu, liema jiġri l-ewwel,
jikkonsenja l-ġurnal t’abbord uffiċjali tal-vjaġġ lix-shipping  master.
(2) Jekk il-kaptan jew is-sid ta’ bastiment jonqos mingħajr
raġuni xierqa li jħares dan l-artikolu, jeħel għal kull reat multa ta’
mhux iżjed minn għoxrin unit.
Il-ġurnali uffiċjali 
għandhom 
jintbagħtu Malta 
f’każ ta’ 
trasferiment jew 
telf ta’ bastiment.
Emendat:
XXII. 2000.2.
194. (1) Meta minħabba t-trasferiment ta’ proprjetà  jew tibdil
ta’ impieg ta’ bastiment, il-ġurnal uffiċjali ma jibqax meħtieġ dwar
il-bastiment jew ma jibqax meħtieġ fl-istess data, il-kaptan jew is-
sid tal-bastiment għandu, jekk il-bastiment ikun dak iż-żmien
f’Malta, fi żmien ħmistax-il ġurnata, u, jekk il-bastiment ikun
x’imkien ieħor, fi żmien tliet xhur, wara li hekk ma jibqax meħtieġ,
jikkonsenja jew jibgħat lix-shipping  master il-ġurnal t’abbord
uffiċjali miżmum kif imiss sad-data li ma jibqax meħtieġ.
(2) Jekk bastiment jintilef jew jiġi abbandunat, il-kaptan jew
is-sid tiegħu għandu, jekk prattikabbli, u kemm jista’ jkun malajr,
jikkonsenja jew jibgħat lix-shipping  master il-ġurnal t’abbord
uffiċjali (jekk ikun hemm) miżmum kif imiss sad-data tat-telf jew
ta’ l-abbandun.
(3) Jekk kaptan jew sid jonqos mingħajr raġuni xierqa li jħares
dan l-artikolu, hu jeħel għal kull reat multa ta’ mhux iżjed minn
għoxrin unit.
Karti ta’ identità
Ħruġ ta karta ta’ 
identità  ta’ baħri 
malti. 
Emendat:
XXII.2000.78.
195. (1) Għandu jiġi maħruġ lil kull baħri malti, fuq
applikazzjoni li hu jagħmel skond dan l-Att, dokument ta’ identità
li jkun magħruf bħala, u f’dan l-Att qed jissejjaħ, karta ta’ identità
ta’ baħri malti, fil-forma u li jkun fiha l-partikolaritajiet speċifikati
fir-Raba Skeda li tinsab ma’ dan l-Att:
Iżda l-Ministru jista’, b’regolamenti jemenda, iżid ma’,
jibdel, jirrevoka jew jissostitwixxi r-Raba’ Skeda li tinsab ma’ dan
l-Att.
(2) Applikazzjoni għal karta ta’ identità  ta’ baħri malti għandha
ssir personalment fl-uffiċċju tar-Reġistratur-Ġenerali u l-applikant
għandu jipproduċi dawk id-dokumenti u jagħti dik l-informazzjon li
r-Reġistratur-Ġenerali jista’ jeħtieġ.
(3) Ir-Reġistratur-Ġenerali, jekk ikun sodisfatt li l-applikant
huwa persuna li għandha dritt għal dokument ta’ identità  skont dan
l-Att, għandu joħroġlu karta ta’ identità  ta’ baħri malti.
(4) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu u ta’ l-artikoli 200 u 201,
"baħri malti" tfisser persuna li tkun ċittadin ta’ Malta impjegata jew
ingaġġata, jew tkun soltu impjegata jew ingaġġata fuq bastimenti li
jbaħħru (sew maltin kemm barranin), li ma jkunux dgħajjes tas-sajd
jew bastimenti tal-gwerra ta’ xi pajjiż, bħala kaptan jew membru
ta’ l-ekwipaġġ tal-bastiment.
            BASTIMENTI   MERKANTILI  AP.  234.    97
Karta tinżamm 
f’sigurtà . 
196.   Kull persuna li lilha tkun ħarġitilha karta ta’ identità  ta’
baħri malti għandha żżomm dik il-karta f’post żgur għandha u
għandha tipproduċiha meta tintalab mix-shipping  master.
Telf, distruzzjoni 
jew tħassir ta’ karta 
ta’ identità  ta’ 
baħri malti.
197. (1) Jekk karta ta’ identità  ta’ baħri malti tintilef, tiġi
distrutta jew titħassar, il-persuna li lilha tkun inħarġitilha l-karta
għandha, malajr kemm ikun prattikabbli, tirrapporta l-fatt lir-
Reġistratur-Ġenerali u, fil-każ ta’ karta mħassra, għandha
tikkonsenja l-karta mħassra fl-uffiċċju tar-Reġistratur-Ġenerali.
(2) Meta ssir talba għall-ħruġ ta’ karta oħra minflok il-karta
mitlufa, distrutta jew imħassra, u malli jitħallas id-dritt jekk dan
ikun dovut, ir-Reġistratur-Ġenerali, jekk ikun sodisfatt li l-karta
tkun intilfet, ġiet distrutta jew imħassra u, fil-każ ta’ karta mħassra,
li tkun ġiet konsenjata kif meħtieġ b’dan l-Att, għandu joħroġ karta
ġdida.
(3) Għandu jitħallas dritt ta’ ħamsa u sebgħin ċenteżmu (jew
dak id-dritt l-ieħor li l-Ministru jista’ jippreskrivi minn żmien għal
żmien) għal kull karta ta’ identità  ta’ baħri malti maħruġa minflok
karta li tkun intilfet, ġiet distrutta jew ġiet imħassra:
Iżda ma jitħallas ebda dritt jekk ir-Reġistratur-Ġenerali
jkun sodisfatt li dak it-telf, id-distruzzjoni jew it-tħassir ma setax
raġonevolment ġie evitat mill-baħri jew ikun sar minħabba użu
normali.
Partikolaritajiet 
mhux korretti 
mdaħħlin f’karta.
198.   Jekk xi partikolaritajiet imdaħħla f’karta ta’ identità  ta’
baħri malti jsiru jew jinsabu li jkunu mhux korretti, il-persuna li
lilha tkun ħarġitilha l-karta għandha, malajr kemm ikun
prattikabbli, tirrapporta l-fatt lir-Reġistratur-Ġenerali u għandha
tikkonsenja l-karta mhux korretta fl-uffiċċju tiegħu; u wara dan ir-
Reġistratur-Ġenerali jista’ jew jara li l-karta tiġi mibdula jew
jordna l-ħruġ ta’ karta minflokha.
Dħul f’karta, għoti 
jew kariga ta’ 
karta. 
199. (1) Ebda persuna (barra mir-Reġistratur-Ġenerali jew
persuna awtorizzata għal hekk mill-Ministru jew mir-Reġistratur-
Ġenerali, li taġixxi skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew
skond direttivi mogħtija mill-Ministru jew mir-Reġistratur-
Ġenerali) ma għandha tagħmel xi marka jew tniżżel xi ħaġa fuq,
jew tħassar, tikkanċella jew tibdel xi marka jew dħul magħmul fuq,
jew xort’oħra tħassar jew tiddistruġġi, karta ta’ identità  ta’ baħri
malti.
(2) Ebda persuna ma għandha tagħti jew tissoġġetta, jew
tiftiehem li tagħti jew tissoġġetta, xi karta ta’ identità  ta’ baħri
malti, u l-għoti jew l-assoġġettament ta’ karta ta’ identità  ta’ baħri
malti jkun null u bla effett.
Pussess ta’ aktar 
minn dokument 
wieħed ta’ identità .
200.  Baħri malti li jkollu fil-pussess tiegħu iktar minn karta ta’
identità  ta’ baħri malti waħda jew ikollu, barra mill-karta ta’
identità  ta’ baħri malti, dokument distintiv ta’ identità  ta’ baħri
maħruġ taħt l-awtorità  tal-Gvern ta’ xi pajjiż barrani, għandu
mingħajr dewmien u personalment jipproduċi dawk il-karti u d-
dokumenti ta’ identità  lir-Reġistratur-Ġenerali u għandu jagħtih
lura waħda jew aktar minn dawk il-karti li jkunu karti ta’ identità
ta’ baħri malti kif jeħtieġ ir-Reġistratur-Ġenerali.
  98      KAP. 234. ħ       BASTIMENTI   MERKANTILI
Baħri malti li ma 
jibqax hekk jagħti 
lura l-karta.
201.  Persuna li lilha tkun ħarġitilha karta ta’ identità  ta’ baħri
malti għandha tagħtiha lura lir-Reġistratur-Ġenerali minnufih kif
ma tibqax baħri malti u r-Reġistratur-Ġenerali jista’ jitlob lil kull
persuna li lilha tkun ħarġitilha karta li tagħtiha lura lilu.
Konsenja ta’ karta 
maħruġa lil persuni 
oħra. 
202.  Kull persuna li tiġi fil-pussess tagħha karta ta’ identità  ta’
baħri malti maħruġa lil xi persuna oħra għandha minnufih
tikkonsenjaha jew tibgħatha lir-Reġistratur-Ġenerali.
Pieni.
Emendat:
XXII. 2000.2.
203. (1) Kull persuna li tikser jew tonqos li tħares xi waħda
mid-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 196, tas-subartikolu (1) ta’ l-
artikolu 197, jew ta’ l-artikoli 198, 199, 200, 201 jew 202 jew li
tonqos li tħares xi ħtieġa tar-Reġistratur-Ġenerali skond l-artikolu
201, teħel għal kull reat multa ta’ mhux iżjed minn għoxrin unit.
(2) L-artikolu 98 għandu jkollu effett daqslikieku riferenzi li
hemm fih għal ċertifikati ta’ kompetenza kienu jinkludu riferenzi
għal karta ta’ identità  ta’ baħri malti.
Applikazzjoni tat-Taqsima IV
Applikazzjoni ta’ 
din it-Taqsima għal 
bastimenti 
reġistrati f’Malta.
204.   Din it-Taqsima ta’ dan l-Att għandha, kemm-il darba r-
rabta tal-kliem jew is-suġġett ma jeħtieġx applikazzjoni differenti,
tapplika għall-bastimenti kollha li jbaħħru reġistrati skond dan l-
Att, u għal sidien, kaptani u ekwipaġġ ta’ dak il-bastiment, ħlief
safejn hawnhekk iżjed ’il quddiem qed jiġi provdut dwar -
(a) pleasure yachts, u 
(b) dgħajjes tas-sajd.
Applikazzjoni 
f’parti għal 
pleasure yachts. 
Sostitwit:
XXII. 2000.79.
205.   Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 113 sa 120 (it-tnejn
inklużi), ta’ l-artikoli 121 sa 122Ċ (it-tnejn inklużi), ta’ l-artikoli
125, 133, 137 u 148, u ta’ l-artikoli 190 sa 194 (it-tnejn inklużi) ta’
dan l-Att, u daqskemm jista’ jiġi preskritt, kull provvediment ieħor
ta’ din it-Taqsima ta’ dan l-Att, hekk kif il-Ministru jista’
jippreskrivi b’regolamenti, ma għandhomx japplikaw għal pleasure
yachts.
Applikazzjoni 
f’parti għal 
dgħajjes tas-sajd.
Emendat:
XXII. 2000.2, 80.
206. (1) Id-disposizzjonijiet ta’ din it-Taqsima ta’ dan l-Att
għandhom japplikaw għal dgħajjes tas-sajd, salv kif provdut f’dan
l-artikolu.
(2) Id-disposizzjonijiet dwar ftehim obbligatorju ma’ l-
ekwipaġġ għandhom japplikaw biss għal dgħajjes tas-sajd u ħamsa
u għoxrin tunnellata jew iżjed, u -
(a) fl-applikazjoni ta’ l-artikolu 114 għal dawk id-dgħajjes
tas-sajd, għandhom iseħħu d-disposizzjonijiet li ġejjin:
 (i) il-ftehim ma’ l-ekwipaġġ (hawnhekk iżjed ’il
quddiem imsejjaħ "ftehim ta’ dgħajsa tas-sajd")
għandu jsir f’dik il-forma li l-Ministru jista’
japprova dwar dgħajjes tas-sajd; u
(ii) ftehim ta’ dgħajsa tas-sajd għandu, minflok l-
ammont tal-paga, jispeċifika, meta ċ-ċirkostanzi
hekk jeħtieġu, ir-rimunerazzjoni li kull baħri
għandu jirċievi, sew jekk bħala paga jew bħala
sehem mill-qabda, jew it-tnejn f’daqqa; u
            BASTIMENTI   MERKANTILI  AP.  234.    99
(b) fl-applikazzjoni ta’ l-artikolu 115 għall-imsemmija
dgħajjes tas-sajd, ftehim ta’ dgħajsa tas-sajd jista’ jsir
mis-sid minflok mill-kaptan u d-disposizzjonijiet ta’
dan l-Att dwar l-għemil tal-ftehim għandhom jiftiehmu
skond hekk.
(3) L-artikolu 126 għandu japplika biss għal dgħajjes tas-sajd
ta’ tagħbija ta’ ħamsa u għoxrin tunnellata jew iżjed.
(4) L-artikoli 133 u 135 ma għandhomx japplikaw għal
dgħajjes tas-sajd, iżda d-disposizzjonijiet li ġejjin għandhom
iseħħu dwar dgħajjes tas-sajd, jiġfieri:
(a) is-sid ta’ dgħajsa tas-sajd, li tkun dgħajsa ta’ tagħbija
ta’ ħamsa u għoxrin tunnellata jew iżjed, għandu jagħti
lill-kaptan, u s-sid jew il-kaptan ta’ dik id-dgħajsa
għandu jagħti lil kull baħri ta’ dik id-dgħajsa, kont
sħiħ u veru f’forma approvata mill-Ministru, tal-paga
jew rimunerazzjoni oħra tal-kaptan jew tal-baħri,
skond il-każ, u tat-tnaqqis kollu li għandu jsir minnha
għal kwalunkwe raġuni; u tnaqqis mir-rimunerazzjoni
ta’ kaptan jew ta’ baħri ma jkunx permess kemm-il
darba ma jkunx inkluż fil-kont hekk mogħti, jew li
jkun dwar ħaġa li tiġri wara dak l-għoti;
(b) il-kaptan jista’ b’avviż lis-sid, u baħri jista’ b’avviż
lis-sid jew lill-kaptan, jeżenta mill-għoti ta’ dak il-
kont; 
(ċ) ħlief meta l-kont ikun hekk eżentat milli jingħata u
ħlief safejn jirreferi għal rimunerazzjoni li tikkonsisti
f’sehem mill-qabda, il-kont għandu jingħata mhux
iktar tard minn erba’ siegħat qabel il-kaptan jew il-
baħri jitħallas għal kollox jew itemm l-ingaġġ;
(d) jekk is-sid jew il-kaptan ta’ dgħajsa jonqos mingħajr
raġuni xierqa li jħares dan is-subartikolu, hu jeħel għal
kull reat multa ta’ mhux iżjed minn għaxar units.
(5) It-tunnellaġġ ta’ dgħajsa tas-sajd għall-finijiet ta’ dan l-
artikolu għandu jitqies li hu, fil-każ ta’ steam trawler it-tunnellaġġ
gross tagħha u f’kull każ ieħor it-tunnellaġġ reġistrat tagħha kif
stabbilit għall-fini ta’ dik ir-reġistrazzjoni.
(6) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu "dgħajsa tas-sajd" tfisser
bastiment li jkun f’dak iż-żmien użat għas-sajd fil-baħar jew għal
servizz ta’ sajd fil-baħar, inklużi bastimenti wżati bħala tenders
jew għall-ġarr għal fuq dgħajjes tas-sajd jew sabiex tinġabar jew
tinġarr fuq l-art il-qabda tad-dgħajjes tas-sajd, iżda ma tinkludix
bastiment użat għall-qbid ta’ ħut li ma jkunx għal profitt.
  100      KAP. 234. ħ       BASTIMENTI   MERKANTILI
TAQSIMA V
SIGURTÀ  TAL-ĦAJJA FUQ IL-BAĦAR
1.  KOSTRUZZJONI U TAGĦMIR TA’ BASTIMENTI
 Regoli dwar kostruzzjoni, tagħmir jew sigurtà
Applikazzjoni tal-
Konvenzjoni dwar 
il-Ħarsien mill-
Periklu.
Miżjud:
XXII. 2000.81.
206A. (1) Il-Konvenzjoni dwar il-Ħarsien mill-Periklu għandha,
kemm-il darba ma jiġix provdut xort’oħra f’regoli magħmulin taħt
l-artikoli 207 sa 212 (it-tnejn inklużi) ta’ dan l-Att, ikunu japplikaw
għall-bastimenti Maltin kollha u għall-bastimenti l-oħra kollha
filwaqt li dawn ikunu fl-ibħra territorjali ta’ Malta bħallikieku l-
ħtiġiet tagħha kienu imposti fuq dawk il-bastimenti b’regoli
magħmulin taħt dawk l-artikoli.
(2) Għall-għanijiet tas-subartikolu (1), il-frażi ''Konvenzjoni
dwar il-Ħarsien mill-Periklu'' għandu jkollha l-istess tifsira bħalma
hu lilha mogħti fl-artikolu 213.
Regoli dwar il-
kostruzzjoni u 
spezzjon.
Emendat:
XXII.2000.82.
207. (1) Il-Ministru jista’ jagħmel regoli (f’dan l-Att imsejħa
"regoli dwar il-kostruzzjoni u spezzjon") li jippreskrivu l-ħtiġijiet
għall-buk, għal-tagħmir u għall-makkinarju tal-bastimenti li
għalihom japplika dan l-artikolu u li jeħtieġu li kull bastiment bħal
dak jiġi spezzjonat daqs kemm, b’dak il-mod u f’dawk l-intervalli
kif jiġi preskritt b’dawk ir-regoli.
(2) Dan l-artikolu japplika għal:
(a) bastimenti maltin tal-passiġġieri, u għal kull bastiment
barrani tal-passiġġieri li jġorr passiġġieri għal jew
minn kull post, jew bejn postijiet, f’Malta;
(b) bastimenti li jbaħħru ta’ mhux inqas minn ħames mitt
tunnellata gross, jew ta’ mhux inqas minn dak it-
tunnellaġġ aktar baxx u ta’ dik id-deskrizzjoni li l-
Ministru jista’ b’ordni fil-Gazzetta jispeċifika, ħlief li
għal dawk il-bastimenti li jbaħħru li ma jkunux
reġistrati skond dan l-Att japplika biss fil-waqt li
jkunu fl-ibħra territorjali ta’ Malta; 
(ċ) dawk il-bastimenti l-oħra li l-Ministru jista’
jippreskrivi.
(3) Bla ħsara għall-ġeneralità  tad-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’
dan l-artikolu, regoli skond dan l-artikolu jistgħu jeħtieġu l-
provdiment f’bastimenti maltin ta’ passiġġieri -
(a) ta’ pjanti esibiti kif provdut minn jew skond ir-regoli,
u ta’ kull informazzjoni oħra, dwar il-konfini ta’
kompartimenti li minnhom ma jgħaddix ilma, il-fetħiet
fihom, il-mezzi li bihom jingħalqu dawk il-fetħiet u l-
arranġamenti biex jiġi korrett kull tmejjil minħabba
dħul ta’ ilma;
(b) ta’ informazzjoni meħtieġa biex tgħin lill-kaptan
iżomm stabilità  biżżejjed biex il-bastiment jista’ jiflaħ
kontra l-ħsara.
            BASTIMENTI   MERKANTILI  AP.  234.    101
Regoli dwar 
tagħmir ta’ 
salvataġġ.
Emendat:
XXII. 2000.83.
208. (1) Il-Ministru jista’, dwar kull bastiment li għalih
japplika dan l-artikolu, jagħmel regoli (f’dan l-Att imsejħa "regoli
dwar tagħmir ta’ salvataġġ") dwar il-ħwejjeġ kollha li ġejjin jew
dwar uħud minnhom, jiġifieri:
(a) it-tqassim ta’ bastimenti fi klassijiet, meta jittieħed
kont tas-servizzi li fuqhom ikunu qed jitħaddmu, tax-
xorta u taż-żmien tal-vjaġġ, u tan-numru ta’
passiġġieri li jinġarru;
(b) in-numru, id-deskrizzjoni u l-mod tal-kostruzzjoni tad-
dgħajjes, taċ-ċattri ta’ salvataġġ, tat-tagħmir għal-line
throwing, tal-ġkieket ta’ salvataġġ, u ta’ lifebuoys li
jinġarru minn bastimenti, skond il-klassijiet li fihom
il-bastimenti jkunu mqassma;
(ċ) it-tagħmir li għandu jinġarr minn kull dgħajsa u ċattra
bħal dawk, u l-metodi li għandhom jiġu provduti biex
id-dgħajjes u t-tagħmir l-ieħor ta’ salvataġġ jitniżżlu
fil-baħar, inkluż iż-żejt li jintuża fil-maltemp;
(d) il-provdiment f’bastimenti ta’ fornitura xierqa ta’ dwal
li ma jintfewx fl-ilma, u li huma mgħammrin biex
jitwaħħlu mal-lifebuoys;
(e) il-kwantità , il-kwalità  u d-deskrizzjoni ta’ apparat li
jżomm f’wiċċ l-ilma li jinġarr abbord bastimenti, jew
b’żieda ma’ jew minflok dgħajjes, ċattri ta’ salvataġġ,
ġkieket ta’ salvataġġ u lifebuoys;
(f) il-posizzjoni ta’ u l-mezzi biex jintrabtu sewwa d-
dgħajjes, ċattri ta’ salvataġġ, ġkieket ta’ salvataġġ,
lifebuoys u ta’ apparat li jżomm f’wiċċ l-ilma;
(g) l-immarkar tad-dgħajjes, ċattri ta’ salvataġġ u apparat
li jżomm f’wiċċ l-ilma biex juri l-kobor tagħhom u n-
numru ta’ persuni awtorizzati li jinġarru fuqhom;
(h) l-ekwipaġġ tad-dgħajjes ta’ salvataġġ u l-kwalifiki u ċ-
ċertifikati ta’ persuni li jaħdmu fuq dgħajjes ta’
salvataġġ;
(i) il-provdiment li jsir biex jissejħu l-persuni abbord u
biex jiġu mbarkati fuq id-dgħajjes (inkluż il-
provdiment għad-dawl ta’, u l-mezzi għad-dħul u ħruġ
minn, partijiet differenti tal-bastiment);
(j) il-provdiment ta’ mezzi xierqa mqegħdin barra mill-
kamra tal-makna li bihom jista’ jiġi evitat id-dħul ta’ l-
ilma fid-dgħajjes;
(k) l-għoti ta’ dmirijiet speċifiċi lil kull membru ta’ l-
ekwipaġġ f’każ ta’ emerġenza;
(l) il-metodi li għandhom jintużaw u t-tagħmir li għandu
jinġarr biex jiġi evitat, biex ikunu jafu li hemm u biex
jintefa n-nar;
(m) il-provdiment f’bastimenti ta’ pjanti jew informazzjoni
oħra dwar il-mezzi ta’ l-evitar, kxif, kontroll u tifi ta’
nar;
(n) il-prattika f’bastimenti ta’ boat-drills u fire-drills;
  102      KAP. 234. ħ       BASTIMENTI   MERKANTILI
(o) il-provdiment f’bastimenti ta’ mezzi għall-egħmil ta’
sinjali effettivi f’każ ta’ periklu matul il-ġurnata u l-
lejl; 
(p) il-provdiment, f’bastimenti mħaddmin fuq vjaġġi li
x’aktarx fuqhom jiġu mbarkati bdoti, ta’ slielem xierqa
għall-bdoti, u ta’ ħbula, dwal u tagħmir maħsubin biex
jagħmlu l-użu ta’ dawk is-slielem mingħajr periklu;
(q) l-eżami u l-manutenzjoni, f’intervalli li jiġu preskritti
bir-regoli, ta’ kull apparat jew tagħmir li skond ir-
regoli għandu jinġarr.
(2) Dan l-artikolu japplika għal: 
(a) bastimenti maltin;
(b) kull bastiment ieħor fil-waqt li jkunu fl-ibħra
territorjali ta’ Malta.
Regoli dwar ir-
radju.
Emendat:
XXII. 2000.84.
209. (1) Il-Ministru jista’ jagħmel regoli (f’dan l-Att imsejħa
"regoli dwar ir-radju") li jeħtieġu bastimenti li għalihom japplika
dan l-artikolu li jiġu provduti bi stallazzjoni tar-radju barra minn
għajnuna għan-navigazzjoni bir-radju ta’ dik ix-xorta li tista’ tiġi
preskritta b’dawk ir-regoli u li jżommu dak is-servizz tar-radju fi
stat tajjeb ta’ manutenzjoni u li jġorru dak in-numru ta’ uffiċjali
jew operaturi tar-radju, ta’ dawk il-gradi u li jkollhom dawk il-
kwalifiki, li jistgħu jiġu preskritti; u r-regoli jista’ jkun fihom
disposizzjonijiet għall-evitar, safejn ikun prattikabbli, ta’ tfixkil
elettriku fl-istallazzjoni tar-radju minn apparat ieħor abbord.
(2) Dan l-artikolu japplika għal:
(a) bastimenti Maltin;
(b) il-bastimenti l-oħra kollha fil-waqt li jkunu fl-ibħra
territorjali ta’ Malta.
(3) Bla ħsara għall-ġeneralità  tad-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’
dan l-artikolu, regoli skond dan l-artikolu jistgħu -
(a) jippreskrivu d-dmirijiet ta’ uffiċjali u operaturi tar-
radju, inkluż id-dmir li jinżamm ġurnal tar-radju;
(b) japplikaw, għal kull ġurnal tar-radju li għandu
jinżamm skond ir-regoli, kull waħda mid-
disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 193 u 194;
(ċ) jeħtieġu lill-kaptan tal-bastiment li jara li jitniżżlu fil-
ġurnal t’abbord uffiċjali dawk il-partikolaritajiet dwar
it-tħaddim ta’ l-istallazzjoni tar-radju u dwar il-
manutenzjoni tas-servizz tar-radju, kif jista’ jiġi
speċifikat fir-regoli;
(d) jippreskrivu l-ħtiġijiet għal dak l-apparat tar-radju li
jista’ jinġarr li dgħajjes jew ċattri ta’ salvataġġ jistgħu
jkunu meħtieġa li jġorru skond ir-regoli dwar tagħtmir
ta’ salvataġġ.
            BASTIMENTI   MERKANTILI  AP.  234.    103
Regoli dwar 
tagħmir li jagħti 
direzzjoni.
Emendat:
XXII. 2000.85.
210. (1) Il-Ministru jista’ jagħmel regoli (f’dan l-Att imsejħa
"regoli dwar tagħmir li jsib id-direzzjoni") li jeħtieġu bastimenti li
għalihom japplika dan l-artikolu li jiġu provduti b’tagħmir li jsib
id-direzzjoni ta’ dik ix-xorta li tista’ tiġi preskritta bir-regoli.
(2) Dan l-artikolu japplika għal:
(a) bastimenti Maltin;
(b) il-bastimenti l-oħra kollha fil-waqt li jkunu fl-ibħra
territorjali ta’ Malta.
 (3) Bla ħsara għall-ġeneralità  tad-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’
dan l-artikolu, regoli magħmula skond dan l-artikolu jistgħu
jipprovdu għall-posizzjoni tat-tagħmir li jsib id-direzzjoni, fuq il-
bastiment, għall-komunikazzjoni bejn it-tagħmir li jsib id-
direzzjoni u l-pont, għall-eżaminar tat-tagħmir li jsib id-direzzjoni
f’intervalli u skond ma jkun meħtieġ f’xi każ u għar-reġistrazzjoni
tar-riżultat ta’ l-eżami.
Aktar 
disposizzjonijiet 
dwar għajnuna 
għan-navigazzjoni 
bir-radju. 
211.  Il-Ministru jista’ jagħmel regoli li jippreskrivu:
(a) il-ħtiġijiet li għajnuna għan-navigazzjoni bir-radju,
barra minn tagħmir li jsib id-direzzjoni, għandhom
iħarsu jekk jinġarru abbord bastimenti maltin inklużi l-
ħtiġijiet dwar il-posizzjoni tagħhom u l-mod kif ikunu
istallati;
(b) il-ħtiġijiet li apparat maħsub sabiex jittrasmetti jew
jirrifletti sinjali għandu jħares, li jkun apparat f’Malta,
jew barra mix-xtajta ta’ Malta u miżmum minn Malta.
Ftuħ fil-buk u fid-
diviżorji li 
minnhom ma 
jgħaddix ilma 
f’bastimenti tal-
passiġġieri. 
212.   Il-Ministru jista’, dwar kull bastiment malti tal-
passigġieri, jagħmel regoli għal kull waħda mill-ħwejjeġ li ġejjin:
(a) biex jingħalqu u jinżammu magħluqa l-ftuħ fil-buk ta’
bastimenti u f’diviżorji li minnhom ma jgħaddix ilma; 
(b) biex jiġu żgurati, miżmuma fil-post u spezzjonati l-
mezzi għall-egħluq tal-ftuħ fuq imsemmi;
(ċ) biex jitħaddmu l-mekkaniżmi tal-mezzi għall-egħluq
tal-ftuħ fuq imsemmi u għal eżerċizzji dwar it-tħaddim
tagħhom;
(d) biex jiġi meħtieġ li jiġu mniżżla fil-ġurnal t’abbord
uffiċjali jew li jinżamm record dwar xi ħwejjeġ
imsemmija qabel.
Regoli biex jiġu 
applikati 
konvenzjonijiet 
internazzjonali.
Emendat: 
XXIV. 1986.21;
XXII. 2000.86.
213.  (1) Kull regoli magħmula skond l-artikoli 207, 208, 209 u
210 għandhom jinkludu dawk il-ħtiġijiet, dwar il-ħwejjeġ li
dwarhom isiru r-regolamenti, kif fil-fehma tal-Ministru għandhom
isiru biex jiġu applikati d-disposizzjonijiet, dwar dawk il-ħwejjeġ,
tal-konvenzjoni internazzjonali msejħa l-International Convention
for the Safety of Life at Sea iffirmata f’Londra fl-1 ta’ Novembru,
1974 u l-Protocol tagħha ffirmat f’Londra fis-17 ta’ Frar, 1978 jew
kull konvenzjoni jew protocol ieħor internazzjonali dwar ħarsien
mill-periklu fuq il-baħar li l-Gvern ta’ Malta ikun irratifika jew
aċċeda għalih, (f’dan l-Att imsejħa "il-Konvenzjoni dwar il-
Ħarsien mill-Periklu").
  104      KAP. 234. ħ       BASTIMENTI   MERKANTILI
(2) Kull riferenza fis-subartikolu (1) għal xi konvenzjoni jew
protokoll internazzjonali għandha tinkludi riferenza għal kull
emenda għall-konvenzjoni jew għall-protokoll li l-Gvern ta’ Malta
jkun irratifika, aderixxa għaliha jew aċċetta.
Dikjarazzjonijiet ta’ spezzjon
Dikjarazzjonijiet 
ta’ spezzjon. 
214.   Meta għall-fini tal-ħruġ ta’ ċertifikat dwar bastiment
skond din it-Taqsima ta’ dan l-Att bastiment li jkun ġie spezzjonat
skond ir-regoli dwar il-kostruzzjoni u spezzjon minn surveyors
xierqa, is-surveyors jekk ikunu sodisfatti mill-ispezzjon li jistgħu
b’mod xieraq hekk jagħmlu, għandhom jagħtu lis-sidien
dikjarazzjonijiet ta’ spezzjon f’forma approvata mill-Ministru.
Dikjarazzjonijiet 
ta’ spezzjon jiġu 
mibgħuta. 
Emendat:
XXII. 2000.2.
215. (1) Is-sid ta’ bastiment li jkun ġie spezzjonat għandu, fi
żmien erbatax-il ġurnata minn meta jirċievi dikjarazzjoni ta’
spezzjon, jibgħatha lill-Ministru.
(2) Jekk is-sid jonqos mingħajr raġuni xierqa li hekk jibgħat
dikjarazzjoni ta’ spezzjon, jehel multa ta’ mhux iżjed minn żewġ
units għal kull ġurnata li matulha hekk idum ma jibgħatha.
Appell lill-qorti ta’ 
spezzjon. 
216. (1) Jekk is-sid ta’ bastiment iħoss ruħu aggravat
b’dikjarazzjoni ta’ spezzjon ta’ surveyor ta’ bastiment, jew ta’
surveyor inġinier, jew ta’ surveyor tar-radju, jew bir-rifjut ta’ dak
is-surveyor li jagħti dikjarazzjoni hu jista’ jappella lill-qorti ta’
survey bil-mod stabbilit bir-regoli ta’ dik il-qorti.
(2) Fuq kull appell bħal dak il-president tal-qorti ta’ survey
għandu jirraporta lill-Ministru fuq il-kwistjoni li titqajjem mill-
appell, u l-Ministru jista’ jaġixxi meta jirċievi dak ir-rapport kif hu
jista’ jaġixxi meta jirċievi dikjarazzjoni ta’ spezzjon.
(3) Bla ħsara għal kull ordni magħmul mill-president tal-qorti
ta’ survey, l-ispejjeż ta’ u li huma inċidentali għall-appell
għandhom jitħallsu skond l-eżitu ta’ l-appell.
Ċertifikati dwar bastimenti
Ċertifikati ta’ 
sigurezza u 
ċertifikati ta’ 
eżenzjoni ta’ 
bastimenti ta’ 
passiġġieri.
217. (1) Jekk il-Ministru, meta jirċievi dikjarazzjonijiet ta’
survey dwar bastiment malti tal-passiġġieri, ikun sodisfatt li l-
bastiment ikun skond ir-regoli ta’ kostruzzjoni u spezzjon, ir-regoli
dwar tagħmir ta’ salvataġġ, ir-regoli dwar ir-radju, u r-regoli dwar
tagħmir li jsib id-direzzjoni, li japplikaw għall-bastiment u għal
dawk il-vjaġġi internazzjonali li hu jkun se jitħaddem fuqhom, u li
l-bastiment ikun provdut b’mod xieraq bid-dwal, forom u mezzi
għall-egħmil ta’ sinjali waqt iċ-ċpar meħtieġa bir-regoli dwar il-
kolliżjoni, hu għandu, fuq talba tas-sid, joħroġ dwar il-bastiment
ċertifikat li juri li l-bastiment ikun iħares il-ħtiġijiet tal-
Konvenzjoni dwar il-Ħarsien mill-Periklu li tapplika kif intqal
qabel; u kull ċertifikat maħruġ skond dan is-subartikolu f’dan l-Att
qed jissejjaħ "ċertifikat ġenerali dwar ħarsien mill-periklu":
Iżda, jekk il-vjaġġi li fuqhom il-bastiment ikun ser jiġi
mħaddem ikunu vjaġġi internazzjonali qosra u jkun biss skond
dawk ir-regoli li japplikaw għal dawk il-vjaġġi, iċ-ċertifikat għandu
juri li l-bastiment ikun skond il-ħtiġijiet tal-Konvenzjoni dwar it-
            BASTIMENTI   MERKANTILI  AP.  234.    105
Tħaris mill-Periklu li japplikaw għalih bħala bastiment li jaħdem
fuq vjaġġi internazzjonali qosra; u kull ċertifikat bħal dan f’dan l-
Att qed jissejjaħ "ċertifikat dwar ħelsien minn periklu għal vjaġġi
qosra".
(2) Jekk il-Ministru, meta jirċievi dikjarazzjonijiet ta’ survey
dwar xi bastiment tal-passiġġieri kif issemma qabel ikun sodisfatt li
l-bastiment huwa eżentat, bis-saħħa ta’ l-eżerċizzju minnu ta’ xi
setgħa li hu għandu għal hekk skond dan l-Att jew skond ir-regoli
tal-każ, minn xi waħda mill-ħtiġijiet tar-regoli ta’ kostruzzjoni u
spezzjon, tar-regoli dwar tagħmir ta’ salvataġġ, tar-regoli dwar ir-
radju, jew tar-regoli dwar tagħmir li jsib id-direzzjoni, li japplikaw
għall-bastiment u għal dawk il-vjaġġi internazzjonali li hu se
jitħaddem fuqhom, sew jekk vjaġġi qosra sew jekk xort’oħra, u li l-
bastiment ikun skond il-bqija ta’ dawk il-ħtiġijiet u li jkun provdut
b’mod xieraq bid-dwal, forom u mezzi għall-egħmil ta’ sinjali fiċ-
ċpar meħtieġa bir-regolamenti dwar il-kolliżjoni, hu jista’, fuq
talba tas-sid, joħroġ dwar il-bastiment -
(a) ċertifikat ta’ eżenzjoni li juri liema mill-ħtiġijiet tal-
Konvenzjoni dwar il-Ħarsien mill-Periklu li japplikaw
kif intqal qabel il-bastiment qed jiġi eżentat minnhom
u li l-eżenzjoni tkun bil-kondizzjoni li l-bastiment
jaħdem biss fuq il-vjaġġi, u li jitħaddem biss fuq in-
negozju, u li jkun skond il-kondizzjonijiet l-oħra (jekk
ikun hemm), speċifikati fiċ-ċertifikat; u
(b) ċertifikat li juri li l-bastiment ikun skond il-bqija ta’
dawk il-ħtiġijiet;
u kull ċertifikat maħruġ skond il-paragrafu (b) f’dan l-Att qed
jissejjaħ "ċertifikat kwalifikat dwar ħarsien mill-periklu" jew
"ċertifikat kwalifikat dwar ħarsien mill-periklu għal vjaġġi qosra",
skond il-każ.
Ċertifikat ta’ 
bastiment tal-
passiġġieri.
218. (1) Jekk il-Ministru, meta jirċievi dikjarazzjonijiet ta’
survey dwar bastiment tal-passiġġieri li għalih japplika l-artikolu
207, ikun sodisfatt li l-ħtiġijiet ta’ din it-Taqsima ta’ dan l-Att dwar
kostruzzjoni u tagħmir li japplikaw għal dak il-bastiment ikunu
tħarsu, hu għandu, fuq talba tas-sid, joħroġ ċertifikat li juri dak it-
tħaris u li juri, skond id-dikjarazzjonijiet -
(a) il-limiti (jekk ikun hemm) li ’l hemm minnhom il-
bastiment ma jkunx tajjeb biex ibaħħar; u
(b) in-numru ta’ passiġġieri li l-bastiment ikun tajjeb biex
iġorr, u jiddistingwi, jekk meħtieġ, in-numru li jista’
jinġarr f’kull parti tal-bastiment, u kull kondizzjoni
jew tibdil li għalihom in-numru jkun suġġett;
u kull ċertifikat maħruġ skond dan is-subartikolu f’dan l-Att qed
jissejjaħ "ċertifikat ta’ bastiment tal-passiġġieri".
(2) Kull ċertifikat ġenerali dwar ħarsien mlll-periklu jew
ċertifikat dwar ħarsien minn periklu għal vjaġġi qosra, sew jekk
kwalifikati sew jekk le, jistgħu jkunu magħquda f’dokument
wieħed maċ-ċertifikat ta’ bastiment tal-passiġġieri.
  106      KAP. 234. ħ       BASTIMENTI   MERKANTILI
Ċertifikati ta’ 
kostruzzjoni bla 
periklu ta’ 
bastimenti tal-
merkanzija u 
ċertifikati ta’ 
eżenzjoni. 
219. (1) Jekk il-Ministru, meta jirċievi dikjarazzjonijiet ta’
survey dwar bastiment malti, li ma jkunx bastiment tal-passiġġieri,
ikun sodisfatt li l-bastiment ikun skond ir-regoli ta’ kostruzzjoni u
spezzjon li japplikaw għall-bastiment u għal dawk il-vjaġġi li jkun
ser jitħaddem fuqhom, hu għandu, fuq talba tas-sid, joħroġ dwar il-
bastiment ċertifikat li juri li l-bastiment ikun skond il-ħtiġijiet tal-
Konvenzjoni dwar il-Ħarsien mill-Periklu li jirreferu għal dawk il-
ħwejjeġ li japplikaw kif intqal qabel, u kull ċertifikat bħal dak
f’dan l-Att qed jissejjaħ "ċertifikat ta’ kostruzzjoni bla periklu ta’
bastimenti tal-merkanzija".
(2) Jekk il-Ministru, meta jirċievi dikjarazzonijiet ta’ survey
dwar xi wieħed mill-imsemmija bastimenti, ikun sodisfatt li l-
bastiment huwa eżentat, bis-saħħa ta’ l-eżerċizzju minnu ta’ xi
setgħa li hu għandu għal hekk skond dan l-Att jew skond ir-regoli
dwar il-kostruzzjoni u spezzjon, minn xi waħda mlll-ħtiġijiet ta’
dawk ir-regoli li japplikaw għall-bastiment u għall-vjaġġi li
fuqhom ikun ser jitħaddem, u li l-bastiment ikun skond il-bqija ta’
dawk il-ħtiġjiet, hu għandu, fuq talba tas-sid, joħroġ dwar il-
bastiment -
(a) ċertifikat ta’ eżenzjoni li juri liema mill-ħtiġijiet tal-
Konvenzjoni dwar il-Ħarsien mill-Periklu li japplikaw
kif intqal qabel il-bastiment hu eżentat u li l-eżenzjoni
tkun bil-kondizzjoni li l-bastiment jaħdem biss fuq il-
vjaġġi, u li jkun skond il-kondizzjonijiet l-oħra (jekk
ikun hemm), speċifikati fiċ-ċertifikat; u
(b) ċertifikat li juri li l-bastiment ikun skond il-bqija ta’
dawk il-ħtiġijiet;
u kull ċertifikat maħruġ skond il-paragrafu (b) f’dan l-Att qed
jissejjaħ "ċertifikat kwalifikat ta’ kostruzzjoni bla periklu ta’
bastimenti tal-merkanzija".
Ċertifikati ta’ 
tagħmir għall-
ħarsien mill-
periklu ta’ 
bastimenti tal-
merkanzija u 
ċertifikati ta’ 
eżenzjoni.
220. (1) Jekk il-Ministru, meta jirċievi dikjarazzjonijiet ta’
survey dwar bastiment malti, li ma jkunx bastiment tal-passiġġieri,
ikun sodisfatt li l-bastiment ikun skond ir-regoli dwar tagħmir ta’
salvataġġ li japplikaw għall-bastiment u għal dawk il-vjaġġi
internazzjonali li hu jkun ser jitħaddem fuqhom, u li l-bastiment
ikun provdut b’mod xieraq bid-dwal, forom u mezzi għall-egħmil
ta’ sinjali waqt iċ-ċpar meħtieġa bir-regoli dwar il-kolliżjoni, hu
għandu, fuq talba tas-sid, joħroġ dwar il-bastiment ċertifikat li juri
li l-bastiment ikun skond dawk il-ħtiġijiet tal-Konvenzjoni dwar il-
Ħarsien mill-Periklu dwar dawk il-ħwejjeġ li japplikaw kif intqal
qabel; u kull ċertifikat maħruġ skond dan is-subartikolu f’dan l-Att
qed jissejjaħ "ċertifikat ta’ tagħmir għall-ħarsien mill-periklu".
(2) Jekk il-Ministru, meta jirċievi dikjarazzjonijiet ta’ survey
dwar xi bastiment kif issemma qabel, ikun sodisfatt li l-bastiment
huwa eżentat, bis-saħħa ta’ l-eżerċizzju minnu ta’ xi setgħa li hu
għandu skond dan l-Att jew skond ir-regoli dwar tagħmir ta’
salvataġġ, minn xi waħda mill-ħtiġijiet ta’ dawk ir-regoli li
japplikaw għall-bastiment jew għal dawk il-vjaġġi internazzjonali
li fuqhom ikun ser jitħaddem, u li l-bastiment ikun skond il-bqija
ta’ dawk il-ħtiġijiet u li jkun provdut b’mod xieraq bid-dwal, forom
u mezzi għall-egħmil ta’ sinjali fiċ-ċpar meħtieġa bir-regolamenti
            BASTIMENTI   MERKANTILI  AP.  234.    107
dwar il-kolliżjoni, hu għandu, fuq talba tas-sid, joħroġ dwar il-
bastiment -
(a) ċertifikat ta’ eżenzjoni li juri liema mill-ħtiġijiet tal-
Konvenzjoni dwar il-Ħarsien mill-Periklu li japplikaw
kif intqal qabel il-bastiment qed jiġi eżentat minnhom
u li l-eżenzjoni tkun bil-kondizzjoni li l-bastiment
jaħdem biss fuq il-vjaġġi, u li jkun skond il-
kondizzjonijiet l-oħra (jekk ikun hemm), speċifikati
fiċ-ċertifikat; u
(b) ċertifikat li juri li l-bastiment ikun skond il-bqija ta’
dawk il-ħtiġijiet;
u kull ċertifikat maħruġ skond il-paragrafu (b) f’dan l-Att qed
jissejjaħ "ċertifikat kwalifikat dwar tagħmir għall-ħarsien mill-
periklu".
Ċertifikati tar-radju 
u ċertifikati ta’ 
eżenzjoni.
221. (1) Jekk il-Ministru, meta jirċievi dikjarazzjonijiet ta’
survey dwar bastiment malti, li ma jkunx bastiment tal-passiġġieri,
ikun sodisfatt li l-bastiment ikun skond ir-regoli tar-radju u r-regoli
dwar tagħmir li jsib id-direzzjoni li japplikaw għall-bastiment u
għal dawk il-vjaġġi internazzjonali li hu jkun ser jitħaddem
fuqhom, hu għandu, fuq talba tas-sid, joħroġ dwar il-bastiment
ċertifikat li juri li l-bastiment ikun skond dawk il-ħtiġijiet tal-
Konvenzjoni dwar it-Tħaris mill-Periklu dwar radjotelegrafija,
radjotelefonija u tagħmir li jsib id-direzzjoni li japplikaw kif
issemma qabel; u kull ċertifikat maħruġ skond dan is-subartikolu
f’dan l-Att qed jissejjaħ "ċertifikat tar-radju".
(2) Jekk il-Ministru, meta jirċievi dikjarazzjonijiet ta’ survey
dwar xi bastiment kif issemma qabel, ikun sodisfatt li l-bastiment
huwa eżentat, bis-saħħa ta’ l-eżerċizzju minnu ta’ xi setgħa li hu
għandu skond dan l-Att jew skond ir-regoli tal-każ, minn xi waħda
mill-ħtiġijiet tar-regoli tar-radju jew tar-regoli dwar tagħmir li jsib
id-direzzjoni li japplikaw għall-bastiment u għal dawk il-vjaġġi
internazzjonali li fuqhom ikun ser jitħaddem, u li l-bastiment ikun
skond il-bqija ta’ dawk il-ħtiġijiet, hu għandu, fuq talba tas-sid,
joħroġ dwar il-bastiment -
(a) ċertifikat ta’ eżenzjoni li juri liema mill-ħtiġijiet tal-
Konvenzjoni dwar il-Ħarsien mill-Periklu dwar
radjotelegrafija, radjotelefonija u tagħmir li jsib id-
direzzjoni, li jkunu ħtiġijiet li japplikaw kif intqal
qabel, il-bastiment qed jiġi eżentat minnhom u li l-
eżenzjoni tkun bil-kondizzjoni li l-bastiment jaħdem
biss fuq il-vjaġġi, u li jkun skond il-kondizzjonijiet l-
oħra (jekk ikun hemm), speċifikati fiċ-ċertifikat; u
(b) ċertifikat li juri li l-bastiment ikun skond il-bqija ta’
dawk il-ħtiġijiet;
u kull ċertifikat maħruġ skond il-paragrafu (b) f’dan l-Att qed
jissejjaħ "ċertifikat kwalifikat tar-radju".
(3) Meta xi bastiment malti jkun eżentat għal kollox mill-
ħtiġijiet tar-regoli tar-radju u tar-regoli dwar tagħmir li jsib id-
direzzjoni, il-Ministru għandu, fuq talba tas-sid, joħroġ ċertifikat
ta’ eżenzjoni li juri li l-bastiment ikun eżentat għal kollox mill-
  108      KAP. 234. ħ       BASTIMENTI   MERKANTILI
ħtiġijiet tal-Konvenzjoni dwar Ħarsien mill-Periklu dwar
radjotelegrafija, radjotelefonija u tagħmir li jsib id-direzzjoni u li
jispeċifika l-vjaġġi li dwarhom, u l-kondizzjonijiet (jekk ikun
hemm) li taħthom, il-bastiment hu hekk eżentat.
Ċertifikat ta’ ebda 
periklu għal 
bastiment tal-
merkanzija.
Miżjud:
XXII. 2000.87.
221A. Meta l-Ministru jkun sodisfatt li bastiment tal-merkanzija
jkun jissodisfa l-ħtiġiet tal-provvedimenti ta’ hawn aktar qabel
f’din is-sezzjoni għall-ħruġ ta’ ċertifikat ta’ kostruzzjoni bla
periklu ta’ bastiment tal-merkanzija, ta’ ċertifikat ta’ tagħmir għall-
ħarsien mill-periklu, u ta’ ċertifikat tar-radju, huwa jista’ joħroġ
dwar dak il-bastiment minflok dawk iċ-ċertifikati, ċertifikat ta’
ebda periklu għal bastiment tal-merkanzija, u dak iċ-ċertifikat
għandu għall-għanijiet ta’ dan l-Att jitqies li jkun ċertifikat ta’
kostruzzjoni bla periklu ta’ bastiment tal-merkanzija, ċertifikat ta’
tagħmir għall-ħarsien mill-periklu, u ċertifikat tar-radju għar-
rigward ta’ dak il-bastiment tal-merkanzija, u kull riferenza f’dan l-
Att għal dawk iċ-ċertifikati għandha titqies li tinkludi riferenza
għal ċertifikat ta’ ebda periklu għal bastiment tal-merkanzija.
Ħruġ ta’ ċertifikati 
dwar tħaris f’parti 
tar-regoli.
222.   Meta bastiment ikun skond il-ħtiġijiet kollha tar-regoli
dwar kostruzzjoni u spezzjon, ir-regoli dwar tagħmir ta’ salvataġġ,
ir-regoli tar-radju, u r-regoli dwar tagħmir li jsib id-direzzjoni, li
japplikaw għall-bastiment u għall-vjaġġi li fuqhom hu jkun ser
jitħaddem safejn dawk il-ħtiġijiet ikunu ħtiġijiet tal-Konvenzjoni
dwar il-Ħarsien mill-Periklu li japplikaw kif issemma qabel, il-
Ministru jista’ joħroġ dwar il-bastiment ċertifikat ġenerali dwar
ħarsien mill-periklu, ċertifikat dwar ħarsien mill-periklu għal
vjaġġi qosra, ċertifikat ta’ kostruzzjoni bla periklu ta’ bastimenti
tal-merkanzija, ċertifikat ta’ tagħmir għall-ħarsien mill-periklu,
ċertifikat tar-radju, skond il-każ, ukoll jekk il-bastiment ikun
eżentat minn, jew għal xi raġuni oħra ma jkunx skond, xi ħtieġa ta’
dawk ir-regoli li ma jkunux ħtiġijiet li jkunu applikabbli tal-
Konvenzjoni dwar il-Ħarsien mill-Periklu.
Ħruġ ta’ ċertifikati 
minn gvernijiet 
barranin fuq talba 
tal-Ministru. 
223. (1) Il-Ministru jista’ jitlob lill-gvern ta’ pajjiż li għalih
tapplika l-Konvenzjoni dwar il-Ħarsien mill-Periklu li joħroġ dwar
bastiment malti, kull ċertifikat, li ma jkunx ċertifikat ta’ bastiment
tal-passiġġieri, li l-ħruġ tiegħu hu awtorizzat skond id-
disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ din it-Taqsima ta’ dan l-Att; u
ċertifikat maħruġ fuq talba bħal dik u li jkun fih dikjarazzjoni li
jkun hekk ħareġ għandu jkollu effett għall-finijiet ta’ dan l-Att
daqslikieku kien ħareġ mill-Ministru u mhux mill-gvern ta’ dak il-
pajjiż.
(2) Meta fuq talba magħmula skond dan l-artikolu l-gvern tal-
pajjiż li jkun mitlub joħroġ ċertifikat ikun irid joħroġ ċertifikat
kwalifikat iżda ma jkunx irid joħroġ iċ-ċertifikat ta’ eżenzjoni
korrispondenti, il-Ministru jista’ joħroġ ċertifikat ta’ eżenzjoni
dwar il-bastiment.
Ċertifikati 
duplikati u drittijiet 
għal ċertifikati. 
224.   Il-ħruġ ta’ kull ċertifikat skond id-disposizzjonijiet ta’
qabel ta’ din it-Taqsima ta’ dan l-Att għandu jsir f’żewġ oriġinali u
mal-ħlas ta’ dawk id-drittijiet li jistgħu jiġu preskritti.
            BASTIMENTI   MERKANTILI  AP.  234.    109
Avviż ta’ tibdil u 
spezzjonijiet 
addizzjonali.
Emendat:
XXII. 2000.2.
225. (l) Is-sid jew il-kaptan ta’ bastiment li dwaru jkun hemm
iseħħ xi ċertifikat maħruġ skond id-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’
din it-Taqsima ta’ dan l-Att għandu, kemm jista’ jkun malajr wara
li jkun sar xi tibdil fil-buk, fit-tagħmir, fl-apparat jew fil-
makkinarju tal-bastiment li jolqot l-effiċjenza tiegħu jew kemm il-
bastiment ikun tajjeb għall-baħar, jagħti avviż bil-miktub lill-
Ministru li jkun fih il-partikolaritajiet kollha tat-tibdil.
(2) Jekk ma jingħatax avviż ta’ xi tibdil hekk kif meħtieġ b’dan
l-artikolu, is-sid jew il-kaptan tal-bastiment jista’ jeħel multa ta’
mhux iżjed minn mitt unit.
(3) Jekk il-Ministru jkollu raġuni jemmen illi minn meta saret
l-aħħar dikjarazzjoni ta’ survey dwar xi bastiment kif issemma
qabel -
(a) ikun sar xi tibdil hekk kif imsemmi fis-subartikolu (1);
jew
(b) il-buk, it-tagħmir, l-apparat jew il-makkinarju tal-
bastiment ikunu ġarrbu ħsara jew xort’oħra ma jkunux
tajba biżżejjed,
il-Ministru jista’, bla ħsara għas-setgħat tiegħu skond l-artikolu
228, jeħtieġ li l-bastiment jiġi spezzjonat mill-ġdid hekk kif
jidhirlu xieraq, u, jekk dik il-ħtieġa ma tiġix imħarsa, jista’ jħassar
kull ċertifikat maħruġ dwar il-bastiment skond id-disposizzjonijiet
ta’ qabel ta’ din it-Taqsima ta’ dan l-Att.
(4) Għall-fini ta’ dan l-artikolu l-frażi "tibdil" dwar kull ħaġa
tinkludi t-tiġdid ta’ kull parti minnha.
Kemm idumu 
jseħħu ċertifikati.
Emendat:
XXII. 2000.88.
226. (1) Ċertifikat ta’ bastiment tal-passigġieri jibqa’ jseħħ
għal żmien mhux iktar minn sena mid-data tal-ħruġ tiegħu, u kull
ċertifikat ieħor imsemmi fid-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-
artikolu jibqa’ jseħħ għal żmien mhux iktar minn ħames snin.
(2) Ċertifikat ta’ eżenzjoni, li ma jkunx ċertifikat li juri li l-
bastiment ikun ġie eżentat għal kollox mill-ħtiġijiet dwar
radjotelegrafija, radjotelefonija u tagħmir li jagħti direzzjoni,
għandu jibqa’ jseħħ sa l-istess żmien bħaċ-ċertrifikat kwalifikat
korrispondenti.
(3) Il-Ministru jista’ jagħti estensjoni għal kull ċertifikat
mogħti skond id-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ din it-Taqsima ta’
dan l-Att dwar kull bastiment Malti għal żmien ta’ mhux iżjed minn
tliet xhur mid-data meta ċ-ċertifikat, kieku ma kinitx l-estensjoni,
kien jiddekadi.
(4) Bla ħsara għas-setgħat mogħtija bis-subartikolu (5), meta
ċertifikat skond l-artikolu 219 ikun iseħħ dwar bastiment u ċ-
ċertifikat kien maħruġ għal żmien iqsar minn kif hu permess b’dan
l-artikolu, il-Ministru jista’, jekk ikun sodisfatt meta jirċievi d-
dikjarazzjonijiet ta’ survey dwar il-bastiment li hekk xieraq li
jagħmel, jagħti estensjoni taċ-ċertifikat għal żmien ta’ mhux aktar
minn sena u li ma jkunx aktar meta jingħadd flimkien maż-żmien li
għalih ikun ġie maħruġ u kull żmien li bih ikun qabel ittawwal
skond dan is-subartikolu, miż-żmien li għalih seta’ joħroġ skond
dan l-artikolu.
  110      KAP. 234. ħ       BASTIMENTI   MERKANTILI
(5) B’dak kollu li jinsab fid-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan
l-artikolu ebda ċertifikat hemm imsemmi ma għandu jibqa’ jseħħ
wara li jingħata avviż mill-Ministru lis-sid jew lill-kaptan tal-
bastiment li dwaru jkun ħareġ illi l-Ministru ħassar iċ-ċertifikat.
Ċertifikati jitqiesu 
li huma prova.
227.   Kull ċertifikat maħruġ mill-Ministru skond id-
disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ din it-Taqsima ta’ dan l-Att jitqies li
huwa prova, mingħajr ħtieġa ta’ ebda prova ta’ l-awtentiċità  tiegħu
ħlief dik li tidher minnu nnifsu, u għandu, sakemm ma jiġix pruvat
il-kuntrarju, ikun prova ta’ dak li jkun jinsab fih.
Tħassir ta’ 
ċertifikati. 
228. (1) 1l-Ministru jista’ jħassar kull ċertifikat maħruġ skond
id-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ din it-Taqsima ta’ dan l-Att meta
jkollu raġuni jemmen -
(a) li dikjarazzjoni ta’ survey li  fuqha ċ-ċertifikat kien
bażat kien sar b’qerq jew bi żball f’xi dettal; jew
(b) li ċ-ċertifikat ikun ħareġ fuq informazzjoni falza jew
żbaljata; jew
(ċ) li minn meta saret id-dikjarazzjoni l-buk, it-tagħmir
jew il-makkinarju tal-bastiment ikunu ġarrbu ħsara jew
xort’oħra ma jkunux tajba biżżejjed.
(2) F’kull każ bħal dan il-Ministru jista’ jeħtieġ lis-sid biex il-
buk, it-tagħmir jew il-makkinarju tal-bastiment jerġa’ jiġi
spezzjonat, u biex jibgħat dikjarazzjonijiet ta’ survey oħra, qabel
ma l-Ministru jerġa’ joħroġ iċ-ċertifikat jew jagħti wieħed ġdid
minfloku.
Għoti lura ta’ 
ċertifikati. 
Emendat:
XXII. 2000.2.
229. (1) Il-Ministru jista’ jeħtieġ li kull ċertifikat li jkun skada
jew li jkun ġie mħassar skond id-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ din
it-Taqsima ta’ dan l-Att jiġu mogħtija lura kif hu jordna.
(2) Jekk is-sid jew il-kaptan jonqos mingħajr raġuni xierqa li
jħares dik il-ħtieġa, hu jista’ jeħel għal kull reat multa ta’ mhux
iżjed minn ħamsin unit.
Twaħħil ta’ 
ċertifikati.
Emendat:
XXII. 2000.2.
230. (1) Is-sid jew il-kaptan ta’ kull bastiment li jeħtieġ li
jkollu ċertifikat jew ċertifikati skond din it-Taqsima ta’ dan l-Att
għandu minnufih kif hu jew l-aġent tiegħu jirċievi ċ-ċertifikati jara
li waħda miż-żewġ oriġinali titqiegħed fi gwarniċ u titwaħħal f’xi
post fejn jidher sewwa abbord il-bastiment, u li tinżamm hekk fi
gwarniċ u mwaħħla u li tista’ tinqara sakemm iċ-ċertifikat jibqa’
jseħħ u l-bastiment jibqa’ jintuża.
(2) Jekk is-sid jew il-kaptan jonqos mingħajr raġuni xierqa li
jħares dan l-artikolu, jista’ jeħel għal kull reat multa ta’ mhux iżjed
minn għoxrin unit.
(3) Jekk bastiment jiġi mħaddem jew ibaħħar u dan l-artikolu
ma jiġix imħares, is-sid tiegħu jista’ jeħel għal kull reat multa ta’
mhux iżjed minn mitejn unit, u l-kaptan jista’ wkoll jeħel multa
oħra ta’ mhux iżjed minn ħamsin unit.
            BASTIMENTI   MERKANTILI  AP.  234.    111
Piena għal 
falsifikazzjoni ta’ 
ċertifikat jew ta’ 
dikjarazzjoni. 
Emendat:
XXII. 2000.2.
231. Jekk xi persuna -
(a) xjentement u volontarjament tagħmel, jew tgħin fl-
egħmil ta’ dikjarazzjoni ta’ spezzjon jew ċertifikat
maħruġ jew li jista’ jinħareġ skond id-disposizzjonijiet
ta’ qabel ta’ din it-Taqsima ta’ dan l-Att li jkunu foloz
jew qarrieqa; jew
(b) tiffalsifika jew tgħin fil-falsifikazzjoni, jew iġġiegħel
li tiġi falsifikata, jew b’qerq tibdel, tgħin biex b’qerq
tiġi mibdula, jew iġġiegħel li b’qerq tiġi mibdula, xi
dikjarazzjoni jew ċertifikat bħal dak, jew xi ħaġa li
tkun tinsab fihom, jew xi firma ta’ xi dikjarazzjoni jew
ċertifikat bħal dak,
dik il-persuna tista’ teħel għal kull reat priġunerija għal żmien ta’
mhux iżjed minn sentejn jew multa ta’ mhux iżjed minn ħames mitt
unit, jew dik il-priġunerija u dik il-multa flimkien.
Kif ir-Regoli jiġu nfurzati
Projbizzjoni ta’ 
tbaħħir mingħajr 
iċ-ċertifikati 
xierqa.
Emendat:
XXII. 2000.2.
232. (1) Ebda bastiment malti tal-passiġġieri ma għandu
jbaħħar fuq vjaġġ internazzjonali kemm-il darba ma jkunx hemm
iseħħ dwar il-bastiment ċertifikat ġenerali dwar il-ħarsien mill-
periklu, ċertifikat dwar il-ħarsien mill-periklu għal vjaġġi qosra,
ċertifikat kwalifikat dwar ħarsien mill-periklu, jew ċertifikat
kwalifikat dwar ħarsien mill-periklu għal vjaġġi qosra li jkun
japplika għall-vjaġġ li fuqu l-bastiment ikun sejjer u għall-
kummerċ li fuqu qed jiġi mħaddem.
(2) Ebda bastiment tal-passiġġieri li għalih japplika l-artikolu
207 ma għandu jbaħħar, jew jitlaq fuq xi vjaġġ jew eskursjoni,
minn xi port f’Malta kemm-il darba ma jkunx hemm iseħħ dwar il-
bastiment ċertifikat ta’ bastimenti tal-passiġġieri li japplika għall-
vjaġġ jew għall-eskursjoni li fuqu l-bastiment ikun sejjer jew dak
il-vjaġġ jew dik l-eskursjoni jkunu minn dawk li dwarhom il-
Ministru jkun eżenta lill-bastiment mill-ħtiġijiet ta’ dan is-
subartikolu.
(3) Ebda bastiment malti, li ma jkunx bastiment tal-passiġġieri,
ma għandu jbaħħar kemm-il darba ma jkunx hemm iseħħ dwaru -
(a) jekk il-bastiment ikun wieħed li għalih japplika l-
artikolu 207, jew -
(i) ċertifikat ta’ kostruzzjoni bla periklu ta’
bastiment tal-merkanzija, jew
(ii) ċertifikat kwalifikat dwar kostruzzjoni bla
periklu ta’ bastiment tal-merkanzija; u
(b) jekk il-bastiment ikun ser jitlaq fuq vjaġġ
internazzjonali, kemm -
(i) ċertifikat ta’ tagħmir għall-ħarsien mill-periklu
jew ċertifikat kwalifikat ta’ tagħmir għall-
ħarsien mill-periklu, kif ukoll
(ii) ċertifikat tar-radju jew ċertifikat kwalifikat tar-
radju jew ċertifikat ta’ eżenzjoni li juri li l-
bastiment hu għal kollox eżentat mill-ħtiġijiet
  112      KAP. 234. ħ       BASTIMENTI   MERKANTILI
dwar ir-radjotelegrafija, radjotelefonija u
tagħmir li jagħti direzzjoni,
u dak iċ-ċertifikat jew ċertifikati jridu jkunu japplikaw għall-
bastiment u għall-vjaġġ li fuqu l-bastiment ikun ser jitlaq:
Iżda dan is-subartikolu ma jipprojbixxix li bastiment
ibaħħar kif issemma qabel jekk ikun hemm iseħħ dwar il-bastiment
dak iċ-ċertifikat jew dawk iċ-ċertifikati li kienu jkunu meħtieġa li
kieku kien bastiment tal-passiġġieri.
(4) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu ċertifikat kwalifikat ma
jitqiesx li jkun fis-seħħ dwar bastiment li jkun ser jitlaq fuq vjaġġ
internazzjonali kemm-il darba ma jkunx hemm ukoll iseħħ dwar il-
bastiment iċ-ċertifikat ta’ eżenzjoni korrispondenti; u ċertifikat ta’
eżenzjoni jkun bla effett jekk skond il-kondizzjonijiet tiegħu ma
jkunx japplika għall-vjaġġ li fuqu l-bastiment ikun ser jitlaq.
(5) Jekk bastiment ibaħħar jew jipprova jbaħħar, jew jitlaq fuq
xi vjaġġ jew eskursjoni, bi ksur ta’ dan l-artikolu:
(a) fil-każ ta’ bastiment tal-passiġġieri, is-sid jew il-
kaptan tal-bastiment jista’, bla ħsara għal xi rimedju
jew piena oħra skond dan l-Att, jeħel multa ta’ mhux
iżjed minn erba’ mitt unit; u
(b) fil-każ ta’ bastiment li ma jkunx bastiment tal-
passiġġieri, is-sid jew il-kaptan tal-bastiment jista’
jeħel multa ta’ mhux iżjed minn mitt unit.
(6) Il-kaptan ta’ kull bastiment malti li għalih japplika l-
artikolu 207, u ta’ kull bastiment malti ieħor, għandu jagħti lill-
uffiċjal li mingħandu tkun meħtieġa l-mogħdija mid-dwana tal-
bastiment iċ-ċertifikat jew iċ-ċertifikati li d-disposizzjonijiet ta’
qabel ta’ dan l-artikolu jeħtieġu li jkunu jseħħu meta l-bastiment
ikun ser jbaħħar, jew meta jkun ser jitlaq fuq vjaġġ jew eskursjoni;
u ma tingħatax mogħdija mid-dwana, u l-bastiment jista’ jinżamm,
sakemm l-imsemmi ċertifikat jew ċertifikati jiġu hekk prodotti; u
bastiment tal-passiġġieri jista’ jiġi hekk miżmum sew jekk tkun
intalbet mogħdija mid-dwana kemm jekk ma tkunx intalbet.
(7) Meta ċertifikat ta’ eżenzjoni maħruġ dwar bastiment
jispeċifika xi kondizzjonijiet li fuqhom iċ-ċertifikat ikun ġie
maħruġ u xi waħda minn dawk il-kondizzjonijiet ma tiġix imħarsa,
is-sid jew il-kaptan tal-bastiment jista’ jeħel multa ta’ mhux iżjed
minn mitt unit.
Piena għall-ġarr ta’ 
passiġġieri żejda 
jew 
f’kompartiment li 
jkun iktar minn 
kompartiment 
wieħed taħt il-
marka tal-livell ta’ 
l-ilma. 
Emendat:
XXII. 2000.2.
233. (1) Is-sid jew il-kaptan ta’ bastiment li għalih japplika l-
artikolu 207 ma għandux jirċievi jew iħalli abbord il-bastiment, jew
f’xi parti minnu xi numru ta’ passiġġieri li, meta jiġi kunsidrat il-
ħin, l-okkażjoni u ċ-ċirkostanzi tal-każ, ikun ikbar min-numru
permess biċ-ċertifikat tal-bastiment tal-passiġġieri dwar dak il-
bastiment; u jekk jagħmel hekk jista’ jeħel għal kull reat multa ta’
mhux iżjed minn erba’ mitt unit.
(2) Is-sid jew il-kaptan ta’ kull bastiment tal-passiġġieri li
għalih japplika l-artikolu 207 ma għandux iġorr passiġġieri f’aktar
minn kompartiment wieħed taħt il-marka tal-livell ta’ l-ilma; u jekk
jagħmel hekk jista’ jeħel għal kull reat multa ta’ mhux iżjed minn
            BASTIMENTI   MERKANTILI  AP.  234.    113
ħames mitt unit.
Tneħħija ta’ 
persuni f’każ ta’ 
periklu.
234.   Meta l-Ministru, sabiex ikunu jistgħu jitneħħew persuni
minn xi post minħabba periklu għal ħajjithom ikun ippermetta li
jinġarru abbord bastiment aktar persuni milli hu permess li jinġarru
skond dan l-Att, il-ġarr ta’ dak in-numru żejjed ma jkunx reat
skond dan l-Att.
Modifika ta’ 
ċertifikati dwar il-
ħarsien mill-
periklu għal 
tagħmir ta’ 
salvataġġ. 
Emendat:
XXII. 2000.2.
235. (1) Jekk bastiment malti tal-passiġġieri li dwaru jkun
iseħħ ċertifikat dwar il-ħarsien jkollu abbord numru totali ta’
persuni li jkun inqas minn numru ta’ persuni murija f’dak iċ-
ċertifikat bhala li hu n-numru li għalih hemm provdut tagħmir
għas-salvataġġ fuq il-bastiment, il-Ministru jista’, fuq it-talba tal-
kaptan jew tas-sid, joħroġ memorandum li juri n-numru totali ta’
persuni li jinġarru fuq il-bastiment għal dak il-vjaġġ u l-modifiki
konsegwenzjali li jistgħu jsiru għall-fini ta’ dak il-vjaġġ fil-
partikolaritajiet dwar tagħmir ta’ salvataġġ murija fiċ-ċertifikat, u
dak il-memorandum jiġi anness maċ-ċertifikat; u ċ-ċertifikat ikollu
effett għall-fini ta’ dak il-vjaġġ kif modifikat bil-memorandum.
(2) Kull memorandum bħal dak għandu jintbagħat lura lill-
Ministru meta jintemm il-vjaġġ li għalih jirreferixxi; u jekk ma
jintbagħatx hekk lura, il-kaptan jew is-sid tal-bastiment jista’ jeħel
multa ta’ mhux iżjed minn għoxrin unit.
Disposizzjonijiet 
dwar tagħmir ta’ 
salvataġġ.
Emendat:
XXII. 2000.2.
236. (1) Ikun id-dmir tas-sid u tal-kaptan ta’ kull bastiment
malti li jara li l-bastiment tiegħu jiġi provdut, skond ir-regoli dwar
tagħmir ta’ salvataġġ, b’dak it-tagħmir li, meta jiġu kunsidrati x-
xorta tas-servizz li fuqu l-bastiment ikun imħaddem u l-evitar ta’
ingombru żejjed fuq il-gverta tal-bastiment, l-aktar ikun adatt biex
jiġi żgurat il-ħarsien mill-periklu ta’ l-ekwipaġġ u tal-passiġġieri
tiegħu.
(2) Fil-każ ta’ kull bastiment -
(a) jekk il-bastiment ikun meħtieġ bir-regoli dwar tagħmir
ta’ salvataġġ li jiġi provdut b’dak it-tagħmir u jitlaq
fuq vjaġġ jew eskursjoni mingħajr ma jiġi hekk
provdut skond ir-regoli li japplikaw għall-bastiment;
jew
(b) jekk xi tagħmir li bih il-bastiment ikun hekk provdut
jintilef jew ma jibqax tajjeb biex jintuża waqt il-vjaġġ
jew l-eskursjoni minħabba ħtija jew traskuraġni
volontarja tas-sid jew tal-kaptan; jew
(ċ) jekk il-kaptan xjentement jittraskura li jibdel jew
isewwi ma’ l-ewwel opportunità  xi tagħmir bħal dak
mitluf jew li ġarrab ħsara waqt il-vjaġġ jew l-
eskursjoni; jew
(d) jekk dak it-tagħmir ma jinżammx hekk li f’kull żmien
ikun tajjeb u lest għall-użu; jew
(e) jekk xi disposizzjoni tar-regoli dwar it-tagħmir ta’
salvataġġ li tapplika għall-bastiment tiġi miksura jew
ma tiġix imħarsa,
f’kull każ bħal dak, is-sid tal-bastiment (jekk ikollu ħtija) jista’
  114      KAP. 234. ħ       BASTIMENTI   MERKANTILI
jeħel għal kull reat multa ta’ mhux iżjed minn mitt unit, u l-kaptan
tal-bastiment (jekk ikollu ħtija) jista’ jeħel għal kull reat multa ta’
mhux iżjed minn ħamsin unit.
(3) Ebda ħaġa fid-disposizzjonijiet ta’ qabe1 dwar tagħmir ta’
salvataġġ ma tfixkel lil xi persuna milli teħel skond xi
disposizzjoni oħra tal-liġi, sew ta’ dan l-Att kemm xort’oħra, multa
oħra jew multa ogħla jew piena oħra barra minn kif hu provdut
b’dan l-artikolu, iżda persuna ma tingħatax aktar minn piena waħda
dwar l-istess fatti.
DħuI fil-ġurnal 
t’abbord, ta’ boat-
drill, eċċ.
Emendat:
XXII. 2000.2.
237. (1) Il-kaptan ta’ kull bastiment malti għandu jara li
titniżżel fil-ġurnal t’abbord uffiċjali dikjarazzjoni ta’ kull darba li
jsir boat-drill jew fire-drill fuq il-bastiment jew ta’ kull meta t-
tagħmir u l-apparat li għandu jinġarr skond ir-regoli dwar tagħmir
ta’ salvataġġ jiġu eżaminati sabiex wieħed jara li f’kull żmien ikun
tajjeb u lest għall-użu, kif ukoll ir-riżultat ta’ dak l-eżami; u jekk il-
boat-drill jew il-fire-drill ma jiġux prattikati abbord il-bastiment
jew jekk l-imsemmi tagħmir u apparat ma jiġux eżaminati f’kull
żmien kif preskritt bl-imsemmija regoli dwar il-bastiment, il-
kaptan għandu jara li titniżżel kif issemma qabel dikjarazzjoni tar-
raġunijiet għaliex id-drill ma jkunx ġie prattikat, jew għaliex it-
tagħmir jew l-apparat ma jkunx ġie eżaminat, f’dak iż-żmien.
(2) Jekk il-kaptan ta’ bastiment jonqos li jħares xi ħtieġa skond
dan l-artikolu jista’ jeħel għal kull reat multa ta’ mhux iżjed minn
għoxrin unit.
Ir-regoli tar-radju, 
regoli dwar 
tagħmir li jagħti 
direzzjoni u 
għajnuna għan-
navigazzjoni bir-
radju, jiġu nfurzati. 
Emendat:
XXII. 2000.2.
238. (1) Jekk il-kaptan ta’ bastiment malti jonqos li jara li jsir
dħul fil-ġurnal t’abbord uffiċjali bi ksur tar-regoli magħmula skond
il-paragrafu (ċ) tas-subartikolu (3) ta’ l-artikolu 209, jew jekk
uffiċjal jew operatur tar-radju jikser xi regola magħmula skond il-
paragrafu (a) ta’ l-imsemmi subartikolu, jista’ jeħel multa ta’ mhux
iżjed minn għoxrin unit, u jekk ir-regoli magħmula skond l-
imsemmi artikolu jiġu miksura f’xi dettall ieħor dwar xi bastiment
malti, is-sid jew il-kaptan tal-bastiment jista’ jeħel multa ta’ mhux
iżjed minn mitt unit.
(2) Jekk xi waħda mir-regoli magħmula skond l-artikolu 210
ta’ l-Att ma tiġix imħarsa dwar xi bastiment malti, is-sid jew il-
kaptan tal-bastiment jista’ jeħel multa ta’ mhux iżjed minn mitt
unit.
(3) Jekk xi bastiment malti ibaħħar, jew jipprova jbaħħar, u
jkollu għajnuna għan-navigazzjoni bir-radju li ma tkunx skond ir-
regoli magħmula skond l-artikolu 211, is-sid jew il-kaptan tal-
bastiment jista’ jeħel multa ta’ mhux iżjed minn mitt unit; u jekk xi
persuna twaħħal jew tħaddem xi apparat bħal dak imsemmi fil-
paragrafu (b) ta’ l-imsemmi artikolu li jkun apparat li ma jkunx
skond l-imsemmija regoli, tista’ teħel multa ta’ mhux iżjed minn
mitt unit.
Regoli magħmula 
taħt l-artikolu 212 
jiġu nfurzati. 
Emendat:
XXII. 2000.2.
239.  Jekk xi waħda mir-regoli magħmula skond l-artikolu 212
ma tiġix imħarsa dwar xi bastiment malti tal-passiġġieri, il-kaptan
tal-bastiment jista’ jeħel multa ta’ mhux iżjed minn mitt unit.
            BASTIMENTI   MERKANTILI  AP.  234.    115
Prospett dwar il-
passiġġieri jingħata 
mill-kaptan.
Emendat:
XXII. 2000.2.
240. (1) Il-kaptan ta’ kull bastiment, sew jekk bastiment malti
kemm jekk barrani, li jġorr passiġġieri għal post f’Malta minn post
barra minn Malta, jew minn post f’Malta għal xi post barra minn
Malta, għandu jagħti lil dik il-persuna u b’dak il-mod kif il-
Ministru jordna, prospett li juri n-numru totali tal-passiġġieri li
hekk jinġarru, u li jiddistingwi, jekk hekk ordnat mill-Ministru, in-
numru totali ta’ kull klassi ta’ passiġġieri li hekk jinġarru, u li juri,
jekk il-Ministru hekk jordna, dawk il-partikolaritajiet dwar il-
passiġġieri li jistgħu dak iż-żmien ikunu meħtieġa mill-Ministru.
(2) Kull passiġġier għandu jagħti lill-kaptan tal-bastiment kull
informazzjoni mitluba minnu għall-fini tal-prospett.
(3) Jekk il-kaptan ta’ bastiment jonqos li jagħmel prospett kif
meħtieġ b’dan l-artikolu, jew jagħmel prospett falz, u jekk xi
passiġġier jirrifjuta li jagħti xi informazzjoni meħtieġa mill-kaptan
tal-bastiment għall-fini tal-prospett meħtieġ b’dan l-artikolu, jew
jagħti xi informazzjoni falza għal hekk, il-kaptan jew il-passiġġier
jista’ jeħel għal kull reat multa ta’ mhux iżjed minn għoxrin unit.
Spezzjon biex jiġi 
żgurat il-ħarsien 
tar-regolamenti.
241. (1) Surveyor ta’ bastimenti jista’ jispezzjona kull
bastiment sabiex jara li kull regoli magħmula skond id-
disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ din it-Taqsima ta’ dan l-Att ikunu
ġew imħarsa.
(2) Jekk is-surveyor isib li xi waħda mill-imsemmija regoli ma
tkunx ġiet imħarsa, hu għandu jagħti avviż bil-miktub lis-sid jew
lill-kaptan fejn igħid f’liema dettal l-imsemmija regoli ma jkunux
ġew imħarsa u x’għandu jsir, fil-fehma tiegħu, biex dan jiġi korrett.
(3) Kull avviż hekk mogħti għandu jintbagħat bil-mod ordnat
mill-Ministru lill-uffiċjal li minn għandu l-bastiment ikollu jikseb
il-mogħdija mid-dwana u dik il-mogħdija ma tingħatax lill-
bastiment, u l-bastiment jista’ jinżamm, sakemm ma jiġix prodott
ċertifikat minn idejn surveyor tal-bastimenti li juri li dik il-ħaġa
tkun ġiet korretta.
Bastimenti Barranin tal-Konvenzjoni dwar il-Ħarsien mill-Periklu 
Pajjiżi u bastimenti 
li għalihom 
tapplika l-
Konvenzjoni dwar 
il-Ħarsien mill-
Periklu. 
242. (1) Il-Ministru, jekk ikun sodisfatt -
(a) li l-gvern ta’ xi pajjiż ikun aċċetta, jew iddenunzja, il-
Konvenzjoni dwar il-Ħarsien mill-Periklu; jew
(b) li l-Konvenzjoni dwar il-Ħarsien mill-Periklu tapplika,
jew ma baqgħetx tapplika, għal xi territorju,
jista’ b’ordni fil-Gazzetta jagħmel dikjarazzjoni f’dak is-sens.
(2) Pajjiż li jkun ġie dikjarat li hekk aċċetta, u li ma jkunx ġie
dikjarat li ddenunzja, il-Konvenzjoni dwar il-Ħarsien mill-Periklu,
u territorju li l-Konvenzjoni dwar il-Ħarsien mill-Periklu tkun ġiet
dikjarata li tapplika għalih, li ma jkunx territorju li l-Konvenzjoni
dwar il-Ħarsien mill-Periklu ma tkunx ġiet dikjarata li ma għadhiex
tapplika għalih, huma f’dan l-Att imsejħa "pajjiż li għalih tapplika
l-Konvenzjoni dwar il-Ħarsien mill-Periklu".
(3) Bastiment reġistrat f’pajjiż li għalih tapplika l-Konvenzjoni
dwar il-Ħarsien mill-Periklu f’dan l-Att qed jissejjaħ "bastiment
  116      KAP. 234. ħ       BASTIMENTI   MERKANTILI
tal-Konvenzjoni dwar il-Ħarsien mill-Periklu" jew "bastiment tal-
passiġġieri tal-Konvenzjoni dwar il-Ħarsien mill-Periklu", skond
il-każ.
Ċertifikat ta’ 
bastimenti barranin 
tal-Konvenzjoni.
243. (1) Il-Ministru jista’, fuq talba tal-gvern ta’ pajjiż li
għalih tapplika l-Konvenzjoni dwar il-Ħarsien mill-Periklu, joħroġ
dwar bastiment reġistrat f’dak il-pajjiż kull ċertifikat li l-ħruġ
tiegħu dwar bastiment malti huwa awtorizzat bid-disposizzjonijiet
ta’ qabel ta’ din it-Taqsima ta’ dan l-Att jekk ikun sodisfatt li hu
xieraq li hekk jagħmel; u ċertifikat maħruġ skond talba bħal dik u li
jkun fih dikjarazzjoni li hekk ikun maħruġ għandu jkollu effett
għall-finijiet ta’ dan l-Att daqslikieku kien maħruġ mill-imsemmi
gvern u mhux mill-Ministru.
(2) Il-Ministru jista’ jagħmel dawk ir-regolamenti li fil-fehma
tiegħu jkunu meħtieġa sabiex jiġi żgurat li ċertifikati maħruġa
skond il-Konvenzjoni dwar il-Ħarsien mill-Periklu mill-gvern ta’ xi
pajjiż barra minn Malta dwar bastimenti tal-Konvenzjoni dwar il-
Ħarsien mill-Periklu li ma jkunux reġistrati skond dan l-Att, jew li
jkollhom effett skond is-subartikolu ta’ qabel daqslikieku hekk
maħruġa, jiġu aċċettati bħala li għandhom l-istess forza bħal
ċertifikati maħruġa mill-Ministru skond dan l-Att; u kull ċertifikat
li skond dawk ir-regolamenti għandu hekk jitqies f’dan l-Att qed
jissejjaħ "ċertifikat aċċettat tal-Konvenzjoni dwar il-Ħarsien mill-
Periklu".
(3) Surveyor ta’ bastimenti jista’ jivverifika:
(a) li jkun hemm iseħħ dwar bastiment tal-Konvenzjoni
dwar il-Ħarsien mill-Periklu li ma jkunx reġistrat
skond dan l-Att, ċertifikat aċċettat tal-Konvenzjoni
dwar il-Ħarsien mill-Periklu;
(b) li l-kondizzjoni tal-buk, tat-tagħmir u tal-makkinarju
ta’ kull bastiment tal-Konvenzjoni dwar il-Ħarsien
mill-Periklu bħal dak tkun taqbel sostanzjalment mal-
partikolaritajiet murija f’dak iċ-ċertifikat;
(ċ) ħlief meta dak iċ-ċertifikat juri li l-bastiment ikun
eżentat għal kollox mid-disposizzjonijiet tal-
Konvenzjoni dwar il-Ħarsien mill-Periklu dwar
radjotelegrafija u radjotelefonija, li n-numru, il-gradi u
l-kwalifiki ta’ uffiċjali jew ta’ operaturi tar-radju
abbord jkunu jaqblu ma’ dawk murija fiċ-ċertifikat;
(d) li kull kondizzjoni li fuqha dak iċ-ċertifikat, li jkun
ekwivalenti għal ċertifikat ta’ eżenzjoni, ikun maħruġ
tkun imħarsa.
(4) Meta jkun hemm anness ma’ ċertifikat aċċettat tal-
Konvenzjoni dwar il-Ħarsien mill-Periklu dwar bastiment tal-
passiġġieri tal-Konvenzjoni dwar il-Ħarsien mill-Periklu li ma
jkunx reġistrat skond dan l-Att memorandum li -
(a) ikun ġie maħruġ minn jew bl-awtorità  tal-gvern tal-
pajjiż li fih il-bastiment ikun reġistrat; u
(b) jibdel, dwar xi vjaġġ partikolari, minħabba n-numru
tal-persuni li jinġarru fuq dak il-vjaġġ, il-
            BASTIMENTI   MERKANTILI  AP.  234.    117
partikolaritajiet murija fiċ-ċertifikat dwar tagħmir tas-
salvataġġ,
iċ-ċertifikat ikollu effett, għall-fini ta’ dak il-vjaġġ, daqslikieku
kien modifikat skond il-memorandum.
Bastimenti tal-
passiġġieri li 
jkollhom ċertifikati 
tal-Konvenzjoni.
244. (1) Meta ċertifikat aċċettat tal-Konvenzjoni dwar il-
Ħarsien mill-Periklu jiġi prodott dwar bastiment tal-passiġġieri tal-
Konvenzjoni dwar il-Ħarsien mill-Periklu li ma jkunx reġistrat
skond dan l-Att -
(a) il-bastiment ma jkollux għalfejn jiġi spezzjonat ħlief
sabiex jiġi stabbilit in-numru tal-passiġġieri li jkun
jista’ jġorr;
(b) meta jirċievi xi dikjarazzjoni ta’ survey għall-imsemmi
għan, il-Ministru jista’ joħroġ ċertifikat skond l-
artikolu 218 li jkun fih biss dikjarazzjoni tal-
partikolaritajiet murija fil-paragrafu (b) tas-
subartikolu (1) ta’ dak l-artikolu, u ċertifikat hekk
maħruġ ikollu effett bħala ċertifikat ta’ bastiment tal-
passiġġieri.
(2) Meta jiġi prodott dwar xi bastiment tal-passiġġieri kif
issemma qabel ċertifikat aċċettat tal-Konvenzjoni dwar il-Ħarsien
mill-Periklu u wkoll ċertifikat maħruġ minn jew skond l-awtorità
tal-gvern tal-pajjiż li fih il-bastiment ikun reġistrat li juri n-numru
ta’ passiġġieri li hu jista’ jġorr, u l-Ministru jkun sodisfatt li dak in-
numru jkun ġie sostanzjalment stabbilit bl-istess mod kif kien jiġi
stabbilit għall-ħruġ ta’ ċertifikat ta’ bastiment tal-passiġġieri skond
dan l-Att, hu jista’, jekk jidhirlu xieraq, jeżenta minn kull spezzjon
tal-bastiment sabiex jiġi stabbilit in-numru ta’ passiġġieri li jista’
jġorr u jordna li ċ-ċertifikat maħruġ kif intqal qabel ikollu effett
bħala ċertifikat ta’ bastiment tal-passiġġieri, u minn dak il-ħin dak
iċ-ċertifikat ikollu effett skond hekk.
Privileġġi oħra ta’ 
bastimenti li 
jkollhom ċertifikati 
tal-Konvenzjoni.
245. (1) Meta ċertifikat aċċettat tal-Konvenzjoni dwar il-
Ħarsien mill-Periklu jiġi prodott dwar bastiment barrani tal-
passiġġieri tal-Konvenzjoni dwar il-Ħarsien mill-Periklu, il-
bastiment ikun eżentat mir-regoli dwar tagħmir tas-salvataġġ, mill-
artikolu 294 u mill-paragrafi (d) u (f) ta’ l-artikolu 310.
(2) Meta jiġi prodott dwar bastiment barrani, li ma jkunx
bastiment tal-passiġġieri -
(a) ċertifikat aċċettat tal-Konvenzjoni dwar il-Ħarsien
mill-Periklu li jkun jiswa daqs ċertifikat ta’
kostruzzjoni bla periklu ta’ bastimenti tal-merkanzija;
jew
(b) ċertifikati aċċettati tal-Konvenzjoni dwar il-Ħarsien
mill-Periklu li jkunu jiswew rispettivament daqs
ċertifikat kwalifikat ta’ tagħmir bla periklu ta’
bastimenti tal-merkanzija u daqs ċertifikat
korrispondenti ta’ eżenzjoni,
il-bastiment ikun eżentat mir-regoli dwar il-kostruzzjoni u l-
ispezzjon.
(3) Meta ċertifikat aċċettat tal-Konvenzjoni dwar il-Ħarsien
  118      KAP. 234. ħ       BASTIMENTI   MERKANTILI
mill-Periklu, li jkun jiswa daqs ċertifikat ta’ tagħmir għall-ħarsien
mill-periklu, jiġi prodott dwar bastiment barrani tal-Konvenzjoni
dwar il-Ħarsien mill-Periklu, li ma jkunx bastiment tal-passiġġieri,
il-bastiment ikun eżentat mir-regoli dwar tagħmir tas-salvataġġ u
mill-artikolu 294.
(4) Meta ċertifikat aċċettat tal-Konvenzjoni dwar il-Ħarsien
mill-Periklu jiġi prodott dwar bastiment barrani tal-Konvenzjoni
dwar il-Ħarsien mill-Periklu u ċ-ċertifikat juri li l-bastiment ikun
skond il-ħtiġijiet tal-Konvenzjoni dwar il-Ħarsien mill-Periklu
dwar radjotelegrafija, radjotelefonija u tagħmir li jagħti direzzjoni,
jew li jkun eżentat minn xi wħud minn dawk il-ħtiġijiet u jkun
skond il-bqija, jew li jkun eżentat għal kollox minn dawk il-
ħtiġijiet, il-bastiment ikun eżentat mir-regoli tar-radju u ta’ tagħmir
li jsib id-direzzjoni.
Aktar 
disposizzjonijiet 
dwar il-
produzzjoni ta’ 
ċertifikati tal-
Konvenzjoni. 
246. (1) Il-kaptan ta’ kull bastiment barrani tal-Konvenzjoni
dwar il-Ħarsien mill-Periklu għandu jipproduċi lill-uffiċjal li
mingħandu tintalab il-mogħdija mid-dwana tal-bastiment dwar
vjaġġ internazzjonali minn port f’Malta, ċertifikati aċċettati tal-
Konvenzjoni dwar il-Ħarsien mill-Periklu li jkunu jiswew daqs iċ-
ċertifikati maħruġa mill-Ministru skond id-disposizzjonijiet ta’
qabel ta’ din it-Taqsima ta’ dan l-Att li jkunu meħtieġa li jkunu
jseħħu dwar il-bastiment daqslikieku kien bastiment malti, u dik il-
mogħdija ma tingħatax, u l-bastiment jista’ jiġi miżmum, sakemm
jiġu prodotti dawk iċ-ċertifikati.
(2) Il-produzzjoni ta’ ċertifikat aċċettat tal-Konvenzjoni dwar
il-Ħarsien mill-Periklu li jkun jiswa daqs -
(a) ċertifikat kwalifikat; jew
(b) ċertifikat ta’ eżenzjoni, li ma jkunx ċertifikat li juri li
l-bastiment ikun eżentat mid-disposizzjonijiet tal-
Konvenzjoni dwar il-Ħarsien mill-Periklu dwar
radjotelegrafija, radjotelefonija u tagħmir li jagħti
direzzjoni,
ma tiswiex għall-finijiet ta’ kull wieħed mill-aħħar żewġ artikoli
kemm-il darba ma jiġix prodott ukoll iċ-ċertifikat ta’ eżenzjoni
korrispondenti jew ċertifikat kwalifikat, skond il-każ.
Eżenzjoni minn ħtiġijiet dwar ħarsien mill-periklu u Tifsir
Setgħa tal-Ministru 
li jeżenta minn 
ħtiġijiet dwar il-
ħarsien mill-
periklu.
247. (1) Il-Ministru jista’ jeżenta kull bastimenti jew klassijiet
ta’ bastimenti minn kull regoli jew regolamenti magħmula skond
id-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ din it-Taqsima ta’ dan l-Att, jew
għal kollox jew taħt dawk il-kondizzjonijiet li jidhirlu xierqa.
(2) Bla ħsara għall-ġeneralità  tas-subartikolu (l), meta
bastiment li soltu ma jitħaddimx fuq vjaġġi internazzjonali jkun
meħtieġ li jagħmel vjaġġ internazzjonali wieħed, il-Ministru jista’,
jekk ikun tal-fehma li l-bastiment ikun skond il-ħtiġijiet dwar il-
ħarsien mill-periklu li jkunu biżżejjed għal dak il-vjaġġ, jeżenta
lill-bastiment minn kwalunkwe waħda mill-ħtiġijiet dwar il-ħarsien
mill-periklu mposti minn jew skond dan l-Att.
            BASTIMENTI   MERKANTILI  AP.  234.    119
Eżenzjoni ta’ ċerti 
bastimenti minn xi 
disposizzjonijiet 
ta’ dan l-Att.
248. (1) Ebda ħaġa fid-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ din it-
Taqsima ta’ dan l-Att -
(a) li tipprojbixxi jew li ma tħallix li bastiment ibaħħar
jekk ma jkunux iseħħu dwar il-bastiment, jew ma jiġux
prodotti, iċ-ċertifikati xierqa maħruġa mill-Ministru
skond l-imsemmija disposizzjonijiet jew iċ-ċertifikati
aċċettati tal-Konvenzjoni dwar il-Ħarsien mill-Periklu
li japplikaw għal każ;
(b) li tagħti setgħat lil surveyor ta’ bastimenti sabiex
jivverifika l-eżistenza, il-validità  jew il-korrettezza ta’
ċertifikat tal-Konvenzjoni dwar il-Ħarsien mill-
Periklu, jew li l-kondizzjonijiet li fuqhom ikun ħareġ
dak iċ-ċertifikat ikunu qed jiġu mħarsa;
(ċ) li timponi piena għall-ksur ta’ xi regoli dwar il-ftuħ
fil-buk ta’ bastimenti u l-kompartimenti li minnhom
ma jgħaddix ilma,
ma għandha tapplika għal xi bastiment tal-gwerra jew għal ġarr ta’
truppi, pleasure yacht jew dgħajsa tas-sajd, jew għal xi bastiment
ta’ inqas minn ħames mitt tunnellata gross li ma jkunx bastiment
tal-passiġġieri, jew għal xi bastiment li ma jkunx immexxi b’mezzi
mekkaniċi:
Iżda dan is-subartikolu ma jtellifx l-applikazzjoni -
(i) għal xi bastiment ta’ tliet mitt tunnellata gross
jew iżjed ta’ daqstant mid-disposizzjonijiet
imsemmija fil-paragrafi (a) u (b) kemm
għandhom x’jaqsmu ma’ ċertifikati maħruġa
skond l-artikolu 221 jew dwar ċertifikat aċċettat
tal-Konvenzjoni dwar il-Ħarsien mill-Periklu li
jkun jiswa daqsu;
(ii) għal kull bastiment li għalih japplika l-artikolu
207 bis-saħħa tal-paragrafu (b) tas-subartikolu
(2) tiegħu, u li jkun reġistrat skond dan l-Att, ta’
daqstant mid-disposizzjonijiet imsemmija fil-
paragrafu (a) kemm għandhom x’jaqsmu ma’
ċertifikati maħruġa skond l-artikolu 219,
minħabba biss li jkun ta’ inqas minn ħames mitt tunnellata gross. 
(2) Għalkemm xi disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ din it-Taqsima
ta’ dan l-Att qed jiġu mfissra li japplikaw għal bastimenti barranin
fil-waqt li jkunu f’xi port f’Malta, dik id-disposizzjoni ma
għandhiex tapplika għal bastiment li ma jkunx f’port bħal dak li
kieku mhux minħabba maltemp jew minħabba xi ċirkostanza oħra li
la l-kaptan u la s-sid u lanqas in-noleġġatur (jekk ikun hemm) tal-
bastiment ma seta’ evita jew ikkontrolla.
Tifsir ta’ vjaġġ 
internazzjonali 
għall-finijiet tad-
disposizzjonijiet 
ta’ qabel.
249.   Għall-finijiet tad-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ din it-
Taqsima ta’ dan l-Att -
"vjaġġ internazzjonali" tfisser vjaġġ minn port ta’ pajjiż għal
port ta’ pajjiż ieħor, u wieħed minn dawk il-pajjiżi jkun pajjiż li
għalih tapplika l-Konvenzjoni dwar il-Ħarsien mill-Periklu; u
"vjaġġ internazzjonali qasir" tfiser vjaġġ internazzjonali -
  120      KAP. 234. ħ       BASTIMENTI   MERKANTILI
(a) li fil-kors tiegħu bastiment ma jkunx iktar minn mitejn
mil nawtiku ’l barra minn port jew post li fih il-
passiġġieri u l-ekwipaġġ jistgħu jitqegħdu mingħajr
periklu; u
(b) li ma jkunx itwal minn sitt mitt mil nawtiku bejn l-
aħħar port ta’ waqfien f’pajjiż li fih jibda l-vjaġġ u l-
port finali ta’ destinazzjoni;
hekk iżda li għall-finijiet tat-tifsir li jinsab f’dan l-artikolu -
(i) ma għandha titqies ebda devjazzjoni ta’
bastiment mill-vjaġġ maħsub tiegħu minħabba
biss maltemp jew minħabba xi ċirkostanza oħra
li la l-kaptan, la s-sid u lanqas in-noleġġatur
(jekk ikun hemm) tal-bastiment ma seta’ evita
jew ikkontrolla; u
(ii) kull kolonja, territorju barrani, protettorat jew
territorju ieħor li għar-relazzjonijiet
internazzjonali tiegħu jkun responsabbli gvern li
jkun aċċetta l-Konvenzjoni dwar il-Ħarsien mill-
Periklu, jew li għalih l-awtorità  amministrattiva
tkun il-Ġnus Maqgħuda, għandu jitqies li hu
pajjiż separat.
2.  SINJAL TAT-TAGĦBIJA U TAGĦBIJA 
Disposizzjonijiet Ġenerali
Applikazzjoni tad-
disposizzjonijiet li 
ġejjin ta’ din it-
Taqsima ta’ dan l-
Att. 
250.  Id-disposizzjonijiet li ġejjin ta’ din it-Taqsima ta’ dan l-
Att, jiġifieri l-artikoli mill-251 sal-276 (it-tnejn inklużi), f’dan l-
Att imsejħa "id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att dwar is-sinjal tat-
tagħbija", japplikaw għall-bastimenti kollha barra minn:
(a) bastimenti tal-gwerra;
(b) bastimenti li jaħdmu biss fis-sajd; u 
(ċ) pleasure yachts.
Regoli dwar is-
sinjal tat-tagħbija.
Emendat:
XXII.2000.89.
251. (1) Il-Ministru jista’ jagħmel regoli skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att dwar is-sinjal tat-tagħbija, u fl-
egħmil ta’ dawk ir-regoli l-Ministru għandu b’mod partikolari
jikkunsidra l-konvenzjoni internazzjonali msejħa l-International
Convention on Load Lines iffirmata f’Londra fil-5 ta’ April, 1966
jew kull konvenzjoni internazzjonali oħra jew protokoll ieħor li
jkollhom x’jaqsmu mas-sinjali tat-tagħbija li l-Gvern ta’ Malta jkun
irratifika jew aderixxa għalihom (f’dan l-Att imsejħa ''il-
Konvenzjoni dwar is-Sinjal tat-Tagħbija'').
(2) L-imsemmija regoli (f’dan l-Att imsejħa "ir-regoli dwar is-
sinjal tat-tagħbija") jistgħu jipprovdu:
(a) għall-ispezzjon u għal eżami perijodiku ta’ bastimenti
li għalihom japplikaw id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att
dwar is-sinjal tat-tagħbija;
            BASTIMENTI   MERKANTILI  AP.  234.    121
(b) sabiex jiġu stabbiliti l-freeboards li jingħataw minn
żmien għal żmien lil dawk il-bastimenti;
(ċ) sabiex tiġi stabbilita, dwar kull bastiment bħal dak, id-
deck li għandu jittieħed bħala d-deck  freeboard tal-
bastiment, u sabiex issir il-ħtieġa li l-posizzjoni ta’ dak
id-deck ikun muri fuq kull naħa tal-bastiment b’sinjal
ta’ deskrizzjoni preskritt bir-regoli; u
(d) sabiex tiġi stabbilita, b’riferenza għal dak is-sinjal u
għall freeboards li f’dak iż-żmien jingħataw lil kull
bastiment bħal dak, il-posizzjoni li fiha kull naħa tal-
bastiment għandha tiġi markata b’sinjali ta’
deskrizzjoni preskritti bir-regoli, li turi d-diversi fondi
massimi safejn il-bastiment jista’ jitgħabba
f’ċirkostanzi preskritti bir-regoli.
(3) Ir-regoli dwar is-sinjal tat-tagħbija jistgħu jinkludu d-
disposizzjonijiet li ġejjin, jiġifieri -
(a) disposizzjonijiet li jispeċifikaw dawk il-ħtiġijiet dwar
buk, superstructures, tagħmir u apparat ta’ bastimenti
li għalihom japplikaw id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att
dwar is-sinjal tat-tagħbija kif fil-fehma tal-Ministru
jkollhom x’jaqsmu mal-għoti ta’ freeboards lil dawk
il-bastimenti;
(b) disposizzjonijiet li bihom, fiż-żmien li jingħataw
freeboards lil bastiment skond ir-regoli dwar is-sinjal
tat-tagħbija, dawk il-partikolaritajiet li jirriferu għal
dawk il-ħtiġijiet li jistgħu jiġu stabbiliti skond ir-regoli
għandhom jiġu reġistrati b’dak il-mod li jista’ jiġi
hekk stabbilit; u
(ċ) disposizzjonijiet biex jiġi stabbilit, b’riferenza għal
dawk il-ħtiġijiet u dik ir-reġistrazzjoni, jekk, f’xi
żmien wara li freeboards ikunu hekk ingħataw lil
bastiment u fil-waqt li jkomplu hekk assenjati lilu, il-
bastiment għall-finijiet tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-
Att dwar is-sinjal tat-tagħbija jkunx iħares, jew ikunx
jikser, il-kondizzjonijiet tal-għoti,
u dawk id-disposizzjonijiet għandhom jintwerew separatament fir-
regoli dwar is-sinjal tat-tagħbija taħt it-titolu ta’ "regoli dwar il-
kondizzjonijiet tal-għoti".
(4) Ir-regoli dwar is-sinjal tat-tagħbija jistgħu jinkludu
disposizzjonijiet li jeħtieġu dik l-informazzjoni dwar l-istabbilità
ta’ kull bastiment li lilu jingħataw freeboards bis-saħħa tagħhom, u
dik l-informazzjoni dwar it-tagħbija u s-saborra ta’ dak il-
bastiment, kif jista’ jiġi stabbilit skond ir-regoli li jiġu provduti
għat-tmexxija tal-kaptan tal-bastiment b’dak il-mod li jiġi hekk
stabbilit.
(5) Dwar kull ħaġa li skond dan l-Att hi awtorizzata jew
meħtieġa li tiġi preskritta bir-regoli dwar is-sinjal tat-tagħbija,
dawk ir-regoli jistgħu jagħmlu disposizzjoni differenti b’riferenza
għal kull ħaġa minn dan li ġej jew b’riferenza għal kull aktar minn
żewġ ħwejjeġ minn dawn li ġejjin, jiġifieri deskrizzjonijiet
  122      KAP. 234. ħ       BASTIMENTI   MERKANTILI
differenti ta’ bastimenti, arei differenti, staġuni differenti tas-sena
u kull ċirkostanzi oħra differenti.
(6) Ħlief safejn ir-rabta tal-kliem ma tiħtieġx xort’oħra, fid-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att dwar is-sinjal tat-tagħbija, "deck-
line" tfisser is-sinjal imsemmi fis-subartikolu (2)(ċ), u "sinjali tat-
tagħbija" tfisser dawk is-sinjali kif imsemmija fil-paragrafu (d) ta’
dak is-subartikolu.
(7) Kull riferenza fis-subartikolu (1) għal konvenzjoni
internazzjonali jew protokoll għandha tinkludi riferenza għal kull
emenda għall-konvenzjoni jew għall-protokoll li l-Gvern ta’ Malta
jkun irratifika, aderixxa għaliha jew aċċetta.
Bastimenti maltin
Tħaris tar-regoli 
dwar is-sinjal tat-
tagħbija. 
Emendat:
XXII. 2000.2.
252. (1) Bla ħsara għal kull eżenzjoni mogħtija minn jew
skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att dwar is-sinjal tat-tagħbija,
ebda bastiment li għalih japplikaw dawk id-disposizzjonijiet, li
jkun bastiment reġistrat skond dan l-Att, ma għandu jbaħħar jew
jipprova jbaħħar kemm-il darba -
(a) il-bastiment ma jkunx ġie spezzjonat skond ir-regoli
dwar is-sinjal tat-tagħbija;
(b) il-bastimemt ma jkunx markat b’deck-line u b’sinjali
tat-tagħbija skond dawk ir-regoli;
(ċ) il-bastiment ma jkunx skond il-kondizzjonijiet ta’ l-
għoti;
(d) l-informazzjoni li skond dawk ir-regoli għandha
tingħata hekk kif imsemmi fis-subartikolu (4) ta’ l-
artikolu 251, ma tkunx ingħatat għat-tmexxija tal-
kaptan tal-bastiment bil-mod stabbilit skond ir-regoli.
(2) Jekk xi bastiment ibaħħar jew jipprova jbaħħar bi ksur tas-
subartikolu ta’ qabel dan, is-sid jew il-kaptan tal-bastiment jista’
jeħel multa ta’ mhux iżjed minn mitejn unit.
(3) Kull bastiment li, bi ksur tas-subartikolu (1), jipprova
jbaħhar mingħajr ma jiġi spezzjonat u mmarkat kif imsemmi fil-
paragrafi (a) u (b) ta’ dak is-subartikolu jista’ jinżamm sakemm jiġi
hekk spezzjonat u mmarkat.
(4) Kull bastiment kif imsemmi fis-subartikolu (1) li ma jkunx
skond il-kondizzjonijiet ta’ l-għoti jitqies li mhux mingħajr periklu
għall-fini ta’ l-artikolu 280.
Sinjali ta’ tagħbija 
taħt l-ilma.
Emendat:
XXII. 2000.2.
253. (l) Meta bastiment li għalih japplikaw id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att dwar is-sinjal tat-tagħbija, li jkun
bastiment reġistrat skond dan l-Att, ikun markat b’sinjali tat-
tagħbija, il-bastiment ma għandux ikun mgħobbi hekk li -
(a) jekk il-bastiment ikun f’baħar mielaħ u ma jkollux
tmejjil, is-sinjal tat-tagħbija xieraq fuq kull naħa tal-
bastiment ikun taħt l-ilma, jew
(b) f’kull każ ieħor, is-sinjal tat-tagħbija xieraq fuq kull
naħa tal-bastiment kien ikun taħt l-ilma li kieku l-
bastiment kien f’baħar mielaħ u ma kellux tmejjil.
            BASTIMENTI   MERKANTILI  AP.  234.    123
(2) Jekk xi bastiment jiġi mgħobbi bi ksur tas-subartikolu ta’
qabel dan, is-sid jew il-kaptan tal-bastiment ikun, bla ħsara għas-
subartikolu (5), jista’ jeħel -
(a) multa ta’ mhux iżjed minn erba’ mitt unit; u
(b) dik il-multa addizzjonali li ma tkunx iktar minn
ammont kalkolat skond is-subartikolu li jaħbat wara
dan kif il-qorti jidhrilha xieraq li twaħħal meta jiġi
kunsidrat kemm il-bastiment seta’ jaqla’ iżjed
minħabba l-kontravenzjoni.
(3) Multa addizzjonali mwaħħla skond il-paragrafu (b) tas-
subartikolu (2) ma għandhiex tkun iktar minn mija u sittin unit għal
kull ċentimetru sħiħ, jew għal kull parti minn ċentimetru ’il fuq
minn kull ċentimetru jew ċentimetri sħaħ, li bih -
(a) f’każ li jaqa’ taħt il-paragrafu (a) tas-subartikolu (1) s-
sinjal tat-tagħbija xieraq ta’ kull naħa tal-bastiment
kien niżel taħt l-ilma, jew
(b) f’każ li jaqa’ taħt il-paragrafu (b) ta’ dak is-
subartikolu s-sinjal tat-tagħbija xieraq ta’ kull naħa
tal-bastiment kien jinżel taħt l-ilma kif hemmhekk
imsemmi;
u, jekk l-ammont li bih dak is-sinjal kien jew kien ikun taħt l-ilma
kien inqas minn ċentimetru sħiħ, dik il-multa addizzjonali ma
għandhiex tkun iktar minn mija u sittin unit.
(4) Jekk il-kaptan ibaħħar bastiment meta jkun mgħobbi bi ksur
tas-subartikolu (1), jew jekk xi persuna oħra, li jkollha raġuni
taħseb li l-bastiment ikun hekk mgħobbi, tibgħat jew tieħu sehem
biex tibgħat lil dak il-bastiment biex ibaħħar meta jkun mgħobbi bi
ksur ta’ dak is-subartikolu, f’dak il-każ (mingħajr ħsara għal kull
multa oħra li tista’ teħel skond is-subartikolu (2)) tista’ teħel multa
ta’ mhux iżjed minn erba’ mitt unit.
(5) Meta persuna tiġi akkużata b’reat skond is-subartikolu (2),
dik il-persuna ma tinstabx ħatja jekk jiġi ppruvat li l-
kontravenzjoni kienet dovuta biss għal devjazzjoni jew dewmien u
li d-devjazzjoni jew id-dewmien ġara biss minħabba maltemp jew
ċirkostanzi oħra li la s-sid, la l-kaptan u lanqas in-noleġġatur (jekk
ikun hemm) ma seta’ evita jew ikkontrolla.
(6) Bla ħsara għal kull proċedimenti skond id-disposizzjonijiet
ta’ qabel ta’ dan l-artikolu, kull bastiment li jkun mgħobbi bi ksur
tas-subartikolu (1) jista’ jinżamm sakemm jiġi hekk mgħobbi.
(7) Sabiex jiġi applikat dan l-artikolu għal bastiment
f’ċirkostanzi preskritti bir-regoli dwar is-sinjal tat-tagħbija skond
il-paragrafu (d) tas-subartikolu (2) ta’ l-artikolu 251, "is-sinjal tat-
tagħbija xieraq" tfisser il-linja tat-tagħbija li, skond dawk ir-regoli,
juri l-aktar fond li bih il-bastiment jista’ jitgħabba f’ilma mielaħ
f’dawk iċ-ċirkostanzi.
Reati mixxellanji 
dwar sinjali.
Emendat:
XXII. 2000.2.
254.  Meta bastiment li għalih japplikaw id-disposizzjonijiet ta’
dan l-Att dwar is-sinjal tat-tagħbija, li jkun bastiment reġistrat
skond dan l-Att, ikun immarkat skond xi ħtiġijiet dwar markar
imposti minn jew skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att dwar is-
  124      KAP. 234. ħ       BASTIMENTI   MERKANTILI
sinjal tat-tagħbija, f’dak il-każ jekk -
(a) is-sid jew il-kaptan jonqos mingħajr raġuni xierqa li
jżomm il-bastiment hekk immarkat; jew
(b) xi persuna taħbi, tneħħi, tibdel, tħassar jew tobrox, jew
iġġiegħel jew tħalli lil xi persuna taħt il-kontroll
tagħha li taħbi, tneħħi, tibdel, tħassar jew tobrox, xi
sinjal li bih il-bastiment ikun hekk immarkat, ħlief
meta hekk tagħmel bl-awtorità  ta’ persuna li għandha
s-setgħa li hekk tagħmel skond ir-regoli dwar is-sinjal
tat-tagħbija,
tista’ teħel multa ta’ mhux iżjed minn mitejn unit.
Ħruġ ta’ ċertifikat 
ta’ sinjal tat-
tagħbija. 
255. (1) Meta bastiment li għalih japplikaw id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att dwar is-sinjal tat-tagħbija, li jkun
bastiment reġistrat skond dan l-Att, ikun ġie spezzjonat u immarkat
skond ir-regoli dwar is-sinjal tat-tagħbija, iċ-ċertifikat xieraq jiġi
maħruġ lis-sid tal-bastiment fuq talba tiegħu.
(2) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu, iċ-ċertifikat xieraq -
(a) fil-każ ta’ bastiment eżistenti ta’ mhux inqas minn
mija u ħamsin tunnellata gross, u fil-każ ta’ bastiment
ġdid ta’ mhux inqas minn erbgħa u għoxrin metru tul,
ikun ċertifikat li jissejjaħ "International Load Line
Certificate (1966)", u
(b) fil-każ ta’ kull bastiment ieħor, ikun ċertifikat li
jissejjaħ "ċertifikat ta’ Malta tas-sinjal tat-tagħbija".
(3) Bla ħsara għas-subartikolu li jaħbat sew wara dan, kull
ċertifikat li għandu joħroġ skond is-subartikolu (1) għandu jiġi
maħruġ mill-Ministru u għandu jkun f’dik il-forma, u għandu
joħroġ b’dak il-mod, li jiġi preskritt bir-regoli dwar is-sinjal tat-
tagħbija.
(4) Il-Ministru jista’ jitlob lil Gvern kontraenti biex joħroġ
International Load Line Certificate (1966) dwar kull bastiment li
għalih japplikaw id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att dwar is-sinjal tat-
tagħbija li jkun bastiment reġistrat skond dan l-Att u li jaqa’ taħt il-
paragarafu (a) tas-subartikolu (2); u t-tħaris tad-disposizzjonijiet
ta’ dan l-Att dwar is-sinjal tat-tagħbija għandhom ikollhom effett
dwar dak iċ-ċertifikat hekk maħruġ, li jkun fih dikjarazzjoni li jkun
ġie maħruġ, fuq talba tal-Gvern ta’ Malta, bħal ma għandhom effett
dwar International Load Line Certificate (1966) maħruġ mill-
Ministru.
Effett ta’ ċertifikat 
ta’ sinjal tat-
tagħbija.
256.  Meta ċertifikat, maħruġ skond l-aħħar artikolu qabel dan u
li jkun fiż-żmien iseħħ, jiġi prodott dwar il-bastiment li għalih iċ-
ċertifikat jirreferi -
(a) il-bastiment għandu jitqies li ġie spezzjonat skond ir-
regoli dwar is-sinjal tat-tagħbija; u
(b) jekk sinjali jkunu mmarkati fuq il-bastiment li
jikkorrispondu fin-numru u d-deskrizzjoni għad-deck-
line u għas-sinjali tat-tagħbija kif meħtieġa bir-regoli
dwar is-sinjal tat-tagħbija, u l-posizzjoni ta’ dawk is-
            BASTIMENTI   MERKANTILI  AP.  234.    125
sinjali hekk immarkati tkun taqbel mal-posizzjoni tad-
deck-line u mas-sinjali tat-tagħbija kif speċifikati fiċ-
ċertifikat, il-bastiment għandu jitqies li hu markat kif
meħtieġ b’dawk ir-regoli.
Kemm idum jiswa, 
kontrosenja u 
tħassir ta’, 
ċertifikat ta’ sinjal 
tat-tagħbija. 
257. (1) Ir-regoli dwar is-sinjal tat-tagħbija jistgħu jipprovdu
sabiex jiġi stabbilit iż-żmien li matulu kull ċertifikat maħruġ skond
l-artikolu 255 għandu jibqa’ jseħħ, inklużi:
(a) disposizzjoni li tagħti s-setgħa li ż-żmien li għalih kull
ċertifikat bħal dak ikun oriġinarjament ħareġ jiġi
mtawwal sa dawk il-limiti u f’dawk iċ-ċirkostanzi li
jistgħu jiġu preskritti bir-regoli; u
(b) disposizzjoni għat-tħassir ta’ kull ċertifikat bħal dak
f’dawk iċ-ċirkostanzi li jistgħu jiġu hekk preskritti. 
(2) Matul iż-żmien li kull ċertifikat bħal dak ikun iseħħ dwar
bastiment, għandha titniżżel fuq iċ-ċertifikat dik l-informazzjoni
dwar -
(a) spezzjonijiet perjodiċi tal-bastiment skond ir-regoli
dwar is-sinjal tat-tagħbija, u
(b) kull estensjoni taż-żmien li għalih iċ-ċertifikat kien
maħruġ,
kif jista’ jiġi preskritt bir-regoli.
Bastimenti ma 
għandhomx 
ibaħħru mingħajr 
ċertifikat ta’ sinjal 
tat-tagħbija. 
Emendat:
XXII. 2000.2.
258. (1) Bla ħsara għal kull eżenzjoni mogħtija minn jew
skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att dwar is-sinjal tat-tagħbija,
ebda bastiment li għalih japplikaw l-imsemmija disposizzjonijiet, li
jkun bastiment reġistrat skond dan l-Att, ma għandu jbaħħar jew
jipprova jbaħħar kemm-il darba ma jkunx hemm iseħħ iċ-ċertifikat
xieraq dwar il-bastiment.
(2) Qabel ma xi bastiment bħal dak ibaħħar, il-kaptan tal-
bastiment għandu jipproduċi ċ-ċertifikat xieraq lill-ufftċjal li
mingħandu tintalab il-mogħdija mid-dwana tal-bastiment; u dik il-
mogħdija ma tingħatax, u l-bastiment jista’ jinżamm, sakemm jiġi
hekk prodot iċ-ċertifikat xieraq.
(3) Jekk xi bastiment ibaħħar jew jipprova jbaħħar bi ksur ta’
dan l-artikolu, il-kaptan tal-bastiment jista’ jeħel multa ta’ mhux
iżjed minn mitejn unit.
(4) F’dan l-artikolu "iċ-ċertifikat xieraq" tfisser iċ-ċertifikat li
jkun iċ-ċertifikat xieraq għall-finijiet ta’ l-artikolu 255. 
Pubblikazzjoni taċ-
ċertifikat ta’ sinjal 
tat-tagħbija u dħul 
ta’ partikolaritajiet 
fil-ġurnal t’abbord 
uffiċjali.
Emendat:
XXII. 2000.2.
259. (1) Meta ċertifikat ikun maħruġ skond l-artikolu 255 -
(a) is-sid tal-bastiment għandu minnufih kif jirċievi ċ-
ċertifikat jara li jitqiegħed fi gwarniċ u jitwaħħal f’xi
post fejn jidher sewwa abbord il-bastiment, u għandu
jara li hekk jinżamm fi gwarniċ u mwaħħal u li jkun
leġibbli sakemm iċ-ċertifikat jibqa’ jseħħ u l-bastiment
jibqa’ jintuża; u
(b) il-kaptan tal-bastiment, qabel ma jagħmel xi dħul ieħor
fil-ġurnal t’abbord uffiċjali dwar il-bastiment, għandu
jniżżel fih il-partikolaritajiet dwar il-posizzjonijiet
  126      KAP. 234. ħ       BASTIMENTI   MERKANTILI
tad-deck-line u tas-sinjali tat-tagħbija li jkunu
speċifikati fiċ-ċertifikat.
(2) Qabel ma bastiment li għalih japplikaw id-disposizzjonijiet
ta’ dan l-Att dwar is-sinjal tat-tagħbija, li jkun bastiment reġistrat
skond dan l-Att, jitlaq xi baċir, mol, port jew post ieħor sabiex
ibaħħar, il-kaptan tal-bastiment -
(a) għandu jniżżel fil-ġurnal t’abbord uffiċjali dawk il-
partikolaritajiet dwar il-fond safejn il-bastiment ikun
f’dak iż-żmien qed jitgħabba kif jista’ jiġi preskritt
b’regolamenti magħmula mill-Ministru skond dan l-
artikolu; u
(b) bla ħsara għas-subartikolu li jaħbat wara dan, għandu
jara li avviż, f’dik il-forma u li jkun fih dawk minn
dawk il-partikolaritajiet li jistgħu jiġu speċifikati fl-
imsemmija regolamenti għall-finijiet ta’ dan il-
paragrafu, jitwaħħal f’xi post fejn jidher sewwa abbord
il-bastiment;
u, meta avviż bħal dak ikun twaħħal, il-kaptan għandu jara li
jinżamm imwaħħal u li jkun leġibbli sakemm il-bastiment jasal f’xi
baċir, mol, port jew post ieħor.
(3) Jekk is-sid jew il-kaptan ta’ bastiment jonqos li jħares xi
ħtieġa mposta fuqu bid-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-artikolu,
jista’ jeħel multa ta’ mhux iżjed minn ħamsin unit.
Spezzjon ta’ 
bastimenti. 
260.   Surveyor ta’ bastimenti jew surveyor inġinier jista’
jispezzjona kull bastiment li għalih japplikaw id-disposizzjonijiet
ta’ dan l-Att dwar is-sinjal tat-tagħbija, li jkun bastiment reġistrat
skond dan l-Att, sabiex jara li l-imsemmija disposizzjonijiet ikunu
ġew imħarsa dwar il-bastiment.
Bastimenti barranin
Ċertifikati tal-
konvenzjoni.
261. (1) Dan l-artikolu japplika għal kull bastiment barrani li
jkun bastiment li għalih japplikaw id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att
dwar is-sinjal tat-tagħbija u -
(a) ikun reġistrat f’pajjiż tal-Konvenzjoni jew, jekk ma
jkunx reġistrat f’xi pajjiż bħal dak jew x’imkien ieħor,
ikollu bandiera ta’ pajjiż tal-Konvenzjoni; u
(b) ikun jew bastiment eżistenti ta’ mhux inqas minn mija
u ħamsin tunnellata gross jew ikun bastiment ġdid ta’
mhux inqas minn erbgħa u għoxrin metru tul.
(2) Il-Ministru jista’, fuq talba tal-gvern ta’ pajjiż ta’
appartenenza ta’ bastiment li għalih japplika dan l-artikolu, joħroġ
dwar il-bastiment ċertifikat f’dik il-forma li tista tiġi preskritta bir-
regoli dwar is-sinjal tat-tagħbija kif il-Ministru jkun sodisfatt li hu
jista’ b’mod xieraq joħroġ ċertifikat dwar il-bastiment skond is-
subartikolu (1) ta’ l-artikolu 255 li kieku l-bastiment kien reġistrat
skond dan l-Att.
(3) Ir-regoli dwar is-sinjal tat-tagħbija jistgħu jagħmlu kull
disposizzjoni li fil-fehma tal-Ministru tkun xierqa biex jiġi żgurat li
ċertifikati maħruġa bħala International Load Line Certificates
            BASTIMENTI   MERKANTILI  AP.  234.    127
(1966) dwar bastimenti li għalihom japplika dan l-artikolu, u jkunu
hekk maħruġa minn gvernijiet barra l-Gvern ta’ Malta, ikunu
rikonoxxuti għall-finijiet tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att dwar is-
sinjal tat-tagħbija f’dawk iċ-ċirkostanzi li jistgħu jiġu preskritti bir-
regoli.
(4) Ċertifikati maħruġa kif imsemmi fis-subartikolu (2) jew fis-
subartikolu (3) għandhom jiġu nklużi fost iċ-ċertifikati li jissejħu
"International Load Line Certificates (1966)"; u għall-finijiet tad-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att dwar is-sinjal tat-tagħbija "ċertifikat
tal-Konvenzjoni validu" tfisser ċertifikat li jew-
(a) ikun ġie maħruġ skond is-subartikolu (2) u li jkun
f’dak iż-żmien fis-seħħ, jew
(b) ikun ġie maħruġ kif imsemmi fis-subartikolu (3) u jiġi
prodott f’ċirkostanzi li fihom ikun meħtieġ bir-regoli
dwar is-sinjal tat-tagħbija li jkun rikonoxxut għall-
finijiet tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att dwar is-sinjal
tat-tagħbija.
Tħaris tar-regoli 
dwar is-sinjal tat-
tagħbija.
Emendat:
XXII. 2000.2.
262. (1) Bla ħsara għas-subartikolu li jaħbat wara dan u ta’
kull eżenzjoni mogħtija minn jew skond id-disposizzjonijiet ta’ dan
l-Att dwar is-sinjal tat-tagħbija, ebda bastiment barrani li għalih
japplikaw id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att ma għandu jbaħħar jew
jipprova jbaħħar minn xi port f’Malta kemm-il darba:
(a) il-bastiment ma jkunx ġie spezzjonat skond ir-regoli
dwar is-sinjal tat-tagħbija;
(b) il-bastiment ma jkunx immarkat bid-deck-line u
b’sinjali tat-tagħbija skond dawk ir-regoli;
(ċ) il-bastiment ma jkunx skond il-kondizzjonijiet ta’ l-
għoti; jew
(d) l-informazzjoni li għandha tingħata b’dawn ir-regoli
kif imsemmi fis-subartikolu (2) ta’ l-artikolu 251 ma
tingħatax għat-tmexxija tal-kaptan tal-bastiment bil-
mod stabbilit skond dawk ir-regoli.
(2) Is-subartikolu (1) ma għandux japplika għal bastiment li
dwaru jiġi prodott ċertifikat tal-Konvenzjoni validu.
(3) Jekk xi bastiment ibaħħar jew jipprova jbaħħar bi ksur tad-
disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-artikolu, is-sid jew il-kaptan
tal-bastiment jista’ jeħel multa ta’ mhux iżjed minn mitejn unit.
(4) Kull bastiment li bi ksur ta’ dan l-artikolu jipprova jbaħħar
mingħajr ma jiġi spezzjonat u mmarkat kif imsemmi fil-paragrafi
(a) u (b) tas-subartikolu (1) jista’ jinżamm sakemm jiġi hekk
spezzjonat u mmarkat.
(5) Jekk xi bastiment kif imsemmi fis-subartikolu (l), li ma
jkunx bastiment li dwaru jiġi prodott ċertifikat tal-Konvenzjoni
validu, ma jkunx skond il-kondizzjonijiet ta’ l-għoti, l-artikolu 283
għandu jkollu effett dwar il-bastiment daqslikieku kien perikoluż
minħabba xi waħda mill-ħwejjeġ imsemmija f’dak l-artikolu.
Sinjali tat-tagħbija 
taħt l-ilma.
263. (1) Meta bastiment barrani li għalih japplikaw id-
  128      KAP. 234. ħ       BASTIMENTI   MERKANTILI
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att dwar is-sinjal tat-tagħbija jkun f’xi
port f’Malta u jkun immarkat b’sinjali tat-tagħbija, il-bastiment ma
jiġix hekk mgħobbi li -
(a) jekk il-bastiment ma jkollux tmejjil, is-sinjal tat-
tagħbija xieraq fuq kull naħa tal-bastiment ikun taħt l-
ilma, jew
(b) jekk il-bastiment ikollu tmejjil, is-sinjal tat-tagħbija
xieraq fuq kull naħa tal-bastiment kien ikun taħt l-ilma
kieku l-bastiment ma kellux tmejjil.
(2) Is-subartikoli (2), (3), (5) u (6) ta’ l-artikolu 253 għandu
jkollhom effett għall-finijiet ta’ dan l-artikolu daqslikieku kull
riferenza għas-subartikolu (1) ta’ dak l-artikolu, jew għall-
paragrafu (a) jew għall-paragrafu (b) ta’ l-imsemmi subartikolu (1),
kienet riferenza għas-subartikolu (1), jew skond il-każ, għall-
paragrafu korrispondenti tas-subartikolu (1), ta’ dan l-artikolu:
Iżda, fil-każ ta’ bastiment li għalih japplika l-artikolu 261,
il-bastiment ma għandux jinżamm u ma għandhom isiru ebda
proċedimenti bis-saħħa ta’ dan is-subartikolu, kemm-il darba l-
bastiment ma jkunx ġie spezzjonat minn surveyor ta’ bastiment jew
minn surveyor inġinier skond l-artikolu 266.
(3) Relattivament għal bastiment li dwaru jkun ġie prodott
ċertifikat tal-Konvenzjoni validu, "sinjal tat-tagħbija" fis-
subartikolu (1) tfisser sinjal immarkat fuq il-bastiment fil-
posizzjoni tas-sinjal tat-tagħbija speċifikat f’dak iċ-ċertifikat; u
għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet rilevanti għal
bastiment bħal dak f’ċirikostanzi li għalihom jiġi speċifikat fiċ-
ċertifikat sinjal tat-tagħbija partikolari, "is-sinjal tat-tagħbija
xieraq" tfisser is-sinjal tat-tagħbija li, skond iċ-ċertifikat, juri liema
huwa l-aktar fond li l-bastiment jista’ jitgħabba f’ilma baħar
f’dawk iċ-ċirkostanzi.
(4) Meta ċertifikat tal-Konvenzjoni validu ma jiġix prodott
dwar bastiment, f’dak il-każ, għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni tad-
disposizzjonijiet rilevanti għal dak il-bastiment f’kull ċirkostanzi
preskritti bir-regoli dwar is-sinjal tat-tagħbija skond il-paragrafu
(d) tas-subartikolu (2) ta’ l-artikolu 251, "is-sinjal tat-tagħbija
xieraq" tfisser is-sinjal tat-tagħbija li, skond dawk ir-regoli, juri
liema huwa l-aktar fond li l-bastiment jista’ jitgħabba f’ilma baħar
f’dawk iċ-ċirkostanzi.
(5) Fis-subartikoli (3) u (4) "id-disposizzjonijiet rilevanti"
tfisser id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) u ta’ l-artikolu 253
kif applikati bis-subartikolu (2).
Ċertifikati maltin 
tas-sinjal tat-
tagħbija.
264. (1) Meta bastiment li għalih japplikaw id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att dwar is-sinjal tat-tagħbija, li ma
jkunx bastiment reġistrat skond dan l-Att, ikun ġie spezzjonat u
mmarkat skond ir-regoli dwar is-sinjal tat-tagħbija, f’dak il-każ,
fuq talba tas-sid tal-bastiment, għandu jinħariġlu mill-Ministru
ċertifikat malti tas-sinjal tat-tagħbija.
(2) Bla ħsara għas-subartikolu li jaħbat wara dan, id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 256 u 257 għandhom ikollhom effett
            BASTIMENTI   MERKANTILI  AP.  234.    129
dwar ċertifikat maħruġ skond is-subartikolu (1) ta’ dan 1-artikolu
kif għandhom effett dwar ċertifikat maħruġ skond l-artikolu 255.
(3) Kull ċertifikat maħruġ skond is-subartikolu (1) ta’ dan 1-
artikolu dwar bastiment li għalih japplika l-artikolu 261 ikun validu
biss sakemm il-bastiment ma jkunx qed jaħdem fuq vjaġġi
internazzjonali u għandu jiġi mħassar mill-Ministru jekk ikollu
raġuni jaħseb li l-bastiment ikun qed jaħdem fuq vjaġġi
internazzjonali.
Produzzjoni ta’ 
ċertifikat għal 
mogħdija mid-
dwana.
265. (1) Bla ħsara għal kull eżenzjoni mogħtija minn jew
skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att dwar is-sinjal tat-tagħbija,
qabel ma bastiment li għalih japplikaw dawk id-disposizzjonijiet
ibaħħar minn xi port f’Malta, il-kaptan tal-bastiment għandu
jipproduċi ċ-ċertifikat xieraq lill-uffiċjal li jkun mitlub jagħti l-
mogħdija mid-dwana; u dik il-mogħdija ma tingħatax, u l-bastiment
jista’ jinżamm, sakemm jiġi prodott iċ-ċertifikat xieraq.
(2) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu, iċ-ċertifikat xieraq -
(a) fil-każ ta’ bastiment li għalih japplika l-artikolu 261,
meta l-mogħdija mid-dwana tal-bastiment tkun
mitluba dwar vjaġġ internazzjonali, ikun ċertifikat tal-
Konvenzjoni validu;
(b) f’kull każ ieħor ikun jew ċertifikat tal-Konvenzjoni
validu jew ċertifikat malti tas-sinjal tat-tagħbija li fiż-
żmien ikun iseħħ dwar il-bastiment.
Disposizzjonijiet 
dwar spezzjon.
266. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet li ġejjin ta’ dan l-
artikolu, surveyor ta’ bastimenti jew surveyor inġinier jista’
jispezzjona kull bastiment barrani li għalih japplikaw id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att dwar is-sinjal tat-tagħbija fil-waqt li
l-bastiment ikun f’xi port f’Malta.
(2) Bla ħsara għas-setgħat mogħtija bl-artikolu 368, kull
surveyor bħal dak jista’ jitla’ abbord kull bastiment li għalih
japplika l-artikolu 261, fil-waqt li l-bastiment ikun f’xi port
f’Malta, sabiex jitlob il-produzzjoni ta’ kull International Load
Line Certificate (1966) jew ċertifikat malti tas-sinjal tat-tagħbija li
jkun f’dak iż-żmien fis-seħħ dwar il-bastiment.
(3) Jekk fuq xi talba bħal dik ċertifikat tal-Konvenzjoni jiġi
prodott lis-surveyor dwar il-bastiment, is-setgħat tas-surveyor
skond is-subartikolu (1) u skond l-artikolu 368 għandhom jiġu
limitati biex jara -
(a) li l-bastiment ma jkunx mgħobbi iktar mil-limiti
permessi biċ-ċertifikat;
(b) li s-sinjali huma markati fuq il-bastiment fil-
posizzjonijiet tas-sinjali tat-tagħbija speċifikata fiċ-
ċertifikat; 
(ċ) li ebda tibdil materjali ma jkun sar fil-buk u fis-
superstructures ta’ fuq tal-bastiment li jista’ jolqot il-
posizzjoni li fiha xi wieħed minn dawk is-sinjali
għandu jkun immarkat; u
(d) li it-tagħmir u l-apparat għall-protezzjoni ta’ ftuħ, il-
  130      KAP. 234. ħ       BASTIMENTI   MERKANTILI
guard rails, il-freeing ports u l-mezzi ta’ dħul fil-
kwartieri ta’ l-ekwipaġġ ikunu nżammu fuq il-
bastiment fi stat effettiv bħalma kienu meta kien
maħruġ iċ-ċertifikat.
(4) Meta fuq spezzjon ta’ bastiment skond dan l-artikolu l-
bastiment jinsab li jkun hekk mibdul materjalment dwar il-ħwejjeġ
imsemmija fil-paragrafu (ċ) jew fil-paragrafu (d) tas-subartikolu
(3) li l-bastiment manifestament ma jkunx tajjeb li jbaħħar
mingħajr periklu għall-ħajja tal-bniedem, f’dan il-każ 1-artikolu
283 għandu jkollu effett dwar il-bastiment daqslikieku dan kien
perikoluż minħabba xi waħda mill-ħwejjeġ speċifikati f’dak l-
artikolu.
(5) Meta bastiment ikun miżmum skond l-artikolu 283 kif
applikat b’dan l-artikolu, il-Ministru għandu jordna li l-bastiment
jiġi liberat hekk kif ikun sodisfatt li l-bastiment ikun tajjeb biex
ibaħħar mingħajr periklu għall-ħajja tal-bniedem.
Eżenzjonijiet 
Setgħa għall-
egħmil ta’ ordnijiet 
ta’ eżenzjoni.
267. (1) Jekk fil-fehma tal-Ministru x-xorta kennija u l-
kondizzjonijiet ta’ vjaġġi internazzjonali -
(a) bejn portijiet viċini f’Malta u f’pajjiż ieħor tal-
Konvenzjoni, jew
(b) bejn żewġ portijiet viċini f’xi żewġ pajjiżi jew
territorji jew aktar barra minn Malta,
jagħmlu żejda jew mhux prattikabbli l-applikazzjoni tad-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att dwar is-sinjal tat-tagħbija għal
bastimenti li jaħdmu fuq vjaġġi bħal dawk, u l-Ministru jkun
sodisfatt li l-gvern tal-pajjiż jew tat-territorju l-ieħor (jew, skond il-
każ, ta’ kull wieħed mill-pajjiżi jew tat-territorji l-oħra) ikun jaqbel
ma’ dik il-fehma, il-Ministru jista’, b’ordni fil-Gazzetta li
jispeċifika l-portijiet, jordna li bastimenti li jaħdmu fuq vjaġġi
internazzjonali bejn dawk il-portijiet, jew kull klassi ta’ dawk il-
bastimenti speċifikati fl-ordni, ikunu eżentati mid-disposizzjonijiet
ta’ dan l-Att dwar is-sinjal tat-tagħbija.
(2) Il-Ministru jista’ b’ordni fil-Gazzetta jordna li bastimenti
taħt it-tmenin tunnellata netti li jitħaddmu biss fuq xogħol mal-
kosta, jew li xi klassi ta’ dawk il-bastimenti speċifikati fl-ordni,
ikunu eżentati mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att dwar is-sinjal tat-
tagħbija fil-waqt li ma jkunux qed iġorru merkanzija, jew, jekk l-
ordni hekk jipprovdi jkunu eżentati minn dawk id-disposizzjonijiet
sew jekk ikunu qed iġorru merkanzija sew jekk le.
(3) Kull ordni skond dan l-artikolu jista’ jsir suġġett għal dawk
il-kondizzjonijiet li l-Ministru jidhirlu xierqa; u meta kull ordni
bħal dak ikun magħmul suġġett għal kondizzjonijiet, l-eżenzjoni
mogħtija bl-ordni ma jkollhiex effett dwar bastiment kemm-il darba
l-bastiment ma jħarisx dawk il-kondizzjonijiet.
Aktar setgħat 
għall-eżenzjoni ta’ 
bastiment. 
268. (1) F’dan l-artikolu kull riferenza għall-eżenzjoni ta’
bastiment hija riferenza għall-eżenzjoni ta’ bastiment jew -
(a) mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att dwar is-sinjal tat-
            BASTIMENTI   MERKANTILI  AP.  234.    131
tagħbija u mir-regoli dwar is-sinjal tat-tagħbija, jew
(b) minn dawk id-disposizzjonijiet minnhom kif ikunu
speċifikati fl-att li jagħti l-eżenzjoni.
(2) Fuq talba tas-sid ta’ bastiment malti li għalih japplikaw id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att dwar is-sinjal tat-tagħbija u li jkun
jew bastiment eżistenti ta’ mhux inqas minn mija u ħamsin
tunnellata gross jew bastiment ġdid ta’ mhux inqas minn erbgħa u
għoxrin metri tul, il-Ministru jista’ jeżenta lill-bastiment jekk fil-
fehma tiegħu l-bastiment ikollu kwalitajiet ta’ xorta ġdida hekk li,
jekk il-bastiment kellu jkun skond il-ħtiġijiet kollha tad-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att dwar is-sinjal tat-tagħbija u tar-regoli
dwar is-sinjal tat-tagħbija, l-iżvilupp ta’ dawk il-kwalitajiet u l-
inkorporazzjoni tagħhom f’bastimenti fuq vjaġġi internazzjonali
jistgħu jkunu mfixkla serjament.
(3) Fuq l-applikazzjoni tas-sid ta’ bastiment malti li għalih
japplikaw id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att dwar is-sinjal tat-
tagħbija u li jkun jew -
(a) bastiment eżistenti ta’ anqas minn mija u ħamsin
tunnellata gross jew bastiment ġdid ta’ anqas minn
erbgħa u għoxrin metru tul, jew
(b) bastiment (li ma jkunx jaqa’ taħt il-paragrafu ta’ qabel
dan) li ma jkunx jaħdem fuq vjaġġi internazzjonali, 
il-Ministru jista’ jeżenta lill-bastiment.
(4) Bla ħsara għall-aħħar subartikolu qabel dan, meta bastiment
malti li għalih japplikaw id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att dwar is-
sinjal tat-tagħbija u li jkun jew bastiment eżistenti ta’ mhux inqas
minn mija u ħamsin tunnellata gross jew bastiment ġdid ta’ mhux
inqas minn erbgħa u għoxrin metru tul, ma jkunx jaħdem fuq vjaġġi
internazzjonali iżda jkun, f’ċirkostanzi eċċezzjonali, meħtieġ li
jagħmel vjaġġ internazzjonali wieħed biss, il-Ministru, fuq it-talba
tas-sid tal-bastiment, fejn jispeċifika l-vjaġġ internazzjonali li jkun,
jista’ jeżenta lill-bastiment fil-waqt li jkun qed jaħdem fuq dak il-
vjaġġ.
(5) Kull eżenzjoni mogħtija skond dan l-artikolu tista’ tingħata
taħt dawk il-kondizzjonijiet li l-Ministru jidhirlu xierqa; u, meta xi
eżenzjoni bħal dik tingħata taħt kondizzjonijiet, l-eżenzjoni ma
jkollhiex effett sakemm ma jitħarsux dawk il-kondizzjonijiet.
Ħruġ ta’ ċertifikati 
ta’ eżenzjoni.
269. (1) Meta l-Ministru jeżenta bastiment skond l-aħħar
artikolu qabel dan, hu għandu joħroġ iċ-ċertifikat xieraq lis-sid tal-
bastiment.
(2) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu, iċ-ċertifikat xieraq -
(a) meta l-eżenzjoni tingħata skond is-subartikolu (2) jew
is-subartikolu (4) ta’ l-aħħar artikolu qabel dan, ikun
ċertifikat li għandu jissejjaħ "International Load Line
Exemption Certificate"; u
(b) meta l-eżenzjoni tingħata skond is-subartikolu (3) ta’
dak l-artikolu, ikun ċertifikat li għandu jissejjaħ
"ċertifikat malti ta’ eżenzjoni dwar sinjali tat-
  132      KAP. 234. ħ       BASTIMENTI   MERKANTILI
tagħbija".
(3) Kull ċertifikat maħruġ skond dan l-artikolu għandu jkun
f’dik il-forma u għandu jiġi maħruġ b’dak il-mod li jista’ jiġi
preskritt bir-regoli dwar is-sinjal tat-tagħbija.
Kemm idumu u 
terminazzjoni ta’ 
eżenzjonijiet, u 
kontrosenja u 
tħassir ta’ 
ċertifikati ta’ 
eżenzjoni.
270. (1) Ir-regoli dwar is-sinjal tat-tagħbija jistgħu jipprovdu
biex jiġi stabbilit iż-żmien li matulu kull eżenzjoni mogħtija skond
l-artikolu 268, jew xi ċertifikat maħruġ skond l-artikolu 269,
għandu jibqa’ jseħħ, inkluża disposizzjoni -
(a) li tagħti s-setgħa li ż-żmien li għalih kull eżenzjoni jew
ċertifikat bħal dak ikun oriġinarjament mogħti jew
maħruġ jiġi mtawwal għal dawk iż-żminijiet u f’dawk
iċ-ċirkostanzi li jistgħu jiġu preskritti bir-regoli; u
(b) biex tintemm kull eżenzjoni bħal dik, jew biex
jitħassar kull ċertifikat bħal dak, f’dawk iċ-ċirkostanzi
li jistgħu jiġu hekk preskritti.
(2) Fil-waqt li kull ċertifikat bħal dak ikun fis-seħħ dwar
bastiment għandha titniżżel fuq iċ-ċertifikat dik l-informazzjoni
dwar -
(a) spezzjonijiet perijodiċi tal-bastiment skond ir-regoli
dwar is-sinjal tat-tagħbija, u
(b) kull estensjoni taż-żmien li għalih iċ-ċertifikat ikun ġie
maħruġ,
kif jista’ jiġi preskritt bir-regoli.
International Load 
Line Exemption 
Certificates.
271. (1) Ir-regoli dwar is-sinjal tat-tagħbija jistgħu jagħmlu
dawk id-disposizzjonijiet kif fil-fehma tal-Ministru jkunu xierqa
sabiex jiġi żgurat illi ċertifikati li, skond il-Konvenzjoni dwar is-
Sinjal tat-Tagħbija, ikunu ġew maħruġa dwar bastimenti li
għalihom japplika l-artikolu 261, u jkunu ġew hekk maħruġa mill-
gvernijiet barra l-Gvern ta’ Malta, ikollhom, f’dawk iċ-ċirkostanzi
li jistgħu jiġu preskritti bir-regoli, l-istess effett għall-finijiet tad-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att dwar is-sinjal tat-tagħbija
daqslikieku kienu ċertifikati validi tal-Konvenzjoni.
(2) Ċertifikati maħruġa kif imsemmi fis-subartikolu (1)
għandhom ikunu nklużi fost iċ-ċertifikati li għandhom jissejħu
"International Load Line Exemption Certificates".
Sottodiviżjonijiet ta’ sinjali tat-tagħbija u merkanzija 
fuq il-gverta 
Sottodiviżjoni ta’ 
sinjali tat-tagħbija.
272.   Meta skond il-liġi ta’ xi pajjiż li tkun magħmula sabiex
tagħti seħħ lill-konvenzjoni internazzjonali msejħa l-Konvenzjoni
Internazzjonali għall-Ħarsien tal-Ħajja fuq il-Baħar iffirmata
f’Londra fl-10 ta’ Ġunju, 1948, bastiment tal-passiġġieri li għalih
japplikaw id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att ikun immarkat
b’sottodiviżjonijiet ta’ sinjali tat-tagħbija, u l-aktar sinjal fil-baxx
minnhom ikun qiegħed iktar fil-baxx mis-sinjal li, kieku ma kienx
hemm dan is-subartikolu, kien ikun is-sinjal tat-tagħbija xieraq
għall-finijiet tal-artikolu 253 fil-każ ta’ bastiment malti, jew għall-
finijiet ta’ l-artikolu 263 fil-każ ta’ bastiment barrani, dawk l-
artikoli għandhom iseħħu daqslikieku dik is-sottodiviżjoni tas-
            BASTIMENTI   MERKANTILI  AP.  234.    133
sinjal tat-tagħbija kienet is-sinjal tat-tagħbija xieraq għall-finijiet
ta’ dawk l-artikoli.
Merkanzija fuq il-
gverta.
Emendat:
XXII. 2000.2.
273. (1) Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti (f’dan l-Att
imsejħa "regolamenti dwar merkanzija fuq il-gverta") li
jippreskrivu l-ħtiġijiet li għandhom jitħarsu meta merkanzija tkun
qed tinġarr f’xi post mhux mgħotti fuq il-gverta ta’ bastiment li
għalih japplikaw id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att dwar is-sinjal tat-
tagħbija; u jistgħu jiġu hekk preskritti ħtiġijiet differenti dwar
deskrizzjonijiet differenti ta’ bastiment, deskrizzjonijiet differenti
ta’ merkanzija, vjaġġi jew klassijiet ta’ vjaġġi differenti, staġuni
differenti tas-sena u kull ċirkostanzi oħra differenti.
(2) Jekk ir-regoli dwar is-sinjal tat-tagħbija jipprovdu (jew
b’mod ġenerali jew f’każijiet jew klassijiet ta’ każijiet partikolari)
għall-għoti lill-bastiment ta’ freeboards speċjali li għandhom
iseħħu biss meta tkun qed tinġarr merkanzija ta’ njam, f’dan il-każ,
bla ħsara għall-ġeneralità  tas-subartikolu ta’ qabel dan, ir-
regolamenti dwar il-merkanzija fuq il-gverta jistgħu jippreskrivu
ħtiġijiet speċjali li għandhom jiġu mħarsa f’ċirkostanzi meta jkun
ingħata kull freeboard speċjali bħal dak.
(3) Meta jkun qed jippreskrivi xi ħtiġijiet speċjali hekk kif
imsemmija fis-subartikolu (2), il-Ministru għandu b’mod
partikolari jikkunsidra d-disposizzjonijiet rilevanti tal-Konvenzjoni
dwar is-Sinjal tat-Tagħbija.
(4) Jekk jiġu miksura xi disposizzjonijiet tar-regolamenti dwar
il-merkanzija fuq il-gverta -
(a) fil-każ ta’ bastiment malti, jew
(b) fil-każ ta’ xi bastiment ieħor fil-waqt li l-bastiment
ikun f’xi port f’Malta,
il-kaptan tal-bastiment jista’ jeħel, bla ħsara għas-subartikolu li
jaħbat wara dan, multa ta’ mhux iżjed minn elf unit.
(5) Meta persuna tkun akkużata b’reat skond is-subartikolu (4),
hi ma tinstabx ħatja jekk tipprova li l-kontravenzjoni saret biss
minħabba devjazzjoni jew dewmien u li d-devjazzjoni jew id-
dewmien ġara biss minħabba maltemp jew ċirkostanzi oħra li la l-
kaptan la s-sid u lanqas in-noleġġatur (jekk ikun hemm) ma seta’
evita jew ikkontrolla.
(6) Sabiex jiġi żgurat it-tħaris tar-regolamenti dwar il-
merkanzija fuq il-gverta, kull persuna awtorizzata għal hekk mill-
Ministru tista’ tispezzjona kull bastiment li għalih japplikaw id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att dwar is-sinjal tat-tagħbija fil-waqt li
jkun qed iġorr merkanzija f’xi spazju mikxuf fuq il-gverta tiegħu; u
għall-finijiet ta’ dak l-ispezzjon kull persuna bħal dik ikollha s-
setgħat kollha ta’ surveyor tal-bastimenti.
Disposizzjonijiet Mixxellanji u Supplementari
Applikazzjoni ta’ l-
artikoli 224, 227, 
229 u 231 għal 
ċertifikati dwar is-
sinjal tat-tagħbija. 
274.  L-artikoli 224, 227, 229 u 231 għandhom ikollhom effett
dwar kull ċertifikat maħruġ skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att
dwar is-sinjal tat-tagħbija kif għandhom effett dwar ċertifikat li
għalih jirreferu dawk id-disposizzjonijiet.
  134      KAP. 234. ħ       BASTIMENTI   MERKANTILI
Pajjiżi tal-
konvenzjoni. 
275. (1) Il-Ministru, jekk ikun sodisfatt -
(a) li l-gvern ta’ pajjiż ikun aċċetta, jew ikun iddenunzja l-
Konvenzjoni dwar is-Sinjal tat-Tagħbija, jew
(b) li l-Konvenzjoni dwar is-Sinjal tat-Tagħbija tkun ukoll
tapplika, jew ma tkunx baqgħet tapplika, għal
territorju partikolari,
jista’ b’ordni fil-Gazzetta jagħmel dikjarazzjoni f’dak is-sens.
(2) Pajjiż li l-gvern tiegħu jkun ġie dikjarat li hekk aċċetta, u li
ma jkunx hekk ġie dikjarat li ddenunzja, il-Konvenzjoni dwar is-
Sinjal tat-Tagħbija, u territorju li għalih tkun ġiet hekk dikjarata li
tapplika wkoll il-Konvenzjoni dwar is-Sinjal tat-Tagħbija, li ma
jkunx pajjiż li għalih ikun ġie hekk dikjarat li l-Konvenzjoni ma
baqgħetx tapplika, huma f’dan l-Att imsejħa "pajjiż tal-
Konvenzjoni".
(3) Kull gvern hekk kif imsemmi fis-subartikolu (2) f’dan l-Att
qed jissejjaħ "gvern kontraenti".
Tifsir għall-finijiet 
tad-
disposizzjonijiet 
dwar-is-sinjal tat-
tagħbija.
276. (1) Għall-finijiet tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att dwar
is-sinjal tat-tagħbija, ħlief safejn ir-rabta tal-kliem ma teħtieġx
xort’oħra -
"bastiment eżistenti" tfisser bastiment li ma jkunx bastiment
ġdid;
"bastiment ġdid" tfisser bastiment li l-prim tiegħu jkun
imqiegħed, jew li jkun fi stadju bħal dan ta’ kostruzzjoni fid-data
jew wara d-data materjali; u għall-finijiet ta’ din it-tifsira d-data
materjali -
(a) dwar bastiment ġdid li l-pajjiż ta’ appartenenza tiegħu
jkun pajjiż tal-Konvenzjoni barra minn Malta, hija d-
data li minnha jiġi dikjarat skond l-artikolu 275 jew li
l-gvern ta’ dak il-pajjiż ikun aċċetta 1-Konvenzjoni
dwar is-Sinjal tat-Tagħbija jew li hu territorju li għalih
tapplika wkoll dik il-Konvenzjoni, u
(b) dwar kull bastiment ieħor, hija d-data li fiha d-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att dwar is-sinjal tat-
tagħbija jkunu ġew imħarsa;
"pajjiż ta’ appartenenza", dwar bastiment, tfisser il-pajjiż jew it-
territorju li fih il-bastiment ikun reġistrat, jew, jekk il-bastiment ma
jkun reġistrat imkien, il-pajjiż jew it-territorju li l-bandiera tiegħu
l-bastiment ikun qed itajjar;
"tibdil" tinkludi deterjorament;
"vjaġġ internazzjonali" tfisser vjaġġ bejn -
(a) port f’Malta u port barra minn Malta, jew
(b) port f’pajjiż tal-Konvenzjoni (barra minn Malta) u port
f’xi pajjiż ieħor, sew jekk pajjiż tal-Konvenzjoni sew
jekk le, li jkun barra minn Malta,
u għall-finijiet ta’ din it-tifsira -
(i) biex jiġi stabbilit liema huma l-portijiet li
            BASTIMENTI   MERKANTILI  AP.  234.    135
bejnhom isir vjaġġ, ma għandha titqies ebda
devjazzjoni li ssir minn bastiment barra mill-
vjaġġ maħsub tiegħu li tkun saret biss minħabba
maltemp jew xi ċirkostanza oħra li la l-kaptan, la
s-sid u lanqas in-noleġġatur (jekk ikun hemm)
ma seta’ evita jew ikkontrolla, u
(ii) kull kolonja, protettorat jew dipendenza oħra,
kull territorju li għar-relazzjonijiet
internazzjonali tiegħu gvern ikun separatament
responsabbli, u kull territorju li dwaru il-Ġnus
Magħquda jkunu l-awtorità  amministrattiva,
għandhom jitqiesu li huma territorju separat.
(2) Meta skond ir-regolamenti ta’ dan l-Att dwar it-tunnellaġġ
jingħataw tunnellaġġi alternattivi lil bastiment, it-tunnellaġġ gross
tal-bastiment għandu, għall-finijiet tad-disposizzjonijiet ta’ dan 1-
Att dwar is-sinjal tat-tagħbija, jitqiesu li hu l-akbar wieħed minn
dawk it-tunnellaġġi.
(3) Għall-finijiet tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att dwar is-
sinjal tat-tagħbija, it-tul ta’ bastiment għandu jiġi stabbilit skond ir-
regolamenti magħmula mill-Ministru skond dan is-subartikolu jew
skond dawk id-disposizzjonijiet li jkunu jistgħu jinsabu fir-regoli
dwar is-sinjal tat-tagħbija.
Bastimenti mhux suġġetti għad-disposizzjonijiet dwar is-sinjal 
tat-tagħbija
L-għoli ta’ l-ilma 
meħtieġ biex 
bastiment iżomm 
fil-wiċċ għandu 
jiġi reġistrat.
Emendat:
XXII. 2000.2.
277. (1) Dan l-artikolu japplika għal bastimenti maltin li jkunu
jew -
(a) bastimenti li għalihom ma japplikawx id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att dwar is-sinjal tat-
tagħbija; jew
(b) bastimenti li għalihom japplikaw dawk id-
disposizzjonijiet iżda li, bis-saħħa ta’ ordni li jkun sar
jew b’eżenzjoni mogħtija skond dawk id-
disposizzjonijiet, ikunu eżentati mill-imsemmija
disposizzjonijiet kollha.
(2) Il-Ministru jista’, f’kull każ jew dwar kull klassi ta’ każijiet
li fihom jidhirlu spedjent li hekk jagħmel, jordna lil kull persuna
nominata minnu għal hekk, li terreġistra, b’dak il-mod u b’dawk il-
partikolaritajiet kif hu jordna, id-draught ta’ l-ilma ta’ bastiment li
jbaħħar, kif muri fuq l-iskala ta’ piedi jew deċimetri fuq il-pruwa
jew il-poppa, u kemm ikollu freeboard, meta jitlaq minn xi baċir,
mol jew port sabiex isalpa; u l-persuna hekk nominata għandha
mbagħad iżżomm dik ir-reġistrazzjoni u tibgħat kopja tagħha lill-
Ministru.
(3) Il-kaptan ta’ kull bastiment li jbaħħar għandu, meta jitlaq
minn xi baċir, mol jew port sabiex isalpa, jirreġistra d-draught ta’
l-ilma tal-bastiment u kemm ikollu freeboard fil-ġurnal t’abbord
uffiċjali u għandu jipproduċi r-reġistrazzjoni lil kull uffiċjal
awtorizzat għal hekk mill-Ministru meta tkun meħtieġa minn dak l-
uffiċjal, u jekk mingħajr raġuni xierqa jonqos li jipproduċi r-
  136      KAP. 234. ħ       BASTIMENTI   MERKANTILI
reġistrazzjoni hu jista’ jeħel multa ta’ mhux iżjed minn għoxrin
unit.
(4) Il-kaptan ta’ kull bastiment li jbaħħar għandu, fuq it-talba
ta’ xi persuna nominata biex tirreġistra d-draught ta’ l-ilma tal-
bastiment, iħalli lil dik il-persuna titla’ fuq il-bastiment u tagħmel
dawk l-ispezzjonijiet u tieħu dawk il-miżuri li jistgħu jkunu
meħtieġa sabiex issir dik ir-reġistrazzjoni; u jekk xi kaptan jonqos
li jagħmel hekk, jew ifixkel, jew iħalli lil xi ħadd li jkun taħt il-
kontroll tiegħu li jfixkel, lil xi persuna hekk nominata fil-qadi ta’
dmirjietha jista’ jeħel għal kull reat multa ta’ mhux iżjed minn
għoxrin unit.
(5) F’dan l-artikolu "freeboard" tfisser, fil-każ ta’ xi bastiment
li jkun immarkat b’deck-line, l-għoli mill-ilma sat-tarf ta’ fuq tad-
deck-line, u, fil-każ ta’ kull bastiment ieħor, l-għoli fin-nofs tal-
bastiment mill-ilma sat-tarf ta’ fuq tal-gverta li minnu jitkejjel il-
fond ta’ l-istiva kif muri fir-reġistru.
3.  BASTIMENTI MHUX TAJBIN GĦALL-BAĦAR
Bastimenti mhux 
tajbin għall-baħar.
Sostitwit:
XXII. 2000.90.
278. (1) Għall-għanijiet ta’ l-artikoli 278 sa 283Ċ, bastiment
ikun ''bastiment mhux tajjeb għall-baħar'' jew ''bastiment perikoluż''
jew jitqies bħala ''meta l-bastiment ma jkunx tajjeb għall-baħar''
jekk, meta titqies ix-xorta tas-servizz li għalih ikun maħsub, il-
bastiment, minħabba fl-affarijiet imsemmija fis-subartikolu (2), ma
jkunx tajjeb li jbaħħar mingħajr periklu għall-ħajja, għall-proprjetà
jew għall-ambjent marittimu.
(2) L-affarijiet imsemmija fis-subartikolu (1) huma -
 (a) il-kondizzjoni jew l-istat difettuż għall-għan li għalih
ikun maħsub -
(i) tal-bastiment jew tal-buq jew tat-tagħmir jew
tal-makkinarju tiegħu, jew
(ii) ta’ xi biċċa mill-bastiment jew mill-buq jew mit-
tagħmir jew mill-makkinarju tiegħu;
(b) ekwipaġġ nieqes;
(ċ) tagħbija żejda jew tagħbija perikoluża jew ħażina;
(d) nuqqas ta’ għarfien sew mill-kaptan sew mill-
ekwipaġġ ta’ proċeduri essenzjali abbord il-bastiment
għar-rigward tas-sigurtà  ta’ bastimenti; 
(e) kull ħaġ‘oħra rilevanti għas-sigurtà  tal-bastiment
inkluż il-fatt, mingħajr pregudizzju għall-ġeneralità  ta’
dak hawn aktar qabel imsemmi, li l-bastiment jkun
qiegħed jikser xi regolament magħmul taħt it-Taqsima
VA ta’ dan l-Att; 
u qegħdin jissemmew fl-artikoli 278 sa 283Ċ, għar-rigward ta’
bastiment, bħala ''l-affarijiet rilevanti għas-sigurtà  tiegħu''.
(3) Fl-artikoli 278 sa 283Ċ, ''ibaħħar'' għandha, fil-każ meta s-
servizz li għalih il-bastiment ikun maħsub ikun dak ta’ l-għemil ta’
            BASTIMENTI   MERKANTILI  AP.  234.    137
vjagġi jew eskursjonijiet li ma jkunux tbaħħir, tiftiehem bħala
''toħroġ għal vjaġġ jew eskursjoni bħal dawk''.
Reat għal min 
ibaħħar bastimenti 
mhux tajbin għall-
baħar.
Sostitwit:
XXII. 2000.90.
279. (1) Jekk xi persuna tibgħat jew tipprova tibgħat, jew
tieħu sehem biex jintbagħat jew f’attentat biex jintbagħat,
bastiment fuq il-baħar meta l-bastiment ma jkunx tajjeb għall-baħar
hekk li x’aktarx tiġi perikolata l-ħajja ta’ xi persuna, hi tista’ teħel,
kemm-il darba ma tippruvax li tkun użat il-mezzi kollha xierqa biex
il-bastiment jintbagħat fuq il-baħar fi stat tajjeb li jbaħħar jew li t-
tbaħħir tal-bastiment meta ma kienx f’dak l-istat tajjeb li jbaħħar
kien raġonevoli u ġustifikat fiċ-ċirkostanzi, għal kull reat
priġunerija għal żmien ta’ mhux aktar minn sentejn jew multa ta’
mhux iżjed minn elf unit jew dik il-priġunerija u dik il-multa
flimkien.
(2) Jekk il-kaptan ta’ bastiment xjentement jieħu l-bastiment
fuq il-baħar meta ma jkunx fi stat tajjeb għall-baħar hekk li
x’aktarx tiġi perikolata l-ħajja ta’ xi persuna, hu jista’ jeħel, kemm-
il darba ma jippruvax li t-tbaħħir tal-bastiment meta ma kienx f’dak
l-istat tajjeb għall-baħar kien raġonevoli u ġustifikat fiċ-
ċirkostanzi, għal kull reat priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed
minn sentejn jew multa ta’ mhux iżjed minn elf unit jew dik il-
priġunerija u dik il-multa flimkien.
(3) Id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) għandhom
japplikaw mutatis mutandis għal kull persuna li tibgħat jew
tipprova tibgħat, jew tieħu sehem biex jintbagħat jew f’attentat biex
jintbagħat, bastiment barrani fuq il-baħar minn port f’Malta.
Obbligi dwar jekk 
bastiment ikunx 
tajjeb għall-baħar 
relattivament 
għall-ekwipaġġ.
Sostitwit:
XXII. 2000.90.
280. (1) F’kull kuntratt ta’ servizz, espress jew mifhum, bejn
is-sid ta’ bastiment u l-kaptan jew xi baħri tiegħu, u f’kull att ta’
apprendistat li bih xi persuna jkollha sservi ta’ apprendist abbord xi
bastiment, għandu jkun mifhum, minkejja kull ftehim kuntrarju, li
jkun hemm l-obbligu tas-sid tal-bastiment li s-sid tal-bastiment u l-
kaptan u kull persuna inkarigata bit-tagħbija tal-bastiment, jew fit-
tħejjija tal-bastiment għall-baħar, jew biex il-bastiment ibaħħar,
jużaw il-mezzi kollha xierqa biex jiżguraw li l-bastiment ikun
tajjeb għall-baħar fuq il-vjaġġ fil-waqt li jkun se jibda dak il-vjaġġ
u li matul il-vjaġġ iżommu l-bastiment fi stat tajjeb li jbaħħar għal
dak il-vjaġġ.
(2) Ebda ħaġa f’dan l-artikolu ma tagħmel lis-sid ta’ bastiment
responsabbli minħabba li l-bastiment ikun intbagħat fuq il-baħar
meta ma kienx fi stat tajjeb għall-baħar jekk, minħabba ċirkostanzi
speċjali, kien raġonevoli u ġustifikat li jintbgħat il-bastiment fuq il-
baħar.
Setgħa li 
bastimenti 
perikolużi jiġu 
miżmuma. 
Emendat:  
XXIV.1995.362.
Sostitwit:
XXII. 2000.90.
281. (1) Meta r-Reġistratur-Ġenerali jkun jidhirlu li bastiment
Malti, li jkun f’xi port f’Malta jew barra minn Malta, jew bastiment
barrani, li jkun f’xi port f’Malta, jkun bastiment perikoluż, ir-
Reġistratur-Ġenerali jista’ -
(a) fil-każ ta’ bastiment Malti, jkun fejn ikun,
jissospendilu ċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni u jipprojbih
milli jbaħħar; jew
(b) fil-każ ta’ bastiment Malti f’xi port f’Malta, jew ta’
  138      KAP. 234. ħ       BASTIMENTI   MERKANTILI
bastiment barrani, jara li dan jiġi miżmum, sakemm
ikun sodisfatt li dan ikun jista’ jbaħħar.
(2) Meta l-bastiment jiġi miżmum bis-saħħa tas-subartikolu
(1), ir-Reġistratur-Ġenerali jista’ jadotta kull miżura jew mezz li
jidhirlu li jkunu xierqa jew meħtieġa sabiex izomm il-bastiment
milli jsalpa sakemm ikun għadu mhux tajjeb għall-baħar.
(3) Meta bastiment ikun ġie miżmum taħt is-subartikolu (1) ta’
dan l-artikolu -
(a) għandu jiġi minnufih notifikat lill-kaptan tal-bastiment
avviż ta’ detenzjoni li jkun jispeċifika r-raġunijiet
għaliex dak il-bastiment ikun ġie miżmum u jwaqqfu
milli jbaħħar sakemm jiġi mitluq;
(b) fil-każ ta’ bastiment barrani, kopja ta’ dak l-avviż ta’
detenzjoni għandu minnufih jintbagħat lill-eqreb
uffiċċju konsulari tal-pajjiz fejn ikun jappartjeni l-
bastiment; 
(ċ) ir-Reġistratur-Ġenerali jista f’kull żmien, jekk jidhirlu
spedjenti, jibgħat il-kwistjoni lill-qorti ta’ spezzjon; u
(d) ir-Reġistratur-Ġenerali jista’ f’kull żmien, jekk ikun
sodisfatt li dak il-bastiment ma jkunx għadu perikoluż,
jordna li jiġi mitluq jew taħt kondizzjonijiet jew
mingħajrhom.
(4) Bastiment li jiġi miżmum skond dan l-artikolu ma jiġix
mitluq jekk wara tkun ingħalqet ir-reġistrazzjoni Maltija tiegħu.
Riferenza ta’ 
avviżi ta’ 
detenzjoni lill-qorti 
ta’ spezzjon.
Sostitwit:
XXII.2000.90.
282. (1) Kull kwistjoni dwar jekk xi ħaġa, speċifikata għar-
rigward ta’ bastiment f’avviż ta’ detenzjoni skond l-artikolu 281, u
li dwarha r-Reġistratur-Ġenerali jkun għamel fehma, tkunx tassew
ikkostitwiet bażi valida għal dik il-fehma, għandha, jekk il-kaptan
jew is-sid tal-bastiment ikun hekk jeħtieġ b’avviż mogħti lir-
Reġistratur-Ġenerali fi żmien għaxart ijiem min-notifika ta’ l-avviż
ta’ detenzjoni, tiġi riferita lill-qorti ta’ spezzjon.
(2) Meta jingħata avviż mill-kaptan jew mis-sid tal-bastiment
skond is-subartikolu (1), l-għoti ta’ l-avviż ma għandux jissospendi
t-tħaddim ta’ l-avviż ta’ detenzjoni, sakemm ma jsirx rikors mill-
persuna li tkun qed titlob ir-riferenza u l-qorti ta’ spezzjon tordna li
jsir dan.
(3) F’dak kollu li jwassal għad-deċizjoni tagħha, il-qorti ta’
spezzjon għandha tqis kull haġ‘oħra li ma tkunx imsemmija fl-
avviż ta’ detenzjoni li tkun tidhrilha bħala rilevanti dwar jekk il-
bastiment kienx bastiment perikoluż jew le.
(4) Meta dwar riferenza taħt dan l-artikolu, il-qorti ta’
spezzjon tiddeċiedi għar-rigward ta’ xi ħaġa li dwarha tkun ir-
riferenza, li fiċ-ċirkostanzi kollha il-ħaġa ma kienetx tikkostitwixxi
bażi valida għall-fehma tar-Reġistratur- Ġenerali, il-qorti għandha
jew tħassar l-avviż ta’ detenzjoni jew inkella taffermah b’dawk il-
bidliet hekk kif tista’, fiċ-ċirkostanzi, tqis li jkunu xierqa; u f’kull
każ ieħor, il-qorti ta’ spezzjon għandha tafferma l-avviż fl-għamla
oriġinali tiegħu.
            BASTIMENTI   MERKANTILI  AP.  234.    139
(5) Il-qorti ta’ spezzjon għandha tinkludi fid-deċiżjoni tagħha
riżultanza dwar jekk kienx hemm bazi valida jew le biex il-
bastiment jinżamm bħala bastiment perikoluż.
(6) Meta s-sid jew il-kaptan ta’ bastiment barrani, li jkun f’xi
port f’Malta, jappella quddiem il-qorti ta’ spezzjon, l-uffiċjal
konsulari msemmi fl-artikolu 281 jista’, fuq talba tiegħu, jaħtar
persuna kompetenti biex jagħmilha ta’ assessur minflok dak l-
assessur illi, li kieku l-bastiment kien bastiment Malti, kien jinħatar
xort’oħra milli mill-Ministru.
Kumpens għal 
meta bastiment 
jinżamm 
invalidament.
Sostitwit:
XXII. 2000.90.
283. (1) Meta dwar riferenza taħt l-artikolu 282 għar-rigward
ta’ avviż ta’ detenzjoni dwar xi bastiment - 
(a) il-qorti ta’ spezzjon tiddeċiedi li xi ħaġa ma kienetx
tikkostitwixxi bażi valida għall-fehma tar-Reġistratur-
Ġenerali; u
(b) il-qorti ta’ spezzjon ikun jidhrilha li ma kienx hemm
raġunijiet validi għar-Reġistratur-Ġenerali biex
jagħmel dik il-fehma,
il-qorti ta’ spezzjon tista’ tiddeċiedi bħala dovut lil sid il-bastiment
dak il-kumpens għar-rigward ta’ kull telf imġarrab minnu
b’konsegwenza taż-żamma tal-bastiment, hekk kif il-qorti ta’
spezzjon tqis xieraq.
(2) Kull kumpens mogħti taħt dan l-artikolu għandu jiġi
mħallas mill-Awtorità .
Responsabbiltà  
dwar spejjeż.
Miżjud:
XXII. 2000.90.
283A. (1) Meta bastiment jiġi miżmum jew ikollu ċ-ċertifikat
ta’ reġistrazzjoni tiegħu sospiż skond l-artikolu 281, is-sid tal-
bastiment jista’ jkollu jħallas lir-Reġistratur-Ġenerali l-ispejjez
tiegħu minħabba u inċidentali għaż-żamma tal-bastiment. 
(2) Għall-għanijiet ta’ dan l-artikolu l-ispejjeż minħabba u
inċidentali għal kull miżura jew mezz adottati skond l-artikolu
281(2) u għall-proċedimenti kollha quddiem qorti ta’ spezzjon,
ikunu parti mill-ispejjeż taż-żamma tal-bastiment, u kull kwistjoni
dwar l-ammont ta’ dawn l-ispejjeż għandha tintbagħat lir-
Reġistratur tal-Qrati li għandu, fuq talba tar-Reġistratur- Ġenerali,
jistabbilixxi u jiċċertifika l-ammont xieraq ta’ dawk l-ispejjez.
Is-sid u l-kaptan, 
it-tnejn 
responsabbli għal 
bastiment 
perikoluż.
Miżjud:
XXII. 2000.90.
283B. (1) Meta bastiment Malti, li jkun f’xi port f’Malta jew
barra minn Malta, jew bastiment barrani, li jkun f’xi port f’Malta,
jkun perikoluż, għaldaqshekk, bla ħsara għas-subartikoli (4) u (5),
kull wieħed mill-kaptan u mis-sid tal-bastiment ikun ħati ta’ reat.
(2) Meta, fil-waqt li bastiment ikun perikoluż, ir-
responsabbiltà  tas-sid dwar dak li għandu x’jaqsam mas-sigurezza
tiegħu jkunu ġew meħuda (sew għalkollox sew f’parti minnhom)
minn xi persuna jew persuni li ma jkunux huma s-sid, u jkunu ġew
hekk meħuda minn dik il-persuna jew (skond kif jista’ jkun il-każ)
minn kull wieħed minn dawk il-persuni jew - 
(a) direttament, skond il-pattijiet ta’ charter-party jew ta’
ftehim ta’ maniġġament magħmul mas-sid, jew
(b) indirettament, taħt il-pattijiet ta’ serje ta’ charter-
  140      KAP. 234. ħ       BASTIMENTI   MERKANTILI
parties jew ta’ kull ftehim ta’ maniġġament,
ir-riferenza għas-sid fis-subartikolu (1) għandha tiftiehem bħala
riferenza għal dik il-persuna l-oħra jew (skond kif jista’ jkun il-
każ) għal kull wieħed minn dawk il-persuni l-oħra.
(3) Min jinsab ħati ta’ reat taħt dan l-artikolu jista’ jeħel multa
ta’ mhux iżjed minn elf unit jew priġunerija għal żmien mhux aktar
minn sentejn jew għal dik il-multa u priġunerija flimkien.
(4) Jista’ jkun ta’ difiża fi proċedimenti għal reat taħt dan l-
artikolu jekk jiġi ppruvat li fiz-żmien tar-reat allegat -
(a) kienu saru arranġamenti li kienu xierqa biex jiżguraw
li qabel ma bastiment ibaħħar dan kien tajjeb għal
daqstant u mingħajr periklu gravi għall-ħajja tal-
bniedem minħabba f’dawk il-ħwejjeġ li huma rilevanti
għas-sigurezza tiegħu kif ikunu speċifikati fl-akkuża;
jew 
(b) kien raġonevoli li dawk l-arranġamenti ma kienux
saru.
(5) Jista’ wkoll ikun ta’ difiża fi proċedimenti għal reat taħt
dan l-artikolu jekk jiġi ppruvat -
(a) li taħt il-pattijiet ta’ charter-party wiehed jew iktar
jew ta’ kull ftehim ta’ maniġġament li l-akkużat ikun
parti fih, ir-responsabbiltajiet rilevanti, jiġifieri -
(i) meta l-akkużat ikun is-sid, kull responsabbiltà
tiegħu għar-rigward tal-ħwejjeġ rilevanti għas-
sigurezza tal-bastiment, jew
(ii) meta jistgħu jsiru proċedimenti kontra l-akkużat
bis-saħħa tas-subartikolu (2), daqstant minn
dawk ir-responsabbiltajiet daqskemm ikunu ġew
meħuda minnu kif imsemmi f’dak is-subartikolu, 
kienu fiz-żmien tar-reat allegat għalkollox meħudin
minn xi persuna jew persuni oħra li huma parti f’dawk
il-pattijiet; u
(b) li fiċ-ċirkostanzi kollha tal-każ l-akkużat kien ħa dawk
il-passi bħalma kien raġonevoli għalih li jieħu, u
ezerċita diliġenza tali bħalma kien raġonevoli għalih li
jeżerċita, sabiex jiżgura t-twettiq xieraq ta’ kull
responsabbiltà  rilevanti matul iz-żmien meta dawk ir-
responsabbiltajiet kienu meħuda minn xi persuna jew
persuni oħra bħalma hemm imsemmija fil-paragrafu
(a);
u, sabiex jiġi stabbilit jekk l-akkużat ikunx għamel dan, għandhom
b’mod partikolari jitqiesu dawk il-ħwejjeġ li hemm imsemmija fis-
subartikolu (6).
(6) Dawk il-ħwejjeġ huma - 
(a) jekk fi żmien qabel ma jkun sar l-allegat reat kienx jaf
l-akkużat, jew fiċ-ċirkostanzi kollha kellux
raġonevolment ikun jaf, b’xi nuqqas fit-twettiq tar-
responsabbiltajiet rilevanti; u
            BASTIMENTI   MERKANTILI  AP.  234.    141
(b) sa liema limitu seta’ jew ma setax l-akkużat, taħt il-
pattijiet ta’ xi charter-party jew ftehim ta’
maniġġament bħalma hemm imsemmi fis-subartikolu
(5)(a) ta’ dan l-artikolu -
(i) itemm, jew
(ii) jintervjeni fil-maniġġ tal-bastiment, fil-każ ta’ xi
nuqqas bħal dak, u jekk kienx raġonevoli li l-
akkużat iqiegħed lilu nnifsu f’dik il-posizzjoni.
(7) F’dan l-artikolu - 
''ftehim ta’ maniġġament'' dwar bastiment, tfisser kull ftehim (li
ma jkunx charter-party jew kuntratt ta’ impieg) li bis-saħħa tiegħu
il-bastiment jiġi maniġġat, sew għalkollox sew biss f’parti, minn
persuna li ma tkunx is-sid (sew f’isem is-sid jew f’isem xi persuna
oħra); u
''responsabbiltajiet rilevanti'' għandha tiftiehem skond is-
subartikolu (5).
(8) Riferenzi f’dan l-artikolu għal responsabbiltajiet meħudin
minn persuna taħt il-pattijiet ta’ charter-party jew ta’ xi ftehim ta’
maniġġament huma riferenzi għal responsabbiltajiet hekk meħudin
minnu sew jekk ikun daħal f’charter-party jew ftehim ta’
maniġġament ulterjuri li jkunu jipprovdu li dawk ir-
responsabbiltajiet ikunu meħudin minn xi persuna oħra. 
Is-sid responsabbli 
għat-tħaddim 
perikoluż tal-
bastiment.
Miżjud:
XXII. 2000.90.
283Ċ. (1) Ikun id-dmir tas-sid ta’ bastiment li dan l-artikolu
japplika għalih li jieħu kull pass raġonevoli sabiex jiżgura li l-
bastiment jitħaddem b’mod sigur.
(2) Dan l-artikolu japplika għal bastiment Malti, li jkun
qiegħed f’xi port f’Malta jew barra minn Malta, u għal bastiment
barrani, li jkun qiegħed fil-limiti ta’ l-ibħra territorjali ta’ Malta
filwaqt li jkun qed ibaħħar lejn jew minn xi port f’Malta, kemm-il
darba dak il-bastiment ma jkunx qiegħed ibaħħar b’dak il-mod
minħabba fil-kondizzjonijiet tat-temp jew minħabba ċirkostanzi
oħra inevitabbli.
(3) Jekk is-sid ta’ bastiment li għalih japplika dan l-artikolu
jonqos milli jwettaq id-dmir fuqu mqiegħed bis-subartikolu (1),
huwa jista’ jeħel multa ta’ mhux iżjed minn elf unit jew priġunerija
għal żmien mhux aktar minn sentejn jew dik il-multa u priġunerija
flimkien.
(4) Meta bastiment bħal dak -
(a) ikollu demise charter, jew
(b) ikun maniġġat, sew għalkollox sew biss f’parti, minn
persuna li ma tkunx is-sid taħt il-pattijiet ta’ ftehim ta’
maniġġament fi ħdan it-tifsira ta’ l-artikolu 283B, 
kull riferenza għas-sid tal-bastiment fis-subartikolu (1) jew (3) ta’
dan l-artikolu għandha tiftiehem bħala li tinkludi riferenza -
(i) għan-nolleġġatur fil-każ ta’ demise charter, jew
(ii) għal xi manager bħal dak imsemmi fil-paragrafu
(b) hawn aktar qabel, jew
  142      KAP. 234. ħ       BASTIMENTI   MERKANTILI
(iii) (jekk il-bastiment ikun sew fuq charter sew
immaniġġat kif hawn aktar qabel imsemmi) għal
sew in-nolleġġatur sew kull manager bħal dak,
u skond hekk ir-riferenza fis-subartikolu (1) għat-teħid ta’ kull pass
raġonevoli għandha tiftiehem, għar-rigward tas-sid, tan-nolleġġatur
jew ta’ kull manager bħal dak, bħala riferenza għat-teħid ta’ dawk
il-passi kollha bħalma hu raġonevoli għalih li jieħu fiċ-ċirkostanzi
tal-każ.
4.  ĠARR TA’ OĠĠETTI PERIKOLUŻI
Merkanzija 
perikoluża. 
284.  Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima ta’ dan l-Att, "merkanzija
perikoluża" tinkludi aquafortis, vitirjol, nafta, benzina, porvli,
sulfarini, nitro-gliċerina, żejt, esplosivi, u kull merkanzija dikjarata
li hija perikoluża bir-regoli magħmula skond l-artikolu li jaħbat
wara dan.
Regoli dwar il-ġarr 
ta’ merkanzija 
perikoluża.
Emendat:
XXII. 2000.2.
285. (1) Il-Ministru jista’ jagħmel regoli biex jirregolaw fl-
interess tal-ħarsien mill-periklu l-ġarr ta’ merkanzija perikoluża
fuq bastimenti li għalihom japplika dan l-artikolu.
(2) Dan l-artikolu japplika għal -
(a) bastimenti maltin;
(b) bastimenti oħra fil-waqt li jkunu f’xi port f’Malta. 
(3) Jekk xi waħda mir-regoli magħmula skond dan l-artikolu
ma tiġix imħarsa dwar xi bastiment li għalih japplika dan l-artikolu,
is-sid jew il-kaptan tal-bastiment jista’ jeħel għal kull reat multa’
ta’ mhux iżjed minn tlett mitt unit, u l-bastiment għandu jitqies,
għall-finijiet ta’ din it-Taqsima ta’ dan l-Att, li hu perikoluż
minħabba li tgħabba ħażin.
(4) Il-Ministru jista’ jeżenta lil kull bastimenti jew klassijiet ta’
bastimenti minn kull regoli magħmula skond dan l-artikolu, jew
għal kollox jew skond dawk il-kondizzjonijiet li jidhirlu xierqa.
Restrizzjonijiet fuq 
il-ġarr ta’ 
merkanzija 
perikoluża.
Emendat:
XXII. 2000.2.
286. (1) Persuna ma għandhiex tibgħat jew tipprova tibgħat
b’xi bastiment, malti jew barrani, u kull persuna li ma tkunx il-
kaptan jew is-sid tal-bastiment ma għandhiex iġġorr jew tipprova
ġġorr f’xi bastiment bħal dak, xi merkanzija perikoluża mingħajr
ma timmarka b’mod li jidher xi tkun fuq barra tal-pakk li jkunu
qegħdin fih u mingħajr ma tagħti avviż bil-miktub tax-xorta ta’
merkanzija u ta’ l-isem u l-indirizz ta’ min jibgħatha jew iġorrha
lill-kaptan jew lis-sid tal-bastiment fil-ħin jew qabel il-ħin li dik il-
merkanzija tintbagħat biex titgħabba jew li tittieħed abbord il-
bastiment.
(2) Jekk xi persuna tonqos mingħajr raġuni xierqa li tħares dan
l-artikolu, tista’ teħel għal kull reat multa ta’ mhux iżjed minn mitt
unit:
Iżda jekk turi li hi kienet biss aġent fl-imbarkazzjoni ta’ xi
merkanzija bħal dik imsemmija qabel u ma kenitx taf u ma ħasbitx
u ma kellhiex raġuni taħseb li l-merkanzija mibgħuta minnha bil-
            BASTIMENTI   MERKANTILI  AP.  234.    143
baħar kienet ta’ xorta perikoluża, hi tista’ teħel multa ta’ mhux
iżjed minn għaxar units.
Deskrizzjoni 
ħażina ta’ 
merkanzija 
perikoluża.
Emendat:
XXII. 2000.2.
287.   Persuna ma għandhiex xjentement tibgħat jew tipprova
tibgħat, jew iġġorr jew tipprova ġġorr, fuq xi bastiment, malti jew
barrani, xi merkanzija perikoluża b’deskrizzjoni falza u ma
għandhiex tiddeskrivi b’qerq lil min jibgħathom jew iġorrhom; u
jekk tikser dan l-artikolu tista’ teħel għal kull reat multa ta’ mhux
iżjed minn ħames mitt unit.
Setgħa dwar dak li 
għandu jsir 
b’merkanzija li 
tkun maħsuba li 
ħija perikoluża. 
288. (1) Il-kaptan jew is-sid ta’ kull bastiment, malti jew
barrani, jista’ jirrifjuta li jieħu abbord xi pakk jew pakkett li hu
jaħseb li jkun fih xi merkanzija perikoluża, u jista’ jeħtieġ li dan
jinfetaħ biex jaċċerta ruħu minn hekk.
(2) Meta xi merkanzija perikoluża, jew xi merkanzija li fil-
fehma tal-kaptan jew tas-sid tal-bastiment tkun merkanzija
perikoluża, tkun intbagħtet jew ittellgħet abbord xi bastiment kif
intqal qabel mingħajr ma tkun immarkata, jew mingħajr ma jkun
ingħata dak l-avviż, kif provdut fl-artikolu 286, il-kaptan jew is-sid
tal-bastiment jista’ jġiegħel li dik il-merkanzija tintefa’ l-baħar,
flimkien ma kull pakk jew reċipjent li fih tkun, u la l-kaptan u
lanqas is-sid tal-bastiment ma jitqies li kellu xi responsabbiltà ,
ċivili jew kriminali, minn xi qorti għax ikun hekk tefagħhom il-
baħar.
Merkanzija 
perikoluża 
mibgħuta jew li 
tinġarr b’mod 
mħux xieraq tiġi 
konfiskata. 
Emendat:   
XXIV.1995.362.
289. (l) Meta xi merkanzija perikoluża tkun intbagħtet jew
inġarret, jew ikun sar attentat biex tintbagħat jew tinġarr, abbord xi
bastiment malti jew barrani, mingħajr ma tkun immarkata, jew
mingħajr ma jkun ingħata dak l-avviż, hekk kif provdut bl-artikolu
286, jew b’deskrizzjoni falza, jew b’deskrizzjoni qarrieqa ta’ min
bagħtha jew ġarrha, kull qorti li tieħu konjizzjoni ta’ xi reat dwar
dik il-merkanzija, jew il-Qorti Ċivili, Prim’ Awla, fuq istanza tal-
Ministru b’rikors, tista’ tiddikjara li dik il-merkanzija, u kull pakk
jew reċipjent li fih tkun, hija konfiskata, u malli jsir hekk dik il-
merkanzija tiġi konfiskata, u meta tkun konfiskata, għandu jsir
minnha kif tordna l-qorti.
(2) Il-qorti jkollha, u tista’ teżerċita, l-imsemmija setgħat ta’
konfiska u tneħħija wkoll jekk sid il-merkanzija ma jkun għamel
ebda reat dwar il-merkanzija perikoluża, u ma jkunx quddiem dik
il-qorti, u ma jkollux avviż tal-proċedimenti u wkoll jekk ma jkun
hemm ebda prova li turi min hu l-proprjetarju tal-merkanzija; iżda
l-qorti tista’, fid-diskrezzjoni tagħha, teħtieġ li avviż kif hi tista’
tordna jingħata lis-sid jew lill-ispedizzjonier tal-merkanzija qabel
ma tiġi konfiskata.
Ġarr ta’ qamħ.
Emendat:
XXII. 2000.2.
290. (1) Meta qamħ jinġarr abbord xi bastiment malti, jew
jitgħabba f’xi port f’Malta fuq xi bastiment, għandhom jittieħdu l-
prekawzjonijiet kollha meħtieġa u xierqa biex jiġi evitat li l-qamħ
jimxi minn naħa għal oħra; u jekk ma jittiħdux dawk il-
prekawzjonijiet imsemmija, is-sid jew il-kaptan tal-bastiment, jew
kull aġent tas-sid li jkun inkarigat bl-imbark jew bl-ispedizzjoni
tal-bastiment mgħobbi bil-qamħ, ikun ħati ta’ reat skond dan is-
subartikolu u l-bastiment għandu jitqies, għall-finijiet ta’ din it-
Taqsima ta’ dan l-Att, li hu perikoluż għax ikun mgħobbi ħażin.
  144      KAP. 234. ħ       BASTIMENTI   MERKANTILI
(2) Meta xi bastiment, li jkun ġie mgħobbi bil-qamħ barra minn
Malta mingħajr ma jkunu ttieħdu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa
u xierqa biex jiġi evitat li l-qamħ jimxi minn naħa għal oħra, jidħol
f’xi port f’Malta hekk mgħobbi, is-sid jew il-kaptan tal-bastiment
ikun ħati ta’ reat skond dan is-subartikolu u l-bastiment għandu
jitqies għall-finijiet ta’ din it-Taqsima ta’ dan l-Att li hu perikoluż
għax ikun mgħobbi ħażin:
Iżda dan is-subartikolu ma jkollux effett jekk il-bastiment
ma kienx jidħol f’xi port bħal dak kieku mhux għal maltemp jew
għal xi ċirkostanzi oħra li la l-kaptan, la s-sid u lanqas in-
noleġġatur (jekk ikun hemm) ma seta’ evita jew ikkontrolla.
(3) Bla ħsara għall-ġeneralità  taż-żewġ subartikoli ta’ qabel
dan, kull prekawzjoni partikolari preskritta b’regoli magħmula
mill-Ministru skond dan is-subartikolu, dwar it-tagħbija ta’
bastimenti b’mod ġenerali jew ta’ bastimenti ta’ xi klassi, bħala
prekawzjoni li għandha titqies għall-finijiet ta’ dawk is-subartikoli
li hi prekawzjoni meħtieġa jew xierqa biex jiġi evitat li l-qamħ
jimxi minn naħa għal oħra, għandha hekk titqies fil-każ ta’
bastimenti b’mod ġenerali jew ta’ bastimenti ta’ dik il-klassi, skond
il-każ:
Iżda dan is-subartikolu ma japplikax meta bastiment ikun
mgħobbi fid-dettalji kollha skond xi disposizzjonijiet approvati
mill-Ministru dwar dik it-tagħbija li ma jkunux regoli magħmula
skond dan is-subartikolu.
(4) Jekk xi persuna tagħmel reat skond is-subartikolu (1) jew
is-subartikolu (2), hi tista’ teħel għal kull reat multa ta’ mhux iżjed
minn tlett mitt unit.
(5) Mal-wasla f’xi port f’Malta minn port barra minn Malta ta’
xi bastiment li jkun qed iġorr tagħbija ta’ qamħ, il-kaptan għandu
jara li jingħata avviż lill-Ministru li jgħid -
(a) id-draught ta’ l-ilma u l-freeboard, kif imfissra b’din
it-Taqsima ta’ dan l-Att, ta’ l-imsemmi bastiment wara
li tkun spiċċat it-tagħbija tal-merkanzija tiegħu fl-
aħħar port fejn ikun għabba; u
(b) il-partikolaritajiet li ġejjin dwar il-qamħ li jkun qed
jinġarr, jiġifieri -
(i) ix-xorta ta’ qamħ u l-kwantità  tiegħu, mogħtija
f’unitajiet metriċi ta’ volum jew piż;
(ii) il-mod kif il-qamħ ikun stivat; u
(iii) il-prekawzjonijiet li jkunu ttieħdu biex il-qamħ
ma jimxix minn naħa għal oħra;
u jekk il-kaptan jonqos li jagħti xi avviż meħtieġ b’dan is-
subartikolu, jew jekk f’xi avviż bħal dak jagħmel xi dikjarazzjoni li
hu jkun jaf li hi falza f’dettal importanti jew bi traskuraġni jagħmel
xi dikjarazzjoni li tkun falza f’xi dettal importanti, hu jista’ jeħel
għal kull reat multa ta’ mhux iżjed minn mitt unit.
(6) Kull persuna li jkollha awtorità  ġenerali jew speċjali għal
hekk mill-Ministru tista’, biex tiżgura t-tħaris tad-disposizzjonijiet
ta’ dan l-artikolu, tispezzjona kull qamħ u kif ikun stivat, u għal
            BASTIMENTI   MERKANTILI  AP.  234.    145
dawk il-finijiet ikollha s-setgħat kollha ta’ surveyor ta’ bastimenti.
(7) F’dan l-artikolu, il-frażi "qamħ" tinkludi qammħirrun,
ħafur, rye, barley, ross, pulses u żrieragħ; u l-frażi "bastiment li
jkun qed iġorr tagħbija ta’ qamħ" tfisser bastiment li jkun qed iġorr
kwantità  ta’ qamħ li tkun iktar minn terz tat-tunnellaġġ reġistrat
tal-bastiment, meta jiġi kalkolat li mitt pied kubu jew żewġ
tunnellati piż ta’ qamħ huma daqs tunnellata ta’ tunnellaġġ
reġistrat.
Riżerva għal 
liġijiet oħra dwar 
merkanzija 
perikoluża.
291.   Id-disposizzjonijiet ta’ din it-Taqsima ta’ dan l-Att dwar
il-ġarr ta’ merkanzija perikoluża għandhom jitqiesu li huma b’żieda
ma’ u mhux minflok, jew b’deroga ta’, xi disposizzjonijiet oħra tal-
liġi li għandhom l-istess għan, iżda b’danakollu ebda ħaġa fl-
imsemmija disposizzjonijiet ta’ din it-Taqsima ma għandha titqies
li tawtorizza li xi persuna tiġi mħarrka darbtejn dwar l-istess ħaġa.
5.  TĦARIS MINN KOLLIŻJONIJIET
Regolamenti dwar 
kolliżjoni. 
292. (1) Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti biex jiġu
evitati kolliżjonijiet fuq il-baħar u fl-ibħra navigabbli (f’dan l-Att
imsejħa "ir-regolamenti dwar kolliżjoni"), u jista’ bihom jirregola
d-dwal li għandhom jinġarru u jiġu murija, is-sinjali taċ-ċpar li
għandhom jinġarru u jintużaw, u r-regoli dwar id-direzzjoni li fiha
għandu jitmexxa u kif għandu jbaħħar bastiment li għandhom jiġu
mħarsa minn bastimenti.
(2) Ir-regoli dwar kolliżjoni, flimkien mad-disposizzjonijiet ta’
din it-Taqsima ta’ dan l-Att dwarhom jew li xort’oħra jirreferu għal
kolliżjonijiet, għandhom japplikaw għall-bastimenti maltin kollha u
għandhom jiġu mħarsa wkoll mill-bastimenti barranin kollha fl-
ibħra territorjali u nterni ta’ Malta, u f’kull kawża li tinqala’ f’xi
qorti ta’ Malta dwar kwistjonijiet li jinqalgħu fl-imsemmija ibħra
territorjali bastimenti barranin għandhom, safejn ikunu qed jiġu
applikati r-regolamenti dwar kolliżjoni u dwar l-imsemmija
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, jitqiesu bħala li huma bastimenti
maltin.
Tħaris tar-
regolamenti dwar 
kolliżjoni. 
Emendat:
XXII. 2000.2.
293. (1) Is-sidien u l-kaptani kollha ta’ bastimenti għandhom
iħarsu r-regolamenti dwar kolliżjoni, u ma għandhomx iġorru jew
juru xi dwal oħra, jew jużaw xi sinjali oħra għaċ-ċpar, ħlief dawk li
jkunu meħtieġa b’dawk ir-regolamenti.
(2) Jekk isir xi ksur tar-regolamenti dwar kolliżjoni minħabba
nuqqas volontarju tal-kaptan jew tas-sid tal-bastiment, dak il-
kaptan jew dak is-sid jista’ jeħel għal kull reat priġunerija għal
mhux aktar minn sentejn jew multa ta’ mhux iżjed minn ħames mitt
unit jew dik il-priġunerija u multa flimkien.
(3) Jekk tiġi kawżata xi ħsara lil persuna jew proprjetà  minn
nuqqas ta’ tħaris minn xi bastiment tar-regolamenti dwar kolliżjoni,
il-ħsara għandha titqies li saret bin-nuqqas volontarju tal-persuna
inkarigata mill-gverta tal-bastiment f’dak il-ħin, kemm-il darba ma
jiġix muri għas-sodisfazzjon tal-qorti li ċ-ċirkostanzi tal-każ kienu
  146      KAP. 234. ħ       BASTIMENTI   MERKANTILI
jeħtieġu li r-regolamenti ma jiġux imħarsa.
(4) Ebda ħaġa fis-subartikolu (3) ma tolqot xi responsabbiltà
tas-sid tal-bastiment għal ħsara.
Spezzjonijiet dwar 
dwal u sinjali.
294. (1) Surveyor ta’ bastimenti jista’ jispezzjona kull
bastiment, malti jew barrani, sabiex jara li l-bastiment ikun provdut
tajjeb bi dwal u b’mezzi għal sinjali fiċ-ċpar, skond ir-regolamenti
dwar kolliżjoni, u jekk is-surveyor isib li l-bastiment ma jkunx
hekk provdut, dan għandu jagħti lill-kaptan jew lis-sid avviż bil-
miktub li juri n-nuqqas kif ukoll x’għandu jsir, fil-fehma tiegħu,
sabiex dan in-nuqqas jiġi rimedjat.
(2) Kull avviż hekk mogħti għandu jintbagħat lill-uffiċjal li
minn għandu tkun meħtieġa l-mogħdija mid-dwana; u l-bastiment
għandu jiġi miżmum sakemm jinġieb ċertifikat iffirmat minn
surveyor tal-bastimenti fis-sens li l-bastiment huwa provdut tajjeb
bi dwal u b’mezzi għal sinjali fiċ-ċpar skond ir-regolamenti dwar
kolliżjoni.
(3) Meta ċ-ċertifikat dwar id-dwal u s-sinjali fiċ-ċpar jiġi
rifjutat, is-sid jew il-kaptan tal-bastiment jista’ jappella lill-qorti
ta’ spezzjon bil-mod li r-regoli ta’ dik il-qorti jipprovdu li għandu
jsir.
(4) Fuq appell bħal dak il-president tal-qorti ta’ spezzjon
għandu jirrapporta lill-Ministru fuq il-kwistjoni li tkun tqajmet bl-
appell, u l-Ministru, meta jkun sodisfatt li l-ħtiġijiet tar-rapport u
ta’ dan l-Att dwar dwal u sinjali taċ-ċpar ikunu ġew imħarsa, jista’
jagħti, jew jordna lil surveyor ta’ bastimenti jew lil persuna oħra
nominata minnu li tagħti, iċ-ċertifikat.
(5) Bla ħsara għal kull ordni magħmul mill-president tal-qorti
ta’ spezzjon, l-ispejjeż ta’, u li huma inċidentali għal, l-appell
għandhom jitħallew skond ir-riżultat tal-każ.
(6) Fl-egħmil ta’ spezzjon skond dan l-artikolu, surveyor
għandu, jekk is-sid jew il-kaptan tal-bastiment hekk jeħtieġ, ikollu
miegħu waqt l-ispezzjon il-persuna nominata mis-sid jew mill-
kaptan, u, jekk f’dak il-każ is-surveyor u l-persuna hekk nominata
jaqblu, ma’ jkunx jista’ jsir appell skond dan l-artikolu lill-qorti ta’
spezzjon.
(7) Għandhom jitħallsu dawk id-drittijiet dwar spezzjon ta’
dwal u sinjali għaċ-ċpar skond dan l-artikolu kif il-Ministru
jippreskrivi.
Dmir ta’ bastiment 
li jgħin lil ieħor 
f’każ ta’ kolliżjoni.
Emendat:
XXII. 2000.2.
295. (1) F’kull każ ta’ kolliżjoni bejn żewġ bastimenti, ikun
id-dmir tal-kaptan jew tal-persuna inkarigata minn kull bastiment,
jekk u safejn tkun tista’ tagħmel hekk mingħajr periklu għall-
bastiment, għall-ekwipaġġ u għall-passiġġieri (jekk ikun hemm)
tagħha stess -
(a) li tagħti lill-bastiment l-ieħor, lill-kaptan, lill-
ekwipaġġ u lill-passiġġieri (jekk ikun hemm) tiegħu
dik l-għajnuna li tkun prattikabbli u li tista’ tkun
meħtieġa biex issalvahom minn xi periklu minħabba l-
kolliżjoni, u li jibqa’ ħdejn il-bastiment l-ieħor
            BASTIMENTI   MERKANTILI  AP.  234.    147
sakemm jiġi żgurat li ma jkollux ħtieġa għal aktar
għajnuna; u
(b) li tagħti lill-kaptan jew lill-persuna inkarigata mill-
bastiment l-ieħor l-isem tal-bastiment tagħha stess u
tal-port ta’ reġistrazzjoni tiegħu, kif ukoll l-ismijiet
tal-portijiet minn fejn ikun ġie u fejn ikun sejjer il-
bastiment.
(2) Jekk l-kaptan jew il-persuna inkarigata tonqos mingħajr
raġuni xierqa li tħares dan l-artikolu, tista’ teħel priġunerija għal
żmien ta’ mhux iżjed minn sentejn jew multa ta’ mhux iżjed minn
elf unit jew dik il-priġunerija u dik il-multa flimkien; u jekk tkun
uffiċjal ċertifikat tista ssir inkjesta dwar l-imġieba tagħha u ċ-
ċertifikat tagħha jista’ jiġi mħassar jew sospiż.
Kolliżjoni tidħol 
fil-ġurnal t’abbord 
uffiċjali.
Emendat:
XXII. 2000.2.
296. (1) F’kull każ ta’ kolliżjoni li jkun prattikabbli li hekk
jagħmel, il-kaptan ta’ kull bastiment għandu, minnufih wara l-
ġrajja, jara li dikjarazzjoni dwarha u dwar iċ-ċirkostanzi li taħthom
din tkun ġrat, titniżżel fil-ġurnal t’abbord uffiċjali, u dak li jitniżżel
għandu jkun iffirmat mill-kaptan kif ukoll mill-uffiċjal jew minn
wieħed mill-membri ta’ l-ekwipaġġ.
(2) Jekk il-kaptan jonqos li jħares dan l-artikolu hu jista’ jeħel
għal kull reat multa ta’ mhux iżjed minn ħamsin unit.
Applikazzjoni 
barra mill-
ġurisdizzjoni ta’ 
Malta tar-
regolamenti dwar 
kolliżjoni. 
297.   Kull meta jiġi muri lill-Ministru li l-gvern ta’ xi pajjiż
barrani jkun irid li r-regolamenti dwar kolliżjoni, jew id-
disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ din it-Taqsima ta’ dan l-Att dwarhom
jew xort’oħra dwar kolliżjonijiet, jew xi wħud minn dawk ir-
regolamenti jew disposizzjonijiet, għandhom japplikaw għall-
bastimenti ta’ dak il-pajjiż meta jkunu ’l barra mill-ibħra territorjali
ta’ Malta, il-Ministru jista’ b’ordni fil-Gazzetta jordna li dawk ir-
regolamenti u d-disposizzjonijiet għandhom, suġġetti għal limiti ta’
żmien, kondizzjonijiet u kwalifiki li jkunu jinsabu fl-ordni,
japplikaw għall-bastimenti ta’ l-imsemmi pajjiż, kemm f’ibħra
territorjali jew interni ta’ Malta kemm ’il barra minn dawk l-ibħra,
u li dawk il-bastimenti għandhom, għall-finijiet ta’ dawk ir-
regolamenti u ta’ dawk id-disposizzjonijiet jitqiesu bħal bastimenti
maltin.
6.  DISPOSIZZJONIJIET MIXXELLANJI
Tagħmir ġenerali 
ta’ bastimenti tal-
passiġġieri. 
Emendat:
XXII. 2000.2.
298. (1) Bastiment tal-passiġġieri li jbaħħar għandu jkollu l-
boxxli tiegħu aġġustati minn żmien għal żmien għas-sodisfazzjon
ta’ surveyor tal-bastimenti.
(2) Bastiment tal-passiġġieri għandu jkun provdut b’valvola ta’
sigurezza ma’ kull boiler, hekk mibnija li ma tkunx taħt il-kontroll
ta’ l-inġinier meta jitla’ l-istim, u, jekk il-valvola ta’ sigurezza tkun
b’żieda mal-valvola ordinarja, tkun hekk mibnija li jkollha area ta’
mhux inqas, u pressjoni ta’ mhux iktar, mill-area ta’, u l-pressjoni
fuq, il-valvola ordinarja.
  148      KAP. 234. ħ       BASTIMENTI   MERKANTILI
(3) Jekk il-bastiment jaħdem jew ibaħħar, jew jipprova jaħdem
jew ibaħħar, minn xi port f’Malta, jekk ma jkunx mgħammar kif
meħtieġ b’dan l-artikolu, f’dak il-każ għal kull ħaġa li dwarha jkun
hemm nuqqas, is-sid jew il-kaptan tal-bastiment jista’ jeħel multa
ta’ mhux iżjed minn mitt unit.
Piż żejjed fuq il-
valvola ta’ 
sigurezza. 
Emendat:
XXII. 2000.2.
299.   Persuna ma għandhiex bla meħtieġ iżżid il-piż fuq il-
valvola ta’ sigurezza ta’ xi bastiment u, jekk hekk tagħmel, hi
tista’, b’żieda ma’ kull responsabbiltà  oħra li tista’ tidħol fiha għax
hekk tagħmel, teħel għal kull reat multa ta’ mhux iżjed minn mitt
unit.
Rapport ta’ periklu 
għan-navigazzjoni.
Emendat:
XXII. 2000.2.
300. (1) Il-kaptan ta’ kull bastiment malti għandu, jekk jiltaqa’
ma’ silġ perikoluż, xi ħaġa abbandunata perikoluża, maltempata
tropikali, jew xi periklu dirett ieħor għan-navigazzjoni, jibgħat l-
informazzjoni dwar dan, bil-mezzi kollha ta’ komunikazzjoni li
jkollu, u skond dawk ir-regoli li jistgħu jsiru mill-Ministru għall-
finijiet ta’ dan l-artikolu, lil bastimenti fil-qrib u lil dawk l-
awtoritajiet fuq l-art kif jista’ jiġi preskritt b’dawk ir-regoli.
(2) Jekk il-kaptan ta’ bastiment jonqos li jħares dan l-artikolu
hu jista’ jeħel għal kull reat multa ta’ mhux iżjed min ħamsin unit. 
(3) Kull persuna inkarigata minn stazzjon tat-telegrafu
mingħajr fili f’Malta għandha, meta tirċievi s-sinjal preskritt bl-
imsemmija regoli biex juri li jkun ser jintbagħat messaġġ skond dan
l-artikolu, tieqaf milli tibgħat messaġġi għal ħin biżżejjed biex
stazzjonijiet oħra jirċievu l-messaġġ, u, jekk hekk meħtieġ mill-
Ministru, għandha tibgħat il-messaġġ b’dak il-mod li jista’ jkun
meħtieġ mill-Ministru, u t-tħaris ta’ dan is-subartikolu għandu
jitqies li hu kondizzjoni għal kull liċenza li tawtorizza t-twaqqif
jew it-tħaddim ta’ l-istazzjon.
(4) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu, il-frażi "maltempata
tropikali" tfisser uragan, tifun, ċiklun jew maltempata oħra ta’ l-
istess xorta, u l-kaptan ta’ bastiment għandu jitqies li ltaqa’ ma
maltempata tropikali jekk ikollu raġuni jaħseb li jkun hemm
maltempata bħal dik fil-qrib.
Sinjali ta’ periklu. 
Emendat:
XXII. 2000.2.
301. (1) Il-Ministru jista’ jagħmel regoli li jippreskrivu liema
sinjali għandhom jintużaw minn bastimenti maltin bħala sinjali ta’
periklu u ċ-ċirkostanzi li fihom, u l-finijiet li għalihom, kull sinjal
hekk preskritt għandu jintuża u ċ-ċirkostanzi li fihom għandu jiġi
revokat.
(2) Jekk il-kaptan ta’ bastiment juża jew juri jew iħalli lil xi
persuna taħt l-awtorità  tiegħu li tuża jew turi -
(a) xi sinjal preskritt skond dan l-artikolu ħlief fiċ-
ċirkostanzi u għall-finijiet preskritti bir-regoli
magħmula skond dan l-artikolu; jew
(b) xi sinjal li x’aktarx jiġi mfixkel ma’ xi sinjal hekk
preskritt,
hu jista’ jeħel multa ta’ mhux iżjed minn ħamsin unit u jeħel ukoll
kull kumpens għal xi xogħol li jsir, riskju li jittieħed, jew telf li
jiġġarrab, minħabba s-sinjal li jkun ittieħed bħala sinjal ta’ periklu.
            BASTIMENTI   MERKANTILI  AP.  234.    149
(3) Ebda ħaġa fis-subartikolu (3) ta’ l-artikolu 300 ma għandha
tfixkel it-trasmissjoni ta’ sinjali preskritti skond dan l-artikolu.
Fanali tas-sinjali.
Emendat:
XXII. 2000.2.
302.   Ebda bastiment malti, li jkun bastiment ta’ ’l fuq minn
mija u ħamsin tunnellata gross, ma għandu jbaħħar kemm-il darba
ma jkunx provdut b’fanal tas-sinjali tax-xorta approvata mill-
Ministru; u jekk xi bastiment ibaħħar jew jipprova jbaħħar bi ksur
ta’ dan l-artikolu, is-sid jew il-kaptan tiegħu jista’ jeħel għal kull
reat multa ta’ mhux iżjed minn għoxrin unit.
Kif jingħataw l-
ordnijiet tat-tmun.
Emendat:
XXII. 2000.2.
303. (1) Ebda persuna ta’ xi bastiment malti ma għandha, meta
l-bastiment ikun miexi ’l quddiem, jagħti ordni tat-tmun jew ta’
direzzjoni li jkun fih il-kelma "starboard" jew "lemin", jew xi
ekwivalenti ta’ "starboard" jew "lemin", kemm-il darba ma
jkollhiex il-ħsieb li l-pruwa tal-bastiment iddur lejn il-lemin, jew
tagħti ordni tat-tmun jew ta’ direzzjoni li jkun fih il-kelma "port"
jew "xellug", jew xi ekwivalenti ta’ "port" jew "xellug", kemm-il
darba ma jkollhiex il-ħsieb li l-pruwa tal-bastiment iddur lejn ix-
xellug.
(2) Kull persuna li tikser dan l-artikolu teħel għal kull reat
multa ta’ mhux iżjed minn ħamsin unit.
Navigazzjoni 
b’attenzjoni ħdejn 
silġ. 
Emendat:
XXII. 2000.2.
304. (1) Meta jkun irrapportat li hemm silġ fil-qrib jew fir-
rotta tiegħu, il-kaptan ta’ bastiment malti għandu bil-lejl jew jimxi
b’veloċità  moderata jew jibdel ir-rotta tiegħu sabiex iżomm ’il
bogħod sewwa mis-silġ irrapportat u mill-area ta’ periklu.
(2) Jekk il-kaptan ta’ xi bastiment jonqos li jħares dan l-
artikolu, hu jista’ jeħel għal kull reat multa ta’ mhux iżjed minn
mitt unit.
Obbligu li tingħata 
għajnuna lil 
bastimenti 
f’periklu.
Emendat:
XXII. 2000.2.
305. (l) Kull meta jirċievi waqt li jkun fuq il-baħar sinjal ta’
periklu jew informazzjoni minn x’imkien ikun fejn ikun li
bastiment jew inġenji ta’ l-ajru jkunu f’periklu, il-kaptan ta’
bastiment malti għandu jmur bil-ħeffa kollha biex jagħti għajnuna
lill-persuni li jkunu f’periklu (u jekk possibbli jinformahom li jkun
hekk qed jagħmel), ħlief meta ma jkunx jista’ jagħmel hekk, jew
meta fiċ-ċirkostanzi speċjali tal-każ jidhirlu li ma jkunx raġonevoli
jew meħtieġ li hekk jagħmel, jew meta ma jkunx meħlus minn dan
l-obbligu skond id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (3) jew (4).
(2) Meta l-kaptan ta’ xi bastiment f’periklu jkun
irrekwiżizzjona xi bastiment malti li jkun wieġeb is-sejħa tiegħu,
ikun id-dmir tal-kaptan tal-bastiment irrekwiżizzjonat li jħares ir-
rekwiżizzjoni billi jkompli sejjer bil-ħeffa kollha biex jagħti
għajnuna lill-persuni f’periklu.
(3) Kaptan jiġi meħlus mill-obbligu impost bis-subartikolu (1)
malli jiġi mgħarraf bir-rekwiżizzjoni ta’ bastiment wieħed jew
aktar li ma jkunux tiegħu u bil-fatt li r-rekwiżizzjoni tkun qed tiġi
mħarsa mill-bastiment jew mill-bastimenti rekwiżizzjonati.
(4) Kaptan jiġi meħlus mill-obbligu impost bis-subartikolu (1)
u, jekk il-bastiment tiegħu jkun ġie rekwiżizzjonat, mill-obbligu
impost bis-subartikolu (2), jekk jiġi mgħarraf mill-persuni
f’periklu, jew mill-kaptan ta’ xi bastiment li jkun wasal ħdejn il-
  150      KAP. 234. ħ       BASTIMENTI   MERKANTILI
persuni f’periklu, li ma jkunx hemm aktar ħtieġa ta’ għajnuna.
(5) Jekk kaptan jonqos li jħares id-disposizzjonijiet ta’ qabel
ta’ dan l-artikolu, hu jista’ jeħel għal kull reat priġunerija għal
żmien ta’ mhux iżjed minn sentejn jew multa ta’ mhux iżjed minn
elf unit jew dik il-priġunerija u dik il-multa flimkien.
(6) Jekk il-kaptan ta’ bastiment malti, meta jirċievi waqt li jkun
fuq il-baħar sinjal ta’ periklu jew tagħrif minn x’imkien hu fejn hu
li bastiment jew inġenji ta’ l-ajru jkunu f’periklu, ma jkunx jista’,
jew fiċ-ċirkostanzi speċjali tal-każ jidhirlu li ma jkunx raġonevoli
jew meħtieġ, li jmur jagħti għajnuna lill-persuni f’periklu, hu
għandu minnufih jara li titniżżel fil-ġurnal t’abbord uffiċjali
dikjarazzjoni tar-raġunijiet tiegħu għaliex ma jkunx mar jagħti
għajnuna lil dawk il-persuni, u jekk jonqos li jagħmel hekk, hu
jista’ jeħel multa ta’ mhux iżjed minn mitt unit.
(7) Il-kaptan ta’ kull bastiment malti għandu jniżżel jew jara li
jitniżżel fil-ġurnal t’abbord uffiċjali kull sinjal ta’ periklu jew
messaġġ li bastiment, inġenji ta’ l-ajru jew persuna huma f’periklu
fuq il-baħar.
(8) It-tħaris mill-kaptan ta’ bastiment tad-disposizzjonijiet ta’
dan l-artikolu ma jtellifx id-dritt tiegħu, jew id-dritt ta’ xi persuna
oħra, għal salvataġġ.
Dmir li tingħata 
għajnuna lil 
persuni f’periklu 
fuq il-baħar.
Emendat:
XXII. 2000.2.
306. (1) Il-kaptan ta’ jew il-persuna inkarigata minn bastiment
malti għandha, safejn tista’ tagħmel hekk mingħajr ma tipperikola
serjament il-bastiment, l-ekwipaġġ u l-passiġġieri (jekk ikun
hemm) tagħha, tagħti għajnuna lil kull persuna li tinsab fuq il-baħar
fil-periklu li tista’ tintilef, ukoll jekk dik il-persuna tkun ċittadin ta’
Stat fi gwerra ma’ Malta; u jekk tonqos li tagħmel hekk tista’ teħel
għal kull reat priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn sentejn
jew multa ta’ mhux iżjed minn elf unit jew dik il-priġunerija u dik
il-multa flimkien.
(2) Tħaris mill-kaptan jew mill-persuna inkarigata mill-
bastiment tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu ma jtellifx id-dritt
tagħha, jew id-dritt ta’ xi persuna oħra, għal salvataġġ.
Rapport ta’ 
inċidenti li jiġru lil 
bastimenti. 
Emendat:
XXII. 2000.2.
307. (1) Meta bastiment malti jkun ġarrab jew kien il-kawża
ta’ xi inċident li jwassal għal telf ta’ ħajja jew xi korriment serju ta’
xi persuna, jew ikun ġarrab ħsara sostanzjali li tolqot il-kapaċità  li
jbaħħar u l-effiċjenza tal-bastiment jew fil-buk jew f’xi parti tal-
makkinarju tiegħu, is-sid jew il-kaptan għandu, fi żmien erbgħa u
għoxrin siegħa milli jiġri l-inċident jew issir il-ħsara, jew kemm
jista’ jkun malajr wara, jibgħat lill-Ministru, b’ittra iffirmata mis-
sid jew mill-kaptan, rapport ta’ l-inċident jew tal-ħsara u għaliex
x’aktarx dan ġara, fejn juri l-isem tal-bastiment u tal-post fejn ikun
il-bastiment.
(2) Jekk is-sid jew il-kaptan ta’ bastiment jonqos mingħajr
raġuni xierqa li jħares dan l-artikolu, dan jista’ jeħel għal kull reat
multa ta’ mhux iżjed minn ħamsin unit.
            BASTIMENTI   MERKANTILI  AP.  234.    151
Avviż ta’ telf ta’ 
bastiment malti.
Emendat:
XXII. 2000.2.
308. (1) Jekk is-sid, jew il-persuna li tkun fdata bit-tmexxija,
ta’ bastiment malti jkollha raġuni, minħabba li l-bastiment ma
jkunx deher aktar jew minħabba xi ċirkostanza oħra, li taħseb li l-
bastiment ikun intilef għal kollox, hi għandha, malajr kemm ikun
konvenjenti, tibgħat lill-Ministru avviż bil-miktub tat-telf u għaliex
x’aktarx dan ġara, fejn tagħti l-isem tal-bastiment.
(2) Jekk xi persuna kif intqal qabel tonqos mingħajr raġuni
xierqa li tħares dan l-artikolu fi żmien xieraq, hi tista’ teħel għal
kull reat multa ta’ mhux iżjed minn ħamsin unit.
Miżjuda:
XXII.2000.91.
TAQSIMA VA
TĦARIS MINN TINĠIS LI JSIR MINN BASTIMENTI
Tħaris minn tinġis 
li jsir minn 
bastimenti.
Miżjud:
XXII. 2000.91.
308A. (1) Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti hekk kif
jidhirlu meħtieġa sabiex jagħti seħħ lil xi provvediment minn xi
wieħed jew waħda minn dawn li ġejjin li l-Gvern ta’ Malta jkun
irratifika, aderixxa għalihom jew aċċetta -
(a) il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar it-Tħaris mit-
Tinġis li jsir minn Bastimenti ffirmata f’Londra fit-2
ta’ Novembru, 1973 u l-Protokoll għaliha ffirmat
f’Londra fis-17 ta’ Frar, 1978 (inklużi l-protokolli,
annessi u appendiċi relattivi);
(b) il-Protokoll li jirrigwarda l-Intervent fil-Baħar Miftuh
f’Każijiet ta’ Tinġis Marittimu minn Sustanzi li
mhumiex Żejt, iffirmat f’Londra fit-2 ta’ Novembru,
1973;
(ċ) il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar it-Tħejjija,
Azzjoni u Koperazzjoni fit-Tinġis miż-Żejt, iffirmata
f’Londra fit-30 ta’ Novembru, 1990; u
(d) kull ftehim internazzjonali mhux imsemmi fil-
paragrafi (a) sa (ċ) hawn aktar qabel imsemmija li
jirrigwarda t-tharis, tnaqqis jew kontroll ta’ tinġis tal-
baħar jew ta’ ilmijiet oħra b’materjal ġej minn
bastimenti jew li jirregola r-responsabbiltà  ta’ persuna
li titnissel mit-tinġis tal-baħar jew ta’ ilmijiet oħra;
u fil-paragrafu (d) hawn aktar qabel ir-riferenza għal ftehim
tinkludi ftehim li jipprovdi dwar il-modifika ta’ xi ftehim ieħor,
inkluża l-modifika ta’ ftehim imsemmi fil-paragrafi (a) sa (ċ) hawn
aktar qabel imsemmija. 
(2) Riferenza fis-subartikolu (1) għal xi ftehim jew
konvenzjoni jew protokoll internazzjonali għandha tinkludi
riferenza għal kull emenda għal dak il-ftehim jew konvenzjoni jew
protokoll li l-Gvern ta’ Malta jkun irratifika, iffirma jew aċċetta.
(3) Is-setgħat mogħtija bis-subartikolu (1) sabiex isiru
provvedimenti bil-għan li jingħata seħħ lil xi ftehim jinkludu s-
setgħa li jiġi pprovdut dwar id-dħul fis-seħħ tal-provvediment
minkejja li l-ftehim jista’ jkun għadu ma ġiex fis-seħħ.
  152      KAP. 234. ħ       BASTIMENTI   MERKANTILI
TAQSIMA VI 
BASTIMENTI TA’ L-EMIGRANTI
Tifsir għall-finijiet 
ta’ din it-Taqsima. 
309.   Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima ta’ dan l-Att, kemm-il
darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx xort’oħra -
"adult statutarju" tfisser persuna ta’ l-età  ta’ tnax-il sena jew
fuqhom, u żewġ persuni bejn l-etajiet ta’ sena u tnax-il sena jitqiesu
bħala adult statutarju wieħed;
"bastiment ta’ l-emigranti" tfisser bastiment li jbaħħar, malti jew
barrani, li jkun qed iġorr, fuq xi vjaġġ minn Malta għal xi port barra
mill-Ewropa u mhux fil-Baħar Mediterran, aktar minn ħamsin
passiġġier steerage jew numru akbar ta’ passiġġieri steerage minn
adult statutarju wieħed għal kull għoxrin tunnellata tat-tunnellaġġ
reġistrat tal-bastiment, u tinkludi bastiment li, wara li jkun telaq
minn xi port barra minn Malta, jtella’ abbord f’xi port f’Malta dak
in-numru ta’ passiġġieri steerage li, sew bil-passiġġieri steerage li
diġà  jkollu abbord sew mingħajrhom, jagħmluh bastiment ta’ l-
emigranti;
"passiġġier steerage" tfisser il-passiġġieri kollha barra minn
passiġġieri tal-kabina, u persuni ma jitqiesux li huma passiġġieri
tal-kabina kemm-il darba -
(a) l-ispazju mogħti għall-użu esklusiv tagħhom ma jkunx
ta’ għaxar metri superfiċjali sħaħ għal kull adult
statutarju; u
(b) il-passaġġ imħallas minnhom ikun inqas minn dik is-
somma li tista’ tiġi preskritta mill-Ministru jew għal-
vjaġġ kollu jew bi proprozjon tat-tul tal-vjaġġ; u
(ċ) ma jkunux ingħataw biljett ta’ kuntratt iffirmat kif
imiss fil-forma preskritta mill-Ministru għal
passiġġieri tal-kabina.
Tagħmir 
addizzjonali għal 
bastimenti ta’ l-
emigranti.
Emendat:
XXII. 2000.2.
310. (1) Kull bastiment ta’ l-emigranti għandu, b’żieda ma’
kull ħtiġijiet oħra skond dan l-Att, jiġi mgħammar bl-oġġetti li
ġejjin, jiġifieri:
(a) b’għall-anqas tliet kumpassi tat-tmun u b’kumpass
azimuth;
(b) jekk ikun sejjer f’xi post ’il fuq mill-Ekwatur, b’għall-
anqas kronometru wieħed;
(ċ) jekk ikun sejjer f’xi post ’l isfel mill-Ekwatur, b’għall-
anqas żewġ kronometri;
(d) b’makna tat-tifi tan-nar fi stat tajjeb ta’ ħdim u ta’ dik
id-deskrizzjoni u qawwa, u jew b’dak l-apparat l-ieħor
għat-tifi tan-nar jew mingħajru, kif il-Ministru
japprova;
(e) bi tliet ankri tal-pruwa ta’ dak il-piż, u b’ċimi ta’ dak
it-tul, daqs u materjal, kif fil-fehma tal-Ministru jkunu
biżżejjed għad-daqs tal-bastiment;
(f) jekk bastiment barrani, b’numru biżżejjed, li ma jkunx
            BASTIMENTI   MERKANTILI  AP.  234.    153
inqas minn erbgħa, ta’ lifebuoys mgħammra kif imiss
lesti f’kull żmien għal użu immedjat; u
(g) mezzi biżżejjed, li jiġu approvati mill-Ministru, għall-
egħmil ta’ sinjali bil-lejl.
(2) Jekk xi ħtieġa ta’ dan l-artikolu ma tkunx imħarsa fil-każ
ta’ bastiment ta’ l-emigranti, il-kaptan ta’ dak il-bastiment jista’
jeħel għal kull reat multa ta’ mhux iżjed minn ħamsin unit.
Regolamenti dwar 
bastimenti ta’ l-
emigranti.
311. (1) Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti dwar xi waħda
jew iżjed mill-ħwejjeġ li ġejjin, jiġifieri:
(a) in-numru ta’ persuni li jistgħu jinġarru fuq bastiment
ta’ l-emigranti, fejn issir distinzjoni, jekk jidhirlu
xieraq, bejn passiġġieri steerage u persuni oħra;
(b) l-akkommodazzjoni għal passiġġieri steerage fuq
bastiment ta’ l-emigranti, inklużi regolamenti dwar
decks tal-passiġġieri, kuċċetti, sptarijiet, privies,  u l-
fornitura ta’ dawl u l-ventilazzjoni;
(ċ) l-istivar ta’ merkanzija, bagalji, proviżjonijiet, ilma u
ħażniet fuq bastiment ta’ l-emigranti;
(d) l-iskali ta’ ilma u proviżjonijiet li jiġu maħruġa lil
passiġġieri steerage,  inkluża l-provvista, proviżjon
mill-ġdid, ġarr u spezzjonar ta’ l-ilma u tal-
proviżjonijiet li għandhom jinġarru fuq bastiment ta’ l-
emigranti għal hekk;
(e) il-provvista għall-użu minn passiġġieri steerage fuq
bastimenti ta’ l-emigranti ta’ ħażniet ta’ mediċinali,
inklużi mediċini, kumditajiet mediċi, strumenti,
diżinfettanti, u ħwejjeġ oħra xierqa u meħtieġa għall-
kura ta’ mard u aċċidenti li għandhom x’jaqsmu ma’
vjaġġi fuq il-baħar;
(f) il-ġarr bħala parti mill-ekwipaġġ tal-bastiment ta’ l-
emigranti ta’ tobba kwalifikati kif imiss;
(g) l-ekwipaġġament ta’ bastiment ta’ l-emigranti
b’ekwipaġġ, stewards, koki u interpreti effiċjenti;
(h) l-ispezzjon mediku ta’ passiġġieri steerage qabel il-
mogħdija mid-dwana ’l barra ta’ bastiment ta’ l-
emigranti, inklużi regolamenti dwar persuni li jinsabu
mhux tajbin biex imorru fuq il-vjaġġ;
(i) it-tiżmim ta’ l-ordni, it-tiżmim ta’ dixxiplina, il-
promozzjoni tas-saħħa u l-assigurazzjoni ta’ ndafa u
ta’ ventilazzjoni abbord bastimenti ta’ l-emigranti;
(j) il-ħruġ, il-forma, il-kondizzjonijiet u l-produzzjoni ta’
biljetti ta’ kuntratt dwar passaġġ fuq bastiment ta’ l-
emigranti, fejn issir distinzjoni bejn passiġġieri
steerage u dawk tal-kabina;
(k) l-anqas nol li jitħallas sabiex persuna titqies li hi
passiġġier tal-kabina;
(l) l-ispezzjon ta’ bastimenti ta’ l-emigranti biex jiġi
żgurat it-tħaris tar-regolamenti u tad-disposizzjonijiet
  154      KAP. 234. ħ       BASTIMENTI   MERKANTILI
ta’ dan l-Att li japplikaw għal dawk il-bastimenti.
(2) Regolamenti magħmula skond dan l-artikolu jistgħu, barra
minn kull piena provduta dwar xi ksur tar-regolamenti, jagħmlu
disposizzjoni fejn il-mogħdija mid-dwana ’l barra ta’ bastimenti
tal-passiġġieri tkun suġġetta għat-tħaris tar-regolamenti u tad-
disposizzjonijiet li japplikaw għal bastimenti bħal dawk, u għal
dawk il-proċeduri, spezzjonijiet u ċertifikati li jistgħu jiġu
preskritti bir-regolamenti.
TAQSIMA VII
INKJESTI U QRATI SPECJALI DWAR BASTIMENTI
 Inkjesti u stħarriġ fuq disgrazzji dwar bastimenti
Disgrazzji dwar 
bastimenti. 
Sostitwit:
XXII.2000.92.
312.  Disgrazzja dwar bastiment għandha titqies li tiġri meta -
(a) xi bastiment attwalment jew x’aktarx jintilef, jiġi
abbandunat, jinkalja jew ikollu ħsarat sostanzjali;
(b) xi bastiment jew dgħajsa fuq bastiment jew merkanzija
minn fuq dak il-bastiment tkun attwalment jew
x’aktarx ikkaġunat xi telf, abbandun, inkaljar jew
ħsara sostanzjali, inklużi t-telf ta’ ħajja ta’ xi ħadd jew
il-ħsara fil-persuna ta’ xi ħadd;
(ċ) it-telf ta’ ħajja ta’ xi ħadd jiġri abbord xi bastiment
jew xi dgħajsa ta’ bastiment;
(d) xi ħadd ikun ġarrab feriment abbord xi bastiment jew
dgħajsa ta’ bastiment;
(e) il-Ministru b’regolamenti jkun hekk ippreskriva.
Inkjesta 
preliminari fuq 
disgrazzja dwar 
bastiment.
Emendat:
XXII. 2000.2, 93.
313. (1) Inkjesta preliminari rigward disgrazzja dwar
bastiment tista’ ssir minn dik il-persuna li tkun nominata mill-
Ministru meta -
(a) disgrazzja dwar bastiment tkun attwalment jew
x’aktarx tinvolvi bastiment Malti; jew
(b) disgrazzja dwar bastiment tkun attwalment jew
x’aktarx tinvolvi kull bastiment li jkun, u dik id-
disgrazzja tkun ġrat fuq ix-xtut ta’ Malta, inkluża kull
stallazzjoni f’xi port jew faċilità  għat-tiswija ta’
bastimenti, jew fuq il-baħar fil-limiti territorjali taħt il-
ġurisdizzjoni ta’ Malta, jew meta xi xhud ikun jinsab
Malta; jew 
(ċ) il-Ministru b’regolamenti jkun hekk ippreskriva.
(2) Għall-fini ta’ kull inkjesta bħal dik, il-persuna li tagħmilha
tista’ -
(a) titla’ abbord kull bastiment u tispezzjona lilu u kull
parti minnu, u l-makkinarju, it-tagħmir u l-merkanzija
u tista’ teħtieġ il-ħatt jew it-tneħħija ta’ kull
            BASTIMENTI   MERKANTILI  AP.  234.    155
merkanzija, saborra jew parank;
(b) b’taħrika iffirmata minnha, teħtieġ l-attendenza ta’
kull persuna li jkun jidhrilha xieraq li ssejjaħ
quddiemha u teżamina lil dik il-persuna fuq is-suġġett
ta’ l-inkjesta u tagħti ġurament lill-persuni li jkunu ser
jiġu hekk eżaminati minnha;
(ċ) b’taħrika iffirmata minnha jew xort’oħra, teħtieġ il-
produzzjoni tal-kotba kollha u dokumenti l-oħra li
jidhrilha li jkollhom x’jaqsmu għall-fini ta’ dik l-
inkjesta.
Kap. 9. 
(3) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 362, 363 u 364 tal-Kodiċi
Kriminali għandhom japplikaw għal taħrikiet maħruġa skond is-
subartikolu (2).
(4) Jekk xi persuna mħarrka hekk kif intqal qabel tirrifjuta jew
tonqos mingħajr raġuni xierqa li tattendi jew li twieġeb għal xi
mistoqsijiet li jsirulha fl-inkjesta, jew jekk xi persuna tirrifjuta jew
tonqos mingħajr raġuni xierqa li tipproduċi xi ktieb jew dokument
li hi jkollha s-setgħa li tipproduċi u li tkun intalbet biex tipproduċi
kif intqal qabel, jew jekk xi persuna xjentement tempedixxi lill-
persuna li tkun qed tagħmel l-inkjesta jew tonqos li tħares xi ħtieġa
mitluba minnha, dik il-persuna tista’ teħel għal kull reat multa ta’
mhux iżjed minn għoxrin unit.
(5) Meta tagħlaq l-inkjesta, il-persuna li tagħmilha għandha
tagħmel rapport lill-Ministru.
Stħarriġ formali 
fuq disgrazzji dwar 
bastimenti. 
314. (1) Persuna li tkun awtorizzata kif intqal qabel li tagħmel
inkjesta preliminari għandha, f’kull każ meta fil-fehma tagħha jkun
meħtieġ jew spedjenti (sew fuq inkjesta preliminari sew mingħajr
ma tagħmel dik l-inkjesta) li jsir stħarriġ formali, u f’kull każ meta
l-Ministru hekk jordna, tagħmel rikors lill-Qorti tal-Maġistrati biex
tagħmel stħarriġ formali; u f’dak il-każ dik il-qorti għandha
tagħmel stħarriġ formali.
(2) Il-persuna awtorizzata kif intqal qabel biex tagħmel
inkjesta preliminari għandha wkoll tagħmel rikors lill-imsemmija
qorti biex tagħmel stħarriġ formali meta d-disgrazzja dwar
bastiment twassal jew x’aktarx twassal għat-tħassir jew għas-
sospensjoni taċ-ċertifikat ta’ kaptan, uffiċjal jew inġinier.
(3) L-imsemmija qorti jkollha l-istess ġurisdizzjoni fuq il-
kwistjoni mibgħuta lilha daqslikieku d-disgrazzja dwar bastiment
tkun ġrat fil-ġurisdizzjoni tagħha u, bla ħsara għad-
disposizzjonijiet ta’ din it-Taqsima ta’ dan l-Att, ikollha s-setgħat
kollha li hija għandha fl-eżerċizzju tal-ġurisdizzjoni ordinarja
tagħha.
Kap. 9.
(4) Meta jsir stħarriġ formali skond din it-Taqsima ta’ dan l-Att
fuq xi kwistjoni li dwarha jkollha ssir inkjesta skond il-Kodiċi
Kriminali, id-disposizzjonijiet ta’ dak il-Kodiċi dwarha għandhom
jitqiesu li ġew imħarsa.
Proċedura dwar 
stħarriġ formali. 
315. (1) Il-qorti għandha tagħmel l-istħarriġ formali bl-
għajnuna ta’ espert wieħed jew aktar tan-navigazzjoni jew ta’ l-
inġinerija jew ta’ ħila jew tagħrif ieħor speċjali, li jiġu nominati
  156      KAP. 234. ħ       BASTIMENTI   MERKANTILI
minn lista ta’ persuni li għal dak iż-żmien tkun approvata mill-
Ministru, b’dak il-mod u skond dawk ir-regolamenti li jistgħu jiġu
preskritti b’regoli mill-Ministru skond din it-Taqsima ta’ dan l-Att
dwar dak l-istħarriġ:
Iżda meta stħarriġ ikun iwassal jew jidher li aktarx iwassal
għall-kwistjoni jekk iċ-ċertifikat ta’ kaptan, uffiċjal jew inġinier
għandux jitħassar jew jiġi sospiż, il-qorti għandha tagħmel l-
istħarriġ bl-għajnuna ta’ mhux inqas minn żewġ esperti li jkollhom
esperjenza fis-servizz merkantili.
(2) Kull stħarriġ formali fuq disgrazzja dwar bastimenti għandu
jsir hekk li jekk issir akkuża kontra xi persuna, dik il-persuna tkun
tista’ tiddefendi ruħha.
(3) Stħarriġ formali għandu jsiru f’xi bini pubbliku jew f’xi
post ieħor li ma jkunx qorti li soltu tintuża bħala qorti tal-pulizija,
kemm-il darba fil-fehma tal-qorti ma jkunx jista’ jsir f’xi post ieħor
xieraq.
(4) Stħarriġ formali jista’, meta l-qorti jkun jidhrilha spedjenti,
jitmexxa bl-ingliż, u kull proċess verbali jew xhieda miktuba f’dak
l-ilsien tista’ tidħol fl-inkartament ta’ l-istħarriġ daqslikieku kienu
miktuba bil-malti.
(5) Ikun id-dmir tal-persuna li tkun għamlet rikors lill-qorti
biex tagħmel stħarriġ formali li tissorvelja t-tmexxija tal-każ u li
tagħti lill-qorti dik l-għajnuna li tkun tista’.
(6) Wara li tisma’ l-każ, il-qorti għandha tagħmel rapport lill-
Ministru li jkun fih dikjarazzjoni sħiħa tal-każ u tal-fehma tal-qorti
fuqu, flimkien ma’ dak ir-rapport fuq, jew estratti mix-xhieda, u
dawk l-osservazzjonijiet li l-qorti jidhrilha xierqa.
(7) Kull espert għandu jew jiffirma r-rapport jew jiddikjara bil-
miktub lill-Ministru li hu ma jaqbilx miegħu u r-raġunijiet għax ma
jkunx qabel.
(8) Il-qorti tista’ tagħmel dak l-ordni li jidhrilha xieraq dwar l-
ispejjeż ta’ l-istħarriġ, jew xi parti minnhom.
(9) Id-drittijiet imħallsa lill-esperti jkunu dawk preskritti mill-
Ministru fir-regoli magħmula skond din it-Taqsima ta’ dan l-Att
dwar stħarriġ formali.
Disposizzjonijiet 
oħra dwar rapporti.
316. (1) Duplikat tar-rapport li jsir wara stħarriġ formali,
verifikat u awtentikat mir-reġistratur tal-qorti li hu korrett, għandu
jinżamm fl-inkartamenti tal-qorti.
(2) Dak ir-rapport jista’ jinġieb bi prova f’kull proċedimenti
ġudizzjarji.
Meta jinbdew 
proċedimenti 
kriminali wara 
disgrazzja ta’ 
bastiment. 
Emendat:  
VIII.1990.2.
Kap. 9. 
317. (l) Meta in konnessjoni ma’ xi disgrazzja dwar bastiment
jinbdew proċedimenti kriminali kontra xi persuna quddiem il-Qorti
tal-Maġistrati bħala qorti ta’ inkjesta kriminali, id-duplikat
awtentikat tar-rapport dwar l-istħarriġ formali tad-disgrazzja dwar
bastiment, flimkien max-xhieda li tkun ittieħdet f’dak l-istħarriġ,
għandu jiġi mdaħħal ma’ l-atti tal-proċedimenti, u r-rapport ikollu
l-istess effett bħall-proċess verbali msemmi fil-Kodiċi Kriminali.
            BASTIMENTI   MERKANTILI  AP.  234.    157
(2) F’kull każ bħal dan ma jkunx meħtieġ li jiġu eżaminati
mill-ġdid ix-xhieda li jkunu nstemgħu fl-istħarriġ li x-xhieda
tagħhom tkun imdaħħla ma’ l-atti tal-proċedimenti kriminali kif
intqal qabel, ħlief meta dak l-eżami mill-ġdid ikun meħtieġ biex
jiġu stabbiliti ċirkostanzi li ma jkunux jirrużultaw minn dik ix-
xiehda jew ikun intalab mill-imputat.
Disposizzjonijiet dwar uffiċjali biċ-ċertifikat
Setgħa tal-Ministru 
li jħassar 
ċertifikati.
318.  Il-Ministru jista’ jissospendi jew iħassar iċ-ċertifikat jew
ir-rikonoxximent ta’ ċertifikat ta’ kull kaptan, uffiċjal jew inġinier
jekk jiġi muri li jkun ġie misjub ħati ta’ xi reat.
Inkjesta fuq l-
imġieba ta’ uffiċjal 
biċ-ċertifikat. 
319. (1) Jekk il-Ministru jkollu raġuni jaħseb li xi kaptan,
uffiċjal jew inġinier ma jkunx tajjeb biex jaqdi dmirijietu minħabba
xi inkompetenza jew imġieba ħażina, jew li f’każ ta’ kolliżjoni jew
disgrazzja oħra fuq il-baħar ma jkunx ta dik l-għajnuna jew ma
jkunx ta dak it-tagħrif hekk kif meħtieġ skond it-Taqsima V ta’ dan
l-Att, il-Ministru jista’ jġiegħel li ssir inkjesta mill-Qorti tal-
Maġistrati.
(2) Kull inkjesta bħal dik għandha titmexxa u r-riżultati jiġu
irrapportati bl-istess mod, u l-qorti jkollha l-istess setgħat, bħal fil-
każ ta’ stħarriġ formali fuq disgrazzja dwar bastiment skond din it-
Taqsima ta’ dan l-Att:
Iżda, jekk il-Ministru hekk jordna, jkun id-dmir tal-persuna
li tkun ġiebet l-akkuża kontra l-kaptan, l-uffiċjal jew l-inġinier,
għall-attenzjoni tal-Ministru jew ta’ dik il-persuna l-oħra li tiġi
nominata mill-Ministru, li tmexxi l-każ, u f’każ bħal dan dik il-
persuna għandha titqies għall-finijiet ta’ dan l-Att li hi l-parti li
jkollha t-tmexxija tal-każ.
Tneħħija ta’ kaptan 
minn Qorti Ċivili, 
Prim’ Awla.
Emendat:  
XXIV.1995.362.
320. (1) Il-Qorti Ċivili, Prim’ Awla, tista’ tneħħi mill-kariga
lill-kaptan ta’ kull bastiment malti jekk dik it-tneħħija tkun tidher
meħtieġa għas-sodisfazzjon tal-qorti.
(2) It-tneħħija tista’ ssir fuq it-talba, permezz ta’ rikors, ta’ kull
sid ta’ bastiment jew ta’ l-aġent tiegħu, jew tal-kunsinnatarju tal-
bastiment, jew ta’ kull uffiċjal biċ-ċertifikat, jew ta’ terz jew aktar
ta’ l-ekwipaġġ tal-bastiment.
(3) Il-qorti tista’ tinnomina kaptan ġdid minflok wieħed
imneħħi; iżda meta s-sid, l-aġent jew il-kunsinnatarju tal-bastiment
ikun f’Malta, dik in-nomina ma ssirx mingħajr il-kunsens ta’ dak
is-sid, aġent jew kunsinnatarju.
Setgħa tal-qorti, li 
tagħmel stħarriġ 
jew inkjesta, dwar 
ċertifikati. 
Emendat:  
XXIV.1995.362.
321. (1) Iċ-ċertifikat jew ir-rikonoxximent ta’ ċertifikat ta’
kaptan, uffiċjal jew inġinier jista’ jitħassar jew jiġi sospiż -
(a) mill-qorti li tagħmel l-istħarriġ formali fuq disgrazzja
dwar bastiment skond din it-Taqsima ta’ dan l-Att,
jekk il-qorti ssib li t-telf jew l-abbandun ta’, jew il-
ħsara serja lil, xi bastiment, jew it-telf ta’ ħajja tkun il-
kawża ta’ għemil ħażin jew nuqqas tiegħu: 
Iżda l-qorti ma għandhiex tħassar jew tissospendi
ċertifikat, jew rikonoxximent ta’ ċertifikat, jekk għall-
  158      KAP. 234. ħ       BASTIMENTI   MERKANTILI
anqas wieħed mill-esperti ma jkunx jaqbel mad-
deċiżjoni tal-qorti;
(b) mill-qorti li tagħmel inkjesta, skond din it-Taqsima ta’
dan l-Att, dwar l-imġieba ta’ kaptan, uffiċjal jew
inġinier, jekk il-qorti ssib li ma huwiex kompetenti
jew li huwa ħati ta’ xi għemil kbir ta’ mġieba ħażina,
sokor jew tirannija, jew li f’każ ta’ kolliżjoni fuq il-
baħar ikun naqas li jagħti dik l-għajnuna jew dak it-
tagħrif hekk kif meħtieġ skond it-Taqsima V ta’ dan l-
Att;
(ċ) mill-Qorti Ċivili, Prim’ Awla, meta skond is-setgħat
mogħtija bl-artikolu 320 il-kaptan jitneħħa minn dik il-
qorti.
(2) Meta xi każ quddiem xi waħda mill-qrati msemmija qabel
jinvolvi kwistjoni jekk ċertifikat jew rikonoxximent ta’ ċertifikat
għandux jiġi mħassar jew sospiż, il-qorti għandha, meta jispiċċa l-
każ jew kemm jista’ jkun malajr wara, tiddikjara f’seduta tal-qorti
bil-miftuħ id-deċiżjoni li tkun waslet għaliha dwar it-tħassir jew is-
sospensjoni tiegħu.
(3) Il-qorti għandha fil-każijiet kollha tibgħat rapport sħiħ fuq
il-każ, bil-provi, lill-Ministru, u għandha wkoll, jekk tiddeċiedi li
tħassar jew tissospendi xi ċertifikat jew rikonoxximent ta’
ċertifikat, tibgħat iċ-ċertifikat jew rikonoxximent ta’ ċertifikat
imħassar jew sospiż lill-Ministru flimkien mar-rapport.
(4) Ċertifikat jew rikonoxximent ta’ ċertifikat ma għandux jiġi
mħassar jew sospiż mill-qorti kemm-il darba kopja tar-rapport, jew
tad-dikjarazzjoni dwar il-każ, li fuqu jkun ġie ordnat l-istħarriġ jew
l-inkjesta, jew tar-rikors magħmul fil-Qorti Ċivili, Prim’ Awla, ma
tkunx ġiet mogħtija jew notifikata lid-detentur tal-liċenza qabel ma
jibda l-istħarriġ, l-inkjesta jew is-smiegħ.
Konsenja ta’ 
ċertifikat imħassar 
jew sospiż.
Emendat:
XXII. 2000.2.
322. (1) Kaptan, uffiċjal jew inġinier li ċ-ċertifikat jew ir-
rikonoxximent taċ-ċertifikat tiegħu, ikun imħassar jew sospiż
skond din it-Taqsima ta’ dan l-Att għandu jikkonsenja ċ-ċertifikat
jew ir-rikonoxximent taċ-ċertifikat tiegħu -
(a) jekk ikun imħassar jew sospiż minn qorti, lil dik il-
qorti malli ssirlu talba għal hekk;
(b) jekk ma ssirx talba hekk, jew jekk ikun imħassar jew
sospiż mill-Ministru, lill-Ministru jew kif il-Ministru
jordna, malli ssirlu talba għal hekk.
(2) Jekk kaptan, uffiċjal jew inġinier jonqos li jħares dan l-
artikolu jista’ jeħel għal kull reat multa ta’ mhux iżjed minn ħamsin
unit.
Setgħa tal-Ministru 
li jagħti lura 
ċertifikat. 
323.  Il-Ministru jista’, jekk jidhirlu li l-ġustizzja tal-każ hekk
titlob, jerġa’ joħroġ u jagħti lura ċ-ċertifikat, jew ir-rikonoxximent
ta’ ċertifikat, ta’ kaptan, uffiċjal jew inġinier li jkun ġie mħassar
jew sospiż jew iqassar iż-żmien tas-sospensjoni, jew jagħti
minfloku ċertifikat ta’ l-istess grad jew ta’ grad inqas.
            BASTIMENTI   MERKANTILI  AP.  234.    159
Effetti ta’ tħassir 
jew sospensjoni ta’ 
ċertifikat fuq ir-
rikonoxximent 
tiegħu.
Emendat:
XXII. 2000.2.
324. (1) Meta ċertifikat rikonoxxut għall-finijiet ta’ dan l-Att
skond it-Taqsima IV tiegħu jkun ġie mħassar jew sospiż skond il-
liġi li taħtha jkun ġie maħruġ, ir-rikonoxximent tiegħu għall-finijiet
ta’ dan l-Att għandu jitqies li wkoll ġie mħassar jew sospiż, skond
il-każ, bla ħsara għas-setgħat tal-Ministru skond l-artikolu 323; u
d-detentur taċ-ċertifikat għandu jikkonsenja r-rikonoxximent
tiegħu lill-Ministru, jew kif il-Ministru jordna, malli ssirlu talba
għal hekk.
(2) Jekk kaptan, uffiċjal jew inġinier jonqos li jħares dan l-
artikolu jista’ jeħel għal kull reat multa ta’ mhux iżjed minn ħamsin
unit.
Smiegħ mill-ġdid ta’ stħarriġ u nkjesti
Smiegħ mill-ġdid 
ta’ stħarriġ u 
nkjesti.
325. (1) Il-Ministru jista’, f’kull każ meta skond din it-
Taqsima ta’ dan l-Att ikun sar stħarriġ formali fuq inċident dwar
bastiment, jew inkjesta dwar l-imġieba ta’ kaptan, uffiċjal jew
inġinier, jordna li l-każ jerġa’ jinstema’ jew b’mod ġenerali jew
dwar parti minnu, u għandu jagħmel hekk-
(a) jekk tkun instabet prova ġdida u mportanti li ma
setgħetx tinġieb waqt l-istħarriġ jew l-inkjesta; jew 
(b) jekk fil-fehma tiegħu għal kwalunkwe raġuni jkun
hemm għaliex wieħed jaħseb li tkun saret inġustizzja. 
(2) Il-Ministru jista’ jordna li l-każ jinstema’ mill-ġdid jew
mill-qorti li l-ewwel tkun semgħet il-każ jew mill-Qorti ta’ l-
Appell.
(3) Meta fuq xi stħarriġ jew inkjesta bħal dik, tkun ingħatat
deċiżjoni dwar it-tħassir jew is-sospensjoni taċ-ċertifikat, jew ta’
rikonoxximent ta’ ċertifikat, ta’ kaptan, uffiċjal jew inġinier, u ma
jkunx sar rikors jew ma jkunx ġie milqugħ rikors għal smiegħ mill-
ġdid, jista’ jsir appell mid-deċiżjoni lill-Qorti ta’ l-Appell.
(4) Kull smiegħ mill-ġdid jew appell skond dan l-artikolu jkun
suġġett għal u għandu jitmexxa skond dawk il-kondizzjonijiet u
regolamenti li jistgħu jiġu preskritti b’regolamenti magħmula
dwarhom skond is-setgħat li jinsabu f’din it-Taqsima ta’ dan l-Att.
Qorti ta’ spezzjon
Kostituzzjoni tal-
qorti ta’ spezzjon.
326. (1) Il-qorti ta’ spezzjon għandha tkun magħmula minn
president flimkien ma’ żewġ esperti.
(2) Il-president ikun maġistrat, jew maġistrat irtirat, jew
persuna li jkollha l-kwalifiki li tinħatar maġistrat, nominat mill-
Ministru jew b’mod ġenerali jew għal kull każ.
(3) L-esperti jkunu persuni ta’ ħila u esperjenza fin-nawtika, fl-
inġinerija jew f’xi speċjalità  oħra u, bla ħsara għad-
disposizzjonijiet tat-Taqsima VI ta’ dan l-Att dwar bastimenti
barranin, wieħed minnhom ikun nominat mill-Ministru jew b’mod
ġenerali jew għal kull każ, u l-ieħor jissejjaħ mir-reġistratur tal-
qorti, skond ir-regoli magħmula taħt din it-Taqsima ta’ dan l-Att
dwar il-qorti ta’ spezzjon, minn lista ta’ esperti li f’dak iż-żmien
tkun approvata mill-Ministru.
  160      KAP. 234. ħ       BASTIMENTI   MERKANTILI
(4) Dik il-persuna xierqa li l-Ministru jista’ minn żmien għal
żmien jinnomina għandha tkun reġistratur tal-qorti u għandha, meta
tirċievi avviż ta’ appell jew riferenza mingħand il-Ministru,
minnufih issejjaħ lill-qorti biex tiltaqa’ minnufih hekk kif ordnat
bl-imsemmija regoli.
(5) Isem ir-reġistratur u l-kariga tiegħu għandhom jiġu
pubblikati fil-Gazzetta.
Setgħat u 
proċedura tal-qorti 
ta’ spezzjon. 
327. (1) Il-qorti ta’ spezzjon għandha tisma’ kull każ f’seduta
tal-qorti fil-miftuħ.
(2) Il-president tal-qorti jista’ jinnomina kull persuna jew
persuni kompetenti biex tispezzjona l-bastiment u tirraporta lill-
qorti fuqu.
(3) Il-president tal-qorti, u kull wieħed mill-esperti, u kull
persuna nominata mill-president biex tispezzjona bastiment ikollha
għall-finijiet ta’ dan l-Att is-setgħat kollha ta’ persuna nominata
skond din it-Taqsima ta’ dan l-Att biex tagħmel inkjesta preliminari
fuq disgrazzja dwar bastiment; u d-disposizzjonijiet tas-subartikoli
(3) u (4) ta’ l-artikolu 313 għandhom, bil-modifika meħtieġa,
japplikaw għall-finijiet ta’ dan l-artikolu kif japplikaw għall-
finijiet ta’ dak l-artikolu.
(4) Il-president tal-qorti jkollu l-istess setgħat tal-Ministru li
jordna li l-bastiment jiġi liberat jew miżmum finalment iżda, jekk
ma jkunx hemm wieħed mill-esperti li jaqbel ma’ ordni għat-
tiżmim tal-bastiment, il-bastiment għandu jiġi liberat.
(5) Is-sid jew il-kaptan tal-bastiment, u kull persuna nominata
mis-sid jew mill-kaptan, u kif ukoll kull persuna nominata mill-
Ministru, tista’ tattendi għal kull spezzjon magħmula skond dan l-
artikolu.
Każijiet diffiċli 
jintbagħtu lil 
esperti xjentifiċi.
328. (1) Jekk il-Ministru jkun tal-fehma li appell lill-qorti ta’
spezzjon ikun jolqot kwistjoni ta’ kostruzzjoni jew disinn jew
diffikultà  xjentifika jew prinċipju mportanti, jew jekk l-appellant
hekk jeħtieġ u jagħti garanzija għas-sodisfazzjon tal-Ministru li
jħallas l-ispejjeż ta’ u nċidentali għar-riferenza, il-kwistjoni tista’
tiġi riferita lil dik l-persuna jew dawk il-persuni li jkunu jidhru li
jkollhom il-kwalifiki speċjali meħtieġa għall-każ partikolari; u
meta dik il-persuna jew dawk il-persuni jkunu magħżula bi ftehim
bejn il-Ministru u l-appellant, l-appell għandu jiġi deċiż mill-espert
jew esperti speċjali hekk magħżula, minflok mill-qorti ta’ spezzjon.
(2) L-espert jew l-esperti speċjali jkollhom l-istess setgħat tal-
president tal-qorti ta’ spezzjon.
Regoli 
Setgħa għall-
egħmil ta’ regoli. 
329.  Il-Ministru jista’ jagħmel regoli ġenerali -
(a) biex iġib fis-seħħ id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att
dwar stħarriġ formali, u dwar smiegħ mill-ġdid ta’,
jew appell minn, xi stħarriġ jew inkjesta li tkun saret
skond din it-Taqsima ta’ dan l-Att, u b’mod partikolari
dwar il-proċedura, iż-żmien, il-partijiet, il-persuni li
            BASTIMENTI   MERKANTILI  AP.  234.    161
jistgħu jidhru, l-avviż lil dawk il-partijiet jew persuni
jew lil persuni li jkunu milquta u l-ammont u l-
applikazzjoni ta’ drittijiet;
(b) biex iġib fis-seħħ id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att
dwar il-qorti ta’ spezzjon, u b’mod partikolari dwar is-
sejħa ta’, u l-proċedura quddiem, l-qorti, il-ħtieġa li
dwar appell ikun hemm garanzija għall-ispejjeż u
għad-danni u l-ammont u l-applikazzjoni ta’ drittijiet.
TAQSIMA VIII
FDAL TA’ BASTIMENT NAWFRAGAT U SALVATAĠĠ
Bastimenti f’periklu
Tifsir ta’ "fdal ta’ 
bastiment 
nawfragat" u 
"salvataġġ".
330.  F’din it-Taqsima ta’ dan l-Att, kemm-il darba r-rabta tal-
kliem ma teħtieġx xort’oħra -
"fdal ta’ bastiment nawfragat" tinkludi merkanzija mixħuta l-
baħar, dak li jibqa’ f’wiċċ il-baħar minn bastiment mgħarraq,
merkanzija u fdal ta’ bastiment mgħarraq li jkunu f’qiegħ il-baħar u
oġġetti abbandunati li jinsabu fix-xtajta jew fuq ix-xtajta tal-baħar;
"salvataġġ" tinkludi l-ispejjeż kollha li jsiru kif imiss minn min
jagħti servizzi ta’ salvataġġ fl-għoti ta’ dawk is-servizzi.
Receiver of wreck.
inkalja jew f’periklu fuq ix-xtajtiet ta’ Malta jew fuq il-baħar fil-
ġurisdizzjoni territorjali ta’ Malta, dik il-persuna li l-Ministru jista’
jaħtar jew jinnomina għal hekk (f’dan l-Att imsejħa "receiver of
wreck") għandha tagħmel dak kollu li jidhrilha xieraq biex issalva
lill-bastiment u l-ħajja tal-persuni tal-bastiment u l-merkanzija u l-
apparat tal-bastiment.
(2) Ir-receiver of wreck jkollu dawk is-setgħat li l-Ministru
jidhirlu xierqa li għandu jagħtih skond iċ-ċirkostanzi, u, b’żieda
ma’ l-ispejjeż li hu jagħmel kif imiss fil-qadi ta’ dmirijietu, hu
jista’ wkoll jitħallas dawk id-drittijiet li jordna l-Ministru.
Fdal ta’ bastiment 
misjub f’Malta.
Emendat:
XXII. 2000.2.
332.   Meta xi persuna ssib jew tieħu l-pussess ta’ xi fdal ta’
bastiment nawfragat fil-limiti ta’ Malta, jew issib jew tieħu l-
pussess ta’ xi fdal ta’ bastiment nawfragat barra minn dawk il-
limiti u ġġib dak il-fdal ta’ bastiment fl-imsemmija limiti, hi
għandha -
(a) jekk tkun is-sid tiegħu, tagħti avviż lir-receiver  of
wreck li tkun sabitu jew ħadet pussess tiegħu, u
tiddeskrivi l-marki li bih ikun jista’ jingħaraf;
(b) jekk hi ma tkunx sidu, kemm jista’ jkun malajr,
tikkonsenjah lir-receiver of wreck;
u jekk xi persuna tonqos, mingħajr raġuni xierqa, li tħares dan l-
artikolu hi tista’ teħel għal kull reat multa ta’ mhux iżjed minn
mitejn unit u għandha, b’żieda, titlef kull dritt għal salvataġġ.
  162      KAP. 234. ħ       BASTIMENTI   MERKANTILI
Piena għal min 
jieħu fdal ta’ 
bastiment fil-ħin 
tad-disgrazzja. 
Emendat:
XXII. 2000.2.
333. (1) Meta bastiment ikun innawfraga, inkalja jew f’periklu
fuq ix-xtajtiet ta’ Malta jew fuq il-baħar fil-ġurisdizzjoni
territorjali ta’ Malta, kull merkanzija jew oġġetti oħra li jkunu tal-
bastiment jew ikunu ġew separati minnu, li jistgħu jintefgħu mill-
baħar fuq l-art jew xort’oħra jintilfu jew jittieħdu mill-bastiment
għandhom jiġu ikkonsenjati lir-receiver of wreck.
(2) Jekk xi persuna, sew jekk tkun is-sid kemm jekk ma tkunx,
taħbi jew iżżomm fil-pussess tagħha xi merkanzija jew oġġett bħal
dak, jew tirrifjuta li tikkonsenjaha lir-receiver of wreck jew lil xi
persuna awtorizzata minnu biex titlob dik il-konsenja, dik il-
persuna tista’ teħel għal kull reat multa ta’ mhux iżjed minn mitejn
unit.
Teħid ta’ fdal ta’ 
bastiment f’port 
barrani.
334.   Jekk xi persuna tieħu f’xi port barrani xi bastiment
inkaljat, abbandunat, jew xort’oħra f’periklu, li jinstab fuq ix-
xtajtiet ta’ Malta jew fuq il-baħar fil-ġurisdizzjoni territorjali ta’
Malta, jew xi parti mill-merkanzija jew apparat tiegħu, jew xi ħaġa
li tkun tiegħu, jew xi fdal mill-bastiment nawfragat li jinstab f’dik
il-ġurisdizzjoni, u hemmhekk ibiegħha, dik il-persuna tista’ teħel
priġunerija għal żmien ta’ mhux inqas minn tliet snin u mhux iżjed
minn ħames snin.
Xi jsir dwar fdal ta’ bastiment nawfragat
Jingħata lir-
receiver of wreck 
avviż tal-fdal ta’ 
bastiment.
335.   Meta r-receiver of wreck jieħu l-pussess ta’ fdal ta’
bastiment nawfragat, hu għandu kemm jista’ jkun malajr jara li tiġi
pubblikata fil-Gazzetta deskrizzjoni ta’ dak il-fdal u ta’ kull marki
li bihom ikun magħruf.
Drittijiet tas-sidien 
dwar nawfraġju.
336. (1) Is-sid ta’ kull fdal ta’ bastiment nawfragat li jkun fil-
pussess tar-receiver of wreck, meta jistabbilixxi d-dritt tiegħu għas-
sodisfazzjon tar-receiver jew permezz ta’ deċiżjoni tal-qorti
kompetenti, jkollu, jekk it-talba għad-dritt issir fi żmien sena mid-
data ta’ l-avviż mogħti skond l-artikolu 335, u malli jħallas is-
salvataġġ, id-drittijiet u l-ispejjeż l-oħra kollha dovuti, id-dritt li
jieħu l-fdal tal-bastiment jew dak li jidħol mill-bejgħ tiegħu.
(2) Mal-konsenja ta’ fdal ta’ bastiment nawfragat jew mal-ħlas
ta’ dak li jidħol mill-bejgħ tiegħu mir-receiver of wreck skond id-
disposizzjonijiet ta’ din it-Taqsima ta’ dan l-Att, ir-receiver of
wreck jinħall minn kull responsabbiltà  dwaru, iżda l-konsenja jew
il-ħlas kif intqal qabel ma għandhomx jippreġudikaw jew jolqtu xi
kwistjoni li tista’ tinqala’ minn terzi persuni dwar id-dritt għal jew
il-proprjetà  tal-fdal tal-bastiment nawfragat.
Bejgħ immedjat ta’ 
fdal ta’ bastiment 
f’ċerti każijiet.
337.  Ir-receiver of wreck jista’ f’kull żmien ibiegħ kull fdal ta’
bastiment nawfragat li jkun taħt il-ħarsien tiegħu, jekk fil-fehma
tiegħu -
(a) ikun taħt il-valur ta’ għoxrin lira; jew
(b) ikollu daqshekk ħsara jew ikun ta’ xorta li hekk jista’
jiddeterjora li ma jkunx jista’ jinżamm mingħajr telf;
(ċ) ma jkunx ta’ valur biżżejjed biex iħallas għad-depożitu
tiegħu biss;
u dak li jidħol mill-bejgħ għandu, wara li jitnaqqsu l-ispejjeż tal-
            BASTIMENTI   MERKANTILI  AP.  234.    163
bejgħ, jinżamm mir-receiver għall-istess finijiet u suġġett għal
dawk it-talbiet, drittijiet u responsabbiltajiet, daqslikieku l-fdal tal-
bastiment baqa’ mhux mibjugħ.
Fdal ta’ bastiment 
li dwaru ħadd ma 
jagħmel talba.
338.   Il-Gvern ta’ Malta jkollu d-dritt għal fdal ta’ bastimenti
nawfragati kollha li jinstabu f’Malta li dwarhom tibqa’ ma ssirx
talba mis-sid leġittimu tagħhom fi żmien sena mid-data ta’ l-avviż
mogħti skond l-artikolu 335.
Tneħħija ta’ fdal ta’ bastiment nawfragat
Setgħa għat-
tneħħija ta’ fdal ta’ 
bastiment. 
Emendat:  
XXIV.1995.362.
339.   Meta xi bastiment jegħreq, jinkalja jew jiġi abbandunat
fuq jew ħdejn ix-xtajtiet fil-ġurisdizzjoni territorjali ta’ Malta hekk
li fil-fehma tal-Ministru ikun, jew x’aktarx isir, ta’ xkiel jew
periklu għan-navigazzjoni, il-Ministru jista’ -
(a) jieħu l-pussess ta’, u jtella’, ineħħi jew jiddistruġġi l-
bastiment kollu jew xi parti minnu;
(b) iħaffef jew jissospendi fl-ilma kull bastiment bħal dak
jew parti minnu sakemm jittella’, jitneħħa jew jiġi
distrutt;
(ċ) ibiegħ, hekk kif jidhirlu xieraq, kull bastiment jew
parti minnu hekk imtella’ jew imneħħi, u wkoll kull
proprjetà  li tinġabar fl-eżerċizzju tas-setgħat skond
dan l-artikolu, u minn dak li jidħol mill-bejgħ għandu
jdaħħal lura l-ispejjeż li jkun għamel dwaru skond dan
l-artikolu, u l-Ministru jista’ jżomm dak li jibqa’, jekk
ikun hemm, mill-bejgħ għall-benefiċċju tal-persuni li
jkollhom dritt għalih:
Iżda bejgħ ma għandux (ħlief fil-każ ta’ proprjetà
li tkun ta’ xorta li tiddeterjora, jew li tonqos fil-valur
biż-żmien) isir skond dan l-artikolu jekk ma jingħatax
avviż ta’ għall-anqas sebat ijiem tal-ħsieb tal-bejgħ
permezz ta’ reklam f’għall-anqas żewġ ġurnali lokali:
Iżda wkoll f’kull żmien qabel xi proprjetà
tinbiegħ skond dan l-artikolu, sidha jkollu d-dritt li din
tingħata lilu mal-ħlas lill-Ministru tal-valur tas-suq
xieraq tagħha li jiġi stabbilit bi ftehim bejn il-Ministru
u s-sid, jew jekk ma jintlaħaqx dak il-ftehim minn xi
persuna li tiġi nominata għal hekk bi ftehim bejn il-
Ministru u s-sid jew mill-Qorti Ċivili, Prim’ Awla, fuq
rikors mill-Ministru jew mis-sid, u s-somma mħallsa
lill-Ministru bħala l-valur tal-proprjetà  skond din id-
disposizzjoni għandha titqies, għall-finijiet ta’ dan l-
artikolu, li hija dak li jidħol mill-bejgħ ta’ dik l-
proprjetà .
Safejn tkun is-
setgħa għal 
tneħħija. 
340.   Id-disposizzjonijiet ta’ din it-Taqsima ta’ dan l-Att dwar
it-tneħħija ta’ fdal ta’ bastimenti nawfragati għandhom japplikaw
għal kull oġġett jew ħaġa jew ġabra ta’ ħwejjeġ li jifformaw parti
mill-parank, tagħmir, merkanzija, ħażniet jew saborra ta’ bastiment
daqslikieku kienu inklużi fil-frażi bastiment; u għall-finijiet ta’ l-
imsemmija disposizzjonijiet dak li jidħol mill-bejgħ ta’ bastiment u
mill-merkanzija tiegħu, jew kull proprjetà  li tinġabar minnu,
  164      KAP. 234. ħ       BASTIMENTI   MERKANTILI
għandhom jitqiesu bħala fond komuni.
Is-setgħat ikunu 
kumulattivi. 
341.   Is-setgħat mogħtija b’din it-Taqsima ta’ dan l-Att għat-
tneħħija ta’ fdal ta’ bastimenti nawfragati jkunu b’żieda ma’ u
mhux b’deroga għal xi setgħat oħra li għandhom għan bħal dan.
Salvataġġ 
Salvataġġ biex tiġi 
salvata ħajja.
342. (1) Meta servizzi jingħataw għal kollox jew f’parti fl-
ibħra ta’ Malta biex tiġi salvata l-ħajja minn xi bastiment malti jew
barrani, jew x’imkien ieħor biex tiġi salvata l-ħajja minn xi
bastiment malti, għandu jitħallas lil min jagħmel is-salvataġġ mis-
sid tal-bastiment, tal-merkanzija jew ta’ apparat salvat, ammont
xieraq ta’ salvataġġ skond l-ammont tal-proprjetà  salvata.
(2) Salvataġġ dwar il-ħarsien mill-mewt meta jitħallas mis-
sidien tal-bastiment ikollu jitħallas qabel it-talbiet l-oħra kollha
għal salvataġġ.
(3) Meta l-bastiment, il-merkanzija u l-apparat ikunu distrutti
jew il-valur tagħhom ma jkunx biżżejjed, wara li jitħallsu l-ispejjeż
li effetivament ikunu saru, biex jitħallas l-ammont ta’ salvataġġ li
għandu jitħallas dwar il-ħarsien mill-mewt, il-Ministru jista’, fid-
diskrezzjoni tiegħu, jagħti lil min jagħmel is-salvataġġ, mill-Fond
Konsolidat, dik is-somma li jidhirlu xierqa bi ħlas għal kollox jew
f’parti ta’ kull ammont ta’ salvataġġ li jibqa’ hekk mhux imħallas.
Salvataġġ ta’ 
merkanzija jew 
fdal ta’ bastiment.
343. (1) Meta xi bastiment, malti jew barrani, ikun
innawfraga, inkalja jew f’periklu f’xi post fuq jew ħdejn ix-xtajtiet
fil-ġurisdizzjoni territorjali ta’ Malta u jingħataw servizzi minn xi
persuna f’għajnuna lil dak il-bastiment jew fis-salvataġġ tal-
merkanzija jew ta’ l-apparat ta’ dak il-bastiment jew xi parti
minnhom, jew meta jingħataw xi servizzi minn xi persuna barra
mir-receiver of wreck fis-salvataġġ ta’ xi fdal ta’ bastiment
nawfragat, għandu jitħallas lil min jagħmel is-salvataġġ mis-sid tal-
bastiment, tal-merkanzija, ta’ l-apparat, jew tan-nawfraġju,
ammont xieraq ta’ salvataġġ skond l-ammont tal-proprjetà  salvata.
(2) Dan l-artikolu għandu japplika wkoll għal kull servizzi
mogħtija kif intqal qabel dwar bastiment nawfragat, inkaljat jew
f’periklu f’xi post f’xi baħar miftuħ jekk il-proprjetà  li dwarha
jista’ jintalab salvataġġ tkun inġiebet fil-ġurisdizzjoni maltija.
Disposizzjonijiet 
oħra dwar 
salvataġġ. 
344.  Għall-finijiet tad-disposizzjonijiet dwar salvataġġ ta’ dan
l-Att -
(a) ir-responsabbiltà  tas-sid li jħallas salvataġġ għandha
tapplika wkoll għal persuni li jkollhom interess li jkun
ġie salvat bil-fatt li l-proprjetà  tkun inġiebet
f’posizzjoni ta’ sigurezza;
(b) ma jkollu jitħallas ebda salvataġġ - 
(i) lil persuni li jkollhom dik ir-relazzjoni mal-
bastiment li jingħata għajnuna jew li jiġi salvat
hekk li jkun id-dmir tagħhom li jagħtu għajnuna
barra milli skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-
Att, ħlief meta s-servizzi mogħtija jkunu ta’
xorta eċċezzjonali; jew
            BASTIMENTI   MERKANTILI  AP.  234.    165
(ii) lil persuni li jagħtu għajnuna minkejja l-
projbizzjoni espressa u xierqa tal-bastiment li
lilu tingħata l-għajnuna.
Kif jiġi stabbilit 
salvataġġ. 
Emendat:  
XXIV.1995.362.
345. (1) L-ammont u t-tqassim ta’ salvataġġ, kemm ta’ ħajja
jew ta’ proprjetà , kif ukoll kull kwistjoni dwar jekk is-servizzi
ngħatawx fil-limiti tal-ġurisdizzjoni maltija jew barra, għandhom,
jekk ma jinqatgħux bi ftehim, arbitraġġ jew xort’oħra, jiġu deċiżi
mill-Qorti Ċivili, Prim’ Awla:
Iżda kull ftehim dwar għajnuna jew salvataġġ li jsir fiż-
żmien li jingħataw is-servizzi jista’ jitħassar jew jiġi modifikat
mill-imsemmija qorti -
(a) jekk jidhrilha li l-patti miftehma taħt l-influwenza tal-
periklu ma humiex xierqa;.
(b) jekk il-parti li tagħmel it-talba għal tħassir jew
modifika tal-ftehim tissodisfa lill-qorti li l-kunsens
tagħha għall-ftehim kien ivvizzjat b’qerq jew b’ħabi;
(ċ) jekk ir-rimunerazzjoni miftehma tkun eċċessivament
sproporzjonata għas-servizzi mogħtija.
(2) Biex tistabbilixxi l-ammont jew it-tqassim ta’ salvataġġ, il-
qorti għandha tikkunsidra -
(a) kemm ikun inkiseb suċċess, u l-isforzi u l-meriti ta’
min jagħmel is-salvataġġ;
(b) il-periklu li jkun għadda minnu l-bastiment salvat, u l-
passiġġieri, l-ekwipaġġ u l-merkanzija tiegħu;
(ċ) il-periklu li jkun għadda minnu min jagħmel is-
salvataġġ u l-bastiment tas-salvataġġ;
(d) il-ħin li jittieħed, l-ispejjeż li jsiru u t-telf li jiġġarrab,
u r-riskji ta’ responsabbiltà  u riskji oħra li jittieħdu
minn min jagħmel is-salvataġġ, kif ukoll il-valur tal-
proprjetà  li tkun ġiet issugrata, u konsiderazzjoni
xierqa għandha tittieħed ta’ l-approprjazzjoni speċjali
(jekk ikun hemm) tal-bastiment ta’ min jagħmel is-
salvataġġ għal finijiet ta’ salvataġġ;
(e) il-valur tal-proprjetà  salvata.
(3) Meta tinqala’ xi kwistjoni dwar it-tqassim ta’ xi ammont ta’
salvataġġ bejn is-sidien, il-kaptan, il-bdot, l-ekwipaġġ, u l-persuni
l-oħra fis-servizz ta’ xi bastiment barrani, l-ammont għandu
jitqassam skond il-liġi tal-pajjiż li fih il-bastiment ikun reġistrat.
(4) Il-qorti tista’ tippriva lil min jagħmel is-salvataġġ mid-
drittijiet kollha ta’ salvataġġ, jew tista’ tagħti salvataġġ inqas, jekk
ikun jidher li min jagħmel is-salvataġġ ikun bi ħtija tiegħu wassal
għall-ħtieġa tas-salvataġġ jew tal-għajnuna jew kien ħati ta’ serq,
ħabi b’qerq jew xi għemil qarrieq ieħor.
Tiżmim ta’ 
proprjetà  li tkun 
suġġetta għal 
salvataġġ. 
Emendat:  
XXIV.1995.362.
346. (1) Meta skond dan l-Att ikollu jitħallas salvataġġ lil xi
persuna, ir-receiver of wreck jista’ -
(a) jekk is-salvataġġ ikollu jitħallas dwar servizzi
mogħtija fl-għajnuna ta’ xi bastiment, jew fis-
  166      KAP. 234. ħ       BASTIMENTI   MERKANTILI
salvataġġ ta’ ħajja minnu, jew fis-salvataġġ ta’
merkanzija jew apparat tiegħu, iżomm lill-bastiment u
l-merkanzija jew l- apparat;
(b) jekk is-salvataġġ ikollu jitħallas dwar is-salvataġġ ta’
xi fdal ta’ bastiment nawfragat, u dak il-fdal ma
jinbiegħx skond dan l-Att, iżomm dak il-fdal.
(2) Ħlief kif hawnhekk iżjed ’il quddiem provdut, ir-receiver of
wreck jista’ jżomm lill-bastiment u l-merkanzija u l-apparat tiegħu,
jew il-fdal ta’ bastiment nawfragat, sakemm isir il-ħlas għas-
salvataġġ, jew sakemm jittieħdu proċedimenti għall-arrest jew għat
tiżmim tiegħu minn qorti kompetenti.
(3) Ir-receiver of wreck jista’ jillibera kull proprjetà  miżmuma
kif intqal qabel jekk tingħata garanzija għas-sodisfazzjon tiegħu
jew, jekk it-talba għal salvataġġ tkun iżjed minn mitejn lira, u
tinqala’ xi kwistjoni dwar jekk il-garanzija hijiex biżżejjed, għas-
sodisfazzjon tal-Qorti Ċivili, Prim’ Awla.
TAQSIMA IX
RESPONSABBILTÀ  TA’ SIDIEN TA’ BASTIMENTI 
Responsabbiltà  u limitazzjoni tagħha
Responsabbiltà  ta’ 
sidien ta’ 
bastimenti.
347.  Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ din it-Taqsima ta’ dan
l-Att, u għal kull esklużjoni jew limitazzjoni oħra provduta bil-liġi
dwar il-ġarr ta’ merkanzija jew xort’oħra, is-sid ta’ bastiment ikun
responsabbli għall-obbligi kollha kuntratti mill-kaptan dwar il-
bastiment, u jkun responsabbli għal kull danni li jiġru b’għemil jew
b’nuqqasijiet fin-navigazzjoni jew fit-tmexxija tal-bastiment.
Ma jkunx hemm 
responsabbiltà  
f’ċerti każijiet.
348.   Is-sidien ta’ bastiment malti ma jkunux obbligati li
jagħmlu tajjeb, sa l-ebda ammont, għal xi telf jew ħsara li jiġru
mingħajr ħtija jew parteċipazzjoni effettiva tagħhom fil-każijiet li
ġejjin, jiġifieri:
(a) meta xi oġġetti, merkanzija, jew xi ħwejjeġ oħra jkunu
li jkunu, li jkunu ttieħdu fil-bastiment tagħhom jew
fuqu jintilfu jew iġarrbu ħsara minħabba li jkun hemm
ħruq abbord il-bastiment; jew
(b) meta xi deheb, fidda, djamanti, arloġġi, ġojelli, jew
ħaġar prezzjuż, jittieħdu fil-bastiment tagħhom jew
fuqu, li x-xorta u l-valur veru tagħhom ma jkunx ġie
dikjarat, fil-ħin ta’ l-imbark, mis-sid jew mill-
ispedizzjonier tagħhom, lis-sid jew lill-kaptan tal-
bastiment fil-polza tal-kargu jew xort’oħra bil-miktub,
jintilfu jew jiġrilhom ħsara minħabba xi serq, frodi,
tneħħija jew ħabi tagħhom.
Limitazzjoni ta’ 
responsabbiltà  
f’ċerti każjiet.
349. (1) Jekk tiġri xi ħaġa minn dan li ġej, jiġifieri - 
(a) meta xi telf ta’ ħajja jew korriment jiġri lil xi persuna
li tkun qed tinġarr fuq bastiment;
            BASTIMENTI   MERKANTILI  AP.  234.    167
(b) meta xi ħsara jew telf jiġru lil xi merkanzija, ħwejjeġ
tan-negozju jew ħwejjeġ oħra jkunu li jkunu, li jkunu
qegħdin abbord bastiment;
(ċ) meta xi telf ta’ ħajja jew korriment jiġri lil xi persuna
li ma tkunx qed tinġarr fil-bastiment, minħabba l-
egħmil jew in-nuqqas ta’ għemil ta’ xi persuna (abbord
il-bastiment jew le) fin-navigazzjoni jew fit-tmexxija
ta’ bastiment, jew fit-tagħbija, fil-ġarr jew fil-ħatt tal-
merkanzija tiegħu, jew fl-imbark, ġarr jew l-iżbark tal-
passiġġieri tiegħu, jew minħabba xi għemil jew nuqqas
ta’ għemil ieħor ta’ xi persuna abbord il-bastiment;
(d) meta xi telf jew ħsara tiġri lil xi proprjetà  (li ma tkunx
proprjetà  msemmija fil-paragrafu (b)) jew jiġu miksura
xi drittijiet minħabba l-egħmil jew in-nuqqas ta’
għemil ta’ xi persuna (abbord il-bastiment jew le) fin-
navigazzjoni jew fit-tmexxija ta’ bastiment, jew fit-
tagħbija, fil-ġarr jew fil-ħatt tal-merkanzija tiegħu, jew
fl-imbark, ġarr jew l-iżbark tal-passiġġieri tiegħu, jew
minħabba xi għemil jew nuqqas ta’ għemil ieħor ta’ xi
persuna abbord il-bastiment, 
is-sidien tal-bastiment, sew jekk bastiment malti kemm jekk
barrani, ma għandhomx, meta dak li jiġri kif imsemmi qabel jew xi
ġrajja minnhom issir mingħajr ħtija jew parteċipazzjoni effettiva
tagħhom, ikunu responsabbli għal danni għal aktar mill-ammonti
speċifikati fl-artikolu 350.
(2) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu, meta jkun hemm xi obbligu
jew responsabbiltà - 
(a) dwar it-tlugħ, it-tneħħija jew id-distruzzjoni ta’ xi
bastiment li jkun nawfragat, inkaljat jew abbandunat,
jew ta’ xi ħaġa li tkun tinsab abbord dak il-bastiment;
jew
(b) dwar xi ħsara (tiġri kif tiġri) lil xogħlijiet tal-port,
baċiri jew waterways navigabbli,
il-ġrajja li toħloq dak l-obbligu jew dik ir-responsabbiltà  għandha
titqies li hi waħda mill-ġrajjiet imsemmija fil-paragrafi (b) jew (d)
tas-subartikolu (1), u l-obbligu jew ir-responsabbiltà  titqies bħala
responsabbiltà  għal danni.
Limitu ta’ ammont 
għar-
responsabbiltà .
350. (1) L-ammonti li ’l fuq minnhom is-sidien ta’ bastiment
ma jkunux responsabbli għalihom skond l-artikolu 349 huma:
(a) dwar telf ta’ ħajja jew korriment tal-persuna, jew
weħidhom jew flimkien ma’ telf, ħsara jew ksur hekk
kif imsemmi fil-paragrafi (b) u (d) tas-subartikolu (1)
ta’ dak l-artikolu, ammont li b’kollox ma jkunx iżjed
mill-ammont li jkun daqs tlett elef u mitt frank tad-
deheb għal kull tunnellata tat-tunnellaġġ tal-bastiment;
(b) dwar it-telf, ħsara jew ksur hekk kif imsemmija fil-
paragrafi (b) u (d) tas-subartiko1u (1) ta’ dak l-
artikolu, ammont li b’kollox ma jkunx iżjed mill-
ammont li jkun daqs elf frank tad-deheb għal kull
tunnellata tat-tunnellaġġ tal-bastiment.
  168      KAP. 234. ħ       BASTIMENTI   MERKANTILI
(2) Meta r-responsabbiltà  tkun dwar telf ta’ ħajja jew korriment
tal-persuna u dwar telf, ħsara jew ksur hekk kif imsemmija fil-
paragrafi (b) u (d) tas-subartikolu (1) ta’ l-artikolu 349, sehem ta’ l-
ewwel li jammonta għal elfejn u mitt frank għal kull tunnellata tat-
tunnellaġġ tal-bastiment jitħallas esklusivament dwar telf ta’ ħajja
jew korriment tal-persuna u l-bqija jitħallas esklusivament dwar it-
talbiet l-oħra:
1żda meta t-talbiet għal telf ta’ ħajja jew korriment tal-
persuna ma jitħallsux għal kollox, il-bilanċ li ma jitħallasx għandu
jitħallas mill-bilanċ li xort’oħra kien ikollu jitħallas dwar it-talbiet
l-oħra, flimkien ma’ dawk it-talbiet u proporzjonatament għalihom.
(3) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu - 
(a) frank tad-deheb għandu jitqies li hu unità  li jikkonsisti
minn ħamsa u sittin milligrammi u nofs ta’ deheb ta’
finezza milleżimali ta’ disa’ mija; u l-Ministru jista’
minn żmien għal żmien b’ordni fil-Gazzetta jispeċifika
l-ammonti li għall-finijiet ta’ dan l-artikolu jitqiesu li
huma daqs tlett elef u mija, elfejn u mija, u elf frank
tad-deheb, rispettivament;
(b) tunnellaġġ ta’ bastiment, li ma jkunx bastiment bil-
qlugħ, ikun it-tunnellaġġ reġistrat tiegħu biż-żieda ta’
kull spazju għall-makni li jkun ġie mnaqqas sabiex jiġi
stabbilit dak it-tunnellaġġ; u t-tunnellaġġ ta’ bastiment
bil-qlugħ jitqies li hu t-tunnellaġġ reġistrat tiegħu;
(ċ) meta bastiment barrani jkun ġie mkejjel jew jista’
jitkejjel skond il-liġi ta’ Malta, it-tunnellaġġ tiegħu,
kif stabbilit b’dak il-kejl, jitqies li hu t-tunnellaġġ
tiegħu;
(d) meta bastiment barrani ma jkunx ġie mkejjel u ma
jistax jitkejjel skond il-liġi ta’ Malta surveyor tal-
bastiment, nominat mill-qorti li tkun qed tisma’ l-każ
li fih tqum il-kwistjoni tat-tunnellaġġ tal-bastiment,
għandu, meta jirċievi dik il-prova dwar il-qisien tal-
bastiment li tkun prattikabbli li tingħata, jagħti
ċertifikat iffirmat minnu fejn jiddikjara liema fil-
fehma tiegħu ikun it-tunnellaġġ tal-bastiment li kieku
ġie mkejjel skond il-liġi ta’ Malta, u t-tunnellaġġ hekk
dikjarat f’dak iċ-ċertifikat għandu jitqies li hu t-
tunnellaġġ tal-bastiment.
Limitazzjoni 
tapplika dwar kull 
każ differenti. 
351.   Il-limiti stabbiliti bl-artikoli 349 u 350 għar-
responsabbiltajiet hemmhekk imsemmija għandhom japplikaw
għar-responsabbiltajiet kollha flimkien li jinħolqu f’kull okkażjoni
separata; u għandhom hekk japplikaw dwar kull okkażjoni separata
mingħajr ma titqies ebda responsabbiltà  li tinħoloq f’xi okkażjoni
oħra.
Każijiet meta ma 
japplikawx l-
artikoli 349 u 350.
352.  Ebda ħaġa fl-artikoli 349 u 350 ma għandha tapplika għal
xi responsabbiltà  dwar telf ta’ ħajja jew korriment tal-persuna li
jiġri lil, jew it-telf jew ħsara ta’ xi proprjetà  jew il-ksur ta’ xi dritt
ta’, persuna li tkun abbord jew impjegata relattivament għal
bastiment b’kuntratt ta’ servizz mal-persuni kollha jew ma’ wħud
            BASTIMENTI   MERKANTILI  AP.  234.    169
minn dawk il-persuni li r-responsabbiltajiet tagħhom huma limitati
b’dawk l-artikoli, jew b’dawk l-artikoli kif estiżi bl-artikolu 353,
jekk dak il-kuntratt ikun regolat bil-liġi ta’ xi pajjiż barra minn
Malta u dik il-liġi jew ma tistabbilixxi ebda limitu għal dik ir-
responsabbiltà  jew tistabbilixxi limitu li jkun ikbar minn dak
stabbilit kif intqal qabel skond dan l-Att.
Estensjoni ta’ l-
esklużjoni jew 
limitazzjoni tar- 
responsabbiltà .
353. (1) Il-persuni li r-responsabbiltà  tagħhom dwar bastiment
hija eskluża jew limitata bid-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ din it-
Taqsima ta’ dan l-Att għandhom jinkludu kull noleġġatur u kull
persuna li jkollha interess fi, jew il-pussess tal-bastiment, u, b’mod
partikolari, kull amministratur jew operatur tal-bastiment.
(2) Dwar talba li tinqala’ mill-egħmil jew min-nuqqas ta’
għemil ta’ xi persuna fil-kariga tagħha bħala kaptan jew membru
ta’ l-ekwipaġġ jew (xort’oħra milli f’dik il-kariga) fil-kors ta’ l-
impieg tiegħu bħala mpjegat tas-sidien jew ta’ xi waħda mill-
persuni msemmija fis-subartikolu (1) -
(a) il-persuni li r-responsabbiltà  tagħhom hija eskluża jew
limitata kif intqal qabel għandhom jinkludu wkoll il-
kaptan, membru ta’ l-ekwipaġġ jew impjegat, u, f’każ
meta l-kaptan jew membru ta’ l-ekwipaġġ ikun
impjegat ta’ persuna li r-responsabbiltà  tagħha ma
kenitx tkun eskluża jew limitata kieku ma kienx dan il-
paragrafu, il-persuna li tagħha jkun impjegat; u
(b) ir-responsabbiltà  tal-kaptan, membru ta’ l-ekwipaġġ
jew ta’ l-impjegat innifsu tkun eskluża jew limitata kif
intqal qabel minkejja l-ħtija jew parteċipazzjoni
effettiva f’dik il-kariga, ħlief fil-każ imsemmi fil-
paragrafu (b) ta’ l-artikolu 348.
Bastimenti mhux 
reġistrati u 
bastimenti li jkunu 
għadhom qed 
jinbnew. 
354. (1) Id-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ din it-Taqsima ta’
dan l-Att dwar l-esklużjoni jew il-limitazzjoni ta’ responsabbiltà
dwar bastimenti għandhom japplikaw għal kull struttura, kemm
jekk lesta kemm jekk tkun qed titlesta, varata jew maħsuba biex
tintuża għan-navigazzjoni bħala bastiment jew parti minn
bastiment, u għandhom japplikaw ukoll għal kull barkun jew
bastiment bħalu jitmexxa kif jitmexxa, u l-frażi "bastiment" f’din
it-Taqsima ta’ dan l-Att għandha tiftiehem f’dan is-sens.
(2) L-imsemmija disposizzjonijiet għandhom japplikaw ukoll
għal bastiment li ma jkun reġistrat imkien u jkun proprjetà  għal
kollox ta’ persuni li għandhom residenza abitwali f’Malta jew ta’
korpijiet ġuridiċi stabbiliti skond u li huma suġġetti għal-liġijiet ta’
Malta.
(3) It-tunnellaġġ ta’ bastiment jew ta’ struttura li għalih
japplikaw l-imsemmija disposizzjonijiet bis-saħħa ta’ dan l-artikolu
għandu, għall-finijiet ta’ din it-Taqsima ta’ dan l-Att, jiġi stabbilit
hekk kif provdut bis-subartikolu (3) ta’ l-artikolu 350 dwar
bastimenti barranin.
  170      KAP. 234. ħ       BASTIMENTI   MERKANTILI
Setgħa tal-qorti li 
tikkonsolida 
talbiet. 
Emendat:  
XXIV.1995.362.
355. (1) Meta jiġi allegat li xi persuna tkun daħlet għal
responsabbiltà  dwar ġrajja li dwarha r-responsabbiltà  hi limitata
skond din it-Taqsima ta’ dan l-Att, u jkunu saru jew ikunu
mistennija talbiet dwar dik ir-responsabbiltà , dik il-persuna tista’
tagħmel rikors lill-Qorti Ċivili, Prim’ Awla, sabiex tistabbilixxi l-
ammont tar-responsabbiltà  tagħha u biex dak l-ammont jitqassam
ratealment fost min jagħmel it-talbiet, u f’kull każ bħal dan il-Qorti
Ċivili, Prim’ Awla tista’ twaqqaf kull proċedimenti li jkunu qed
isiru dwar l-istess kwistjoni, u kull qorti oħra tista’, fuq rikors għal
hekk u b’dak kollu li jinsab f’kull disposizzjoni oħra ta’ liġi,
tittrasferixxi kull proċediment bħal dak biex jistenna u jiġi deċiż
mill-Qorti Ċivili, Prim’ Awla. Il-Qorti Ċivili, Prim’ Awla, u fuq
appell il-Qorti ta’ l-Appell, tista’ f’kull waħda mill-imsemmija
ċirkostanzi tipproċedi b’dak il-mod u skond dik il-proċedura biex
tikkjama fil-kawża persuni u biex teskludi min jagħmel talbiet
mhux f’ċertu żmien, u biex titlob garanzija mingħand ir-rikorrent, u
dwar il-ħlas ta’ kull spejjeż, kif il-qorti jidhrilha xieraq.
(2) Fit-tqassim rateali skond dan l-artikolu, il-qorti tista’, jekk
jidhrilha xieraq, tipposponi t-tqassim ta’ dik il-parti ta’ l-ammont li
għandu jitqassam kif jidhrilha xieraq meta tikkunsidra xi talba li
tista’ ssir aktar tard f’qorti ta’ xi pajjiż barra minn Malta.
(3) Kull tqassim skond dan l-artikolu għandu jsir bi proporzjon
ta’ l-ammonti tat-talbiet li jiġu ippruvati, meta jiġu kunsidrati d-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 350 u kull disposizzjoni oħra
rilevanti, u ebda drittijiet ta’ preferenza jew drittijiet oħra dwar xi
bastiment jew proprjetà  ma għandhom jolqtu l-proporzjonijiet li
bihom skond dan l-artikolu xi ammont ikollu jitqassam bejn id-
diversi persuni li jagħmlu talbiet.
Sidien sħab jaqsmu 
fid-danni.
356.  Is-somom kollha mħallsa għal jew akkont ta’ xi telf jew
ħsara li dwarha r-responsabbiltà  ta’ persuni dwar bastiment tkun
limitata skond id-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ din it-Taqsima ta’
dan l-Att, u l-ispejjeż kollha li jsiru dwar dan, jistgħu jiġu kkuntjati
bejn is-sidien sħab ta’ l-istess bastiment l-istess bħal flus minfuqa
għall-użu tiegħu.
Ħelsien ta’ 
bastiment.
357. (1) Meta mandat li jżomm bastiment jew xi proprjetà
oħra jinkiseb dwar talba li fil-fehma tal-qorti tkun bażata fuq
responsabbiltà  li dwarha hemm stabbilit limitu skond din it-
Taqsima ta’ dan l-Att, jew tingħata garanzija biex jiġi evitat jew
biex jinkiseb ħelsien minn mandat bħal dak, il-qorti tista’, u fiċ-
ċirkostanzi msemmija fis-subartikolu (3) għandha, tordna l-ħelsien
tal-bastiment, tal-proprjetà  jew tal-garanzija, jekk il-
kondizzjonijiet speċifikati fis-subartikolu (2) jkunu sodisfatti; iżda
meta jiġi ordnat il-ħelsien, il-persuna li fuq ir-rikors tagħha jiġi
ordnat għandha titqies li issottomettiet ruħha għall-ġurisdizzjoni
tal-qorti biex tiddeċiedi t-talba u l-qorti jkollha l-ġurisdizzjoni biex
hekk tiddeċiedi.
(2) L-imsemmija kondizzjonijiet huma:
(a) li garanzija li fil-fehma tal-qorti hija biżżejjed (f’dan l-
artikolu imsejħa "pleġġerija") tkun qabel ingħatat,
f’Malta jew x’imkien ieħor, dwar l-imsemmija
responsabbiltà  jew xi responsabbiltà  li wieħed ikun
            BASTIMENTI   MERKANTILI  AP.  234.    171
irrikorra fl-istess okkażjoni u l-qorti tkun sodisfatta li,
jekk tiġi pruvata t-talba, l-ammont li għalih tkun
ingħatat il-pleġġerija jew il-parti minnu li tkun taqbel
mat-talba jkun jista’ fil-fatt jittieħed minn min jagħmel
it-talba; u
(b) li jew il-pleġġerija tkun għal ammont mhux inqas mill-
imsemmi limitu jew tingħata garanzija iżjed li,
flimkien ma’ dik il-pleġġerija, tkun għal ammont
mhux inqas minn dak il-limitu.
(3) Iċ-ċirkostanzi msemmija fis-subartikolu (1) huma li l-
pleġġerija tkun ingħatat f’port li, dwar it-talba, ikun il-port
rilevanti jew, skond il-każ, port rilevanti, u dak il-port ikun f’pajjiż
tal-Konvenzjoni.
(4) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu -
(a) pleġġerija mogħtija bl-għoti ta’ garanzija f’iktar minn
pajjiż wieħed għandha titqies li tkun ingħatat fil-pajjiż
fejn il-garanzija tkun ingħatat l-aħħar;
(b) kull kwistjoni dwar jekk l-ammont ta’ xi garanzija
huwiex (jew waħdu jew flimkien ma’ xi ammont ieħor)
mhux inqas minn xi limitu stabbilit b’din it-Taqsima
ta’ dan l-Att għandha tiġi deċiża skond kif tkun fiż-
żmien li fih tingħata l-garanzija;
(ċ) meta parti biss mill-ammont li għalih tingħata
pleġġerija tkun tista’ tingħata lil min jagħmel it-talba
dik il-parti ma għandhiex titqies li taqbel mat-talba
tiegħu jekk xi parti oħra tkun tista’ tingħata lil min
jagħmel it-talba dwar responsabbiltà  li dwarha ma
hemm stabbilit ebda limitu kif imsemmi fis-
subartikolu (1).
(5) F’dan l-artikolu -
"pajjiż tal-Konvenzjoni" tfisser kull pajjiż li dwaru tkun isseħħ
il-Konvenzjoni (inkluż kull pajjiż li għalih il-Konvenzjoni testendi
bis-saħħa ta’ l-Artikolu 14 tagħha);
"port rilevanti" - 
(a) dwar xi talba, tfisser il-port fejn issir il-ġrajja li tagħti
lok għat-talba jew, jekk dik il-ġrajja ma tkunx saret
f’port, l-ewwel port fejn jidħol bastiment wara l-ġrajja;
u
(b) dwar talba għal telf ta’ ħajja jew korriment tal-persuna
jew għal ħsara ta’ merkanzija, tinkludi l-port ta’ żbark
jew ta’ ħatt;
"il-Konvenzjoni" tfisser il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-
Limitazzjoni tar-Responsabbiltà  ta’ Sidien ta’ Bastimenti li Jbaħħru
ffirmat fi Brussels fl-10 ta’ Ottubru, 1957.
(6) Jekk il-Ministru b’ordni pubblikat fil-Gazzetta jiddikjara li
xi pajjiż speċifikat fl-ordni huwa pajjiż tal-Konvenzjoni skond dan
l-artikolu, l-ordni għandu, sakemm ikun fis-seħħ, ikun prova
konklusiva li l-pajjiż huwa pajjiż tal-Konvenzjoni; iżda kull ordni
  172      KAP. 234. ħ       BASTIMENTI   MERKANTILI
magħmul skond dan l-artikolu jista’ jinbidel jew jitħassar b’ordni
ieħor.
Restrizzjoni ta’ 
infurzar wara li 
tingħata garanzija.
358. (1) Ebda talba li tkun bażata fuq responsabbiltà  li għaliha
hemm limitu skond din it-Taqsima ta’ dan l-Att, u ebda deċiżjoni
jew digriet dwarha, ma għandhom jiġu nfurzati, ħlief safejn ikunu
dwar spejjeż, kontra xi proprjetà  oħra, jekk ma tkunx ingħatat
garanzija għal ammont li ma jkunx inqas mill-imsemmi limitu,
f’Malta jew x’imkien ieħor, dwar ir-responsabbiltà  jew dwar xi
responsabbiltà  oħra li wieħed jinkorri fl-istess okkażjoni u l-qorti
tkun tal-fehma li l-garanzija tkun biżżejjed u tkun sodisfatta li l-
ammont li għalih tkun ingħatat jew dik il-parti minnha li tkun
taqbel mat-talba tkun fil-fatt tista’ tittieħed minn min jagħmel it-
talba.
(2) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu - 
(a) kull kwistjoni dwar jekk l-ammont ta’ xi garanzija
huwiex mhux inqas mil-limitu stabbilit b’din it-
Taqsima ta’ dan l-Att għandha tiġi deċiża skond kif
tkun fiż-żmien li fih tingħata l-garanzija;
(b) meta parti biss mill-ammont li għalih tkun ingħatat il-
garanzija jkun jista’ jittieħed minn min jagħmel it-
talba dik il-parti ma għandhiex titqies li tkun daqs it-
talba tiegħu jekk xi parti oħra tkun tista’ tittieħed minn
min jagħmel it-talba dwar responsabbiltà  li dwarha ma
jkunx hemm stabbilit limitu kif imsemmi fis-
subartikolu (1).
Tqassim ta’ responsabbiltà
Tifsir għall-finijiet 
tad-
disposizzjonijiet li 
ġejjin.
359.   Għall-finijiet tad-disposizzjonijiet li ġejjin ta’ din it-
Taqsima ta’ dan l-Att, "nol" tinkludi kull flus għal passaġġ u kiri, u
riferenzi għal ħsara jew telf li jiġri bi ħtija ta’ bastiment għandhom
jiftehmu li jinkludu riferenzi għal kull salvataġġ jew spejjeż oħra, li
jinħolqu b’dik il-ħtija, li jistgħu jinġabru bil-liġi bħala danni.
Regoli dwar it-
tqassim ta’ telf. 
360. (1) Meta b’xi ħtija ta’ żewġ bastimenti jew aktar
tiġġarrab ħsara jew telf lil bastiment wieħed jew aktar minnhom,
lill-merkanzija jew lin-nol tagħhom, jew lil proprjetà  abbord, ir-
responsabbiltà  għall-ħsara jew telf tkun bi proporzjon għall-grad
ta’ ħtija ta’ kull bastiment:
Iżda jekk, meta jitqiesu ċ-ċirkostanzi kollha tal-każ, ma
jkunux jistgħu jiġu stabbiliti l-gradi differenti tal-ħtija, ir-
responsabbiltà  tinqasam indaqs.
(2) Ebda ħaġa f’dan l-artikolu ma għandħa taħdem hekk li xi
bastiment ikun responsabbli għal xi telf jew ħsara meta ma jkunx
hemm ħtija minn naħa tiegħu, jew għandha tolqot ir-responsabbiltà
ta’ xi persuna li tkun marbuta b’kuntratt ta’ ġarr jew b’xi kuntratt, u
ma għandhiex lanqas tiftiehem li timponi fuq xi persuna xi
responsabbiltà  li minnha tkun meħlusa b’xi kuntratt jew b’xi
disposizzjoni ta’ liġi, jew li tolqot id-dritt ta’ xi persuna li tillimita
r-responsabbiltà  tagħha hekk kif provdut bil-liġi.
            BASTIMENTI   MERKANTILI  AP.  234.    173
Danni għal 
korrimenti fil-
persuna. 
361.   Meta jiġġarrab telf ta’ ħajja jew korrimenti tal-persuna
minn xi persuna abbord bastiment minħabba l-ħtija ta’ dak il-
bastiment jew ta’ xi bastiment ieħor jew bastimenti oħra, ir-
responsabbiltà  tas-sidien tal-bastimenti tkun in solidum:
Iżda ebda ħaġa f’dan l-artikolu ma għandha tiftiehem li
tiċħad lil xi persuna minn xi dritt li tagħti xi eċċezzjoni li fuqha,
apparti minn dan l-artikolu, hi setgħet tibbaża ruħha f’azzjoni li
tinġieb kontriha mill-persuna li ġġarrab id-danni, jew minn xi
persuna jew persuni li jkollhom id-dritt jagħmlu kawża dwar dak it-
telf ta’ ħajja, jew li ttellef id-dritt ta’ xi persuna li tillimita r-
responsabbiltà  tagħha f’każijiet li għalihom dan l-artikolu jirreferi
hekk kif provdut bil-liġi.
Dritt għal 
kontribuzzjoni.
362.   Meta jiġġarrab telf ta’ ħajja jew korrimenti tal-persuna
minn xi persuna abbord bastiment minħabba l-ħtija ta’ dak il-
bastiment jew ta’ xi bastiment ieħor jew bastimenti oħra, u titħallas
mingħand is-sidien ta’ wieħed mill-bastimenti parti mid-danni li
tkun iktar mill-parti tal-ħtija, huma jistgħu jitħallsu bħala
kontribuzzjoni l-ammont ta’ l-eċċess mingħand is-sidien tal-
bastiment l-ieħor jew tal-bastimenti l-oħra sa l-ammont li għalih
dawk il-bastimenti kellhom ħtija rispettivament:
Iżda ma għandu jinġabar ebda ammont li ma jistax,
minħabba xi limitazzjoni statutorja jew kuntrattwali ta’, jew
eżenzjoni minn, responsabbiltà , jew li ma kienx jista’ għal xi
raġuni, jiġi miġbur mill-ewwel bħala danni mill-persuna li jkollha
dritt tagħmel kawża għalihom.
TAQSIMA X 
DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI 
Reġistratur-Ġenerali u Reġistraturi
Reġistratur- 
Ġenerali. 
Emendat: 
XXXVII. 1988.42; 
XVII. 1991.82.
Kap. 352.
363. (1) Għandu jkun hemm Reġistratur-Ġenerali ta’
Bastimenti u Baħrin li l-kariga tiegħu tkun okkupata minn Direttur
Eżekuttiv ta’ l-Awtorità , u li, bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’
dan l-Att u ta’ l-Att dwar l-Awtorità  Marittima ta’ Malta, għandu
jieħu s-sorveljanza ġenerali ta’ dak kollu li għandu x’jaqsam ma’
bastimenti merkantili u ma’ baħrin u li jiżgura t-tħaris tad-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
(2) Ir-Reġistratur-Ġenerali jista’ jaqdi kull dmir u jkollu l-
poteri kollha li b’dan l-Att irid jiġi moqdi, jew hu mogħti lil
reġistraturi. 
Reġistraturi. 
Emendat:
XXXVII. 1988.43; 
XVII. 1991.82;
XXII. 2000.94. 
364. (1) L-Awtorità  tista’ wkoll tinnomina reġistraturi għall-
finijiet ta’ dan l-Att f’dak in-numru li l-Awtorità  tista’ tqis meħtieġ
għall-eżekuzzjoni kif imiss ta’ dan l-Att.
(2) Ir-reġistraturi għandhom jaqdu d-dmirijiet tagħhom taħt id-
direttivi tar-Reġistratur-Ġenerali u skond istruzzjonijiet mogħtija
mill-Awtorità  jew mir-Reġistratur-Ġenerali, u jistgħu jitneħħew
  174      KAP. 234. ħ       BASTIMENTI   MERKANTILI
mill-kariga.
(3) Ir-Reġistratur-Ġenerali u reġistratur ma jkunux
responsabbli għal danni jew xort’oħra għal telf li jiġġarrab minn xi
persuna minħabba xi għemil jew nuqqas li hu jagħmel fil-kwalità
tiegħu ta’ Reġistratur-Ġenerali jew ta’ reġistratur, kemm-il darba
dan ma jiġrix bi traskuraġni jew b’għemil volontarju tiegħu.
Reġistru.
Sostitwit: 
XXXVII. 1988.44. 
365. (1) Kull reġistratur għandu jżomm dokumentazzjoni li
tissejjaħ ir-reġistru u għandu jitniżżel fih dak kollu li hu meħtieġ li
jitniżżel fih b’dan l-Att.
(2) Kull reġistratur għandu jiffajlja u jindiċja sewwa d-
dokumenti kollha li hu għandu jżomm.
Istruzzjonijiet dwar 
reġistrar. 
Emendat: 
XXXVII. 1988.4.
366.   Ir-Reġistratur-Ġenerali bil-kunsens tal-Ministru jista’,
biex jagħi seħħ lid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, jagħti dawk l-
istruzzjonijiet lir-reġistraturi u lill-uffiċjali tagħhom dwar kif isir
id-dħul fir-reġistru, dwar l-esekuzzjoni u l-attestazzjoni ta’ prokuri,
dwar il-provi meħtieġa biex tiġi identifikata xi persuna, dwar biex
jibagħtu lilu kull kwistjoni li jkun fiha dubju jew diffikultà , u
b’mod ġenerali dwar kull għemil jew ħaġa li għandha ssir skond
dan l-Att, kif jidhirlu xieraq.
Surveyors ta’ bastimenti
Surveyors ta’ 
bastimenti. 
Emendat:
XXII. 2000.2, 95.
367. (1) Għall-finijiet ta’ dan l-Att, surveyor ta’ bastimenti
huwa persuna li jixirqilha li tkun surveyor ta’ bastimenti nominata,
jew b’mod ġenerali jew għal għanijiet speċifiċi jew f’okkażjoni
speċjali, mill-Ministru jew minn organizzazzjonijiet jew għaqdiet
awtorizzati mill-Ministru għal hekk, u dik l-imsemmija persuna
tista’ tiġi nominata bħala surveyor ta’ bastiment jew bħala surveyor
inġinier, jew bħala t-tnejn, jew bħala surveyor tar-radju.
(2) Il-Ministru jkollu s-setgħa dwar surveyors - 
(a) li jneħħi mill-kariga kull surveyor ta’ bastimenti;
(b) li jistabbilixxi u jibdel, jew b’regola jew xort’oħra, ir-
rimunerazzjoni jew id-drittijiet li għandhom jitħallsu
lilhom dwar spezzjonijiet jew servizzi oħra mogħtija
minnhom;
(ċ) li jirregola l-ammont jew il-ħlas ta’ kull spejjeż ta’
vjaġġar jew spejjeż oħra li huma jagħmlu fil-qadi ta’
dmirijiethom u tal-funzjonijiet tagħhom u l-persuna li
minnha u l-kondizzjonijiet li taħthom il-ħlas ta’ dawk
l-ispejjeż għandu jsir;
(d) li jagħmel regolamenti dwar il-qadi ta’ dmirijiethom u
tal-funzjonijiet tagħhom u b’mod partikolari dwar il-
mod li bih spezzjonijiet ta’ bastimenti għandhom isiru
u l-avviż li huma jkollhom jagħtu meta jkunu meħtieġa
spezzjonijiet.
(3) Jekk surveyor ta’ bastimenti jitlob jew jirċievi direttament
jew indirettament xi dritt, rimunerazzjoni jew gratifikazzjoni tkun
li tkun dwar xi dmirijiet jew funzjonijiet li hu jkun għamel skond
dan l-Att xort’oħra milli bl-ordni tal-Ministru, hu jista’ jeħel għal
            BASTIMENTI   MERKANTILI  AP.  234.    175
kull reat multa ta’ mhux iżjed minn mitt unit.
Kap. 13. 
(4) Sakemm il-Ministru jkun skond dan l-artikolu stabbilixxa r-
rimunerazzjoni jew id-drittijiet li għandhom jitħallsu lil surveyor,
it-Taqsima III ta’ l-Iskeda tal-Kodiċi tal-Kummerċ għandha
tapplika daqslikieku d-drittijiet hemmhekk stabbiliti kienu
stabbiliti mill-Ministru. Id-disposizzjonijiet tat-Taqsima III ta’ l-
imsemmija Skeda għandhom, b’danakollu, jitqiesu li ġew imħassra
bis-seħħ mid-data li fiha r-rimunerazzjoni jew id-drittijiet li
għandhom jitħallsu lil surveyor ikunu ġew stabbiliti mill-Ministru
skond dan l-artikolu.
(5) (a) Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti li jippreskrivu
l-kriterji li bihom organizzazzjonijiet jew korpi ta’ surveyors
jistgħu jiġu rikonoxxuti għall-għanijiet ta’ dan l-artikolu.
(b) Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet tal-
paragrafu (a) l-Ministru jista’ b’ordni jagħmel lista ta’
organizzazzjonijiet jew ta’ korpi ta’ surveyors li jkunu rikonoxxuti
minn xi Stat ieħor jew minn xi korp internazzjonali bħala li
jissodisfaw l-inqas kriterji li jistgħu jiġu stipulati f’xi regolament
magħmul taħt il-paragrafu (a), u jista’ b’ordni sussegwenti,
jemenda, iħassar jew jissostitwixxi kull ordni bħal dak.
(ċ) Kull organizzazzjoni jew korp li jkunu jidhru f’lista
bħal dik provdut dwarha fil-paragrafu (b) għandhom jiġu
rikonoxxuti għall-għanijiet ta’ dan l-artikolu.
Setgħat ta’ 
surveyors.
Emendat:
XXII. 2000.2, 96.
368. (1) Fil-qadi ta’ dmirijietu surveyor ta’ bastimenti jista’
jitla’ abbord kull bastiment fil-ħinijiet xierqa kollha u jispezzjona
l-bastiment jew parti minnu, jew kull ħaġa mill-makkinarju,
dgħajjes, tagħmir jew oġġetti li jkunu abbord, u kull ktieb,
ċertifikat (inklużi ċertifikati ta’ kompetenza), karta jew dokument
li għalih japplikaw id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew ta’ xi
regoli jew regolamenti magħmula skond dan l-Att, hekk li ma
jdewwimx bla meħtieġ li l-bastiment jitlaq fuq xi vjaġġ, u jekk
minħabba xi inċident lill-bastiment jew minħabba xi raġuni oħra
jkun jidhirlu meħtieġ li hekk jagħmel, jista’ jeħtieġ li l-bastiment
jittieħed f’xi baċir sabiex jispezzjona l-buk tiegħu.
(2) Jekk xi persuna tfixkel lil xi surveyor ta’ bastimenti milli
jitla’ abbord xi bastiment jew xort’oħra ttellfu fil-qadi ta’
dmirijietu jew tal-funzjonijiet tiegħu skond dan l-Att, jew tonqos li
tħares xi ħtieġa leġittima tas-surveyor, dik il-persuna tista’ teħel
għal kull reat multa ta’ mhux iżjed minn ħamsin unit.
Prospetti minn 
surveyors lir-
Reġistratur- 
Ġenerali.
Emendat:
XXII. 2000.2.
369. (1) Surveyors ta’ bastimenti għandhom jagħmlu dawk il-
prospetti lir-Reġistratur-Ġenerali kif ir-Reġistratur-Ġenerali jista’
jeħtieġ dwar il-bini, qisien, draught, rata ta’ mixi, wisa’ għal fuel,
akkommodazzjoni għall-ekwipaġġ u x-xorta u l-partikolaritajiet ta’
makkinarju u tagħmir ta’ bastimenti spezzjonati minnhom.
(2) Is-sid, il-kaptan u l-inġinier ta’ kull bastiment hekk
spezzjonat għandhom, fuq talba, jagħtu lis-surveyors dik l-
informazzjoni u l-għajnuna kollha li tkun fis-setgħa tagħhom li s-
surveyors ikunu jeħtieġu għall-finijiet ta’ dawk il-prospetti.
(3) Jekk xi sid, kaptan jew inġinier, meta ssirlu talba għal dak
  176      KAP. 234. ħ       BASTIMENTI   MERKANTILI
il-għan, jonqos mingħajr raġuni xierqa li jagħti dak it-tagħrif jew
għajnuna, jista’ jeħel għal kull reat multa ta’ mhux iżjed minn
ħamsin unit. 
Ġurisdizzjoni u proċedimenti
Ġurisdizzjoni tal-
Qorti Ċivili, Prim’ 
Awla 
Emendat: 
A.L. 148 ta’ l-
1975;
XXIV.1995.362.
370. (1) Il-Qorti Ċivili, Prim’ Awla, għandha tkompli
teżerċita, bħala parti mill-ġurisdizzjoni ordinarja tagħha u skond il-
proċedura ta’ dik il-qorti, il-ġurisdizzjoni li qabel kienet teżerċita
bis-saħħa ta’ l-Ordinanza dwar it-Trasferiment tal-Ġurisdizzjoni
tal-Qorti tal-Viċi Ammiraljat.*
(2) Il-Ministru jista’ b’regoli jirregola l-proċedura li għandha
tiġi segwita minn jew quddiem l-imsemmija qorti, dwar kull ħaġa li
taqa’ fil-ġurisdizzjoni ta’ dik il-qorti bis-saħħa ta’ dan l-artikolu u
dawk il-ħwejjeġ l-oħra li għandhom x’jaqsmu magħhom, inklużi d-
drittijiet li għandhom jitħallsu dwar il-proċedimenti quddiem l-
imsemmija qorti, kif il-Ministru jidhirlu spedjent li hekk jirregola:
Iżda kemm-il darba regoli magħmula skond dan l-artikolu
ma jipprovdux xort’oħra, id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 3, 4 u 5
ta’ l-imsemmija Ordinanza* għandhom ikomplu japplikaw minkejja
t-tħassir ta’ dik l-Ordinanza b’dan l-Att.
*Imħassar b’dan l-Att.
Kawżi għal danni 
minħabba 
kolliżjoni. 
Kap. 12. 
Disposizzjonijiet 
dwar l-atti 
preliminari. 
Kap. 12. 
* L-artikoli 3, 4 u 5 ta’ l-Ordinanza dwar it-Trasferiment tal-Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Viċi
Ammiraljat jipprovdu kif ġej:
3. (1) Iżda, fil-kawżi għal danni minħabba kolliżjoni, id-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 54 tar-Regoli magħmulin, għall-Qorti tal-Viċi Ammiraljat hawn fuq imsemmija, bl-
Ordni tal-Maestà  Tagħha fil- Kunsill tat-23 ta’ Awwissu, 1883, dwar xi atti imsejħin atti
preliminari, għandhom jibqgħu jiġu mħarsa; u sew il-Qorti tal-Kummerċ kemm ukoll il-Qorti
ta’ l-Appell tista’, minflok ma tagħti l-inkargu ta’ l-inkjesta tal-fatti lil periti maħtura skond
id-disposizzjonijiet tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili, taħtar assessuri biex
jassistu lill-qorti f’dik l-inkjesta, kif kien stabbilit fl-artikolu 106 ta’ dawk ir-Regoli.
(2) Il-Qorti ta’ l-Appell tista’ taħtar, bħala assessuri, persuni diversi minn dawk li
jkunu ġew maħtura mill-Qorti tal-Kummerċ, u tista’ taħtar assessuri, għad li l-Qorti tal-
Kummerċ tkun imxiet xort’oħra.
4. Sakemm ma jiġix ordnat xort’oħra b’regoli magħmula skond l-artikolu 29 tal-
Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili, għandhom, għal dawk li ħuma l-atti
preliminari msemmijin fl-artikolu ta’ qabel dan ta’ din l-Ordinanza, jiġu mħarsa d-
disposizzjonijiet li ġejjin:
(a) il-liġijiet u l-użu tal-Qorti tal-Viċi-Ammiraljat fuq imsemmija għandhom
jibqgħu jgħoddu għal dawk l-atti;
(b) l-attur għandu jippreżenta l-att preliminari tiegħu flimkien ma’ l-att ta’
ċitazzjoni li jkun fiħa t-talba għad-danni;
(ċ) il-konvenut, meta ma jkunx ġa ippreżenta l-att tiegħu bħala attur, għandu
jippreżentah b’nota, mħux iżjed tard minn sebat ijiem tax-xogħol minn
dakinħar li l-att ta’ ċitazzjoni jiġi innotifikat lilu.
Drittijiet.
Kap. 12.
5. (1) Id-drittijiet li għandhom jitħallsu lir-Reġistratur, jew li għandhom jiġu
intaxxati lill-avukati, prokuraturi legali, periti, jew xhieda, għandhom jiġu regolati skond it-
Tariffi fl-Iskeda A li hemm mal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.
(2) Id-dritt ta’ l-assessuri hu dak stabbilit bir-Regoli msemmijin fl-artikolu 3 ta’ din l-
Ordinanza.
            BASTIMENTI   MERKANTILI  AP.  234.    177
Tiżmim ta’ 
bastimenti. 
Emendat: 
A.L. 148 ta’ l-
1975;
XXII. 2000.2, 97. 
371. (1) Meta skond dan l-Att bastiment għandu jew jista’ jiġi
miżmum, kull uffiċjal bil-kummissjoni b’paga sħiħa fis-servizz
navali jew militari tar-Repubblika ta’ Malta, jew kull uffiċjal tal-
pulizija mhux taħt il-grad ta’ spettur, jew kull uffiċjal tad-dwana,
jew kull uffiċjal tal-Ministeru responsabbli għall-bastimenti
merkantili, jew kull uffiċjal konsulari ta’ Malta, jew spettur xieraq,
jista’ jżomm bastiment, u jekk il-bastiment wara li jiġi miżmum
jew wara li jiġi notifikat lill-kaptan xi avviż jew ordni għat-tiżmim
ibaħħar qabel ma jiġi liberat mill-awtorità  kompetenti, il-kaptan
tal-bastiment, kif ukoll is-sid u kull persuna li tibgħat lill-bastiment
biex ibaħħar, jekk dak is-sid jew il-persuna tkun parti jew tieħu
sehem f’dak ir-reat, tista’ teħel għal kull reat multa ta’ mhux iżjed
minn mitejn unit.
(2) Meta bastiment li hekk ibaħħar jieħu miegħu fuq il-baħar
meta jkun abbord fil-qadi ta’ dmirijietu xi uffiċjal awtorizzat li
jżomm il-bastiment, jew xi surveyor jew uffiċjal tal-Ministeru
responsabbli għall-bastimenti merkantili jew xi uffiċjal tad-dwana,
is-sid u l-kaptan tal-bastiment jistgħu kull wieħed jeħlu li jħallsu l-
ispejjeż kollha ta’, u li jkollhom x’jaqsmu ma’, l-fatt li l-uffiċjal
jew is-surveyor ikunu hekk ittieħdu fuq il-baħar, kif ukoll multa ta’
mhux iżjed minn mitejn unit.
(3) Meta skond dan l-Att bastiment għandu jinżamm, l-uffiċjal
awtorizzat li jagħti lill-bastiment il-mogħdija mid-dwana għandu, u
meta skond dan l-Att bastiment jista’ jiġi miżmum dak l-uffiċjal
jista’, jiċħad li jagħti dik il-mogħdija lill-bastiment jew li jagħti lil
dak il-bastiment permess.
Reati minn għaqda 
ta’ persuni. 
372.  Meta reat skond dan l-Att isir minn korp jew għaqda ta’
persuni, kull persuna li, fiż-żmien ta’ l-egħmil tar-reat, kienet
direttur, manager, segretarju jew uffiċjal ieħor simili ta’ dak il-
korp jew għaqda ta’ persuni, jew kienet tidher li qed taġixxi f’dik
il-kariga, tkun ħatja ta’ dak ir-reat jekk ma tippruvax li r-reat ikun
sar mingħajr it-tagħrif tagħha u li tkun eżerċitat id-diliġenza xierqa
kollha biex jiġi evitat l-egħmil tar-reat.
Iffissar u 
impożizzjoni ta’ 
multi.
Miżjud: 
XXXVII.1988.45.
Kap. 12.
372A. (1) Il-penalitajiet kollha maħsubin b’xi disposizzjoni ta’
dan l-Att jistgħu jiġi stabbiliti u imposti mir-Reġistratur-Ġenerali. 
(2) L-impożizzjoni ta’ penali skond dan l-Att tikkostitwixxi
titolu eżekuttiv fis-sens u għall-finijiet tat-Titolu VII tat-Taqsima I
tat-Tieni Ktieb tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili. 
Eżekuzzjoni ta’ 
multi.
Miżjud: 
XXXVII.1988.45. 
372B. Ir-Reġistratur-Ġenerali għandu jinnotifika sejħa għall-ħlas
lill-persuna li lilha tkun ġiet inffitta penali u jekk il-ħlas ma jsirx fi
żmien sebat ijiem mid-data tan-notifika ta’ dik is-sejħa għall-ħlas,
ir-Reġistratur-Ġenerali jista’ jipproċedi bl-eżekuzzjoni tal-ħlas
wara jumejn minn notifika lid-debitur ta’ sejħa għall-ħlas
magħmula b’att ġudizzjarju.
Valur tal-unit.
Miżjud:
XXII.2000. 98.
372Ċ. Il-kelma ''unit'' b’riferenza għal kull multa li tista’ tiġi
imposta taħt dan l-Att għandha tkun ekwivalenti għal lira waħda
jew għal dak l-ammont l-ieħor li l-Ministru bi ftehim mal-Ministru
responsabbli għall-ġustizzja jista’ b’ordni minn żmien għal żmien
jistabbilixxi.
  178      KAP. 234. ħ       BASTIMENTI   MERKANTILI
Applikazzjoni ta’ l-Att għal bastimenti barranin b’Ordni
Applikazzjoni ta’ l-
Att għal bastimenti 
barranin b’ordni.
373.  Meta jiġi muri lill-Ministru li l-gvern ta’ xi pajjiż barrani
jkun jixtieq li xi disposizzjonijiet ta’ dan l-Att li ma jkunux
japplikaw għal bastimenti ta’ dak il-pajjiż għandhom hekk
japplikaw u ma jkunx hemm disposizzjonijiet speċjali f’dan l-Att
għal dik l-applikazzjoni, il-Ministru jista’ jordna li dawk id-
disposizzjonijiet minnhom li jiġu speċifikati fl-ordni (suġġetti għal
dawk il-limitazzjonijiet, jekk ikun hemm, li jkunu jinsabu fih)
japplikaw għall-bastimenti ta’ dak il-pajjiż, u għas-sidien, kaptani,
baħrin u apprendisti ta’ dawk il-bastimenti, meta ma jkunux
lokalment fil-ġurisdizzjoni tal-gvern ta’ dak il-pajjiż, daqslikieku
dwar id-dettalji kollha dawk il-bastimenti kienu bastimenti maltin.
Regolamenti, Regoli u Ordnijiet
Setgħa għall-
egħmil ta’ 
regolamenti, eċċ. 
Emendat:
XXXVII. 1990.20.
374. (1) Bla ħsara għas-setgħat mogħtija bid-disposizzjonijiet
ta’ qabel ta’ dan l-Att, il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti, regoli
jew ordnijiet, jew jagħti istruzzjonijiet, għat-tħaddim ta’ kull
waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u biex jippreskrivi d-
drittijiet li jitħallsu għal kwalunkwe servizz mogħti u kull ħaġa
oħra magħmula skond jew għall-għanijiet ta’ dan l-Att, u b’mod
partikolari, iżda bla ħsara għall-ġeneralità  ta’ dak li ntqal qabel,
biex jippreskrivi kull ħaġa li għandha jew li tista’ tiġi preskritta
skond dan l-Att.
(2) Regolamenti, regoli u ordnijiet magħmula skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att għandhom jinkludu dawk il-ħtiġijiet,
rigward il-materji li dwarhom isiru r-regolamenti, regoli jew
ordnijiet, skond kif il-Ministru jidhirlu biex jiġu implimentati d-
disposizzjonijiet rigward dawk il-materji tal-konvenzjonijiet
internazzjonali jew protokolli li l-Gvern ta’ Malta jkun irratifika
jew aċċeda għalihom.
(3) Kull setgħa mogħtija lill-Ministru b’dan l-Att biex jagħmel
regolamenti, regoli jew ordnijiet, jew biex jagħti istruzzjonijiet,
tinkludi s-setgħa -
(a) li jibdel, ibiddel jew iħassar kull regolament, regola,
ordni jew istruzzjoni bħal dawk, bla ħsara għall-
egħmil ta’ regolament ġdid, regola ġdida jew ordni
ġdid, jew għall-għoti ta’ istruzzjoni ġdida;
(b) bla ħsara għal dawk il-limitazzjonijiet jew għal xi
disposizzjoni oħra espressa li jinsabu f’dan l-Att, li
jipprovdi għal multi jew ammendi jew priġunerija, jew
it-tnejn, u għal dik is-sanzjoni l-oħra kif il-Ministru
jidhirlu xieraq;
(ċ) biex jagħmel dawk id-disposizzjonijiet tranżitorji jew
xi disposizzjoni oħra inċidentali jew supplementari kif
ikun xieraq fil-fehma tal-Ministru.
(4) Regolamenti, regoli u ordnijiet magħmula skond kull waħda
mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jistgħu jsiru bl-ilsien inġliż biss. 
(5) Regolamenti, regoli u ordnijiet magħmula skond dan l-Att
għandhom jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra tad-Deputati kemm
jista’ jkun malajr wara li jsiru u jekk, fi żmien tmienja u għoxrin
            BASTIMENTI   MERKANTILI  AP.  234.    179
ġurnata wara li hekk jitqiegħdu, il-Kamra tirriżolvi li jiġu annullati
jew emendati, dawn għandhom minnufih jieqfu mis-seħħ jew jiġu
hekk emendati, skond il-każ, iżda bla ħsara għall-validità  ta’ kull
ħaġa li tkun saret qabel bis-saħħa tagħhom jew għall-egħmil ta’
regolamenti, regoli jew ordnijiet ġodda.
(6) Fil-kalkolu għall-finijiet tas-subartikolu (5) ta’ kull żmien
ta’ tmienja u għoxrin ġurnata, ma għandu jingħadd ebda żmien li
matulu l-Kamra tad-Deputati ma tkunx qed tiltaqa’ jew li matulu
tkun aġġornata għal aktar minn sebat ijiem.
Ratifika, eċċ., ta’ 
ċerti trattati, eċċ., 
relattivi għall-
bastimenti 
merkantili.
Miżjud:
XXII.2000.99.
375. (1) Għall-għanijiet ta’ l-Att dwar ir-Ratifika ta’ Trattati,
il-Gvern ta’ Malta qiegħed b’dan jingħata s-setgħa li jirratifika, jew
li jaċċedi għat-trattati jew konvenzjonijiet (inklużi protokolli,
annessi u appendiċi relattivi) li jirreferu għall-bastimenti merkantili
elenkati fis-subartikolu (2), u l-Ministru jista’ malli ssir ir-ratifika
jew l-aċċessjoni ta’ xi wieħed minn dawk it-trattati jew
konvenzjonijiet jagħmel regolamenti li jagħtu seħħ lill-
provvedimenti tagħhom, u dik is-setgħa għandha tinkludi s-setgħa
li jiġi pprovdut li kull provvediment ta’ dan l-Att li ma jkunx
konsistenti mal-provvedimenti ta’ xi trattat jew konvenzjoni bħal
dawk ma għandux jibqa’ japplika. 
(2) It-trattati u konvenzjonijiet li għalihom jirreferi s-
subartikolu (1) huma dawn li ġejjin:
(a) Konvenzjoni dwar il-Limitazzjoni ta’ Responsabbiltà
għal Talbiet Marittimi, ffirmata f’Londra fid-19 ta’
Novembru, 1976;
(b) Protokoll ta’ l-1996 biex jemenda l-Konvenzjoni ta’ l-
1976 dwar il-Limitazzjoni ta’ Responsabbiltà  għal
Talbiet Marittimi, ffirmata f’Londra fit-2 ta’ Mejju,
1996;
(ċ) Konvenzjoni ta’ Ateni rigward it-Trasport ta’
Passiġġieri u Valiġġi Tagħhom bil-Baħar, iffirmata
f’Ateni fit-13 ta’ Diċembru, 1974;
(d) Protokoll għall-Konvenzjoni ta’ Ateni rigward it-
Trasport ta’ Passiġġieri u Valiġġi Tagħhom bil-Baħar,
iffirmat f’Londra fid-19 ta’ Novembru, 1976;
(e) Protokoll ta’ l-1990 biex jemenda l-Konvenzjoni ta’ l-
1974 ta’ Ateni rigward it-Trasport ta’ Passiġġieri u
Valiġġi Tagħhom bil-Baħar, iffirmat f’Londra fid-29
ta’ Marzu, 1990;
(f) Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Salvataġġ,
iffirmata f’Londra fit-28 ta’ April, 1989;
(g) Konvenzjoni għas-Soppressjoni ta’ Attijiet Illeġittimi
Kontra s-Sigurtà  tan-Navigazzjoni Marittima, ffirmata
f’Ruma fl-10 ta’ Marzu, 1988;
(h) Protokoll għas-Soppressjoni ta’ Attijiet Illeġittimi
Kontra s-Sigurtà  ta’ Pjattaformi Fissi li Jinsabu fuq il-
Blata Kontinentali, ffirmata f’Ruma fl-10 ta’ Marzu,
1988;
(i) Konvenzjoni Internazzjonali dwar it-Tfittxija u s-
  180      KAP. 234. ħ       BASTIMENTI   MERKANTILI
Salvataġġ, iffirmata f’Amburgu fis-27 ta’ April, 1979;
(j) Konvenzjoni Internazzjonali dwar ir- Responsabbiltà  u
l-Kumpens għal Ġsara li għandha x’taqsam mal-Ġarr
ta’ Sustanzi Perikolużi u Noċivi bil-Baħar, iffirmata
f’Londra fit-3 ta’ Mejju, 1996;
(k) Konvenzjoni Internazzjonali għal Containers Siguri,
ffirmata f’Ġinevra fit-2 ta’ Diċembru, 1972;
(l) Protokoll ta’ Torremolinos ta’ l-1993 dwar il-
Konvenzjoni Internazzjonali ta’ Torremolinos ta’ l-
1977 għas-Sigurtà  ta’ Bċejjeċ tas-Sajd, iffirmat
f’Torremolinos fit-2 ta’ April, 1993;
(m) Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Garanziji
Marittimi u l-Ipoteki Navali, ffirmata f’Ġinevra fis-6
ta’ Mejju, 1993; 
(n) Konvenzjoni Internazzjonali ta’ l-1999 fuq l-Arrest ta’
Bastimenti, ffirmata f’ Ġinevra fit-12 ta’ Marzu, 1999;
(o) Konvenzjoni ta’ l-1976 (Nru. 147) dwar Standards
Minimi fit-Tbaħħir Merkantili, ffirmata f’Ġinevra fit-
13 ta’ Ottubru, 1976;
(p) Protokoll ta’ l-1996 għall-konvenzjoni ta’ l-1976 dwar
Standards Minimi fit-Tbaħħir Merkantili, ffirmat
f’Ġinevra fit-22 ta’ Ottubru, 1996;
(q) Konvenzjoni ta’ l-1970 (Nru. 134) dwar il-Prevenzjoni
ta’ Inċidenti għall-Baħħara, ffirmata f’Ġinevra fit-13
ta’ Ottubru, 1970;
(r) Konvenzjoni Riveduta ta’ l-1949 (Nru. 92) dwar l-
Akkommodazzjoni ta’ l-Ekwipaġġ, iffirmata f’Ġinevra
fit-8 ta’ Ġunju, 1949;
(s) Konvenzjoni ta’ l-1970 (Nru. 133) dwar
Provvedimenti Supplimentari dwar l-
Akkommodazzjoni ta’ l-Ekwipaġġ, iffirmata f’Ġinevra
fl-14 ta’ Ottubru, 1970;
(t) Konvenzjoni ta’ l-1926 (Nru. 23) dwar ir-Rimpatriju
ta’ Baħħara, ffirmata f’Ġinevra fis-7 ta’ Ġunju, 1926;
(u) Konvenzjoni Riveduta ta’ l-1987 (Nru. 166) dwar ir-
Rimpatriju ta’ Baħħara, ffirmata f’Ġinevra fl-24 ta’
Settembru, 1987;
(v) Konvenzjoni ta’ l-1946 (Nru. 68) dwar l-Ikel u
Catering għall-Ekwipaġġ tal-Bastimenti, ffirmata
f’Seattle fis-6 ta’ Ġunju, 1946;
(w) Konvenzjoni ta’ l-1996 (Nru. 178) dwar Spezzjon ta’
Baħħara fuq ix-Xogħol, iffirmata f’Ġinevra fit-22 ta’
Ottubru, 1996;
(x) Konvenzjoni ta’ l-1996 (Nru. 180) dwar is-Siegħat
tax-Xogħol għall-Baħħara u l-Ekwipaġġament ta’
Bastimenti, ffirmata f’Ġinevra fit-22 ta’ Ottubru,
1996;
(y) Konvenzjoni ta’ l-1936 (Nru. 55) dwar ir-
            BASTIMENTI   MERKANTILI  AP.  234.    181
Responsabbilità  ta’ Sidien il-Bastimenti dwar Baħħara
Morda u Feruti, ffirmata f’Ġinevra fis-6 ta’ Ottubru,
1936;
(z) Konvenzjoni ta’ l-1987 (Nru. 164) dwar il-Protezzjoni
tas-Saħħa u l-Kura Medika għall-Baħħara, ffirmata
f’Ġinevra fl-24 ta’ Settembru, 1987.
(3) Il-Ministru għandu, malli ssir ir-ratifika jew l-aċċessjoni
għal xi trattat jew konvenzjoni li għalihom jirreferi dan l-artikolu,
jippubblika avviż fil-Gazzetta li jkun fih id-data meta t-trattat jew
il-konvenzjoni għandhom jibdew iseħħu għar-rigward ta’ Malta.
(4) Il-Kamra tar-Rappreżentanti tista’ b’riżoluzzjoni żżid mal-
lista ta’ trattati jew konvenzjonijiet fis-subartikolu (2).
(5) Kull riferenza f’dan l-artikolu għal trattat jew konvenzjoni
jew protokoll għandha tinkludi riferenza għal xi emenda għal tali
trattat jew konvenzjoni jew protokoll li l-Gvern ta’ Malta jkun
irratifika, aċċeda għalihom jew aċċetta.
  182      KAP. 234. ħ       BASTIMENTI   MERKANTILI
B. Ir-rati għal kull tunnellaġġ nett dovuti mar-reġistrazzjoni u ta’ kull sena għall-
bastimenti kollha, barra minn pleasure yachts, ta’ tul totalui ta’ 24 metru jew iżjed huma kiof
ġej:
Sostiwita:
A.L. 37 ta’ l-1989; 
A.L. 152 ta’ l-1989.
Emendata: 
A.L. 86 ta’ l-1993. 
Sostitwita: 
A.L. 125 ta’ l-1995;
278 ta’ l-2002.
Emendata:
A.L. 340 ta’ l-2002.
L-EWWEL SKEDA 
(Artikolu 6) 
DRITTIJIET TA’ REĠISTRAZZJONI
A. Id-dritt mar-reġistrazzjoni u d-dritt ta’ kull sena għall-bastimenti kollha hu dan li
ġej:
Bastiment Dritt mar-Reġistrazzjoni
Dritt ta’ kull sena
Dritt 
Bażiku Lm
Taxxa fuq it-
Tunnellaġġ
Bastimenti tas-sajd ta’ inqas minn 24 metru tul totali
Kummerċjali 10 ċenteżmi kull 
tunnellaġġ nett
10 5 ċenteżmi kull 
tunnellaġġ nett
Rikreattiv Lm 50 10 Lm 50
Il-bastimenti l-oħra kollha ta’ inqqas minn 24 metru tul totali
inqas minn 50 tunnellaġġ
gross Lm 50
10
Lm 75ta’ 50 tunnellaġġ gross jew
iżjed
20
Pleasure yachts ta’ 24 metru
tul totali jew iżjed
10 ċenteżmi kull 
tunnellaġġ nett suġġett 
għal minimu ta’ Lm 75 50
15 il-ċenteżmu kull 
tunnellaġġ nett 
suġġett għal minimu 
ta’ Lm 150
Bastimenti oħra kollha ta’ 24
metru tul totali jew iżjed
Ir-rati kif jidher f’para B 
suġġett għat-tnaqqis kif 
jidher f’para Ċ
100 għas-
sena tar-
reġistraz-
zjoni u 300 
kull sena 
oħra
Ir-rati kif jidher 
f’para B suġġett 
għat-tnaqqis jew 
żieda kif jidher 
f’para Ċ
Bastiment ta’ Tunnellaġġ 
Sħiħ (TN) Dritt mar-Reġistrazzjoni Taxxa fuq it-Tunnellaġġ 
ta’ Kull SenaIktar minn Mhux iktar 
minn
0 2,500 Lm250 Lm375
2,500 8,000
Lm250 u 10 ċenteżmi kull TN 
iktar minn 2,500 TN
Lm375 u 15 il-ċenteżmi 
kull TN iktar minn 2,500 
TN
8,000 10,000
Lm800 u 3 ċenteżmi kull TN 
iktar minn 8,000 TN
Lm1,200 u 8 ċenteżmi 
kull TN iktar minn 8,000 
TN
10,000 15,000
Lm860 u 3 cents ċenteżmi kull 
TN iktar minn 10,000 TN
Lm1,360 u 6 ċenteżmi 
kull TN iktar minn 10,000 
TN
            BASTIMENTI   MERKANTILI  AP.  234.    183
Ċ. Id-drittijiet dovuti mar-reġistrazzjoni u t-taxxa ta’ kull sena fuq it-tunnellaġġ għall-
bastimenti kollha, barra minn pleasure yachts, ta’ tul totali ta’ 24 metru jew iżjed huma
suġġetti għal tnaqqis jew għal żieda kif ġej:
D. Id-drittijiet ta’ reġistrazzjoni għal xi sena waħda li jitħallsu wara l-anniversarju tar-
reġistrazzjoni għal dik is-sena għandhom jiżdiedu b’għaxra fil-mija.
E. Kull dritt dovut dwar kull bastiment għandu jigi kkalkulat ’il fuq lejn l-eqreb lira
sħiħa.
F. Il-Ministru jista’, taħt dawk il-kondizzjonijiet li jidhrulu xierqa, jeżenta lil xi
bastiment jew klassi ta’ bastimenti mill-ħlas kollu jew parti mid-drittijiet u t-taxxi li jitħallsu
skond dawn ir-regolamenti.
G. Għall-finijiet ta’ din l-Iskeda,
''bastiment tas-sajd'' tfisser bastiment li dwaru tkun ġiet maħruġa liċenza jew permess tas-
sajd skond l-Att dwar il-Konservazzjoni u l-Amministrazzjoni tas-Sajd;
''età '', għal dak li għandu x’jaqsam ma’ bastiment, tfisser id-differenza bejn is-sena li fiha
jkun inbena l-bastiment u s-sena li dwarha jkollu jitħallas id-dritt;
''tunnellaġġ gross'', ''tul totali'' u ''tunnellaġġ nett'' ikun dak li jista’ jigi aċċertat  skond ir-
regolamenti dwar it-tunnellaġġ magħmulin taħt dan l-Att.
15,000 20,000
Lm1,010 u 3 ċenteżmi kull TN 
iktar minn 15,000 TN
Lm1,660 u 5 ċenteżmi 
kull TN iktar minn 15,000 
TN
20,000 30,000
Lm1,160 u 3 ċenteżmi kull TN 
iktar minn 20,000 TN
Lm1,910 u 4 ċenteżmi 
kull TN iktar minn 20,000 
TN
30,000 50,000 Lm1,460 u 3 ċenteżmi kull TN iktar minn 30,000 TN Lm2,310 u 3 ċenteżmi kull TN iktar minn TN
Iktar minn 50,000 Lm2,060 u 3 ċenteżmi kull TN iktar minn 50,000 TN Lm2,910 u 2 ċenteżmi kull TN iktar minn TN
Età  tal-Bastiment
Tnaqqis fuq id-Dritt mar-
Reġistrazzjoni
%
Tnaqqis jew Żieda fuq it-
Taxxa ta’ Kull Sena fuq it-
Tunnellaġġ
%
Daqs jew 
iktar minn Inqas minn
Snin
0 5 50 - 30
5 10 25 - 15
10 15 - -
15 20 - + 5
20 25 - + 10 Suġġett għal 
żieda minima 
ta’ Lm50025 30 - + 25Daqs jew iktar minn 30 - + 50
  184      KAP. 234. ħ       BASTIMENTI   MERKANTILI
Sostitwita: IT-TIENI SKEDA 
XVII. 1991.82;
XXII.2000.100. 
(Artikolu 69) 
DOKUMENTI LI JKUNU FIL-FORMA PRESKRITTA MILL-MINISTRU
1. Ċertifikat Proviżorju ta’ Reġistrazzjoni
2. Ċertifikat ta’ Reġistrazzjoni
3. Tiġdid ta’ Ċertifikat ta’ Reġistrazzjoni
4. Ċertifikat Provizorju ta’ Reġistrazzjoni ta’ Bareboat Charter
5. Ċertifikat ta’ Reġistrazzjoni ta’ Bareboat Charter
6. Tiġdid ta’ Ċertifikat ta’ Reġistrazzjoni ta’ Bareboat Charter
7. Ċertifikat ta’ Surveyor
8. Dikjarazzjoni ta’ proprjetà  minn sid individwali
9. Dikjarazzjoni ta’ proprjetà  minn akkwirent individwali
10. Dikjarazzjoni ta’ proprjetà  f’isem korp ġuridiku bħala sid
11. Dikjarazzjoni ta’ proprjetà  f’isem korp ġuridiku bħala akkwirent
12. Dikjarazzjoni ta’ sid li jakkwista bi trasmissjoni
13. Dikjarazzjoni tal-kreditur ipotekarju li jakkwista bi trasmissjoni
14. Dikjarazzjoni ta’ bareboat charter minn nolleġġatur individwali
15. Dikjarazzjoni ta’ bareboat charter f’isem korp ġuridiku bħala nolleġġatur
16. Att ta’ Bejgħ
17. Ipoteka Navali
18. Trasferiment ta’ Ipoteka Navali
19. Privileġġ Speċjali
            BASTIMENTI   MERKANTILI  AP.  234.    185
IT-TIELET SKEDA 
(Artikolu 72) 
BANDIERA NAZZJONALI GĦAL BASTIMENTI MALTIN
  186      KAP. 234. ħ       BASTIMENTI   MERKANTILI
IR-RABA’ SKEDA 
(Artikolu 195) 
FORMA TA’ KARTA TA’ BAĦRI MALTI
1
1. Din il-karta hija dokument ta’
identità  ta’ baħri għall-fini tas-
Seafarer’s Identity Documents
Convention, 1958, adottata bil-
Konferenza Ġenerali ta’ l-
1nternational Labour Organisation
tat-13 ta’ Mejju, 1958.
2. Din il-karta għandha tiġi
konservata tajjeb u għandha tiġi
murija fuq talba mix-Shipping Master.
3. Jekk il-karta tintilef dan
għandu jiġi rapportat lir-Reġistratur-
Ġenerali tal-Bastimenti Merkantili u
ta’ Baħrin.
4. Ir-Reġistratur-Ġenerali jew
persuna awtorizzata kif imiss biss
tista’ tniżżel jew tibdel xi ħaġa fuq din
il karta. Id-Detentur ma jistax jagħmel
hekk hu nnifsu. Jekk xi
partikolaritajiet jeħtieġu tibdil,
applika għand ir-Reġistratur-Ġenerali.
Huwa reat punibbli li tiffalsifika jew
tibdel b’qerq din il-karta jew li
tħalliha tintuża minn xi ħadd ieħor.
5. Din il-karta tista’ tinżamm
biss minn persuni li jkunu ċittadini ta’
Malta u huma mpjegati jew ingaġġati,
jew ordinarjament impjegati jew
ingaġġati, f’xogħol fuq il-baħar. Jekk
id-Detentur ma jibqax ikollu dritt għal
Karta ta’ Baħri Malti, dan għandu
jikkunsenja l-Karta lir-Reġistratur-
Ġenerali, iżda din terġa’ tiġi maħruġa
meta jerġa’ jkollu dritt għal karta.
Jekk persuna tonqos li tħares din il-
ħtieġa jew xi ħtieġa oħra ta’ l-Att dwar
il-Bastimenti Merkantili, li għandha
x’taqsam mal-Karta ta’ l-Identità , tkun
tista’ tittieħed prosekuzzjoni kontra
tagħha.
2
DIKARAZZJONI
JIENA NIDDIKJARA (i) li l-persuna li
għaliha tirreferi din il-karta wrietni li
għandha d-dritt li tkun detentur tagħha u (ii)
li r-ritratt ta’ hawnhekk li għandu t-timbru
uffiċjali verament jixbaħ lil dik il-persuna u
li l-firma u d-deskrizzjoni personali ta’ dik
il-persuna huma veri. 
Data ..............................................................
TIMBRU TA’ L-UFFIĊĊJU
FIRMA TA’ 
L-UFFIĊJAL LI JOĦROĠ 
IL-KARTA
.......................................................................
 
 Nota: Kull persuna li ssib din il-karta
għandha tikkonsenjaha jew tibgħatha lir-
Reġistratur-Ġenerali ta’ Bastimenti Merkan-
tili u Baħrin, il-Belt Valletta, Malta.
            BASTIMENTI   MERKANTILI  AP.  234.    187
3  4
 KARTA TA’ BAĦRI MALTI
PARTIKOLARITAJIET PERSONALI
Il-partikolaritajiet kollha għandhom
jitniżżlu b’ITTRI KAPITALI
Kunjom.........................................
Ismijietoħra.................................. 
Twelid (a) Data..........................
(b) Post ........................... 
Kulur (a) Għajnejn .................... 
(b) Xagħar ....................... 
Kulur tal-ġilda ................................. 
Tul piedi pulzieri
metri 
Numru tas-Serje..........
Sigurtà  Nazzjonali Nru. ..........
Union jew Soċjetà  Nru. ..........
    Ritratt tad-Detentur
TIMBRU
Marki distintivi ( jekk hemm)
........................................................ 
Ktieb ta’ Discharge Nru. .................
Nazzjonalità  .................................... 
Indirizz tad-Dar ............................... 
Isem u l-indirizz ta’ l-aktar persuna
qariba ..............................................
 Firma tad-Detentur
(jew jekk id-detentur ma jkunx
jista’ jiffirma, l-impronta ta’
subgħajh il-kbir xellugi u l-firma ta’
xhud)
  188      KAP. 234. ħ       BASTIMENTI   MERKANTILI
Miżjuda: IL-ĦAMES SKEDA 
XXXVII.1988.38.
(Artikolu 86)
DIKJARAZZJONI FLOK PROSPETT TA’ TAXXA GĦAR-RIGWARD
 TA’ KUMPANNIJA LI TKUN SID U, JEW, TOPERA
 BASTIMENT EŻENTAT
Isem tal-Kumpannija ............................................................................
Isem u numru uffiċjali tal-bastiment ..................................................... 
Dikjarazzjonimagħmulaminn ............................................................
ta’.........................................................................................................
Sena ta’ stima ......................................................................................
Jien hawn taħt iffirmat niddikjara solennement illi aċċertajt ruħi b’ħilti kollha illi
l-kumpannija fuq imsemmija hi s-sid tal-bastiment fuq imsemmi li hu bastiment
eżentat taħt id-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar il-Bastimenti Merkantili, u li l-
għanijiet tal-kumpannija jillimitaw l-operazzjonijiet tagħha biex tkun sid ta’, jew
biex topera bastiment eżentat, u li l-kumpannija tikkwalifika għall-konċessjonijiet
mogħtija b’dak l-Att għal perijodu li jibda ...............................................................
................................................................................................................................
u li jispiċċa .................................................. u li d-drittijiet ta’ reġistrazzjoni
relattivi għal dan il-perijodu ġew imħallsa.
Jien niddikjara wkoll illi aċċertajt ruħi b’ħilti kollha illi l-kumpannija ma
nnegozjatx f’xi kummerċ ieħor, barra milli tkun sid ta’ u, jew, l-operazzjoni ta’
bastimenti eżentati u li matul il-perijodu mhux kopert bid-dati fuq imsemmija il-
kumpannija ma nnegozjatx u ma kellhiex income li ma kienx ikun eżentat taħt l-
imsemmi Att dwar il-Bastimenti Merkantili.
Jien niddikjara fl-aħħar illi sa fejn nista’ nkun naf il-kumpannija mhijiex suġġetta
li titlef xi konċessjoni mogħtija u lanqas irrinunzjat għal xi waħda mill-
konċessjonijiet taħt dak l-Att.
Jien qed nagħmel din id-dikjarazzjoni meta naf sewwa l-konsegwenzi ta’
dikjarazzjonijiet foloz taħt il-liġijiet ta’ Malta.
Firma:.....................................................................................................
Numru tal-karta ta’ identità : ................................................................... 
Status:..................................................................................................... 
Data:.......................................................................................................
